Kalendarju Museumin Marzu - April 2015

Page 1

Marzu - April 2015


† Verbum Dei caro factum est Il-85 Sena Ħarġa Numru 2 Marzu - April 2015

Editorjal Ninbidlu

71

Anniversarji Santa Tereża ta’ Avila

101

Il-Kelma tas-Superjur Ġenerali L-Għarbiel Fin tax-Xitan

72

Il-Pittura tal-Faċċata The Beautiful Mess

105

Il-Kelma tas-Superjura Ġenerali It-Tbatija Kapaċi Ssalvana

75

Qrajt Ktieb tal-Fundatur Sedes Prudentæ

109

Snin ta’ Grazzja 20 Sena mill-Inkorporazzjoni

78

Letteratura Waħda Biss.... Dun Karm

113

Ir-Regola Ninħabbu b'Imħabba Kbira

81

116

Mill-Missjoni Il-Missjoni tas-Soċjetà f’Kuba

86

Storja tal-Kalendarju Museumin Mill-Kalendarji “Antiki”...

Spiritwalità mill-Ewropa F’Riġlejn il-Muntanja Athos

91

Nixtieq Inkun Naf Il-Paġna tax-Xahar u l-Præconia

120

Teoloġija L-Ateiżmu Kontemporanju u l-Qawmien mill-Ġdid tal-Apoloġetika

Assenjatur

122 126

Ħsieb Il-Miġja Waħdanija

135

Djarju Museumin

96

Rivista ta’ kull xahrejn għall-użu privat tal-membri tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M. Issettjar u stampar: Veritas Press, Ħaż-Żabbar

Direzzjoni u Amministrazzjoni: Dar Ġenerali 207 Triq San Ġorġ Preca, Marsa MRS 9010 www.sdcmuseum.org e-mail: info@sdcmuseum.org


S

Ninbidlu

Editorjal

uġġett popolari għallinqas fi żmienna huwa l-bidla. Qed ngħixu f’dinja li l-ħin kollu qed tinbidel u kontinwament nisimgħu fuq il-ħtieġa tal-bidla. Dan l-enfasi jista’ jagħti l-impressjoni li kollox sejjer ħażin (għalkemm mhux bilfors ikun hekk) għax qisu kollox irid jinbidel. Il-politiċi jitkellmu mill-bidla fil-mentalità. Min irid ibiddel il-kowċ u l-Insara jixtiequ bidla fil-Knisja. Ir-raġunijiet jistgħu jkunu ħafna u xi wħud huma validi u oħrajn le. Ngħidu aħna persuna tixtieq bidla għax l-affarijiet tassew ma jkunux sejrin sewwa u allura tagħmel dan sforz l-interess ġenwin. Persuna oħra tixtieq bidla sforz l-egoiżmu u tipproponi skont kif tifhem hi biss u għall-kumdità personali tagħha. Hawn min jaħseb fuq il-bidliet fil-MUSEUM. Dan jagħmel ħafna sens għax isSoċjetà tagħna fir-realtà qiegħda tinbidel il-ħin kollu għax hija Soċjetà ħajja u għax magħmula mill-bnedmin li jinbidlu. U għax magħmula mill-bnedmin mhijiex perfetta u la mhijiex perfetta jfisser li tista’ tkun aħjar u biex tkun aħjar trid tinbidel u tevolvi. Ilkoll nixtiequ li l-MUSEUM ikun aħjar u dan għax inħobbu lis-Soċjetà u għax nixtiequ li l-ġid ikompli jsir. Din tassew hija attitudni sabiħa u sana.

L-iżball ikun meta naħseb li din il-bidla għandha sseħħ biss ’il barra minni. F’ċertu sens inkun qed nippretendi li jagħmluha l-oħrajn għalija. Dan ma jistax ikun għax il-MUSEUM jissaħħaħ u jitqaddes daqskemm aħna l-membri ser inkomplu nissaħħu u nitqaddsu skont kif jixtieqna s-Sinjur Alla permezz tar-Regola. L-ebda membru fil-MUSEUM ma jista’ jbiddel lil ħadd ħlief lilu nnifsu. Dan flimkien mal-grazzja ta’ Alla jitlob xogħol kbir u huwa suffiċjenti għal bniedem wieħed. F’dawn il-ġimgħat tar-Randan fost l-oħrajn ser infakkru l-500 sena mit-twelid ta’ Santa Tereża ta’ Avila. Din il-mara nbidlet u Alla għamel il-bqija! Fl-espressjoni sempliċi tagħha “Alla waħdu hu biżżejjed” għandna stedina oħra għall-bidla personali li lkoll kemm aħna nammettu li neħtieġu. Mhux li kien li kull membru jipperswadi ruħu minn din il-verità u jwarrab dak kollu li m’għandux x’jaqsam ma’ Alla. Dakinhar l-għażiz MUSEUM tagħna jkun inbidel. Xewqitna tkun inqatgħet! ⧀ 71


