Kalendarju Museumin Lulju-Awwissu 2015

Page 1

Lulju - Awwissu 2015


† Verbum Dei caro factum est Il-85 Sena Ħarġa Numru 4 Lulju - Awwissu 2015

Editorjal Ningħataw Il-Kelma tas-Superjur Ġenerali Inqajmu d-Dinja Il-Kelma tas-Superjura Ġenerali Il-Mistrieħ tas-Sajf Snin ta’ Grazzja 40 Sena mill-Inkorporazzjoni

Ir-Regola

Inħobbu d-Disprezzi

Mill-Missjoni

Gezuar 7 Marsin!

Spiritwalità mill-Ewropa Sara s-Sewda u ż-Żewġ Marijiet Teoloġija It-Teoloġija tal-Liberazzjoni

207 208 211 214 218 222

Anniversarji

236

Il-Pittura tal-Faċċata

241

Qrajt Ktieb tal-Fundatur

245

Letteratura

Mulej, ma Jistħoqqlix

250

Storja tal-Kalendarju Museumin

253

San Ġwann Bosco

Jesus Wept

Ġinnasju Spiritwali

Mill-Kalendarji “Antiki”...

Nixtieq Inkun Naf

255

226

Djarju Museumin

258 262

231

Ħsieb

Is-Salib tar-Rassenjazzjoni

Assenjatur “Fittxu u Ssibu”

Rivista ta’ kull xahrejn għall-użu privat tal-membri tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M.

Direzzjoni u Amministrazzjoni: Dar Ġenerali 207 Triq San Ġorġ Preca, Marsa MRS 9010

Issettjar u stampar: Veritas Press, Ħaż-Żabbar

www.sdcmuseum.org e-mail: info@sdcmuseum.org

271


Ningħataw

Ż

Editorjal

gur li xi darba jew oħra rriflettejna mat-tfal u ż-żgħażagħ li jiġu fl-Oqsma tagħna l-ħsieb li dak li nagħmlu għandna nagħmluh għal Ġesù, anke jekk xi drabi Hu jitlob ħwejjeġ ibsin. Qatt ma kienet faċli li timxi wara Ġesù, imma għal min skopra l-imħabba tiegħu dan jagħmlu bil-ferħ.

F’din il-ħarġa tal-Kalendarju Museumin tista’ taqra u tinduna kemm l-aspetti mill-ħajja Museumina li jissemmew f’xi artikli tassew jolqtu fil-laħam il-ħaj lil min qed ifittex li jgħix għal Alla. Qatt ma kien faċli li tgħix il-profetiżmu, li tħobb id-disprezzi, li taħdem fuqek innifsek, li tbus u tħaddan is-salib, li tippersevera, li tkun missjunarju u li tħalli lil Alla jqaddsek. Iktar ma nifhmu l-profondità talvokazzjoni, iktar nindunaw kemm din hija sejħa biex ningħataw kompletament lil Alla f’ħajja radikali fejn bħala l-imsejħin ma nibqgħux infittxu lilna nfusna. Ċertament li dan it-tip ta’ għotja ser jagħtina ħafna konsolazzjonijiet għax aħna qed nittrattaw ma’ Alla tal-paċi. Imma jiġu ċirkustanzi fejn l-għotja tagħna tiskomodana u ssallabna bħall-Imgħallem. Mhux dejjem ser inkunu approvati minħabba d-deċiżjonijiet li nieħdu u l-mod kif ngħixu. Xi wħud ma jifhmux, ħafna jistaqsu u oħrajn jistgħu jwarrbuna għax mhux bħalhom. Dawn kollha huma sinjali li s-sejħa tagħna qed tingħex bil-verità u allura flok nibżgħu jew inċedu għandna nifirħu għax tassew inkunu qegħdin insiru bħal Ġesù. Il-Fundatur dan kollu kien jafu tajjeb. Hu jistedinna biex nitolbu lil Alla jferina bl-imħabba tiegħu għax imbagħad: “Min iħobb jittajjar, jiġri, jithenna, huwa maħlul minn kollox, ebda ħaġa ma żżommu. Jagħti kollox u għandu kollox f’kollox.” (Is-Sena tas-Sinjur, 13 ta’ Ottubru)

Kull ġurnata hija okkażjoni biex ningħataw lil DAK li ħafna qabilna u bl-iktar mod komplet ingħata għalina. Biex nagħmlu dan aħna lesti nħallsu kull prezz.⧀ 207


Inqajmu d-Dinja

I

Il-Kelma tas-Superjur Ġenerali

l-figura ta’ Ġwanni l-Battista hija mmarkata minn xhieda ta’ penitenza u stedina għall-indiema bi tħejjija għall-miġja ta’ Ġesù. Bil-ħajja u l-predikazzjoni tiegħu Ġwanni ried iġib bidla fil-qlub u jiddisponihom biex jilqgħu l-Kelma u jaċċettaw id-Dawl veru li jdawwal kull bniedem (Ġw 1, 9). Fit-tradizzjoni Nisranija din il-bidla li nieda l-prekursur ta’ Ġesù hija magħrufa bħala conversio morum jew conversatio morum, jiġifieri bidla flimġiba, fil-manjieri u fil-mentalità, jew aħjar bidla fil-mod ta’ ħajja. Din hija l-bidla li tirreferi għaliha l-Kostituzzjoni tagħna meta tgħid: “Biex ikunu tassew ħbieb tal-Evanġelju, il-membri jeħtieġu konverżjoni ta’ kuljum għall-Evanġelju u ħajja ta’ ċaħda. Għalhekk kull filgħodu għandhom jieħdu f’idejhom is-Salib tar-Rassenjazzjoni u jgħidu s-sentenza ta’ Kristu: 'Min irid jiġi warajja għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu kuljum u jimxi warajja.' (Lq 9, 23)” (Regola K65)

Il-fatt li dan il-ħsieb inġibuh f’moħħna kull filgħodu, u li dan ilna nagħmluh minn dakinhar li sirna Kandidati, juri biċ-ċar li dan hu l-qofol tal-ħajja Nisranija u tal-vokazzjoni tagħna. Dan huwa l-ewwel ħsieb li nġibu f’moħħna xħin inqumu mill-irqad tal-lejl u b’dan il-ħsieb irridu “nqajmu d-dinja” millaljenazzjonijiet tagħha. Hekk jemmen il-Papa Franġisku, u hekk qiegħed jistenna minna. “Despertéis al mundo,” kien qal fid-29 ta’ Novembru 2013. “Qajmu d-dinja.” U dan reġa’ tennieh fl-Ittra Appostolika tal-21 ta’ Novembru 2014 fl-okkażjoni tas-sena ddedikata għall-ħajja kkonsagrata: “Ir-radikalità Evanġelika mhix biss għar-reliġjużi; hija mitluba minn kulħadd.” Imma aħna msejħin biex fuq l-eżempju ta’ Ġwanni l-Battista nagħtu xhieda profetika ta’ din ir-radikalità. Skont il-Papa din hi l-prijorità li hija meħtieġa llum, “li nkunu profeti li nixhdu għal mod kif Ġesù għex fuq din l-art...qatt m’għandna nabbandunaw il-profezija.” 208


Biex ngħixu din ir-radikalità u nixhdu għaliha, il-Kostituzzjoni tagħna tgħid li għandna naħarbu bis-serjetà s-sentimenti tad-dinja: unuri, stimi, pjaċiri u għana (Regola K66) u biex nitħarrġu f’dan u fl-istess ħin inkunu sinjal li jidher aħna nsumu kuljum, ma npejpux u lanqas nixorbu spirti u ma mmorrux f’postijiet ta’ divertiment pubbliku (Regola DĠ63, 65, 67). Meta ngħixu b’dan il-mod fil-kuntest ta’ ħajja Evanġelika bi spirtu ta’ mħabba u sempliċità, umiltà u manswetudni, faqar u mħabba tad-disprezzi, inkunu qegħdin nagħmlu minna nfusna u mill-Oqsma tagħna dak li l-Papa jsejjaħ "otros lugares", "spazji alternattivi". Ħajjitna, għal dawk li jgħixu u jiltaqgħu magħna, u l-Oqsma tagħna, għal dawk li jiffrekwentawhom, b’mod speċjali għall-Magħżulin, l-Aspiranti u l-Kandidati, isiru spazji alternattivi għal dak li toffrilhom id-dinja, spazji fejn ikunu jistgħu jduqu dak li ma jduqux band’oħra, spazji fejn jesperjenzaw illoġika Evanġelika tas-sabiħ li wieħed jagħti lili nnifsu u tal-ferħ tal-imħabba fraterna. Aħna u l-Oqsma tagħna nsiru dejjem aktar ħmira għal dinja ispirata mill-Evanġelju, “belt fuq għolja”, li tixhed għall-verità u l-qawwa tal-kelma ta’ Ġesù. 209


Mhux faċli tgħin lid-dinja tistenbaħ mill-aljenazzjonijiet tagħha u tinduna bl-inganni li tinsab fihom. Fl-Evanġelju ta’ San Ġwann, il-predikazzjoni u x-xhieda ta’ Ġwanni hija dejjem imsieħba mal-esperjenza diffiċli tal-Kelma li “ġiet f’darha u niesha ma laqgħuhiex” (Ġw 1,10) u li “x-xhieda tiegħu ħadd ma jilqagħha” (Ġw 3, 32). F’San Mattew u f’San Luqa anke Ġwanni l-Battista nnifsu, meta jsib ruħu fil-ħabs, bħal donnu jiddubita mill-verità u l-qawwa ta’ Ġesù u jibgħat lid-dixxipli tiegħu jistaqsu: “Inti hu li għandu jiġi jew nistennew ieħor?” (Mt 11, 3; Lq 7, 20)

It-tentazzjonijiet quddiem dawn id-diffikultajiet u d-dubji huma varji. Nistgħu nkunu ttentati li nabbandunaw id-don tal-profezija għax naħsbu li hu inutli u li ma jġibx frott. Nistgħu nibdew inserrħu aktar fuq il-kelma u l-mezzi tagħna għax nemmnu li għandhom qawwa iktar mix-xhieda. Nistgħu naqgħu fit-tentazzjoni li niddomestikaw il-ħajja radikali tagħna għax inħossuha tqila wisq għalina u diffiċli li tinftiehem mill-oħrajn. Nistgħu nibdew nakkomodaw l-istil u l-mod ta’ ħajja tagħna għal min irid jibqa’ jgħix skont l-ispirtu tad-dinja għax naħsbu li b’hekk nistgħu nilħqu aktar nies u jkollna aktar vokazzjonijiet. Imma dawn huma proprju dak li huma, jiġifieri tentazzjonijiet jew inganni. Dawn it-tentazzjonijiet nirbħuhom billi niċċentraw ħajjitna fuq il-ħaġa waħda meħtieġa (Lq 10, 42) u nindunaw kemm inkunu fl-iżball meta nedhew bi ħwejjeġ żgħar u li jgħaddu. Nipperswadu ruħna mill-kliem ta’ Ġesù li min jitlef ħajtu minħabba fih u l-Evanġelju jsibha (Mk 8, 36). Dan ilkliem għandu jimliena bil-ferħ kif mela lil Ġwanni l-Battista għax dan huwa l-kliem tal-għarus.

U l-ferħ tagħna jkun li niċkienu aħna ħalli Ġesù jikber fina u fl-oħrajn (Ġw 3, 29-30). ⧀

210


Il-Mistrieħ tas-Sajf

R

Il-Kelma tas-Superjura Ġenerali

esurrection huwa film li jwassal messaġġ qawwi ta’ fidi, tama u fejqan. Il-protagonista hija mara pparalizzata minħabba inċident tat-traffiku. Kienet tittama li tikseb il-fejqan u b’fidi kbira kienet titlob kuljum għalih. F’dan il-film hemm xena mill-aktar qawwija li fiha naraw dubbiena fuq sieq il-mara. F’daqqa waħda l-protagonista tibda ċċaqlaq subgħajha għax tħoss id-dubbiena u dan il-ġest tad-dubbiena, jekk nistgħu nsejħulu hekk, ġab lil dik il-mara f’kuntatt mar-realtà tal-fejqan tagħha. Eventwalment filfilm naraw ukoll kif din il-mara, mal-fejqan tagħha, tiskopri fiha l-qawwa li permezz tagħha kienet kapaċi tkun ta’ għajnuna u solliev għal kull min kien jiġi f’kuntatt magħha. Ellen Burstyn, l-attriċi li interpretat u allura studjat il-parti tal-mara, wara l-interpretazzjoni qalet hekk: “Alla jinqeda b’kollox u b’kull mod biex jgħinna niċċaqilqu. Kulma rridu nagħmlu hu li nindunaw b’dan u wkoll inserrħu u nċaqilqu lill-oħrajn.”

Nistrieħu u Nserrħu Is-sentimenti nobbli ta’ din ilmara jgħinuna nirriflettu dwar ilbżonn li nindunaw bil-preżenza ta’ Alla fiċ-ċirkustanzi kollha ta’ ħajjitna u nirrealizzaw li din ilpreżenza divina twassalna biex mhux biss intejbu l-ħajja tagħna

imma wkoll inserrħu u ngħinu lill-oħrajn. U dan jgħodd għal kull żmien, inkluż is-sajf u forsi l-aktar f’dan l-istaġun.

Matul is-sajf il-ħajja fl-Oqsma tkun xi ftit jew wisq nieqsa millgħaġla li jkollna fil-bqija tas-sena u allura inqas stressanti. Mhux ħa nazzarda nsemmi x-xogħol, għax hawn membri li għalihom, fejn jidħol ix-xogħol, ma jkunx hemm differenza bejn is-sajf u x-xitwa. Imma hawn min fis-sajf jew ma jkollux xogħol jew xogħlu jkun b’sigħat imnaqqsa. Speċjalment għal dawn is-sajf hu opportunità 211


biex nistrieħu u niċċaqilqu aħna kif ukoll inċaqilqu u nserrħu lilloħrajn.

Meta nagħrfu quddiem Alla li għandna nistrieħu, hu dover li nagħmlu hekk. Imma l-mistrieħ tiegħi ma jistax isir f’iżolament mill-bqija tal-membri talQasam. Għalhekk ikun għaqal li nara mas-Superjuri tiegħi meta għandi nistrieħ ħalli ma nkissirx l-armonija tal-Qasam. Il-mistrieħ tiegħi għandu jfisser mumenti biex insir persuna aħjar, jiġifieri li f’ambjent inqas mgħaġġel missoltu nkun nista’ nsib ftit aktar lili nnifsi billi nirrifletti, nara u napprofondixxi xi aspetti f’ħajti li matul is-sena kienu ftit nieqsa, bħall-qari li hu tant meħieġ għax jgħinni biex mil-lat spiritwali ninfetaħ għal Alla u mil-lat kulturali u soċjali niġi konxja ta’ dak li qed jiġri madwari u fid-dinja. Hemm ukoll xi passatemp li forsi jkun ftit diffiċli li nipprattikah sew fil-bqija tas-sena. Mingħajr ma nfixklu d-doveri tagħna fil-Qasam, tajjeb ukoll li nirrikreaw ruħna flimkien ma’ sħabna tal-Qasam ħalli l-komunità tissaħħaħ. Għax meta nkunu flimkien il-katina li tgħaqqadna tissoda u l-konoxxenzi u r-relazzjonijiet isiru iktar profondi u għalhekk iktar sani u sodi. Dan imbagħad jissarraf f’sapport lil 212

xulxin biex inħaddnu iktar bilqalb l-għejxien awtentiku ta’ dak li kull waħda minna tipprofessa. U bħall-mara tal-film żgur inkunu nħaddnu l-forza tal-Ispirtu ta’ Alla fina biex intejbu lilna nfusna u nkunu ta’ sapport għall-oħrajn.

Huwa biss f’komunità magħquda bl-Ispirtu ta’ Alla li nistgħu nkunu sinjal viżibbli tal-kobor talkariżma tagħna. Mela ejjew insibu ħin adatt biex flimkien nirrikreaw ruħna, nitolbu u nkunu preżenti għal xulxin. F’dinja sekularizzata u fil-kultura kontemporanja, dan il-flimkien jirrendi aktar viżibbli l-ideal Evanġeliku ta’ mħabba bejn l-aħwa.

L-ispirtu tad-dinja jħeġġeġ għallegoiżmu: “La sew jien, allura sew kulħadd. L-aqwa li mistrieħ jien; issa l-oħrajn jaraw huma.” Imma l-Evanġelju jdawwalni u r-Regola tiggwidani biex b’responsabbiltà ma niħux il-mistrieħ tiegħi b’detriment għal dak ta’ sħabi. Huwa f’dan l-altruiżmu li jiddi d-dawl tagħna quddiem ilbnedmin (Mt 5, 16). U dan id-dawl żgur jidher u min jarah imbagħad ifaħħar lil Alla. Ambjenti Fertili Fl-ewwel ittra tiegħu, San Pietru jikteb li rridu nagħtu tweġiba tat-tama tagħna (3,15). U huwa proprju f’dan il-kuntest ta’


kordjalità, sapport u relazzjonijiet sbieħ bejnietna li nagħtu lid-dinja t-tweġiba tat-tama tagħna. U hu f’dan il-kuntest biss li l-ħajja tagħna tkun kapaċi tanima, iddakkar u tittieħed. Tajjeb nifhmu li s-sajf hu ż-żmien meta nkunu aktar mat-tfajliet. Veru li jkun hemm min minnhom jaħdem fi tmiem il-ġimgħa, imma matul il-ġimgħa jkunu magħna. Ejjew fl-Oqsma tagħna noħolqulhom ambjenti ta’ gost li jgħinu l-uman jasal għall-ispiritwal. Ejjew blatteġġjamenti pożittivi tagħna nagħmlulhom il-Qasam art fertili u mħejjija għaż-żrigħ, l-ewwel nett tal-kelma ta’ Alla u, min jaf, forsi wkoll tal-vokazzjonijiet li jimmaturaw u jagħtu l-frott ’il quddiem. Mela s-sajf huwa wkoll żmien li naħdmu u nkunu mezz ta’ tama, ta’ fiduċja, ta’ ferħ, ta’ virtujiet li d-dinja la taf x’inhuma u lanqas tgħixhom. Esperjenza ta’ Ġesù Ma ngħidux: “It-tfajliet ma jiġux!’’ Ejjew infittxuhom, nistednuhom u naraw x’nagħmlu għalihom.

Ejjew dan is-sajf ningħaqdu ma’ xi Oqsma tal-viċin u flimkien nagħtu lil dawn it-tfajliet esperjenza ta’ Ġesù li timmarkalhom qalbhom. Kristu qalilna: “Itolbu u jingħatalkom.’’ (Lq 11, 9) Mela ejjew b’dedikazzjoni nistinkaw biex, filwaqt li nistrieħu kulħadd bil-mod tiegħu, inkunu flimkien u tassew preżenti għal xulxin — anke jekk għal dan ikollna nwarrbu l-kumditajiet u l-aġendi personali tagħna — kif ukoll biex nitolbu flimkien ħalli mbagħad Missierna li hu fis-smewwiet jagħtina dak li neħtieġu u li tlabnieh flimkien.

Konklużjoni Il-mara fil-film indunat li fieqet permezz ta’ dubbiena, insett li jdejjaqna bil-kbir u ma narawlu l-ebda preġju. Ejjew nifhmu li f’dak li naraw ikrah, f’dak li nifhmu li hu insinifikanti, hemmhekk tista’ tinstab is-soluzzjoni, hemmhekk jinsab Alla. Nawgura mistrieħ mistħoqq lil kulħadd. ⧀

213


40 Sena

mill-Inkorporazzjoni

G

Snin ta’ Grazzja

ħaddew 40 sena minn meta jien u sħabi sirna Soċji. Kif għaddew! Kif naqbad niddeskrivihom? Ħolma, ġirja, grazzja, storja ta’ mħabba? Kważi lanqas kapaċi niċċara l-emozzjonijiet u l-ħsibijiet tiegħi u lanqas biss irrid nemmen. Ġurnata wara l-oħra u l-grazzja ta’ Alla żammitni hawn. Forsi l-aħjar deskrizzjoni tagħhom hija li dawn kienu don u misteru. Qisu lbieraħ li konna hemm fuq fl-Awditorju tal-Blata l-Bajda fil-Milied tal-1975 nisimgħu lis-Superjur Abel Giglio jagħmel id-diskors tal-Inkorporazzjoni u ftit wara niffirmaw isimna fir-reġistru tas-Soċjetà. L-esperjenza tgħallmek ħafna u għalhekk illum xtaqt naqsam magħkom dawn il-ħsibijiet.

Il-Passat Kif għadda! Gelgul ta' tfal, attivitajiet, ħarġiet, hikes, laqgħat, lezzjonijiet u laqgħat tal-ġenituri. Mumenti ta’ entużjażmu u intimità ma' Alla u mumenti ta' nixfa. Mumenti ta' ferħ u mumenti ta' niket. Mumenti ta' ħidma u mumenti ta' serħan. Mumenti ta' storbju u mumenti ta' skiet. Kien hemm minn kollox! Minn dan kollu xtaqt nislet żewġ riflessjonijiet.

Żmien ta' Grazzja fil-Qasam Ma nafx fuq liema kriterju u għalfejn il-Mulej għażel lili. Ħa grazzja miegħi. Kienet vokazzjoni li nibtet f'ambjent san u qaddis 214

fil-Qasam li fih trabbejt. Ambjent fejn kulħadd kien iħossu mifhum, aċċettat u rrispettat. Ambjent li b'xi mod kien jimla u jissodisfa l-aspirazzjonijiet personali tiegħi. Ambjent fejn kien kważi naturali li tħoss li int, li tant qed tirċievi, għandek tmidd idejk u tagħti xi ħaġa lura. Ambjent fejn kien kważi naturali li titla' Aspirant, Kandidat u tasal sal-punt li tagħżel li tinkorpora bil-ferħ. L-iktar li ġibidni kien il-fatt li dan kien ambjent ikkaratterizzat minn ħafna ferħ. Ambjent ukoll fejn ilgrazzja ta' Alla kienet taħdem, u f'mumenti b'mod qawwi u profond, fil-ħajja tiegħi. Ambjent


fejn skoprejt dak li hu l-pedament u l-qofol tal-ħajja spiritwali tiegħi. F’dan l-ambjent għaraft li Alla lili jħobbni, mhux bħala numru imma b'mod personali għax "naqqax ismi fuq il-pala ta’ jdejh", kif jikteb il-Profeta Isaija. U din ma kinetx esperjenza ta’ darba u iżolata imma nista’ naraha b'mod kontinwu fil-ħajja tiegħi, l-iżjed a posteriori meta nirrifletti fuq persuni, postijiet u affarijiet li ġraw fil-ħajja tiegħi li jkomplu jsaħħuli din il-konvinzjoni. Tinduna li Alla qed imexxik u jwasslek fejn irid HU. Żmien ta’ Maturità Niftakar kont f'Qasam partikulari u ltqajt ma’ persuna li kienet għaddejja minn problemi ta' separazzjoni u inkwiet fil-familja u kienet titkellem miegħi. Dan bidilli ħafna l-atteġġjament ta’ kif inħares lejn il-ħajja tiegħi. Bdejt insir iktar konxju li d-diffikultajiet tiegħi filMUSEUM jistgħu jkunu żgħar ħafna ħdejn dawk li jkollhom jiffaċċjaw nies oħra. Bdejt ninduna kemm fil-MUSEUM kont protett u bdejt naħdem biex jekk qatt ninduna li qed niżola ruħi mill-oħrajn ma nibqax nagħmel hekk. Hawnhekk skoprejt iktar il-lajkalità talvokazzjoni Museumina u allura apprezzajt is-sabiħ li nifhem, nagħder, inħoss u nempatizza mal-oħrajn, speċjalment meta xi persuni jiftħu qalbhom miegħi. 215


U allura x'tagħmel? Tiġi quddiemek għażla: jew terġa’ lura fil-bozza komda u protetta tiegħek jew tiskomoda ruħek għall-oħrajn. Wara kollox l-istess vokazzjoni tagħna jekk tingħex b'radikalità tiskomodak. F’dan is-sens Don Tonino Bello jikteb: "L-Ewkaristija ġġiegħlek tinżel minn fuq l-altar fejn tkun qed tadura lil Alla u xxammar u tgħin lil ħuk u lil oħtok fil-bżonn.” Nammetti li għalija din l-għażla ma kinetx faċli iżda offrietli sfida kbira. U meta tiddeċiedi li tagħżel ir-radikalità tibda taħseb differenti, tirraġuna differenti u taġixxi differenti. Tibda timmatura. Ħsiebek, kliemek, għemilek, is-skiet tiegħek, il-kitba tiegħek, il-mod kif tikkomunika bil-mezzi soċjali, iwasslu messaġġ iktar qawwi u iktar attwali frott il-maturità li Alla jkun qed isawwar fik. Tinduna li hawn nuqqas ta' smigħ u forsi ftit huma dawk li jisimgħu u jifhmu. Tinduna li hawn ħafna wġigħ u faqar moħbi fil-ħajja u fil-qlub tannies. Tinduna kemm hu minnu dak li qal Dun Ġorġ: "Għal ħafna nies Alla hu żero kbir u n-nies ma jħobbuhx lil Alla għax ma jafuhx." Din il-verità għadha attwali filħajja ta’ ħafna nies. Tinduna li minkejja l-limitazzjonijiet tiegħek tista’ tagħmel iżjed u permezz talMUSEUM tibda tmidd idejk biex twettaq dak li tista’. 216

Il-Preżent Kemm hu prezzjuż il-mument ta' issa. Tibda tara li xi wħud minn sħabek m'għadhomx hawn. Marru lura d-dar għand Missierhom tas-sema. Titgħallem tgħix ilmument ta' issa b'aktar intensità, b'aktar qawwa, aktar qrib ta' Ġesù. Taħdem sakemm tkun tiflaħ, tagħmel l-aħjar li tista' b'ħafna ferħ, b'ħafna entużjażmu, bilħsieb f'moħħok li, kif kien jgħid Dun Ġorġ, "aħna qed naħdmu ma’ Mgħallem kbir li ma jħallina qatt nieqsa minn xejn".

Il-Futur Meta naħseb fuq il-ġejjieni jiġini f'moħħi kliem l-ewwel Superjur Ġenerali Ewġenju Borg meta kollu ħeġġa esklama: "Id-dinja kollha għamilnieha tagħna!" X'viżjoni kellu! Din il-viżjoni ġġegħilni nistaqsi diversi mistoqsijiet profondi. Aħna għandna l-istess viżjoni li kellu Ewġenju Borg? Għandna l-istess ħeġġa tiegħu? Nemmnu tassew f'dak li nagħmlu? Inħoss li dak li kiteb u għamel Dun Ġorġ għadu relevanti u attwali u t-tagħlim tiegħu għadu jagħmel ħafna sens. Kollha kemm aħna bil-kreattività u l-ħsieb tagħna rridu nwassluh b’mod effettiv lill-bniedem tal-lum. F'dan issens irridu noħolmu, nixtiequ u nixxennqu biex Ġesù jasal fil-qlub tan-nies. Irridu naħdmu biex illingwaġġ u l-mod kif nippreżentaw


l-affarijiet ikun korrett u li jinftiehem. Ma rridux inħallu l-biża’ jinfluwenza d-deċiżjonijiet tagħna imma nemmnu li Alla hu magħna u li aħna lesti nagħtu ħajjitna għat-tixrid tal-Evanġelju. Irridu nkomplu nesploraw modi oħra ta’ kif inwettqu l-ħidma kateketika tagħna fil-waqt li napprezzaw it-tajjeb u nsaħħu dak li għadu validu. Fi kliem ieħor irridu nkomplu niddixxernu s-sinjali taż-żminijiet.

Nirringrazzja ’l Alla ta’ kulma għamel miegħi tul dawn l-aħħar 40 sena u nittama li jibqa' jżomm idejh fuqi billi jagħtini l-grazzja l-kbira tal-perseveranza. Il-paċi magħkom ⧀

Joe Xuereb

217


Inħobbu d-Disprezzi

M

Ir-Regola

hijiex ħaġa faċli li wieħed jikteb dwar l-imħabba lejn id-disprezzi. Ċertament huwa ħafna iktar diffiċli li wieħed jgħix u jipprattika din il-virtù għax tassew toffri sfida kbira lil min jixtieq jimxi wara Ġesù. Il-kelma disprezz tfisser sentiment jew attitudni li tqis lilek innifsek bla siwi, bla unur, inqas minn ħaddieħor, li jistħoqqlok tkun immaqdar, imkasbar jew imwarrab. Għall-kriterji li timxi fuqhom id-dinja din il-virtù ma tagħmilx sens u wisq probabbli n-nies jidħku bl-idea li wieħed ikun iħobb id-disprezzi. Dan huwa meqjus bħala bluha u ġenn.

218

L-Eżempju ta’ Ġesù Imma għal Ġesù dan huwa tip ta’ bluha li jagħmel sens. Dun Ġorġ jikteb li Ġesù “li kellu natura ta’ Alla ma qagħadx ifittex tiegħu li hu daqs Alla, iżda ċekken lilu nnifsu billi ħa n-natura ta’ lsir, sar jixbah lill-bnedmin u deher bħala bniedem” (Skola ta’ Betlem). Dan Alla tagħna jagħmel ħwejjeġ li ma tistennihomx, li ma tifhimhomx u din hi proprju l-bluha talInkarnazzjoni. Imma l-bluha ta’ Ġesù ma waqfitx fit-twelid tiegħu. Matul ħajtu kollha Ġesù tgħannaq ma’ din il-virtù li wasslitu salmewt tas-salib. Hemmhekk huwa kien imneżża’, mgħajjar, middieħek u magħdud b’miġnun.


Bla dubju m’hemmx bluha akbar mill-bluha tas-salib, mill-bluha ta’ Ġesù. Imma quddiem Alla l-Missier dan hu l-Għerf li feda lill-umanità. Tul dawn l-2000 sena ta’ Sequela Christi ħafna għażlu li huma wkoll ikunu boloh bħall-Imgħallem tagħhom. U għal min irid ikompli jimxi wara Ġesù din il-bluha tibqa’ tagħmel sens.

L-Eżempju ta’ Dun Ġorġ Il-Fundatur tagħna jista’ jingħadd bħala wieħed minn dawn il-boloh. Il-Fundatur għallimna dan l-għerf bl-eżempju qaddis ta’ ħajtu u ħallihulna f’ħafna mill-kitbiet tiegħu. Il-bluha għadu ċentrali flispiritwalità Museumina u, jekk toqgħod tkejjel bir-riga tad-dinja, dak li nipproponu kuljum qabel l-Assenjatur mhuwa xejn ħlief bluha għal Kristu skont il-kariżma Museumina. Fl-antoloġija Il-Beatu Ġorġ Preca ta’ Malta. Ħajtu u Għemilu, miġbura mill-Professur Oliver Friġġieri u ppubblikata fl-2001, il-Professur Dun Peter Serracino-Inglott jikteb: “L-istil tal-ħajja tal-iblah għal Kristu jmur kontra l-konvenzjoni (per eżempju bir-rifjut tal-ġirja għall-unuri) u jġiegħel lin-nies jgħidulu ‘iblah’ fis-sens ta’ miġnun. U dan l-istil ta’ wieħed li jieħu lilu nnifsu kważi biċ-ċajt huwa espressjoni tal-aqwa serjetà, għax juri valorizzazzjoni korretta

ta’ dak li wieħed hu fil-qafas taleternità, fil-perspettiva tal-ħajja ta’ dejjem, ta’ dak li wieħed hu meta jħares lejn Alla.”

Mill-Kitba ta’ Dun Ġorġ Kif jidher sa mill-ewwel kitbiet talKalendarju Museumin u fir-Regola Museumina, il-Fundatur kien jorbot ħafna l-umiltà mal-imħabba lejn id-disprezzi. F’artiklu li kiteb Dun Ġorġ innifsu fil-Kalendarju Museumim ta’ April 1934 insibu miktub hekk fuq dan is-suġġett: “Ħamsa huma l-gradi tal-umiltà, skont kif jgħidu s-Santi Padri u l-imgħallmin spiritwali.

1 2 3

-ewwel huwa li temmen li L kulħadd huwa aħjar minnek. I t-tieni li tixtieq li l-oħrajn ikollhom ftit stima tiegħek.

I t-tielet li trid li tkun ittrattat bid-disprezz u li ma tixtieqx u ma tippretendix unuri, karigi jew tifħir.

4 5

I r-raba’ li ssofri bi kbir sabar lil min jumiljak u jċanfrek.

I l-ħames li tifraħ bl-ispirtu qalb l-umiljazzjonijiet u d-disprezzi tad-dinja, u dan huwa l-grad l-aktar perfett." 219


Il-Kostituzzjonijiet tal-Bidu Fil-Kostituzzjonijiet ta' qabel l-1916, fil-kapitlu 18 dwar l-umiltà, insibu fost l-oħrajn regolamenti tassew prattiċi ta’ kif is-Soċju jikber fl-umiltà u b’hekk iħejji ruħu għal meta jiġu d-disprezzi. Essenzjalment meta taqra dawn irregolamenti tinduna li sa mill-bidu l-Fundatur ma riedx li l-membri jagħmlu xi ħaġa li b’xi mod tkun qed tiġbed l-attenzjoni tan-nies fuqhom. Dan għadu jgħodd għalina llum minkejja li għaddew mitt sena minn meta nkitbu dawn ilKostituzzjonijiet. Kemm tagħmel sens din il-virtù meta l-bniedem tal-lum il-ħin kollu jaġixxi u jiddeċiedi biex kontinwament ikun fiċ-ċentru tal-attenzjoni. Dun Ġorġ ħarreġ lill-membri tal-bidu biex id-dixxipulat tagħhom wara Ġesù jniżżel għeruqu fil-fond. F’mistoqsija numru 6 talistess kapitlu, dwar x’għandu Soċju jippronunzja meta jkun iddisprezzat, Dun Ġorġ jikteb: “Jekk xi Soċju jiġi ddisprezzat, sija bi ħtija tiegħu sija innoċentament, minn min ikun ikun, għandu jippronunzja waqt l-avviliment u d-disprezz: Soli Deo honor et gloria. U kulħadd ilesti ruħu għax fid-dinja ħadd mhu meħlus minn xi daqqa tad-disprezz akkawża tal-kbira miżerja ta’ min jagħti u ta’ min jirċievi d-disprezz.” 220

San Gużeppi Benedittu Labre Protettur tal-Imħabba tad-Disprezzi

Fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 7 nsibu miktubin is-sinjali ta’ min għandu l-vera umiltà. Dawn huma li l-bniedem umli bħal tifel żgħir qatt ma jieħu għalih, li jħobb uffiċċji baxxi, li jitħabbeb maliskart tad-dinja, speċjalment mattfal u l-foqra, li ma jitkaża b’ħadd u b’xejn u lanqas imaqdar lil ħadd, u li jieħu parir fl-operazzjonijiet serji tiegħu. Il-Fundatur ħaseb ukoll biex lisSoċji jiggwidahom anke meta jkunu unurati. Għall-mistoqsija numru 8 jikteb: “Persważi fuq ilverità li kull don tajjeb u perfett huwa ġej minn fuq, nieżel minn Missier id-dawl, u li minnu xejn ma jifdal jekk wieħed jaqta’ barra l-miżerji, il-Kumpanija tobbliga lil kull Soċju li jgħid fil-mument stess li jiġi mfaħħar (u minn min? dejjem minn bniedem!): Gloria Patri et Filio et Spiritui Sancto.”