L-Għarbiel Fin tax-Xitan

Ġ

Il-Kelma tas-Superjur Ġenerali

esù kien jaf li dawk li hu sejjaħ għalih se jkunu mġarrba u l-ħidma tagħhom se tkun imfixkla. Fl-aħħar ikla jdur lejn Pietru u jgħidlu: “Xmun, Xmun, ara x-xitan irid jaqbadkom biex jgħarbilkom bħal qamħ; imma jien tlabt għalik biex twemminek ma jonqosx.” (Lq 22, 31-32) Kull opra tajba li Alla jibda fina, ix-xitan jagħmel minn kollox biex ifixkilha u jġibha fix-xejn. Ma’ persuni spiritwali u impenjati fl-appostolat dan jagħmlu bl-aktar mod fin billi jinħeba wara l-maskra tat-tajjeb u b’hekk jirnexxilu jingannana. San Injazju fl-Eżerċizzi Spiritwali (nru. 332) jqisha b’regola li “l-anġlu l-ħażin iħobb jinbidel f’anġlu tad-dawl: hekk jibda billi jkompli mar-ruħ devota, imma mbagħad jispiċċa biex iġorrha miegħu.” U San Ġwann tas-Salib filPrekawzjonijiet (nru.10) jgħid: “Ta’ min jinnota li fost il-ħafna strateġiji taxxitan biex jinganna lill-persuni spiritwali, l-aktar komuni hi li jingannahom billi jidher tajjeb flok ħażin, għax hu diġà jaf li huma qajla ser jaqgħu għal ħażin ċar u magħruf.” Huwa għandu ħabta kif jibda mit-tajjeb ta’ ġo fina u jwassalna ħelu ħelu għall-finijiet ħżiena tiegħu. Il-ħtieġa tal-formazzjoni, ix-xewqa li nagħmlu l-ġid, il-ħeġġa għall-appostolat u l-imħabba lejn is-Soċjetà, huma kollha ħwejjeġ tajbin li jistgħu jintużaw mix-xitan bħala lixka biex idaħħalna finnassa tiegħu. M’hemmx dubju li l-formazzjoni tagħna hija ħaġa sewwa u meħtieġa. Huwa dmir li niffurmaw ruħna u nkunu ppreparati sew għall-ħidma li rċevejna. Huwa tajjeb li norganizzaw u nattendu laqgħat, seminars u korsijiet; li jkollna l-ħin biex nistudjaw u naqraw ħalli nkunu aġġornati; li niġu flimkien ħalli nsaħħu u ngħinu lil xulxin. Imma dan irid isir dejjem bl-iskop li nkunu 72


nistgħu ningħataw iktar għall-oħrajn u nkunu ta’ servizz għall-bnedmin. It-tentazzjoni tkun li dawn nagħmluhom sempliċiment biex nikbru aħna u nħossuna tajjeb. Nibdew nedhew bina nfusna u naqgħu fit-tentazzjoni ta’ Pietru li fuq il-muntanja qal: “Tajjeb li aħna hawn.” (Mt 17, 4) U dan minkejja li ftit qabel Ġesù kien urieh l-ingann tiegħu u qallu: “Warrab minn ħdejja, xitan! Int tfixkil għalija.” (Mt 16, 23) Dan l-ingann jagħlaqna fina nfusna u jaljenana mill-ħtiġijiet tal-oħrajn.