Żminijietna Anke fi żminijietna s-Soċjetà baqgħet tiggwidana u tiffurmana biex ngħixu din il-virtù talimħabba tad-disprezzi. Fiddokument Il-Vokazzjoni Museumina, Identità u Formazzjoni din il-virtù bla dubju nsibuha fid-dimensjoni profetika li aħna msejħin biex ngħixu. Hawnhekk naqraw: “Ilprofezija hija mod alternattiv kif in-Nisrani jirrelata maddinja, fatt li minnu nnifsu jitlob għażliet konkreti mis-Soċji. Is-Soċju huwa msejjaħ biex irawwem fih kuxjenza Evanġelika li mhux biss tagħtih viżjoni alternattiva għal dik proposta mill-kultura kontemporanja, imma wkoll tagħnih bil-qawwa biex iseddaqha fl-oħrajn. Din ilkuxjenza u l-viżjoni alternattiva huma bbażati fuq Ġesù Kurċifiss li hu Ktieb Manwali indiviżibbli għas-Soċju.” (Paragrafu 27) Huwa ċar li fl-għejxien ta’ din il-virtù aħna mhux ser inkunu popolari jew approvati. Madankollu għal min irid jifhem jew għal min qed ifittex aħna nkunu qed noffru alternattiva oħra. Fil-Kostituzzjonijiet tar-Regola l-ġdida għandna biss żewġ paragrafi li fil-qosor tagħhom jiġbru l-ispirtu ta’ din il-virtù li ilha tanima lis-Soċjetà sa mit-twaqqif tagħha. Kollox għandu jdur fuq Kristu għax tassew li jekk tneħħi lil

Ġesù dan il-kliem kollu ma jagħmel l-ebda sens: “Id-disprezzi, l-inġurji, il-privazzjonijiet u t-tbatijiet li sofra Kristu, speċjalment waqt il-passjoni tiegħu, għandhom jimmotivaw lill-membri biex jifirħu meta minħabba s-Saltna jkunu skartati u ddisprezzati għax b’hekk ikunu jixbhu lil Kristu.” (Regola K62) It-talb u s-silenzju huma indispensabbli għal din il-virtù. Meta s-Soċju jkun bniedem meditattiv u jagħmel ir-riflessjoni, ma jsibhiex impossibbli biex imbagħad jibqa’ kalm. U huwa f’dan l-ispirtu ta’ talb li mbagħad jassorbi d-dwejjaq li jikkaġunawlu d-disprezzi. F’paragrafu 63 naqraw: “Meta jiġri li l-membri ma jkunux mifhuma, jew jiġu ddisprezzati għal xi ħidma li huma għamlu, għandhom jieħdu l-okkażjoni biex jieqfu u jitolbu bittalba ‘Lil Alla waħdu unur u glorja’. (Atti 5, 41)” (Regola K63) Konklużjoni Nixtieq nikkonkludi bi kwotazzjoni ta’ Dun Ġorġ f’ittra lil Rakela Camilleri li hu kitbilha fil-31 ta’ Lulju 1931: “Nimitaw lil Kristu li ġie fid-dinja u tħaddan mas-salib, wara li ddisprezza d-delizzji, ilkburija, il-pompi, ir-rikkezzi, l-istimi u l-glorja kollha tagħha. Iva, ħaddan is-salib biex aħna nagħmlu bħalu.” ⧀ Raymond D’Amato 221


Gezuar 7 Marsin!

A

Mill-Missjoni

wguri għas-7 ta’ Marzu! Fl-Albanija waħda mill-festi li tiġi ċċelebrata bil-kbir hija Jum l-Għalliema u din ‘b’kumbinazzjoni’ taħbat fis7 ta’ Marzu. F’din il-ġurnata l-Gvern junura u jfaħħar il-ħidma indispensabbli tal-għalliema. L-istudenti ta’ kull livell jawguraw lill-għalliema tagħhom u jagħtuhom il-fjuri. U s-surmast jagħtihom ukoll, mhux b’mod uffiċjali, ġurnata vaganza mil-lezzjonijiet! L-oriġini ta’ din it-tradizzjoni ma nafhiex. Però hija tradizzjoni li ma tistax tiġi mwarrba. U jiena nżid li mhux sew li tiġi mwarrba, iktar u iktar meta taqa’ f’ġurnata tant għażiża għalina – Jum il-Vokazzjoni Museumina. “It-tagħlim tajjeb huwa l-għajn ta’ kull ġid,” kien jisħaq il-Fundatur. U jekk hemm xi ħaġa li tgħallimt millesperjenza missjunarja Albaniża hija proprju din. U għalhekk napprezza lil min jiddedika ħajtu biex jgħallem lill-oħrajn u iktar nifhem id-dmir li wieħed għandu li jgħallem il-verità tal-ħajja.

Niftakar fil-mistoqsija tant profonda li Dun Ġorġ staqsa lil Spiru Spiteri: “Jiddispjaċik xejn li ttrakkajt miegħi?” Kemm għandna xorti kbira li qegħdin f’pożizzjoni li ngħallmu lill-oħrajn! U x-xorti li għandna hija ikbar għax ittagħlim li għandna ma jiqafx biss 222

fuq livell uman għax huwa tagħlim spiritwali.

Meta kont għadni Malta kont qrajt il-ktieb ta’ Philip Pullman The Northern Lights li kien ħoloq kontroversja kbira. Fi ftit kliem dan jittratta dwar l-esperimenti li kienu qegħdin isiru fuq it-tfal biex titneħħilhom ruħhom. U l-mistoqsija tqum waħedha: X’jigri minn bniedem mingħajr ruħ? Dan li pprova (u sa ċertu punt irnexxielu) jwettaq il-Komuniżmu fl-Albaniżi. Ipprova jannulla l-iskop proprju tal-eżistenza tagħhom. U ħalla linnies bla dinjità. Għalhekk meta wieħed jgħallem lil xi ħadd ikun


qed juri li jemmen f’dik il-persuna li għandu quddiemu. L-għalliem ikun jemmen ukoll li t-tifel jista’ jsir bniedem aħjar. Jekk dan ma jkunx f’moħħu għalxejn iħambaq u jistinka.

Hawnhekk fl-Albanija ma għandniex klassijiet tassagramenti, ma nippreparawx tfal għall-Ewwel Tqarbina u għall-Griżma. Ma niħdux it-tfal għall-Qrar, ma norganizzawx adorazzjonijiet. L-ambjent li naħdmu fih huwa wieħed ateu minkejja l-preżenza tal-knejjes Ortodossi. Però t-tfal u ż-żgħażagħ jattendu u jieħdu sehem u jagħtu daqqa ta’ id ukoll fl-attivitajiet li norganizzaw għaż-żgħar. U għalkemm xi wħud għandhom biss laqgħa darba fil-ġimgħa, dik illaqgħa jkunu jistennewha bi ħrara.

U meta darba fettlilna nagħtuhom vaganza billi nagħmlu logħob biss, tifel staqsieni: “Għaliex illum ma kellniex lezzjoni?” U ma kellix xi nwieġbu!

It-tagħlim li naqsmu huwa forma ta’ pre-evanġelizzazzjoni u jservi biex irrawmu fit-tfal u ż-żgħażagħ mġiba u attitudnijiet tajbin biex iktar tard ikunu lesti jilqgħu b’mod sħiħ lil Ġesù f’ħajjithom. Hija barka fuq barka li ġimgħa wara ġimgħa jiġu u jiltaqgħu magħna. Jiġu lesti għal-lezzjoni. Darba xi ħadd kiteb fil-Kalendarju Museumin li forsi dak il-ftit ħin li t-tfal iqattgħu fl-Oqsma tagħna hu l-uniku ħin li jkollhom ma’ nies bis-sens. U huwa dan li jħalli l-ikbar impatt fihom, iktar millezzjonijiet sbieħ li nħejjulhom.

223


Affarijiet żgħar imma li jħallu effett: li tilqagħhom meta jiġu u teħdilhom b’idejhom, li ssaqsihom kif inhuma, li tgħidilhom li ilek ma tarahom, mingħajr ma tindaħal iżżejjed. F’kelma waħda li kollha kemm huma jħossuhom irrispettati u milqugħin. Imbagħad jiġu huma u jkaxkru ’l ħaddieħor magħhom. U r-reklam tagħhom jaħdem iżjed mill-isforzi kollha li nistgħu nagħmlu aħna. Minkejja li m’għandniex tħejjija formali għas-sagramenti, xorta nagħmlu katekezi. U fejn wieħed mingħalih li jkun qed jagħżaq flilma, anke minħabba d-diffikultà tal-lingwa, iż-żmien jurih li ma kienx ħela ħinu. L-aħħar esperjenza friska kienet dik ta’ waqt l-eżerċizzju memorjali u l-fila tal-Ġimgħa Mqaddsa. Eżerċizzji li t-tfal u ż-żgħażagħ Albaniżi

224

ħadu sehem fihom bi ħġarhom, tant li kellna nwaqqfuhom biex jitkompla l-programm. Verament li l-Fundatur sab mezz kif l-Evanġelju jiġi sfoljat.

It-tagħlim tajjeb irid iwassal ukoll biex dak li jkun jemmen fih innifsu u jħoss li jista’ jsir bniedem aħjar. Irid iwassal biex dak li jkun behet (isir, jinħema) u jgħin biex l-ambjenti fejn jgħix isiru iktar umani. Forsi mhux għalhekk ilFundatur issaħħar mill-kliem tal-Verbum Dei u tahomlna bħala stimolu? L-Iben ta’ Alla sar bniedem biex il-bniedem isir aktar uman! Bis-saħħa tal-esperjenza missjunarja fhimt iżjed x’jiġifieri l-Verbum Dei. Fejn wasalt jien flumaniżmu tiegħi? Qiegħed ngħin biex bl-imġiba tiegħi ngħin lilloħrajn isiru iktar umani.


Il-preokkupazzjoni ta’ kull missjunarju (li tista’ wkoll tkun ta’ ingann) hija meta hu jaħseb dwar x’ser jiġri wara li jsejħulu lura f’pajjizu jew jintbagħat f’pajjiż ieħor. U allura tajjeb li niftakru f’dak li naqraw fl-Unjoni Maġġuri: “Ja sħab maħbubin tiegħi, issa huwa ż-żmien li naħdmu, u ż-żmien huwa qasir u kontinwament nistennew il-lejl li fih ħadd ma jista’ jaħdem.” Tajjeb ukoll niftakru li postna hawn huwa temporanju. Ta’ min naħdmu biex irrawmu żgħażagħ u rġiel li jkunu huma wkoll lesti jaqsmu mal-oħrajn dak li jkunu rċevew mingħandna. Dak li jista’ jagħmel Albaniż iffurmat sew ma’ Albaniżi oħra qatt ma jista’ jagħmlu wieħed barrani. Huwa d-dmir ta’ kull Soċju li jaħdem għall-vokazzjonijiet. U dawn ma jiġu minn imkien ħlief mit-tfal u ż-żgħażagħ li jiltaqgħu magħna ta’ kuljum. Mela r-responsabbiltà hija ta’ kulħadd u hija responsabbiltà li rridu nġorruha ta’ kuljum.

Ambjent ieħor fejn aħna mistednin ngħixu l-vokazzjoni tagħna huwa l-Kulleġġ Preca. Minkejja li ma għandniex permess biex ngħallmu r-reliġjon, it-trasmissjoni ssir bl-attitudnijiet ta’ mħabba u rispett lejn kull ħaddiem, għalliem u student. U huma dawn l-attitudnijiet li jagħmlu l-iskola rispettata. Dan f’kuntest fejn ilkorruzzjoni hija ħaġa ta’ kuljum,

anke fil-mod kif jingħataw il-marki lill-istudenti.

Il-ħidma missjunarja tagħna tinvolvi wkoll l-akkumpanjament fil-fidi mal-komunità Kattolika Korċara, b’mod speċjali fejn jidħlu l-laqgħat ta’ katekeżi ta’ darba fix-xahar. Laqgħat li n-nies jistennewhom u jattendu għalihom bi ħġarhom, anke fil-kesħa tax-xitwa qalila li taf tagħmel fl-Albanija. Anke fejn jidħlu ċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi, għax minkejja li ma nkunux f’numri kbar u minkejja l-ħafna diffikultajiet hija ta’ konsolazzoni kbira għalina li nieħdu sehem mannies f’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet. Għalija kull okkażjoni hija mezz ieħor biex nikber u nirringrazzja lil Alla tad-don tal-fidi. “Hemm iżjed ferħ meta wieħed jagħti milli meta jirċievi.” (Atti 20, 35) Din kienet sentenza li kienu tawhielna meta konna studenti s-Sixth Form. U grazzi kbira lil Alla li l-ewwel u qabel kollox laqqagħni mas-Soċjetà u mbagħad mal-esperjenza missjunarja Museumina. Ċert li mingħajr din l-esperjenza ma kontx nasal niskopri u napprezza dawn iddimensjonijiet tant fundamentali u sbieħ kemm tal-fidi u kif ukoll tal-vokazzjoni tagħna. ⧀ David Dye 225


Sara s-Sewda u ż-Żewġ Marijiet

Q

Spiritwalità mill-Ewropa

atgħa fjamingi lewn roża jinsabu reqdin f’xifer l-għadira mmellsa mill-ewwel raġġi tax-xemx; xi żwiemel jinstemgħu jiżhru waqt li jduru qalb il-barrin bla sabar. Ix-xenarju hu l-wesgħat li jagħtu għal Saintes-Maries-de-la-Mer (Il-Marijiet Qaddisa tal-Baħar). Dan hu villaġġ żgħir tas-sajjieda fuq il-Côte d’Azur fin-naħa ta’ isfel ta’ Franza, f’Camargue, bejn Montpellier u Marsilja fir-reġjun ta’ Provence. L-abitanti ta’ SaintesMaries-de-la-Mer jgħoddu madwar 2,300 iżda l-popolazzjoni fis-sajf titla’ għal 50,000. Għal Mejju l-Baħar Mediterran, fid-daħla tax-xmara Rhone, jifforma għadajjar mielħa u rqajja ta’ tajn fuq ix-xtajta tal-villaġġ.

Kien hawn li, skont tradizzjoni tar-reġjun, Marija Salomé u Marija ta’ Ġakbu, xhieda tal-qawmien ta’ Kristu, waslu l-Gallja (kif kienet imsejħa Franza f’dak iż-żmien) bil-baħar minn Lixandra, flEġittu, flimkien maz-ziju tagħhom Ġużeppi minn Arimatea. Jista’ jkun li l-ħsieb tagħhom kien li jaslu hemm f’dik ix-xtajta iżda jista’ jkun ukoll li l-bastiment li kienu fuqu ġie mkaxkar hemm mill-mewġ. Għal ħafna żmien il-villaġġ kien magħruf bħala Is-Sinjura Tagħna tad-Dgħajsa iżda mbagħad beda jissejjaħ IsSinjura Tagħna tal-Baħar. Fl-1838 tawh l-isem ta’ Saintes-Maries-dela-Mer, kif inhu magħruf illum. 226

Madwar 10,000 żingaru u żingara, bejn Rom, Tsigani, Manouches u Ġitani, jinġemgħu mill-erbat irjieħ tal-Ewropa għall-festival reliġjuż u folkloristiku f’ġieħ Santa Sara u ż-żewġ Marijiet biex jitolbuhom il-favuri li jixtiequ. F’SaintesMaries-de-la-Mer iż-żingari huma aċċettati, għall-kuntrarju ta’ bnadi oħra fl-Ewropa. Hekk kull sena f’dan ir-raħal tinġabar il-qalba tal-komunità taż-żingari biex dawn, flimkien man-nies talpost u l-viżitaturi, jieħdu sehem f’dak kollu li jsir fil-festival. Għal ġimagħtejn sħaħ il-medda tal-Côte d’Azur li tagħmel ma’ Saintes-Maries-de-la-Mer tkun


miżgħuda bil-karovani kkuluriti taż-żingari u b’dak kollu li huma jġorru magħhom. Jispikkaw l-irwejjaħ tal-ikel mixwi u ż-żfin improvizzat tat-tfal, żgħażagħ u kbar li jiffurmaw ċrieki huma u jiżfnu. L-ilbiesi ta’ lewn aħmar qroll, ikħal tourquoise u isfar jixgħel iperpru bla waqfien waqt li l-Ġitani jiżfnu għar-ritmu talFlamenco fil-misraħ ta’ quddiem il-knisja. Sara u ż-Żewġ Marijiet F’Mejju l-villaġġ ta’ Saintes-Mariesde-la-Mer ikun id-destinazzjoni ta’ għadd kbir ta’ nies, l-aktar żingari, li jiġu minn bosta naħat tal-Ewropa ħalli jqimu lil Marija Salomé, lil Marija ta’ Ġakbu u lil Santa Sara s-Sewda, bid-djalett Sara-la-Kali. Iċ-ċelebrazzjonijiet idumu minn tmienja sa għaxart ijiem li matulhom it-tradizzjoni u r-reliġjon ikunu ċċelebrati b’mod tassew ikkulurit.

Kien fis-seklu ħmistax meta floqbra tal-villaġġ ‘instabu’ r-relikwi ta’ Marija Salomé u ta’ Marija ta’ Ġakbu. ln-nies tal-post dejjem emmnu li dawn imorru lura għallewwel seklu. Interessanti l-fatt li l-ħames ċentinarju tas-sejba tar-relikwi ġie kkommemorat fisseklu għoxrin mill-Papa Ġwanni XXIII. Il-festa ta’ Sara s-Sewda tiġi ċċelebrata fl-24 ta’ Mejju u l-għada ssir dik taż-żewġ Marijiet. Fil-jiem ta’ qabel isiru bosta attivitajiet marbuta mal-kultura tal-lokal. Ittradizzjoni tgħid li Sara, xbejba ta’ karnaġġjon ismar kif tidher ukoll fl-istatwa, kienet il-qaddejja ta’ Marija Salomé u ta’ Marija ta’ Ġakbu. Kienet hi li laqgħethom meta waslu x-xatt. Hawn min jgħid li kienet Eġizzjana jew mara millokal. L-istatwa ta’ Santa Sara hi miżmuma fil-kripta tal-knisja ta’ Saintes-Maries-de-la-Mer.

227


Il-knisja li hemm illum inbniet bejn id-disa’ u t-tnax-il seklu bħala fortizza u kenn għallabitanti. Tidher minn 10 kilometri ’l bogħod. Għandha bir bl-ilma ġieri, imħaffer għal meta l-abitanti kienu jingħalqu fil-fortizza biex jistkennu mill-ħallelin tal-baħar. Fid-disa’ seklu l-villaġġ kien attakkat mill-Vikingi u s-Saraċini iżda b’xorti tajba l-belt ma ntmissetx mill-pesta tal-1720. Fi żmien il-kampanja antiklerikali tar-Rivoluzzjoni Franċiża parti mill-knisja ġiet meqruda biex ilġebel tagħha jintuża għal bini ieħor.

228

Festival ta’ Reliġjon u Kultura Kien ftit wara l-1838, meta l-villaġġ issemma Saintes-Maries-de-laMer, li beda jsir il-pellegrinaġġ. It-taħlita ta’ reliġjożità popolari, folklor u spettaklu ta’ żwiemel u barrin għenu biex il-pellegrinaġġ isir magħruf. In-nies tant żdiedu li għall-1891 kien hemm tren tivvjaġġa bejn il-villaġġ u Arles.

Il-festival jasal fl-aqwa tiegħu fl24 ta’ Mejju meta tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Santa Sara. L-għada ssir il-festa taż-żewġ Marijiet. Kmieni waranofsinhar il-folla timla l-knisja biex tqim ir-relikwi li filbqija tas-sena jkunu moħbija minn


għajnejn in-nies f’kappella filgħoli. Fil-kripta l-istatwa ta’ Santa Sara tkun tistenna biex tinħareġ f’purċissjoni.

Ir-relikwarju jiġi mniżżel bilmod bil-ħbula għall-qima tannies. Filwaqt li l-kaxxa bir-relikwi titqiegħed f’postha, il-Ġitani jinfexxu jkantaw b’leħen għoli waqt li jżommu xemgħat twal f’idejhom, f’talba ħerqana li huma konvinti se titla’ ’l fuq u tinstama’. It-tislima li jtennu b’leħen għoli għal ħafna drabi, “Viva l-Marijiet Qaddisa! Viva Santa Sara”, tinħass iddamdam donnha trid tħarrek il-ħitan qodma taċ-ċentru storiku tal-villaġġ. Nies li xi darba

kienu preżenti jgħidu li diffiċli tiddeskrivi l-atmosfera qalb ilfolla f’dan il-mument. L-intensità tat-talba ta’ dawn in-nies lil Alla permezz tad-devozzjoni lejn Sara s-Sewda u ż-żewġ Marijiet hi xi ħaġa li tinħass sewwa. Kulħadd jgħaddi minn quddiem l-istatwa u jmissilha wiċċha.

Purċissjoni sal-Baħar Imbagħad il-folla takkumpanja l-istatwa ta’ Santa Sara sal-baħar. Li jidher minn Santa Sara hu biss wiċċha għax hi mlefilfa f’mant kbir ta’ lwien jgħajtu. Jgħidu li nqalgħu ħafna grazzji bl-interċessjoni tagħha. L-uċuħ somor taż-żingari, immarkati bil-ħajja fil-beraħ u bit-

229


tbatija ta’ kuljum, huma riflessi fl-istatwa ta’ Santa Sara. Hi wkoll wiċċha iswed u minħabba f’hekk hi magħrufa bħala Sara s-Sewda. Iċ-ċkejkna seftura, imdawra bilgwardjani Kamargiżi (abitanti tar-reġjun ta’ Camargue), timxi ’l quddiem merfugħa minn erba’ żingari qisha reġina f’nofs il-poplu li jakklamaha u juriha l-imħabba entużjasta tiegħu. Hekk kif il-purċissjoni tasal ħdejn il-baħar, fost l-għana tal-kleru u talfolla marsusa, ir-reffiegħa jgħaddu l-istatwa minn fuq il-mewġ filwaqt li l-Ġitani jinżlu bil-ferħ fl-ilma. Dan ir-rit, li bħalu nsibu fl-Indja, hu ġest ta’ purifikazzjoni u fih is-simboliżmu tal-Magħmudija. Huwa għandu post speċjali fil-festa għax il-Ġitani ħafna drabi jagħżluh biex jintroduċu lil uliedhom għallħajja fil-Knisja. It-tfal jiżfnu qalb il-kbar u t-trabi reqdin f’ħoġor 230

ommhom huma parti integrali ta’ ruħ il-pellegrinaġġ. Il-preżenza tagħhom tixhed l-ispirtu tat-tfulija u l-freskezza tal-fidi sempliċi u vibranti li timla lill-pellegrini b’kuraġġ spiritwali. L-istess isir l-għada, 25 ta’ Mejju, festa taż-żewġ Marijiet, meta din id-darba jkunu l-istatwi ta’ Marija Salomé u Marija ta’ Ġakbu li jkunu akkumpanjati blistess mod fi proċessjoni lejn ilbaħar. Wara d-dħul tal-istatwi fil-knisja, il-villaġġ jibda bil-mod il-mod jitbattal. Iż-żingari jlestu għall-vjaġġ - min jaf għal fejn! - u l-viżitaturi jimxu mal-programm tas-safra tagħhom. Żgur li ħafna jħarsu lura u jagħtu l-au-revoir għal sena oħra lill-villaġġ ta’ Saintes-Maries-de-la-Mer li issa jerġa’ lura għall-ħajja kwieta tiegħu. ⧀ Joe Galea


F

It-Teoloġija tal-Liberazzjoni

Teoloġija

it-23 ta’ Mejju li għadda ġie bbeatifikat l-Arċisqof Oscar Romero (191780) li skont wieħed mill-ewwel teoloġi li ppromovew it-Teoloġija talLiberazzjoni, il-Peruvjan Gustavo Gutiérrez OP, hu wieħed minn dawk li taha xhieda għaliha b’ħajtu. Ħsibt li tkun ħaġa f’waqtha li f’din il-ħarġa naraw fil-qasir x’inhuma l-fundamenti ta’ din it-Teoloġija u naraw x’għandha x’toffrilna għaż-żminijiet tal-lum.

Għaliex Teoloġija talLiberazzjoni? ll-kelma Teoloġija ġejja mill-Grieg theologia li tnisslet minn żewġ kelmiet: Theos, li tfisser Alla, u logia, jiġifieri espressjoni, qawl jew oraklu. Għalhekk nistgħu nfissruha bħala diskors dwar Alla. Edward G. Farrugia u Gerald O’Collins ifissruha bħala xjenza ta’ Alla. FilPunent b’Teoloġija nifhmu l-isforz metodiku li jsir biex tiġi mifhuma u interpretata r-Rivelazzjoni. Se nkunu nitkellmu mela dwar Teoloġija li hija interessata millħelsien u mill-applikazzjoni talfidi għas-servizz tal-persuni, speċjalment dawk l-aktar dgħajfa. Din it-Teoloġija tippromovi wkoll il-bidla soċjali favur soċjetà aktar ġusta u umana. Kien il-ktieb li ppubblika Gutiérrez fl-1972 bl-

isem ta’ Teoloġija ta’ Liberazzjoni li stabbilixxa dan il-moviment. Użajt il-kelma moviment għaliex kien proprju moviment sħiħ li wassal għall-bidu u t-tixrid ta’ din it-Teoloġija.

Il-Bidu Il-kawża li tat bidu għal dan ilmoviment kienet il-faqar u l-oppressjoni li l-poplu LatinoAmerikan kien jgħix fihom ħtija talKolonjaliżmu u s-sitwazzjonijiet diffiċli ħafna li ġew wara. Hekk twieled moviment mifrux ħafna, ispirat mit-tbatija u l-inġustizzja tremenda li ħafna fqar kienu jġarrbu ta’ kuljum. Ispirat millvaluri ta’ solidarjetà u kompassjoni, dan il-moviment Nisrani kien jaħdem favur impenn soċjali f’isem il-fqir biex tittaffielu t-tbatija. 231


Fattur ieħor li għen fil-firxa ta’ dan il-moviment kienu l-gruppi żgħar ta’ studju tal-Bibbja jew blIspanjol comunidades eclesiales de base. Dawn kienu gruppi żgħar ta’ bdiewa u ħaddiema tal-id li kienu jiltaqgħu biex jiddiskutu l-kelma ta’ Alla, japplikawha għallkuntest tagħhom u jitolbu fuqha. Il-promotur ewlieni ta’ dawn ilkomunitajiet kien il-Karmelitan Olandiż Carlos Mesters (twieled fl-1931). Kien hemm ċirkustanzi oħra li għenu fl-iżvilupp ta’ din itTeoloġija. Hekk, ngħidu aħna, ilKostituzzjoni Pastorali dwar ilKnisja fid-Dinja tal-Lum, Gaudium et Spes, tiftaħ b’dawn il-kelmiet: “Il-hena u t-tama, id-dwejjaq u t-tħassib tal-bnedmin kollha, fuq kollox tal-fqar u ta’ dawk li jbatu,

232

huma wkoll il-hena u t-tama, iddwejjaq u t-tħassib tad-dixxipli ta’ Kristu.” Din il-kostituzzjoni titkellem ukoll dwar id-dimensjoni soċjali tad-dnub, tirrikonoxxi l-problemi soċjali kbar li jtaqqlu lin-nies u twiegħed l-impenn talKnisja favur il-bniedem. Tgħid ukoll li moralità individwalista ma tistax toffri soluzzjonijiet għal dawn il-kwistjonijiet. Hija tħeġġeġ lill-Knejjes lokali biex jinqdew bix-xjenzi soċjali ħalli jifhmu aħjar il-kultura tagħhom filwaqt li tinkuraġġixxi lit-teoloġi biex jinkulturaw it-tagħlim Nisrani. Fl-1968 iltaqgħet f’Medellín, filKolumbja, it-tieni konferenza ġenerali tal-Isqfijiet LatinoAmerikani. L-għan kien li tattwa l-mandat tal-Konċilju Vatikan II. Hija ddeskriviet il-faqar u


l-inġustizzja mifruxin f’dak ilkontinent bħala “realtajiet li jsawru qagħda midinba” u ntrabtet b’fehma li taħdem b’risq l-iżvilupp sħiħ u l-ħelsien (jew liberazzjoni) tal-popli ta’ dak ir-reġjun.

Wara dan naraw żvilupp mgħaġġel fuq diversi livelli fejn bosta ppruvaw iwieġbu għas-sejħat li saru. Diġà fil-bidu tas-snin sittin, il-Ġiżwita Urugwajan Juan Luis Segundo (1925-96) tkellem dwar il-ħtieġa li l-Knisja twieġeb għallħtiġijiet kulturali, politiċi u soċjali tar-reġjun. Fis-snin sebgħin kiteb ħames volumi li jittrattaw aspetti differenti tat-Teoloġija imma minn lenti ta’ liberazzjoni. Kif diġà għedna, Gutiérrez bil-ktieb tiegħu għammed il-moviment bl-isem li għandu llum. Kien hemm persuni oħrajn bħal Jon Sobrino (twieled fl-1938), Ignacio Ellacuría (1930-89) u oħrajn li bdew jibnu riflessjonijiet (jew Teoloġija) ispirati minn dawn l-esperjenzi kollha li bdew ħerġin. Għal dawn it-teoloġi u oħrajn, il-Fidi Nisranija għandha ħafna x’tagħti f’sitwazzjonijiet ta’ tbatija kbira. Tajjeb insemmu hawn li l-mexxejja ta’ dan il-moviment dejjem fittxew li jiżviluppaw spiritwalità ta’ liberazzjoni.

Karatteristiċi Minkejja li t-Teoloġi talLiberazzjoni ma jaqblux f’kollox, hemm punti komuni li jgħaqqduhom. Insemmu xi wħud. • Is-salvazzjoni li ġab Ġesù tibda minn din l-art u mhix riservata biss għall-ħajja ta’ wara l-mewt. Naraw ukoll li l-ħajja umana filqofol tagħha hija l-laqgħa malgrazzja salvifika ta’ Alla.

• It-teoloġi jaqblu dwar l-implikazzjonijiet morali ta’ fidi li tipprova twieġeb għalloppressjoni.

• Ġie interpretat mill-ġdid il-kunċett tat-tbatija u l-oppressjoni u ta’ kif għandha tiġi mifhuma teoloġikament ilkundizzjoni umana. Dan għaliex kull lingwaġġ u ħsieb uman, inkluż kull Teoloġija, minnhom infushom huma kkundizzjonati mill-qawwiet dominanti ta’ kull soċjetà.

• Ġew studjati mill-aspett soċjali tagħhom temi importanti fid-Duttrina Nisranija, bħall-eżistenza umana, iddnub, l-effetti tal-grazzja u s-salvazzjoni.

233


• Ġie enfasizzat il-kunċett Evanġeliku tal-‘awtorità’. Fiddinja ‘l-kbar’ huma dawk li għandhom setgħa fuq l-oħrajn, dawk li huma kapaċi jikkontrollaw u jimmanipulaw lin-nies għall-kumdità tagħhom, f’kelma waħda dawk li jużaw lin-nies għall-gwadann tagħhom. Madankollu fid-dinja ta’ Ġesù l-kbir hu min jingħata kollu kemm hu għall-ġid talaħwa, speċjalment dawk l-aktar fil-bżonn. Minn hawn toħroġ l-għażla preferenzjali tal-fqar bħal dik ta’ Oscar Romero li, kif qal il-Kardinal Angelo Amato fl-omelija tal-beatifikazzjoni, għalih ma kinetx għażla ideoloġika imma Evanġelika. L-għażla preferenzjali timplika li r-realtà nħarsu lejha millaspett tal-fqir. It-tbatija tiegħu ssir il-lenti li minnha naraw irrealtà. • Iċ-ċentru ta’ din it-Teoloġija hija l-imġiba ta’ Ġesù storiku. Lejh iddur għad-duttrina dwar Alla u dwar l-imġiba tagħna maloħrajn.

• Kulħadd huwa mistieden biex jagħti l-aħjar tiegħu u jikkoopera mal-grazzja għallbini tas-Saltna ta’ Alla, saltna ta’ ġustizzja li tgħin lin-nies biex jiksbu l-milja tagħhom minn din l-art stess. 234

• L-imħabba testendi ruħha lejn l-oppressuri u tistedinhom għall-konverżjoni. IlKardinal Amato fl-omelija talbeatifikazzjoni qal li permezz ta’ din l-imħabba Romero sar “simbolu ta’ paċi, armonija u fratellanza”. It-Teoloġija tal-Liberazzjoni toffri wkoll mod ta’ għejxien Nisrani, fi kliem ieħor spiritwalità megħjuxa l-aktar f’solidarjetà mal-fqir. Minn dan joħorġu ċerti konklużjonijiet jew elementi importanti. • Hemm rabta sħiħa bejn il-kult u l-ħajja ta’ kuljum tan-Nisrani.

• Il-Bibbja tikxef id-dnub uman u tistieden lill-oppressi bħala wlied denji ta’ Alla biex jaħdmu għall-ġustizzja li hija r-rieda ta’ Alla. Dan għaliex l-ispiritwalità ta’ kull min hu bil-għatx għallġustizzja u l-ħajja vera tista’ tgħaqqadna ma’ Alla l-ħaj, Alla tal-Iskrittura.

• Alla jħobb lill-oppressur u jistiednu għall-milja tal-ħajja, jiġifieri għall-konverżjoni u s-solidarjetà maż-żgħir.

• Ir-Rivelazzjoni, speċjalment ilVanġelu, tikxfilna l-wiċċ veru ta’ Alla li hu Alla solidali l-aktar mad-dgħajjef. Dan jistedinna għall-konverżjoni biex bil-


qawwa tal-Ispirtu nibdew naħsbuha bħal Ġesù (cfr Fil 2, 5).

• L-identifikazzjoni mal-fqir twelled spiritwalità Nisranija vera.

Fil-qasir nistgħu ngħidu li t-Teoloġija tal-Liberazzjoni titwieled meta t-Teoloġija tisma’ l-karba tal-fqar lil Alla u l-karba ta’ Alla fil-fqar. (Minn korrispondenza lill-awtur minn Fr Joseph Cassar SJ li lesta dottorat fit-Teoloġija talLiberazzjoni fl-2014 f’Santa Clara University, Berkeley, l-Istati Uniti.) F’qasir żmien elementi minn din it-Teoloġija ġew żviluppati f’kontinenti oħra bħall-Asja u l-Afrika u bis-saħħa tagħha ġew identifikati aspetti oħra ta’ Teoloġija, bħat-Teoloġija Sewda, Femminista u Politika li jaqsmu l-istess aspirazzjonijiet u tiftix tatTeoloġija tal-Liberazzjoni.

Nuqqas ta’ Qbil Din it-Teoloġija sabet oppożizzjoni kbira minn ċerti ċrieki fil-Knisja. Inġustament kien hemm min sostna li fiha hemm elementi qawwija ta’ Marksiżmu. Il-fatti

juru li t-Teoloġi tal-Liberazzjoni ftit li xejn kellhom għarfien talMarksiżmu. Uħud minnhom, ispirati minn Gaudium et Spes, daħlu fi djalogu mar-realtà kontemporanja u ssellfu xi lingwaġġ Marksista imma qatt ma adottaw il-viżjoni tiegħu. Filwaqt li t-tnejn li huma interessaw ruħhom fis-sitwazzjoni tal-fqir, huma wieġbu għaliha b’modi differenti. Gutiérrez isostni li din it-Teoloġija hija kontra l-Marksiżmu għax filwaqt li għal Marx il-Kristjaneżmu huwa oppressjoni għal dan it-teologu huwa liberazzjoni. Għeluq Inħoss li anki għalina l-membri tasSoċjetà din it-Teoloġija għandha ħafna x’toffri. Minbarra li tgħinna nifhmu aktar l-enfasi kbira li qed jagħmel il-Papa Franġisku favur “Knisja fqira għall-fqar”, tpoġġina aktar mal-għeruq tas-Soċjetà tagħna, soċjetà żgħira u fqira imma mwielda biex tkompli “l-istess missjoni ta’ Ġesù”, jiġifieri li tgħallem, tillibera u takkumpanja f’komunjoni, kompassjoni u solidarjetà, speċjalment mażżgħar u d-dgħajfa. ⧀ Tonio Agius

235


San Ġwann Bosco 200 Sena minn Twelidu

“L

Anniversarji

-ispirazzjoni ta’ ħajti kollha, tal-isforzi saċerdotali tiegħi u tal-ideali tiegħi kienet l-imħabba lejn iż-żgħażagħ foqra u abbandunati. Kif nafu, dan hu l-ideal nobbli tal-kongregazzjoni tagħna s-Sależjani. Aħna l-ħbieb tas-subien tagħna. Biex nitgħallmu nikkmandawhom irridu nitgħallmu nobdu; u biex inkunu rrispettati rridu l-ewwel insiru maħbuba.” Hekk jikteb dwar is-Sistema Preventiva San Giovanni Bosco jew, kif inhu aktar magħruf magħna, Dun Bosco. Dan is-saċerdot huwa wieħed mill-aktar qaddisin li poġġew iż-żgħażagħ fiċ-ċentru tal-missjoni tagħhom u dak li beda għadu għaddej sal-lum. San Ġorġ Preca tgħallem ħafna minn dan il-qaddis u xi ftit jew wisq il-MUSEUM jipprattika sistemi pprinċipjati minn Dun Bosco. Min kien Dun Bosco? Giovanni Bosco twieled fis-16 ta’ Awwissu 1815 f’Castelnuovo d’Asti minn Francesco u Margherita Occhiena (illum venerabbli) u kien l-iżgħar fost tliet subien. Missieru miet sentejn wara u l-omm tat lil uliedha formazzjoni Nisranija mill-aqwa. Ta’ disa’ snin Dun Bosco kellu ħolma li influwenzatlu ħajtu għax fiha ra ċorma tfal jilagħbu u jitkellmu ħażin u raġel pulit qallu li kien dmiru li jsir ħabib ta’ dawk it-tfal u jurihom kemm il-ħażen hu ikrah u kemm il-virtù hi sabiħa. Ta’ età żgħira beda jitgħallem il-bużullotti u mbagħad kien 236

jagħmilhom għal sħabu u l-ġirien u bħala ħlas kien jitlobhom jitolbu ftit jew jisimgħuh jagħmel prietka. Minħabba l-faqar talfamilja tiegħu ma setax jistudja u qatta’ ftit snin minn ħajtu jirgħa l-merħliet. Ta’ 12-il sena telaq middar għax ma felaħx l-argumenti ta’ ħuh Antonio li kien ifixklu milli jistudja. L-uniku xogħol li sab kien f’post fejn jagħmlu l-inbid. Kompla jfittex modi kif jistudja għax ix-xewqa għas-saċerdozju qatt ma naqset u ltaqa’ ma’ Dun Ġużepp Cafasso li għaraf it-talenti li kellu Bosco u għenu jistudja. Ta’ għoxrin sena daħal is-seminarju u


l-Isqof Franzoni ta’ Turin ordnah saċerdot. L-ewwel ħidma tiegħu kienet bħala kappillan fi skola tal-bniet u fl-istess ħin kien ukoll iżur il-ħabsin, jgħallem il-katekiżmu u jgħin fil-parroċċi tal-qrib. Kien baqa’ maħsud u mbellah jara tfal u żgħażagħ ta’ bejn it-12 u t-18-il sena fil-ħabs u beda jaħseb kif seta’ jgħin lil tant żgħażagħ biex ma jaqgħux fil-vizzji. F’Turin f’nofs is-seklu 19 kien hemm ħafna nies ifittxu x-xogħol u mhux dejjem kien jirnexxilhom. Dun Bosco beda jara li l-metodi tradizzjonali ma kinux ser jgħinuh fil-ħidma tiegħu maż-żgħażagħ u allura beda jfittixhom u jiltaqa’ magħhom f’postijiet differenti li aktar tard beda jsejħilhom Oratorji. Ilkumplament nafuh.

237


Is-Sistema Priventiva Dun Bosco jikteb hekk: “Hemm żewġ sistemi li ġew użati tul issekli fl-edukazzjoni taż-żgħażagħ: dik preventiva u dik ripressiva. Fis-Sistema Ripressiva r-regoli jiġu ssettjati u l-awtorità toqgħod tosserva x’qed jiġri; tindaħal biss biex tikkastiga meta r-regoli jinkisru. Fis-Sistema Preventiva r-regoli wkoll jiġu ssettjati imma l-awtorità flok titbiegħed tibqa’ viċin tas-sudditi, tgħix kemm jista’ jkun l-istess ħajja tagħhom u fi spirtu ta’ attenzjoni u ta’ ħbiberija tgħin biex jiġu evitati l-ksur tarregoli li jkun ħaqqhom kastig.” Bla dubju s-Sależjani jużaw din is-sistema għax, kif kien jgħid San Franġisk de Sales, “aktar tista’ taqbad dubbien b’kuċċarina għasel milli b’barmil ħall”. Lil min kien jiġi fl-Oratorju Dun Bosco kien jgħidlu: “Hawn l-imħabba tirrenja u mhux il-qasba.” Kiteb ukoll li s-Sistema Preventiva “hija bbażata fuq ir-raġuni, ir-reliġjon u l-ġentilezza”. Ir-Raġuni Ir-raġuni fis-Sistema Preventiva hija l-istrateġija biex nifhmu l-karattru taż-żagħżugħ u biex niskopru kif jitgħallem. Bissaħħa tar-raġuni ssib il-mod kif tikkomunika b’mod effettiv miegħu. Biex dan isir l-edukatur 238

irid ikun il-ħin kollu viċin iżżagħżugħ f’għaqda ta’ ħbiberija. Il-preżenza tal-edukatur tagħti liżżagħżugħ għajnuna emozzjonali u psikoloġika hekk kif hu l-ħin kollu jkun qed ifittex li jkun sigur u rikonoxxut u jappartieni għallgrupp. Dawn il-bżonnijiet tażżagħżugħ jiġu sodisfatti permezz tar-relazzjoni interpersonali u mimlija kunfidenza (familjarità) li jkun hemm bejn l-adult u ż-żagħżugħ. Skont Dun Bosco, “l-adult ikun qisu missier mimli mħabba li jinkoraġġixxi lil uliedu u jfaħħarhom fil-ħin opportun”. Dan l-isforz għandu wkoll jgħin biex tonqos il-generation gap billi jinżamm bilanċ san bejn l-awtorità u l-permessività, il-libertà tingħaqad mar-responsabbiltà u l-ġdid u l-qadim jimxu pass pass. Ir-Reliġjon San Ġwann Bosco kiteb li “r-Reliġjon biss tista’ tibda u tassigura edukazzjoni vera”. Ma jistax ikun hemm edukazzjoni vera jekk ma jitwasslux il-valuri umani u, aktar minn hekk, dawk Evanġeliċi. L-aħbar it-tajba ta’ Ġesù hija d-dawl li jgħin liżżagħżugħ jimxi sew fil-ħajja ta’ issa u li ġejja. Ir-reliġjon tgħin liżżagħżugħ jidderieġi l-azzjonijiet tiegħu u jagħmel il-ġid għalih innifsu u għall-oħrajn b’mod li


jkun ta’ forza pożittiva fis-soċjetà. Għalhekk fis-Sistema Preventiva għandhom sehem importanti s-sagramenti u t-talb għax dawn huma l-modi kif l-għajnuna u l-grazzja ta’ Alla jaslu għand it-tfal u ż-żgħażagħ. Dun Bosco kiteb: “ItTqarbin ta’ spiss u l-Quddiesa ta’ kuljum huma ż-żewġ pilastri taledukazzjoni Nisranija.”

Il-Ġentilezza Il-ġentilezza mhix debbolizza jew inferjorità imma kwalità fi bniedem ta’ karattru b’saħħtu u li għandu kontroll sħiħ fuqu nnifsu. B’dil-kwalità l-adult jipprova joħloq atmosfera persważiva u fl-istess ħin mimlija fiduċja fost iż-żgħażagħ li jkunu madwaru, atmosfera fejn kulħadd iħossu komdu jikkomunika. Din ilġentilezza jew imħabba fil-grupp toħloq spazju biex iż-żagħżugħ ikollu kunfidenza fih innifsu u ma jibżax jesperimenta u jipprova affarijiet ġodda ħalli jiskopri lilu nnifsu u t-talenti li għandu. B’hekk nifhmu kemm huma importanti mhux biss l-iskola jew l-għaqda fejn jattendi ż-żagħżugħ imma wkoll l-ambjent familjari. Minħabba f’hekk Dun Bosco dejjem kien jisħaq fuq il-bżonn li jinħoloq sens ta’ familja vera fejn il-membri huma magħqudin flimkien fil-ferħ, l-imħabba u l-paċi. 239


Dun Bosco jkompli jisħaq filkitbiet tiegħu li r-relazzjoni bejn l-adult u ż-żagħżugħ trid tkun immarkata bl-armonija u l-ftehim: “Mingħajr kunfidenza u mħabba, ma jistax ikun hemm edukazzjoni vera.” Dan hu meħtieġ għax inkella tinħoloq speċi ta’ barriera li tfixkel lill-edukatur milli jinfluwenza liż-żagħżugħ għat-tajjeb. Meta l-edukatur ikun irrispettat u maħbub fl-istess ħin, ikun flaqwa pożizzjoni possibbli biex jgħallem u jinfluwenza għat-tajjeb lis-sudditi fejn għandu x’jaqsam il-livell soċjali. Dun Bosco jikteb: “Meta t-tfal dejjem jaraw lilledukatur bilqiegħda f’postu biss, jarawh bħala edukatur u xejn iżjed. Imma jekk waqt il-ħin tallogħob jitħallat magħhom, jibdew jarawh bħala ħuhom.”

Dun Bosco kien jemmen li s-sigriet fl-edukazzjoni taż-żgħażagħ qiegħed fir-relazzjoni (rapport) li l-edukatur jirnexxilu jibni magħhom fejn ikun hemm fiduċja u rispett reċiproku fi spirtu ta’ ħbiberija, simpatija, kooperazzjoni u fuq kollox għassa. Dan isir biss jekk l-edukatur ikun verament interessat fil-ġid ta’ dawk ta’ madwaru għax għandu fil-fond ta’ qalbu l-istess motto li kellu Dun Bosco: “Agħtini l-erwieħ...” ⧀ Brian Bajada

240


Jesus Wept

K

Il-Pittura tal-Faċċata

ieku ma tarax it-titlu taħsbu kwadru tal-Iben il-Ħali: il-missier qed jgħannaq lill-iben. Dan ukoll nistgħu nilmħuh, kif ser naraw fl-aħħar tal-artiklu, imma meta tħares lejn il-wiċċ imbikkem tikkonkludi li hu l-wiċċ ta’ Ġesù. It-titlu Jesus Wept jikkonferma dan. F’dan il-kwadru naraw lil Ġesù jibki filwaqt li jgħannaq lil Marija oħt Lazzru.

Marija Oħt Lazzru Qabel ma nikkontemplaw dan ilkwadru u s-silta minn kapitlu ħdax ta’ San Ġwann, tajjeb li niċċaraw punt importanti. Fil-kwadru Mary’s Gift immeditajna s-silta tal-midinba niedma li xarrbet riġlejn Ġesù biddmugħ, mesħithomlu b’xagħarha u dilkithomlu biż-żejt (Lq 7, 36-50). San Luqa ma jgħidx li din il-mara kien jisimha Marija jew li kienet Marija ta’ Magdala u wisq inqas ma jgħid li din kienet Marija oħt Lazzru. Fil-kapitlu tmienja jsemmi lil Marija minn Magdala li minnha kien ħareġ seba’ xjaten. Skont l-istudjuż talBibbja Gianfranco Ravasi, din Marija lanqas biss kienet prostituta. Il-fatt li Ġesù keċċa minnha seba’ xjaten ifisser li Ġesù fejjaqha minn difett fiżiku gravi.

Issa f’dan il-kwadru la ser nimmeditaw lil Marija ta’ Magdala u lanqas lill-mara midinba talGalilija, iżda lil Marija oħt Marta u Lazzru. Marija oħt Lazzru wkoll dilket riġlejn Ġesù bil-fwieħa meta kien f’Betanja, ħaġa pjuttost normali meta persuna importanti tiġi mistiedna għal xi ikla. ‘Ejja Ara’ Dan il-kwadru jeħodna qabel l-ikla f’Betanja. Meta Ġesù ġie biex iqajjem lil Lazzru mill-mewt, dan kien ilu diġà erbat ijiem fil-qabar. Hekk kif Ġesù wasal Betanja, Marta ħarġet tiltaqa’ miegħu u hu ħabbrilha li Lazzru kien ser iqum. Imbagħad hija marret issejjaħ lil Marija li malajr ġiet tiltaqa’ ma’ Ġesù: “Xħin ratu nxteħtet f’riġlejh 241


u qaltlu: ‘Mulej, li kont hawn ma kienx imut ħija.’ Ġesù kif raha tibki, u l-Lhud li ġew magħha jibku, tkexkex fih innifsu u tqanqal u qal: ‘Fejn qegħidtuh?’ Qalulu: ‘Mulej, ejja ara.’ U beka Ġesù.” (Ġw 11, 3235) F’dan il-kwadru naraw xena immaġinarja li tinsab bejn vers 35 u vers 36. San Ġwann jgħidilna li Marija nxteħtet f’riġlejn Ġesù. Bonnell jimmaġina lil Ġesù jqajjem lil Marija, jgħannaqha u jibki. Qabel ma jqajjem lil Lazzru millmewt, iqajjem lil Marija mill-kriżi emozzjonali tagħha!

242

Il-wiċċ ta’ Ġesù, b’għajnejh magħluqa u bid-dmugħ ħiereġ, huwa xhieda ta’ bniedem li tassew qed jesperjenza wġigħ u niket. Tassew jidher imqanqal u mkexkex fih innifsu. L-ispirtu u l-qalb tiegħu kienu qed jiffukaw fuq ħaġa waħda biss. Ġesù hawn qed jagħti raġun lill-biki u l-krizi emozzjonali li aħna xi drabi ngħaddu minnha fleperjenza umana tagħna. Fil-bidu tal-Evanġelju tiegħu San Ġwann jgħidilna li l-Kelma saret laħam, ġisem, bniedem, u għammret fostna. Alla li kien minn dejjem u li kollox sar bih, isir bniedem taddemm u l-laħam li jħoss u jweġġa’, “bl-uġigħ tagħna huwa tgħabba” (Is 53), ħalli jersaq kemm jista’ lejna u jkun qrib tagħna.


Għall-mistoqsija ta’ Ġesù “Fejn qegħidtuh?” Marija twieġeb: “Ejja ara.” U proprju għal din l-istedina ta’ Marija Ġesù beka. Meta l-Appostli staqsewh fejn jgħammar, Ġesù kien wieġeb blistess kliem: “Ejjew u araw.” (Ġw 1, 38-39) Din id-darba Hu li kien Alla ġie mistieden minn mara biex jinżel fl-abbissi tal-misteru tattbatija u jara u jħoss l-uġigħ talbniedem. Kien proprju l-qabar ta’ Lazzru l-ikbar uġigħ għal Ġesù.

San Luqa jippreżentalna wkoll lil Ġesù jibki wara d-daħla solenni tiegħu f’Ġerusalemm, il-belt li ironikament qisha qatt ma tista’ ssib sliem minħabba d-dnub talbniedem. F’San Ġwann Ġesù jibki quddiem il-misteru tal-mewt viċin il-qabar ta’ Lazzru, madwar ġimgħa qabel il-qawmien tiegħu stess. Jaf li hu nnifsu ser jgħaddi mill-istess esperjenza u ser jirbaħ il-mewt bil-qawmien tiegħu, imma xorta jibki. Jibki l-ewwel biex jurina li n-niket tagħna huwa realtà u wkoll biex jurina kemm huma koroh id-dnub u l-mewt. “Inti Tħaddanni” Ġesù qed jikkonsla lil Marija b’dirgħajh fuq għonqha u daharha. Din ix-xena tfakkarni f’Salm 139: “Minn wara u minn quddiem Inti tħaddanni, u tqiegħed idek fuqi.” It-tgħanniqa ta’ Ġesù turi mħabba. Aħna maħbubin mill-Mulej: din

hi l-mediċina li biha jiġu mfejqa l-ġrieħi tal-qalb sensittiva u umana tagħna. Ġesù wkoll esperjenza n-niket, it-telfa, l-uġigħ u l-mewt. Hu wkoll tqanqal, tkexkex u beka. Kien iħoss bħal kull bniedem ieħor. Kellu emozzjonijiet umani. Hu jafna u jifhimna għax esperjenza l-ħajja li aħna qegħdin ngħixu. Jaf li mhux faċli u għalhekk irid jgħannaqna u jibki magħna. Però biex inħalluh jgħannaqna jrid ikollna relazzjoni personali miegħu. Relazzjoni ta’ mħabba sinċiera u ħajja. Din l-istess relazzjoni personali ta’ mħabba tispira u timmotiva l-arti ta’ Bonnell. Meta Daniel Bonnell kien għadu tarbija ta’ 18-il xahar, intlaqat minn marda li ġiet deskritta mit-tobba bħala terminali. It-tobba iżolawh għal tmint ijiem li matulhom ma seta’ jara lil ħadd. Bonnell jgħid hekk dwar din l-esperjenza: “Il-ġenituri, speċjalment l-omm, huma d-dinja kollha għal tarbija ta’ 18-il xahar. Ilkrizi emozzjonali tal-abandun talġenituri hija esperjenza iebsa għal tarbija ta’ dik l-età. Madankollu jien ma kontx abbandunat. Alla kien miegħi tul dawk it-tmint ijiem. Ma kienx hemm xi viżjoni jew miraklu li baqgħu stampati f’moħħi. Ma kienx hemm xi leħen li kellimni. Kont sempliciment miżmum f’dirgħajh f’dak il-waqt ta’ konfużjoni u telfa. Kif naf dan? M’għandix idea. Il243


grazzja ta’ Alla żammitni dakinhar bħalma qiegħda żżommni issa. Il-pitturi tiegħi, b’mod indirett, jirriflettu dawk it-tmint ijiem fejn bħala tarbija kont mitluq waħdi.” It-Tgħanniqa tal-Missier Ma nafux jekk kienx binhar jew billejl. Però għal darb’oħra Bonnell ipinġi l-qamar fl-isfond talkwadru. Wieħed jista’ jara l-qamar

bħala simbolu tas-siegħa ta’ Ġesù jew tal-festa tal-Għid li kienet qiegħda toqrob. Però, bħal filkwadru Mary’s Gift, għal Bonnell il-qamar jirrappreżenta lil Alla l-Missier li huwa dejjem preżenti u li fl-imħabba tiegħu jippermetti dak kollu li ġara fil-ħajja ta’ Ġesù kif ukoll dak li jiġri f’ħajjitna.

Hawn Bonnell ifakkarna wkoll li permezz ta’ Ġesù nagħrfu tassew min hu Alla. Kif qal lil Filippu: “Min jara lili jara lillMissier.” (Ġw 14, 9) Ġesù wkoll qiegħed jiġi mgħannaq mid-dija li ġejja mill-qamar. Alla l-Missier fis-simbolu tal-qamar qiegħed jgħannaq lill-Iben inkarnat. Però normalment il-qamar jirrifletti d-dawl tax-xemx. Allura f’dan il-kwadru proprjament mhux il-qamar qed idawwal lil Ġesù, iżda bil-kontra: Ġesù d-dawl taddinja qiegħed idawwal il-qamar. Il-qamar qiegħed jidher permezz ta’ Ġesù. Ġesù rrivelalna l-Missier mhux biss bil-kelma imma anki blgħemil tiegħu. U f’dan l-episodju tant uman Ġesù għal darb’oħra jurina li Alla huwa Alla ħanin li jifhem il-weġgħat tagħna, li jrid jibki magħna, li jħobbna u jrid jgħannaqna miegħu. ⧀ Ivan Grixti

244


Ġinnasju Spiritwali

F

Qrajt Ktieb tal-Fundatur

il-ġurnata tal-lum kiber ħafna l-għarfien dwar l-importanza tas-saħħa u żdiedet ukoll l-eżaltazzjoni tal-ġisem. B’hekk kisbet popolarità kbira l-attendenza regolari fil-gym (fil-ġinnasju). Meta tqis dan kollu, l-isem tal-ktieb tal-Fundatur Ġinnasju Spiritwali llum jieħu xeħta iktar affaxxinanti. Fi żmienna ħafna nies biex jikkuraw ġisimhom, speċjalment biex itejbu d-dehra tagħhom jew inkella minħabba kwistjonijiet ta’ saħħa, lesti jagħmlu ħafna sforzi u sagrifiċċji tant li spiss iqattgħu ħinijiet twal fil-ġinnasju. B’dan il-ktieb Dun Ġorġ jipproponilna nattendu ta’ spiss fil-ġinnasju spiritwali ħalli nikkuraw lir-ruħ tagħna.

245


Forsi ħaġa li wieħed jista’ jikkritika f’dan il-ktieb hu l-fatt li Dun Ġorġ jissepara wisq ir-ruħ mill-ġisem. Però rridu niftakru li dan il-ktieb kitbu qabel il-Konċilju Vatikan II meta t-Teoloġija kienet għadha b’xi mod tħares lejn il-ġisem bħala l-ħabs tar-ruħ u l-ġisem kien meqjus bħala l-parti li timbutta l-bniedem għall-ħażen bil-maqlub tar-ruħ li timbuttah għat-tajjeb. Il-viżjoni tal-ispiritwalità ta’ wara l-Konċilju u tal-lum tmur lura għall-għeruq tal-Kristjaneżmu fejn ma kinetx issir firda bejn il-ġisem u r-ruħ u l-Insara kienu jżommu li l-persuna sħiħa għandha tfittex li tingħaqad f’relazzjoni ma’ Alla. Għalkemm dan l-aspett għandu jkun ċar fil-moħħ tal-qarrej, madankollu huwa ma jfaqqarx l-għana tal-għerf qaddis talĠinnasju Spiritwali. Fil-bidu tal-ktieb għandna ‘Dikjarazzjoni' fuq il-Ġinnasju Spiritwali li turi kif fih ħa nsibu ġabra ta’ tagħlim minn diversi awturi spiritwali ta’ ċerta importanza. Tgħid ukoll li wieħed għandu jaqra dan il-ktieb bid-diliġenza u jixtarru għallutilità, id-dawl u l-paċi li jrid jikkomunika. L-importanti hu li l-qarrej ikollu d-dispożizzjoni talqalb. Il-qarrej hu mistieden biex jattendi għall-100 sessjoni filġinnasju jew, kif jissejħu fil-ktieb, 100 Attendenza. F’ġinnasju lanqas 246

biss tgħaddilek mill-garigori ta’ moħħok li tagħmel iktar minn sessjoni waħda kuljum għax ilfiżiku tiegħek ma jiflaħx għal iktar. Bl-istess mod hu ssuġġerit li tinqara Attendenza waħda kuljum biex wieħed ikollu ċans għarriflessjoni mingħajr interruzzjoni sakemm ikun spiċċa l-kors kollu tal-Attendenzi. F’kull Attendenza wieħed jiltaqa’ mal-gym instructor, Ġesù Kristu, li jagħtih il-pariri tiegħu dwar kif għandu jeżerċita ruħu. Għalhekk f’kull Attendenza għandu jistħajjel lil Ġesù qiegħed ikellmu. Fil-bidu ta’ kull Attendenza wieħed għandu jagħmel il-warming up billi jrodd is-salib bl-invokazzjoni tas-Santissma Trinità qabel kull Attendenza ġinnasjali u jagħmel din l-offerta: “Alla, o Missier, irċievi l-pjagi divini ta’ ħuna Ġesù Kristu, Ibnek l-għażiż, li jiena noffrilek sabiex tagħtini l-Ispirtu s-Santu tiegħek. Ammen.” Fittmiem ta’ kull Attendenza għandu jagħmel il-cooling down billi jitlob bl-offerta tal-pjagi divini skont l-intenzjonijiet imqegħdin għall-jum stess li fih tinqara. Dawn jinstabu fuq wara tal-ktieb b’intenzjonijiet differenti għal kull jum tal-ġimgħa. Fid-daħla tal-ktieb għandna l-paragun mas-suldati li fi żmien il-paċi ma jinħlewx fil-


għażż u t-tnikkir imma jitħarrġu bid-diliġenza u jippreparaw l-armamenti biex fi żmien il-gwerra jkunu lesti għallkumbattiment. L-istess jagħmel min ma jridx jaqa’ mejjet taħt saqajn l-għedewwa spiritwali u ma jqumx iżjed. Huwa jitgħallem u jipprattika bid-diliġenza dak li jitgħallem, bl-għajnuna tal-grazzja li Alla ma jiċħadha qatt lil min jitlobhielu. Irridu niftakru wkoll li f’din id-dinja wieħed irid jew ma jridx ikollu jillotta u jissara biex jagħmel it-tajjeb u jaħrab ilħażin. U jirbaħ biss jekk jagħmel dan skont ir-regoli tal-Evanġelju u jżomm dejjem quddiem għajnejh il-premju fi tgawdija eterna ma’ Alla u jistmell il-possibilità ta’ ħajja għal dejjem mingħajr Alla u għalhekk mimlija tbatija.

kontra xulxin bl-għan li jqabbżu ’l barra mill-konfini taċ-ċirku lill-avversarju tagħhom. Jekk nimmaġinaw fil-moħħ tagħna din id-dixxiplina sportiva nkunu nistgħu nifhmu aħjar anke ċerti analoġiji (tixbihat) malkumbattiment li jseħħ fil-bniedem bejn il-ġibda għad-dnub u x-xewqa għal Alla. Madankollu l-analoġiji li juża Dun Ġorġ fil-ktieb iktar joqogħdu għal xi gwerra bejn suldati f’kamp tal-battalja. Tnejn mill-favoriti tiegħi huma Attendenza Nru. 15 fejn is-suġġett hu “X’jenħtieġ li wieħed jinża’ biex jidħol jissara” u Attendenza Nru. 16 li tittratta t-tema “X’jenħtieġ li wieħed jilbes biex jidħol jissara”.

Din l-idea tal-lotta (ġlieda) spiritwali li tinsab fil-ktieb kollu tfakkarni fid-dixxiplina Olimpika tal-lotta Greko-Rumana fejn iż-żewġ konkorrenti jissaraw

247


Ovvjament Dun Ġorġ li jinqeda ħafna bl-ideat tal-Evanġelju huwa radikali ħafna f’kull Attendenza u dawn it-tnejn mhumiex eċċezzjoni. Fl-ewwel waħda jgħid li għandna ninżgħu kollox u ninqatgħu minn kull rabta mal-kreatura li tista’ ttellifna milli nwettqu r-rieda ta’ Alla u nispiċċaw inpoġġu l-kreatura qabel il-Kreatur. Bi kreatura jifhem li wieħed m’għandux ikun marbut ma’ missieru, ma’ ommu, ma’ ħutu, ma’ ħbiebu, mal-ġid temporali, mal-ħajja, mal-fama u mal-possessjonijiet sakemm dawn ma jgħinuhx għall-akkwist ta’ Alla. Fit-tieni waħda jgħid li aħna għandna nilbsu l-armatura tal-orazzjoni li tissoponi fidi ferma fir-ruħ. Min ma jitlobx jaqa’ fittentazzjoni u min jitlob jirbaħ kull tentazzjoni. Attendenzi oħra ta’ interess huma dawk li jittrattaw it-tentazzjoni li tattakka ruħek mal-ġudizzju tiegħek proprju, li żżomm il-punt tiegħek, li tispaċenzja ruħek, li tabbuża mill-ħniena ta’ Alla, li tfittex id-drittijiet tiegħek, li titlef iż-żmien. Jissemmew tentazzjonijiet oħra, bħal dik tażżina, tal-għira u tal-kurżità. Kważi Dun Ġorġ idur kull tentazzjoni possibbli, żgur mill-fatt li f’xi wħud minnhom aħna dgħajfin. Għalhekk dan il-ktieb jgħodd għal kull bniedem, ta’ kull età u ta’ kull stat. Int żgħir jew kbir żgur 248

li tkun ittentat f’xi ħin jew ieħor tal-ġurnata biex twarrab lil Alla u tħaddan id-dnub. Dan il-ktieb għandu jservi ta’ manwal għalina lkoll kontra l-qerq u l-inganni taxxitan, tad-dinja u tan-natura fraġli tagħna. Fil-konklużjoni Dun Ġorġ juri kif wieħed ibierek tassew il-mument li fih ikun mhux biss qara dan ilĠinnasju Spiritwali iżda pprattika wkoll dak li hemm fih. Ibierku filjum tal-mewt tiegħu, fil-ġudizzju. Hu jistedinna biex bħall-qaddisin inżommu ruħna f’kull mument fil-preżenza ta’ Alla u f’kull ħsieb, f’kull kelma u f’kull azzjoni tagħna naħsbu dejjem f’Alla. Hu jħeġġiġna niftakru fis-serjetà tal-mewt u talġudizzju ta’ Alla li jiġġudikana fuq kemm aħna nkunu għexna skont il-verità u l-ġustizzja li għarafna f’ħajjitna. Dak tassew jemmen min jgħix skont ma jemmen. U niftakru li s-sentenza ta’ tgawdija jew ta’ tbatija hi waħda eterna u ma tistax titbiddel. Fl-aħħar talktieb insibu għadd ta’ avvertenzi fejn fost l-oħrajn jiġi ssuġġerit li l-Kandidati għandhom jitħarrġu fil-Ġinnasju Spiritwali taħt ittreġija tal-Kultur bi preparazzjoni għall-inkorporazzjoni tagħhom. Is-Soċji għandhom jagħmlu użu minnu fl-eżerċizzju tal-Parrinija. Fil-bidu tal-Attendenza l-Kultur jew Parrinu għandu jgħid it-talba: “Majjistru divin, għidli x’ngħallem


illum lill-iskulari tiegħek li inti afdajtli providenzjalment fil-ħsieb tiegħi u agħmel li t-tagħlim jiswa lili u lilhom għas-saħħa ta’ dejjem. Ammen." Filwaqt li fit-tmiem talAttendenza jitlob: “Sinjur Ġesù Kristu, inti għallimtna li meta nkunu għamilna d-doveri tagħna ngħidu: ‘Aħna servi battala, għamilna dak li kellna nagħmlu.’ Iżda aħna ngħidulek ukoll: ‘Grazzi u maħfra.’”

Jalla ħafna Soċji u Kandidati jaqraw ta’ spiss l-Attendenzi li nsibu filĠinnasju Spiritwali biex jitħarrġu fil-ħajja tal-qdusija. Jalla l-Ispirtu s-Santu jqanqal lill-membri biex jinqdew bil-ġid imprezzabbli li ħallielna l-Fundatur f’dan il-ktieb mimli għerf spiritwali. ⧀

Steve Galea

249


Mulej, ma Jistħoqqlix Victor Fenech

V

Letteratura

ictor Fenech huwa poeta modern validu ħafna u fl-istess ħin interessanti. Huwa beda jikteb fis-snin sittin tas-seklu għoxrin fi żmien il-qawmien letterarju ta’ dik l-epoka u baqa’ jikteb fis-snin talbidu tas-seklu l-ġdid. Fenech kiteb kemm proża kif ukoll poeżija u daħħal fil-letteratura Maltija ġeneru ġdid bl-isem ta’ poeproża (bejn poeżija u proża iżda l-ġeneru hu magħdud mal-poeżija) li baqa’ tipiku tiegħu biss. Dan ilpoeta kien surmast ta’ skola sekondarja, edukatur, editur ta’ kotba u rivisti u kkontribwixxa wkoll artikli regolari bħala ġurnalista. Fl-2011 il-ġabra sħiħa tax-xogħol poetiku tiegħu dehret fi ktieb bl-isem Il-Poeżiji.

Il-poeżija tal-ewwel ġabriet ta’ Victor Fenech kienet, fost temi oħra, tirrifletti l-indeċiżjoni, l-imħabba, il-qerda tal-ambjent u d-delużjoni politika. Maż-żmien il-poeta adult għadda għat-tiftix tal-għeruq tiegħu u tal-bniedem universali b’riflessjoni poetika qawwija. Dan is-sens ta’ tiftix wassal lill-poeta għas-sens reliġjuż li kapaċi jorbot ħafna trufijiet ta’ dak li jinħass u li fil-fatt hu frammentat. Il-poeżija Mulej, ma jistħoqqlix tirrifletti dan is-sens ġdid, b’ċerta sogħba għall-imgħoddi iżda b’tama kbira fil-Mulej li jaħfer u li jilqa’ lillmidinbin li jibqgħu dejjem uliedu. 250

Din il-poeżija, kif wieħed jinduna mill-ewwel mit-titlu tagħha, hija miktuba bħala talba u setgħet kienet imnebbħa mit-talba li tibda bl-istess kelmiet u li ngħiduha filQuddiesa ftit qabel it-tqarbin. Ilpoeta Fenech jidħol mill-ewwel fis-suġġett billi fl-ewwel strofa jgħid li hu għadda ħajtu jaħrab minn Alla għax qatt ma seta’ jħoss verament il-qawwa tiegħu tiġbdu lejh (jew ippretenda li mhux iħossha). Madankollu din il-forza għandha l-bażi tagħha fil-ħolqien. Hawnhekk għandu l-iżjed vers tqil fil-poeżija fejn isemmi ‘l-Eros Thanatos talĦolqien’. L-Eros-Thanatos huma


l-imħabba u l-mewt. Is-sens huwa li l-ħajja hija ġlieda kontinwa talimħabba kontra l-mewt. Il-poeta donnu qiegħed jgħid lill-Ħallieq tiegħu li “teżisti ġlieda kontinwa bejn l-imħabba li tnissel il-ħlejjaq ġodda u l-mewt li teqridhom. Għalhekk l-imħabba qisha l-bidu u l-mewt hija t-tmiem tal-ħajja filħolqien.” Minn hawn ’il quddiem il-poeżija ssir iżjed ħafifa u tinftiehem malajr. Fit-tieni strofa l-poeta Fenech iħoss li, minkejja kollox, meta jdoqq l-arloġġ għalih, jiġifieri meta tasal is-siegħa ta’ mewtu, sejjer idur lejn il-Mulej u bil-wiċċ tost kollu jitolbu maħfra. U jaf li Alla bħala missier twajjeb aktarx li jilqgħu mill-ġdid. Fit-tielet strofa Victor Fenech ikompli jgħid li hu ma jistenniex (u għalhekk jaf li ma jistħoqqlux) li jkollu xi trattament speċjali bħal meta r-ragħaj ipoġġi n-nagħġa l-mitlufa fuq spallejh. Għalih ikun biżżejjed li jara lill-Mulej qrib u jkun minur (wieħed miż-żgħar) fis-saltna li għadha ġejja.

Fl-aħħar strofa l-poeta jesprimi xewqa jew tama li donnu ilu s-snin iġorr ġo fih. Fl-istess ħin ma jħossux deċiż għal kollox x’sejjer jiġri u għandu mnejn ikun tard wisq. Madankollu xorta jittama li għad iħoss u jifhem is-sigriet talgħejun (minn fejn huma ġejjin) tal-qawwiet tal-glorja ta’ Alla, jiġifieri fost ħwejjeġ oħra l-ħniena, l-imħabba u l-mogħdrija li dejjem sab u li għad isib quddiem il-Mulej. Victor Fenech jibqa’ l-poeta li jfittex, speċjalment dak li jagħti sens lill-ħajja. U min ifittex għandu jsib, imbasta jfittex bis-serjetà u fejn jista’ jsib dak li jkun ifittex.

Bħala għeluq ser inġibu kumment ċkejken li l-Professur Oliver Friggieri għoġbu jikteb dwar din il-poeżija. “F’dan il-proġett kollu ta’ tiftix ta’ suriet differenti Fenech jemmen li t-tifsira għad tingħata, u hi tifsira reliġjuża. Mulej, ma jistħoqqlix mhix talba ta’ mument wieħed, maqtugħ mill-waqtiet l-oħrajn. Hi għamla ta’ rendikont ta’ ħajja sħiħa, stqarrija ta’ poeta li qiegħed jistenna li jifhem ‘issigriet’ li hu fih innifsu ‘l-għejun tal-glorja ta’ Alla’.” ⧀ Ġorġ Borg

251


Mulej, Ma Jistħoqqlix

Mulej, qattajt ħajti naħarbek bħal fenek tal-liebru b’kuxjenza inkwieta; qatt ma stajt inħoss (jew lgħabtha ta’ Ġaħan?) il-forza manjetika tiegħek u s-sisien: l-Eros Thanatos tal-Ħolqien. Madankollu naf li meta jdoqq l-arloġġ u naħbat wiċċ imb wiċċ mal-għajn tal-verità se ndur wiċċi tost lejk nitolbok maħfra. U int, ta’ missier twajjeb, aktarx tilqa’ l-prodigal. Le, ma nistenna qatt (ma jistħoqqlix) tpoġġini fuq spallejk nagħġa mitlufa. Magħdud mal-maħfurin, ikun biżżejjed narak qrib, minur fis-saltna tiegħek. U forsi fl-aħħar (jekk mhux tard) inħoss-nifhem is-sigriet l-għejun tal-glorja tiegħek. Victor Fenech 252


Mill-Kalendarji “Antiki”... Ta’ 75 sena ilu Lulju 1940 “Duminku u l-isqof ipproponew li x-xogħol għandhom jaħdmuh billi jipperswadu bil-kelma ħelwa, għax ikun aħjar milli bil-biża’... Huwa għallem lill-missjunarji tiegħu kif jippritkaw b’mod li jqanqlu lill-qlub billi jnisslu fihom żelu u karità. Mistoqsi ġurnata waħda wara li spiċċa minn prietka f’liema ktieb studja l-prietka tiegħu, huwa qal: ‘Fl-ebda wieħed ħlief dak talkarità.’” (San Duminku ta’ Gużman, pp.74, 77)

“Ġesù li dejjem kien ħelu ma’ kulħadd, saħansitra mal-midinbin l-iktar kbar, ippronunzja dawn il-kelmiet ta’ theddid u ta’ saħta (għal min jagħti skandlu). Għaliex sentenza hekk terribbli? Għax l-iskandlu huwa dnub kbir. Id-dinja ħażina u mħassra ftit tagħti kas ta’ dan id-dnub; iżda fil-keffa ta’ Alla, o kemm jiżen!” (L-Iskandlu, p.78)

Storja tal-Kalendarju Museumin

Nota: Minn Awwissu 1940 salaħħar tal-1943 il-Kalendarju Museumin ma ħariġx għax Malta kienet fl-eqqel tat-Tieni Gwerra Dinjija. Imbagħad reġa’ beda joħroġ f’Jannar 1944. Ta’ 50 sena ilu Lulju 1965 “Il-Kardinal Suenens, Primat talBelġju, f’għeluq l-ewwel sessjoni tal-Konċilju għamel pubblika ħaġa li kienet fdata lilu minn Papa Ġwanni XXIII fil-jiem ta’ qabel din il-ġrajja kbira. ‘Malli l-Konċilju jkun beda, naf tajjeb x’jibqagħli nagħmel.’ Il-Kardinal, milqut millkurżità, staqsieh x’kellu l-ħsieb li jagħmel u l-Papa wieġeb: ‘Il-parti tiegħi tkun li nbati għall-Konċilju.’” (Teftif, p. 127) “Ċirkulari lill-Oqsma mibgħuta mis-Superjur Ġenerali nhar l-14 ta’ Novembru 1915. Il-Kumpannija tfakkar lil xi Soċji tagħha fuq dawn il-kostituzzjonijiet: ilqtugħ tax-xagħar, l-ingravata, 253


il-Mons Domini ta’ kuljum, ilbewsa tal-palju tas-Superjuri, issalib ta’ filgħodu, l-orazzjoni ta’ filgħodu, il-magnum silentium talAssenjatur, il-barranin, l-istudju bl-amment tas-Sentenzi Evanġeliċi u s-Sentenzi Epistolarji, il-kwarta tal-Ktieb il-Kbir ta’ kull ġimgħa, ixxelin annwali, l-erba’ penitenzi ta’ kuljum...” (Tifkiriet tal-Imgħoddi, p.135)

Ta’ 25 sena ilu Lulju 1990 “Achille Caruana kien l-ewwel Soċju li miet fi ħdan is-Soċjetà... Jidher li kien jappartieni lill-klassi għolja ta’ Malta. Tal-familja ma riduhx jidħol fl-għaqda ta’ Dun Ġorġ, ‘għax se tbaxxina’ kienu jgħidulu. Iżda Achille kien deċiż fil-fehma tiegħu u daħal fis-Soċjetà ta’ Dun Ġorġ... Kien intelliġenti ħafna. Il-Liċeo kien flimkien ma’ Salvu Muscat. Kellu ħafna opportunitajiet ta’ impjiegi tajbin iżda kien jirrifjutahom għax kienu ser ifixkluh fil-qadi ta’ dmirijietu fis-Soċjetà.” (Apprezzament ta’ Achille Caruana 1887-1911, p.170) Awwissu 1990 “Salvu kien jaħdem ix-xatt iġorr il-faħam. Meta kien jispiċċa kien jitfarfar kif jista’ mill-għabra talfaħam u ftit wara kont tarah jilqa’ t-tfal bit-tbissima huma u deħlin fil-Qasam ta’ Raħal Ġdid fejn ħadem tul ħajtu kollha.” (Apprezzament 254

ta’ Salvatore Baldacchino 18941943, p.186)

“Fl-1883 John Henry Newman reġa’ żar Malta. Kien jgħammar f’Beverley Hotel, il-Belt. Huwa jsemmi fil-kitbiet tiegħu s-sbuħija tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, isswar, id-djar sbieħ Maltin, l-istatwi sbieħ tal-qaddisin u l-bżulija talMaltin. Li kieku mhux minħabba li l-Isqof oppona, il-Papa kien se jagħti d-dar tal-Oratorjani ta’ San Filippu tal-Isla lil Newman biex imexxiha hu.” (J.H. Newman – Mitt Sena minn Mewtu, p.197)

“Diġà kienet xi ħaġa kbira li qassis iwaqqaf soċjetà tat-tagħlim fejn lajċi rġiel jgħallmu lill-oħrajn. Però li dan l-istess qassis jissogra jibda l-istess inizjattiva fost innisa, f’Malta tal-bidu tas-seklu għoxrin, kienet xi ħaġa li jew ridt tkun miġnun biex tagħmilha jew inkella l-fidi tiegħek f’Alla tkun verament kbira.” (Diskors tal-Inkorporazzjoni – Sezzjoni Femminili, p.203) “Ma rridux noqogħdu ninħlew niddefendu l-istituzzjoni (ilKnisja) iżda rridu ngħinu liżżgħażagħ billi nixtiquhom li jħobbu lil Alla għax lilna jarawna nagħmlu hekk.” (“Kif Nedukaw għall-Ħajja Spiritwali” – Fr. Ray Pace, p.209) ⧀ Miġbura minn Robert Aloisio


Is-Salib tar-Rassenjazzjoni

M 1 2

Nixtieq Inkun Naf

embru staqsieni din il-mistoqsija "ġie f’idejja Salib tarRassenjazzjoni qadim u sibt li fuqu kien hemm tliet sentenzi bilLatin. X’kienu dawn? " It-tliet sentenzi huma dawn:

“ Sicut dilexit me Pater, et ego dilexi vos.” - “Kif il-Missier ħabb lili, hekk jiena ħabbejt lilkom.” (Ġw 15, 9);

3

“ Per multas tribulationes oportet nos intrare in regnum Dei.” - “Jeħtiġilna nbatu ħafna biex nidħlu fis-Saltna ta’ Alla.” (Atti 14, 21);

“ Si quis vult post me venire abneget semetipsum, et tollet crucem suam quotidiae, et sequatur me,” dicit Dominus. - “Min irid jiġi warajja, jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu ta’ kuljum, u jiġi warajja,” jgħid il-Mulej. (Lq 9, 23)

L-ewwel sentenza tinsab taħt l-ilwien tal-Papa, jiġifieri l-isfar u l-abjad, preċiż fejn il-parti vertikali tas-salib tiltaqa’ ma’

dik orizzontali; it-tieni sentenza tinsab fuq l-istess naħa tas-salib, isfel nett; it-tielet sentenza tinsab fuq in-naħa l-oħra tas-salib, isfel nett.

Is-Salib tar-Rassenjazzjoni jingħata lill-Kandidat dakinhar taċ-Ċerimonja tiegħu. Huwa u jagħtihulu s-Superjur jgħidlu: “Dan hu l-wirt ta’ kull predestinat għall-glorja eterna: ħudu minn idejn il-Providenza u mingħajr ilmenti imxi dejjem bih wara Kristu.” Is-salib hu simbolu talkuntrarji u t-tbatija li jsib ma’ wiċċu kull min irid jimxi bisserjetà wara Ġesù. Proprju biex juri l-ħtieġa u l-valur tas-salib li l-Fundatur għażel l-ewwel żewġ sentenzi. Dwar l-ewwel sentenza huwa jikteb hekk: “Kristu kruċifiss inissel spirtu ta’ komfort xħin wieħed jifhem li b’dawk it-tbatijiet 255


kollha Alla l-Missier ma kienx qiegħed ħlief iħobbu: ‘Kif ħabbni Missieri, hekk ukoll ħabbejt jiena lilkom,’ hekk qal lill-iskulari tiegħu Kristu Ġesù.” (Sakrarju tal-Ispirtu ta’ Kristu, Passus LX, 18)

skont San Luqa. Raġuni prinċipali għal dan hu l-kliem li l-Evanġelista jpoġġi eżatt qabel din is-sentenza: “Darba (Ġesù) qal lil kulħadd: …”, kif ukoll għax San Luqa hu l-uniku Evanġelista li jsemmi l-kelmiet “ta’ kuljum”.

It-tielet sentenza nsibuha kkwotata fit-tliet Evanġelji Sinottiċi, imma l-Fundatur filkitbiet tiegħu dejjem jikkwotaha

Il-Fundatur ried li l-membri kollha jirrepetu kuljum din is-sentenza hekk kif iqumu filgħodu huma u jaqbdu s-salib u jbusuh fil-parti miżbugħa bl-iswed, biex jindikaw li huma lesti li jaċċettaw dak kollu li se jiġi fuqhom dak il-jum. Ma jafux x’se jiġri, għax il-futur hu moħbi (għalhekk il-lewn iswed fuq is-salib), imma żgur li kulma se jiġrilhom ikun ġej minn idejn “il-ħelu Missier tal-Imbierek Ġesù Kristu” li ma jridx ħlief il-ġid ta’ wliedu.

It-tieni sentenza hi meħuda minn diskors ta’ San Pawl. Naqraw filKtieb tal-Atti: “Fi triqthom lura, (Pawlu u Barnaba) għaddew minn Listra, Ikonju u Antjokja, jagħmlu l-qalb lid-dixxipli u jħeġġuhom biex jibqgħu fil-fidi, għaliex, kif kienu jgħidulhom, jeħtiġilna nbatu ħafna biex nidħlu fis-Saltna ta’ Alla.” (Atti 14, 22)

256


Darba Dun Ġorġ daħal għal għarrieda fil-Qasam ta’ Bormla fejn kienet qed issir Ċerimonja tal-Kandidati. Kien Diċembru 1930 jew 1931. Fost il-Kandidati kien hemm Mikiel Saliba. Dan jirrakkonta li, meta waslu f’dik il-parti taċ-Ċerimonja meta jingħata s-salib, Dun Ġorġ qal lisSuperjur: “Nissuġġerilek li s-salib ma tagħtihulhomx inti. Inti itfa’ s-slaleb fl-art u kull Kandidat imur jiġbru hu biex il-ħaġa tkun aktar personali u libera, u aktar jidher li qed jaċċetta s-salib minn rajh u mhux għax ma jistax jagħmel mod ieħor billi jkun tahulu f’idejh ħaddieħor.” Wara li qallu hekk Dun Ġorġ telaq. Il-Qasam ta’ Bormla baqgħu għal xi żmien jużaw dan il-metodu. Kien hemm żmien ukoll meta s-salib li kienu jagħtu lill-Kandidati kien ikun imċappas bil-balzmu biex jissimboleġġa li s-salib, minkejja li fih innifsu hu ħaġa li ddejqek u tirritak, jekk inti taqbdu b’dik ir-riħa ta’ balzmu fuqu allura tintebaħ li wara kollox is-salib mhuwiex ikrah daqskemm jidher.

Għax is-salib, malli taċċettah u tilqgħu bil-qalb, ma jibqax aktar salib iebes xi ġġorr imma mezz ta’ faraġ u merti.

Interessanti hija wkoll irriflessjoni li Dun Ġorġ kien jagħmel dwar din is-sentenza. Għalih din is-sentenza hija waħda fundamentali. Għadni niftakru f’Sarrija jfissrilna li biex ngħixu mingħajr dnub għandna bżonn ngħixu din is-sentenza. Huwa spjega li kull dnub li nagħmlu ġej jew minħabba l-ġibda tagħna lejn dak li jogħġobna (ilkonkupixxibbli) – u hawn il-kliem ta’ Ġesù “għandu jiċħad lilu nnifsu” - jew minħabba r-reżistenza jew korla tagħna lejn dak li ma jogħġobniex (l-iraxxibbli) – u hawn il-kliem ta’ Ġesù “għandu jerfa’ salibu ta’ kuljum”. Is-Salib tar-Rassenjazzjoni hu simbolu b’ħafna tifsir profond. Ta’ min kultant jirrifletti ftit fuqu biex il-bewsa li nagħtuh kull filgħodu tibda tfisser aktar għalina. ⧀ John Formosa

257


Sezzjoni Maskili

Djarju Museumin

Laqgħa mal-E.T. l-Arċisqof ta’ Malta

L

-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles J. Scicluna ppresieda l-Laqgħa Ġenerali ta’ nhar l-Erbgħa 6 ta’ Mejju 2015. Wara li ngħata merħba mis-Superjur Ġenerali, inqraw silta u talb ta’ San Ġorġ Preca. Fil-messaġġ tiegħu l-E.T. Mons. Arċisqof għamel id-diskors taċ-ċirkustanza. Hu rrifletta dwar xbieha li turi lil Dun Ġorġ flimkien ma’ San Mikiel, San Ġwann il-Battista u San Pawl. Fi tmiem iddiskors tkellem fuq ir-rwol tal-katekisti fidDjoċesi. Is-Superjura Ġenerali raddet ħajr lil Mons. Arċisqof u f’isem iż-żewġ Sezzjonijiet ippreżentatlu offerta għall-fond tal-karità. Fi tmiem il-laqgħa l-Arċisqof Scicluna bierek ilmembri rġiel u nisa preżenti.

Ħatra ta’ Assistent Ekkleżjastiku Ġdid

M

atul il-Laqgħa Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ħabbar il-ħatra ta’ Dun Kevin Schembri bħala l-Assistent Ekkleżjastiku l-ġdid tas-Soċjetà fl-Arċidjoċesi ta’ Malta u r-Rettur tal-Kappella tal-Midalja Mirakoluża b’effett mid-9 ta’ Mejju 2015. Is-Soċjetà trodd ħajr lil Mons. Lawrence Gatt li għal dawn l-aħħar erbgħin sena kien l-Assistent Ekkleżjastiku tas-Soċjetà u Rettur tal-Kappella. 258


N

Pellegrinaġġ mid-Djoċesi ta’ Għawdex

har il-Ġimgħa 8 ta’ Mejju, flokkażjoni tal-festa ta’ San Ġorġ Preca, id-Djoċesi ta’ Għawdex organizzat pellegrinaġġ għall-Kappella tal-Midalja Mirakoluża fil-Blata l-Bajda fejn L-E.T. l-Isqof Mario Grech mexxa Quddiesa konċelebrata. Fl-omelija huwa tkellem dwar il-ħtieġa li kull Nisrani jħoss l-għatx għal Alla filħajja tiegħu u dwar ir-rwol talkatekisti li jgħinu lill-bniedem iħoss dan il-bżonn.

Seminar għall-Membri u l-Kandidati taż-Żewġ Sezzjonijiet

N

har is-Sibt 9 ta’ Mejju filgħodu l-Membri u l-Kandidati taż-żewġ sezzjonijiet inġabru fis-sala ta’ St. Michael’s School għal seminar formattiv flokkażjoni tal-festa ta’ San Ġorġ Preca. Dan is-seminar kien jinkludi mument ta’ talb filbidu, taħdita dwar il-fedeltà lejn ir-Regola mill-Assistent Ekkleżjastiku ta’ Għawdex Dun Anton Theuma u ħin għall-mistoqsijiet u l-kjarifiki minn dawk preżenti. Wara l-konklużjoni l-membri kellhom ftit ħin informali bejniethom. 259


Quddiesa tal-Festa ta’ San Ġorġ Preca

N

har is-Sibt 9 ta’ Mejju, festa ta’ San Ġorġ Preca, Monsinjur Lawrence Gatt ippresieda konċelebrazzjoni fl-Awditorju tad-Dar Ġenerali filBlata l-Bajda. Waqt l-omelija hu tkellem dwar il-wirt li Dun Ġorġ ħalla lill-Knisja, partikolarment fil-kitbiet tiegħu. Il-qari sistematiku ta’ dawn ilkitbiet jgħin lill-qarrejja jiskopru lil Dun Ġorġ. Għall-Quddiesa attendew numru kbir ta’ devoti, flimkien ma’ Kooperaturi, qraba tal-membri, assoċjati u rappreżentanti ta’ għaqdiet u movimenti fi ħdan id-Djoċesi.

Seminar dwar Thomas Merton

B

ejn id-29 u l-31 ta’ Mejju s-Soċjetà organizzat seminar ta’ studju u talb biex tfakkar il-mitt sena mittwelid ta’ Thomas Merton, monaku Benedittin li kiteb numru ta’ kotba ta’ spiritwalità. Is-seminar kien mibni fuq il-ħajja u siltiet mill-kitbiet ta’ Merton u matulu kien hemm ħinijiet għat-talb u s-silenzju, dokumentarji dwar il-ħajja tiegħu, riflessjoni dwar Merton bħala kittieb, workshops u preżentazzjonijiet ta’ siltiet mill-kitbiet tiegħu. Ħamsa u għoxrin membru ħadu sehem fis-seminar li sar fiċ-Ċentru tal-Konferenzi f'Dar il-Ħanin Samaritan. 260


Mill-Albanija

N

har it-Tnejn 11 ta’ Mejju l-Qasam ta’ Korçë ċċelebra l-għoxrin anniversarju tal-ftuħ tal-Qasam u l-festa ta’ San Ġorġ Preca b’Quddiesa fil-knisja parrokkjali. L-E.T. Mons. George Frendo, Isqof Awżiljarju ta’ Tirana, ippresieda l-konċelebrazzjoni u miegħu ngħaqdu xi patrijiet Dumnikani Maltin mill-komunità f’Durres. Għal din l-okkażjoni attendew ukoll membri ta’ kongregazzjonijiet reliġjużi f’Bilisht u Uznova/Kucova. Imbagħad nhar l-Erbgħa 13 ta’ Mejju l-membri organizzaw laqgħa għallgħalliema ta’ Preca College, ħbieb u mistednin oħra, fosthom l-E.T. Mons. Joan Pelushi, l-Arċisqof Ortodoss ta’ Korçë, biex ifakkru dawn l-għoxrin sena ta’ ħidma fl-Albanija. Matul il-laqgħa ntwerew filmati dwar l-istorja u l-kariżma tas-Soċjetà, kif ukoll dwar il-bidu tal-Qasam f’Korçë. Fi tmiem illaqgħa l-membri qassmu tifkira lill-preżenti.

Ir-Relikwa tal-Fundatur fil-Monasteru ta’ Santa Margerita

I

r-relikwa tal-Fundatur ittieħdet fil-kappella privata għand is-Sorijiet Karmelitani Skalzi fil-Monasteru ta’ Santa Margerita f’Bormla bejn itTnejn 1 u s-Sibt 6 ta’ Ġunju. Matul dawn il-jiem is-sorijiet li jgħixu filklawsura talbu għas-Soċjetà tagħna fil-ġimgħa li fiha kienet qed tfakkar ittmien anniversarju tal-kanonizzazzjoni tal-Fundatur. 261


Assenjatur għal Lulju u Awwissu 2015 Dommatika Lezzjoni 37: Alla ħalaq mix-xejn Lezzjoni 38: Il-ħolqien huwa distint minn Alla u tajjeb, frott ta’ mħabbtu Lezzjoni 39: Ir-relazzjoni ta’ Alla mal-ħolqien Lezzjoni 40: Alla ħalaq lillbniedem

Morali Lezzjoni 20: Żmien ta’ kriżi għatTeoloġija Morali (1600-1800) Lezzjoni 21-22: Iż-Żminijiet Moderni (1-2) Lezzjoni 23: It-Teoloġija Morali filġejjieni Lezzjoni 24: In-natura responsiva tat-Teoloġija Morali Bibbja Lezzjonijiet 209-211: L-Evanġelju skont San Ġwann (4-6)

Spiritwalità Lezzjoni 13: Ġejjieni mit-Tradizzjoni Lezzjoni 14: Vatikan II: Poplu qaddis Lezzjoni 15: Vatikan II: Iffurmati mill-kelma ta’ Alla Lezzjoni 16 Vatikan II: Komunità li tagħti qima 262

Storja The Story of the Church, Her founding, mission and progress, paġni 388-389, 405-408: Napuljun Bonaparte (Slides 86-93); paġni 390-394: Il-Kurat ta’ Ars (Slides 95-99) Kateketika Lezzjonijiet 8-9: Meta t-tifel ma jkunx qed jikkoopera

Liturġija Lezzjoni 146: Iż-Żwieġ fil-Punent miż-Żminijiet tan-Nofs sa Trentu Lezzjoni 147: Iż-Żwieġ fil-Punent wara l-Konċilju ta’ Trentu Tagħlim Soċjali tal-Knisja Il-Kompendju tat-Tagħlim Soċjali tal-Knisja – Kapitlu 5: Il-Familja: Iċ-Ċellola Vitali tas-Soċjetà

Dokument tal-Knisja Il-Bolla tal-Papa Franġisku Misericodiae Vultus li nediet ilĠublew Straordinarju tal-Ħniena. Wieħed jista’ jniżżilha mil-link: h t t p : / / w w w. l a i k o s . o r g / Fr 1 _ Misericordiae_Vultus_11042015. htm. Hemm links oħrajn fuq l-istess suġġett fl-istess sit.


Assenjatur għal Lulju 2015 Sancte Elia et Omnes Sancti Carmelitani — orate pro nobis. Tul dan ix-xahar is-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. titqiegħed taħt il-protezzjoni speċjali ta’ San Elija u tal-qaddisin kollha Karmelitani. Intenzjoni speċjali għal-Litanija tal-Arloġġ Li Alla jippreserva s-Soċjetà mid-dnub, iqegħidha fl-okkażjoni li tagħmel ilġid u jagħmel li hija ssofri.

Ħsieb tax-xahar Li min jgħallem jiġbor ħlas f’mewtu għax it-tagħlim huwa l-għajn ta’ kull ġid. Unjoni Maġġuri Epistola: L-ispirtu ta’ Kristu: Rum 8, 1-11 Vanġelu: Inwasslu n-nies għand Kristu: Mt 11, 2-19 Ktieb il-Kbir: Paġna 27: L-umiltà Lectio Continua 12 Salm 87; Ġożwè 3-4; Salm 88 26 Salm 89, 1-13; Ġożwè 5-6; Salm 89, 14-30 Programmi Speċjali 16 Il-Madonna tal-Karmnu 18-19 Programm Speċjali tal-Virtujiet

QagĦDA 4 Salm 49 (48) 11 Il-bidu tad-duluri (Mk 13, 1-10) (Qagħda nru. 69) 25 Sid fis-sema (Kol 4, 1-18) (Qagħda nru. 294)

Kommemorazzjoni 10 Il-Beatu Injazju Falzon Profil nru. 31 31 San Injazju ta’ Loyola Profil nru. 7

Taħdita 24 Il-kotba tal-Fundatur fil-ħajja tal-membru Paġna tal-Fundatur 14 Il-Pulptu ta’ Patri Franku – Pulptu Nru. 18 21 Il-Pulptu ta’ Patri Franku – Pulptu Nru. 19 28 Il-Pulptu ta’ Patri Franku – Pulptu Nru. 20

Regola 7 Direttorju Ġenerali nru. 14-19 17 Direttorju Ġenerali nru. 20-26 27 Direttorju Ġenerali nru. 27-34 263


LULJU 2015 1 L-Erbgħa B. Injazju Falzon 2 Il-Ħamis S. Bernardinu Realino 3 Il-Ġimgħa S. Tumas Appostlu 4 Is-Sibt S. Eliżabetta talPortugal 5 Il-Ħadd L-14 tas-sena 6 It-Tnejn S. Marija Goretti 7 It-Tlieta (S. Apollinare) 8 L-Erbgħa S. Akwila u S. Prixxilla 9 Il-Ħamis Il-Martri taċ-Ċina 10 Il-Ġimgħa S. Fortunatu

264

Laqgħa Ġenerali

Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu Mansjonijiet Spiritwalità Kult tal-Pjagi Qagħda Prekatorju 11 Kant: Sliem għalik Irtir tal-Ewwel Ħadd Unjoni Maġġuri Dommatika Studji Bibliċi Sentenzi Leħen il-Maħbub Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna u Professjoni Regola Laqgħa Ġenerali

Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Immutabiltà • Qamar Kwinta

Ġustizzja

Ħniena Omnipotenza Eternità

Immensità

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja


11 Is-Sibt S. Benedittu 12 Il-Ħadd Il-15 tas-sena 13 It-Tnejn S. Enriku 14 It-Tlieta S. Kamillu de Lellis 15 L-Erbgħa S. Bonaventura 16 Il-Ħamis Il-Madonna talKarmnu 17 Il-Ġimgħa (S. Alessju) 18 Is-Sibt (S. Arnolfu) 19 Il-Ħadd Is-16 tas-sena 20 It-Tnejn S. Elija 21 It-Tlieta S. Lawrenz ta’ Brindisi

Qagħda Prekatorju 12 Kant: Sliem għalik Lectio Continua

Morali Studji Bibliċi Sentenzi Epistolarju Morali Il-Bolla tal-Papa Franġisku Misericodiae Vultus Paġna tal-Fundatur Laqgħa Ġenerali 10 posti Rużarju Programm Speċjali 10 posti Rużarju Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna Regola

Programm Speċjali

Programm Speċjali

Dommatika Studji Bibliċi Sentenzi tal-Fundatur Dommatika Il-Bolla tal-Papa Franġisku Misericodiae Vultus Paġna tal-Fundatur Laqgħa Ġenerali

22 L-Erbgħa S. Marija Maddalena 23 Il-Ħamis Tagħlim Soċjali S. Briġida talStorja Isvezja Kult ta’ Wiċċ Kristu

Ħniena Omnipotenza Eternità

Immensità

Immutabiltà Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena Omnipotenza Eternità

Immensità

Immutabiltà Sapjenza 265


24 Il-Ġimgħa (S. Xarbel Makhluf)

25 Is-Sibt S. Ġakbu l-Kbir 26 Il-Ħadd Is-17 tas-sena 27 It-Tnejn (S. Venera) 28 It-Tlieta (S. Nazarju u S. Ċelsu) 29 L-Erbgħa S. Marta

Il-129 Anniversarju tat-Twelid tal-Ewwel Superjur Ġenerali, il-Qaddej ta’ Alla Ewġenju Borg Taħdita Spiritwalità Kult tal-Pjagi Qagħda Prekatorju 13 Kant: Sliem għalik It-53 Anniversarju tal-Mewt talFundatur tagħna S. Ġorġ Preca Lectio Continua Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna Regola Morali Il-Bolla tal-Papa Franġisku Misericodiae Vultus Paġna tal-Fundatur Laqgħa Ġenerali

Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu Kommemorazzjoni 31 Il-Ġimgħa Spiritwalità S. Injazju ta’ Loyola Kult tal-Pjagi

30 Il-Ħamis S. Pietru Krisologu

266

Ġustizzja

Ħniena

Omnipotenza

Eternità

Immensità

Immutabiltà Sapjenza

• Qamar Kwinta


Assenjatur għal Awwissu 2015 Omnes Sancti Agostiniani — orate pro nobis. Tul dan ix-xahar is-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. titqiegħed taħt il-protezzjoni speċjali tal-qaddisin kollha tal-Ordni Agostinjan. Intenzjoni speċjali għal-Litanija tal-Arloġġ Li Alla bil-potenza u bil-ħniena tiegħu jipprospera s-Soċjetà Museumina għall-utilità tal-Knisja rigward it-tagħlim.

Ħsieb tax-xahar Li minħabba li fid-dinja hawn bżonn tat-tagħlim tal-ħajja, għalhekk issa hu l-waqt li nitfgħu żrieragħ tajba biex nieklu frott bil-kotra fi żmien il-ħsad.

Unjoni Maġġuri Epistola: Tagħlim gradwali: 1 Kor 3, 1-15 Vanġelu: Ma nippretendux iżżejjed: Lq 8, 4-15 Ktieb il-Kbir: Paġna 43: In-neċessità tat-tagħlim Lectio Continua 2 Salm 89, 31-46; Ġożwè 7; Salm 89, 47-53 9 Salm 90, 1-10; Ġożwè 8; Salm 90, 11-17 23 Salm 91, 1-10; Ġożwè 9; Salm 91, 11-16 Programmi Speċjali 10 S. Lawrenz 15 S. Marija

Qagħda 1 Salm 50 (49) 8 Għeġubijiet tal-foloz (Mk 13, 1123) (Qagħda nru. 70)

22 Memorja fl-orazzjoni (1 Tess 1, 1-10) (Qagħda nru. 295) Kommemorazzjoni 14 San Duminku - Profil nru. 44 28 Santu Wistin - Profil nru. 8 Taħdita 21 L-użu tajjeb taż-żmien

Paġna tal-Fundatur 4 Il-Pulptu ta’ Patri Franku – Pulptu Nru. 21 11 Il-Pulptu ta’ Patri Franku – Pulptu Nru. 22 18 Il-Pulptu ta’ Patri Franku – Pulptu Nru. 23 25 Il-Pulptu ta’ Patri Franku – Pulptu Nru. 24

Regola 7 Direttorju Ġenerali nru. 35-41 17 Direttorju Ġenerali nru. 42-45 27 Direttorju Ġenerali nru. 46-49

267


AWWISSU 2015 1 Is-Sibt S. Alfons M. De Liguori 2 Il-Ħadd It-18 tas-sena

Qagħda Prekatorju 14 Kant: Sliem għalik Lectio Continua Unjoni Maġġuri Dommatika 3 It-Tnejn Studji Bibliċi (S. Ġerman) Sentenzi Spiritwali Dommatika 4 It-Tlieta Il-Bolla tal-Papa Franġisku S. Ġwann M. Vianney Misericodiae Vultus Paġna tal-Fundatur 5 L-Erbgħa Dedikazzjoni talLaqgħa Ġenerali Bażilika ta’ S. Maria Maggiore 6 Il-Ħamis Tagħlim Soċjali It-Trasfigurazzjoni Storja tal-Mulej Kult ta’ Wiċċ Kristu Sawm għas-Soċji 7 Il-Ġimgħa Vestis S. Gejtanu Kult lil Alla Tagħna u Professjoni Regola Qagħda 8 Is-Sibt Prekatorju 15 S. Duminku Kant: Sliem għalik 9 Il-Ħadd Lectio Continua Id-19 tas-sena 10 It-Tnejn Programm Speċjali S. Lawrenz

268

Ħniena Omnipotenza Eternità

Immensità

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena Omnipotenza Eternità


11 It-Tlieta S. Kjara ta’ Assisi 12 L-Erbgħa S. Ġwanna Franġiska de Chantal 13 Il-Ħamis S. Benildu 14 Il-Ġimgħa S. Massimiljanu M. Kolbe 15 Is-Sibt It-Tlugħ fis-Sema ta’ Marija 16 Il-Ħadd L-20 tas-sena 17 It-Tnejn (S. Ġjaċint)

18 It-Tlieta S. Albertu Hurtado 19 L-Erbgħa S. Ġwann Eudes 20 Il-Ħamis S. Bernard 21 Il-Ġimgħa S. Piju X

Morali Il-Bolla tal-Papa Franġisku Misericodiae Vultus Paġna tal-Fundatur Laqgħa Ġenerali

Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi 10 posti Rużarju Programm Speċjali 10 posti Rużarju It-Tielet Ħadd

Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna Regola Dommatika Il-Bolla tal-Papa Franġisku Misericodiae Vultus Paġna tal-Fundatur Laqgħa Ġenerali

Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu Taħdita Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Immensità

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena Omnipotenza

Eternità

Immensità

Immutabiltà Sapjenza

Ġustizzja

269


22 Is-Sibt Marija Reġina 23 Il-Ħadd Il-21 tas-sena 24 It-Tnejn S. Bartilmew 25 It-Tlieta S. Lwiġi IX 26 L-Erbgħa S. Żeferinu 27 Il-Ħamis S. Monika 28 Il-Ġimgħa S. Wistin 29 Is-Sibt Il-Martirju ta’ S. Ġwann il-Battista 30 Il-Ħadd It-22 tas-sena 31 It-Tnejn S. Rajmondu Nonnatu

270

Qagħda Prekatorju 16 Kant: Sliem għalik Lectio Continua

Morali Studji Bibliċi Sentenzi mit-Testment il-Qadim Morali Il-Bolla tal-Papa Franġisku Misericodiae Vultus Paġna tal-Fundatur Laqgħa Ġenerali

Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna Regola Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi Eloquia Kant: Sliem għalik Arloġġ Korali Dommatika Studji Bibliċi Proverbji

Ħniena Omnipotenza Eternità

Immensità

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja

• Qamar Kwinta Omnipotenza Eternità


“Fittxu u Ssibu”

J

Brother Roger Schütz - Mill-Ktieb Tiegħu God Is Love Alone

ista’ jiġrilna li lil Alla nħossuh ’il bogħod minna. Xi wħud iħossuhom imħawda għax għandhom l-impressjoni li Alla hu sieket. Jista’ jkun li l-fidi tfisser li ngħidu ‘iva’ anke meta jkun hemm silenzju kbir ġo fina? (Ara Salm 42, 3-5.) Il-fidi hi bħal qawmien ta’ fiduċja fina li jirrepeti ruħu ħafna darbi tul ħajjitna. Jeħtieġ niftakru li mhix il-fidi tagħna li toħloq lil Alla, u lanqas huma d-dubji tagħna li jistgħu jġibu lil Alla fix-xejn. Anke meta ma nħossu l-ebda ċaqliqa interna, il-misteru ta’ Kristu ma jgħib qatt (ara Mt 28, 20). Għalkemm ikollna l-impressjoni li Alla hu assenti, ikun hemm l-istagħġib tal-preżenza dejjiema tiegħu.

Meta d-dubji jirnexxilhom ibegħduna mill-fiduċja tal-fidi, xi wħud jistaqsu: “Tgħid tlift il-fidi?” Le, dawn huma spazji ta’ nuqqas ta’ fidi, xejn iżjed u xejn inqas. L-Evanġelju jistedinna biex nerġgħu npoġġu l-fiduċja tagħna fi Kristu u nsibu fih ħajja kontemplattiva. U Kristu jtenni dawn il-kliem Evanġeliċi lil kull wieħed u waħda minna: “Fittxu, fittxu u ssibu.” (Mt 7, 7)

Ħienja dawk li mid-dubju jimxu għal fiduċja umli! Meta ommi kienet imdaħħla sew fiż-żmien, jum minnhom kellmitni dwar ommha u qaltli: “Int forsi

ma tafx li n-nanna tiegħek, li tant konna nħobbu u nammiraw, ma sabithiex faċli biex temmen.” “Iva, naf,” weġibt, “u proprju minħabba f’hekk inħobbha iżjed.” In-nanna tiegħi għaddiet minn tiġrib kbir. Tliet ħutha subien mietu bit-tuberkulosi u hekk ukoll ġralu missierha. Imbagħad wieħed minn uliedha miet ukoll. Kienet tikteb noti qosra fil-Bibbja tagħha. Sibt hemm din it-talba lil Alla: “M’iniex magħmula għat-tiġrib…qed niddubita…Għinni!” Imbagħad dan il-kliem: “Mulej, aħna ma nifilħux nitqabdu din it-taqbida, imma din hi raġuni biex ma nħallukx, biex nibqgħu qribek.” Dwari nista’ ngħid li meta kont żgħir, f’mument partikulari, il-fidi tiegħi ħassejtha titħarrek. Ma ddubitajtx l-eżistenza ta’ Alla, imma ddubitajt ilpossibilità li ngħix f’għaqda miegħu. Ridt inkun tant onest li kien hemm drabi fejn lanqas kelli l-ħila nitlob. Ħsibt li ridt inkun naf lil Alla biex nitlob. Jum minnhom ftaħt ktieb qadim u għajnejja waqgħu fuq ftit linji miktuba bil-Franċiż antik. L-awtur kiteb li għalkemm Alla mhux komunikabbli, Kristu għamlu magħruf: “Kristu huwa l-isplendur ta’ Alla.” Ma nsejtha qatt dik. Huwa Kristu li jgħinna nifhmu li Alla jħobbna (Ġw 17, 26). ⧀

Miġbura minn Mario Bezzina 271


Jesus Wept (2008) Daniel Bonnell

Meta kont żgħir kont invalidu għal ħafna snin minħabba t-tuberkolożi. Dawk is-snin ta’ mard ġagħluni nirrealizza li l-ferħ ma jinstabx f’talenti prestiġjużi jew f’li tkun espert, imma jinstab fl-għotja umli tiegħek innifsek, iva f’dik l-għotja siekta tiegħek innifsek biex imbagħad tkun tista’ tifhem lill-oħrajn b’qalb ġentili. Bil-mod il-mod irrealizzajt kemm jistgħu joħorġu enerġiji kreattivi minn tfulija jew adolexxenza li kienet umiljata. L-appostlu Pawlu jesprimi din ir-realtà Evanġelika b’intuwizzjoni kbira meta jikteb: “Huwa meta jien dgħajjef li nsir qawwi f’Alla…” Meta nħossuna nitkissru minħabba l-konoxxenza tal-limitazzjonijiet tagħna jew minħabba sens ta’ inferjorità, insibu b’sorpriża li Kristu jagħtina l-ħila biex nerġgħu nibdew b’enerġija ġdida.

Roger Schütz ta’ TaizÉ


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.