M’hemmx dubju wkoll li fil-Knisja l-ħsad huwa kbir u l-ħaddiema huma ftit. Il-ħidma fil-Knisja hija ta’ kull xorta: animazzjoni tal-liturġija, katekeżi, sehem fuq il-mezzi ta’ komunikazzjoni, għajnuna lill-foqra, kura tad-drogati, żjarat lill-morda. Alla jaf x’inhuma l-ħtiġijiet tal-poplu tiegħu u għalhekk iqajjem nies u jsawwab kariżmi differenti fi ħdan il-Knisja. Kulħadd huwa msejjaħ biex jaħdem il-qbiela tiegħu. Għaldaqstant hija tentazzjoni u ingann li naħsbu li aħna msejħin biex nagħmlu kollox bħallikieku fil-Knisja neżistu aħna biss u dak li ma nagħmlux aħna mhu se jagħmlu ħadd. Dan l-ingann jista’ jwassalna biex inħallu l-ħidma proprja tagħna biex nagħmlu dik ta’ ħaddieħor, bil-konsegwenza li l-ħidma li għaliha msejħin aħna ma ssirx. ItTnax għarfu dan l-ingann u qalu: “Ma jixraqx li aħna nħallu l-kelma ta’ Alla biex naqdu fl-imwejjed.” (Atti 6, 2)

L-istess jista’ jiġri fi ħdan is-Soċjetà nfisha. Għall-grazzja ta’ Alla fis-Soċjetà għandna ħafna ħidmiet, kollha fil-linja tal-kariżma tagħna. Għandna wkoll il-grazzja li l-ħidma tagħna nwettquha b’missjoni, jiġifieri b’mandat misSuperjuri tagħna jew mill-Kapitlu Ġenerali: min Animatur, min Superjur, min Prefett, min bi klassi jew tnejn u min b’materja jew aktar. Kultant wieħed ikun ukoll mitlub jagħti servizz, jagħmel taħdita, jikteb artiklu, jiddisinja rivista jew website, janima ċelebrazzjoni jew jieħu sehem fi programm. Ittentazzjoni tqum meta wieħed jibda jfittex u jagħżel ħidmiet għalih innifsu u jittraskura dak li lilu jkun ingħata. Hekk, per eżempju, jista’ jiġri lil Soċju bi kwalitajiet sbieħ ta’ Prefett: intelliġenti, ippreparat sew, għandu x’jagħti u jmur tajjeb maż-żgħażagħ. Il-grupp tiegħu mdaqqas mhux ħażin imma, bħalma ġieli jiġri minn żmien għal żmien, il-grupp jiċkien. Jixtieq jilħaq iktar żgħażagħ u jagħmel ħiltu biex jiġbed oħrajn imma n-numru jibqa’ l-istess. Jibda jitlef l-interess f’dawk li jkunu baqgħu jiġu. Jibda jqishom merħla żgħira wisq għalih. U jasal biex jaqa’ fl-ingann li jfittex ħidmiet oħra u jittraskura lil dawk li jkun fadal. 73


Tentazzjoni oħra tista’ tqum fl-użu tal-mezzi li bihom naħsbu li nistgħu nwettqu l-missjoni tagħna. Bla dubju wieħed irid jagħmel u jfittex il-mezzi adatti biex iwassal il-kelma ta’ Alla. Imma jista’ jiġri li dak li jkun jaqa’ fit-tentazzjoni li jippretendi li r-relazzjonijiet personali jistgħu jinħolqu biss permezz ta’ apparat sofistikat, ta’ screens u sistemi li wieħed jista’ jixgħelhom u jitfihom b’għafsa bil-ponta ta’ subgħajh. Dan huwa ingann mhux għax dawn il-mezzi huma ħżiena jew għax m’għandniex nużawhom bħala għajnuna, imma għax il-fidi awtentika trid tkun ipproġettata minn ġo fina mhux minn ġo laptop jew tablet. Dan huwa ingann ukoll għax dawn ilmezzi qatt ma jistgħu jieħdu post il-laqgħa personali. “Il-Vanġelu jistedinna dejjem biex nidħlu għar-riskju tal-laqgħa mal-wiċċ tal-ieħor, mal-preżenza fiżika tiegħu li tisfidana, mal-weġgħat tiegħu u mal-karbiet tiegħu, mal-ferħ tiegħu li jittieħed biss fil-kuntatt fiżiku u kostanti ma’ xulxin.” (Evangelii Gaudium 88) Isbaħ ma’ tkun il-missjoni tagħna u ikbar ma tkun il-ħeġġa tagħna iktar sottili se jkunu dawn it-tipi ta’ tentazzjonijiet u inganni. Imma meta wieħed jagħrafhom ikun neħħielhom ħafna mill-qawwa tagħhom. ⧀

74


It-Tbatija Kapaċi Ssalvana

S

Il-Kelma tas-Superjura Ġenerali

torja mill-kampijiet ta’ konċentrament. Tliet priġunieri kienu qed jitgħallqu quddiem sħabhom fil-kesħa ta’ barra. It-tlieta kienu ta’ etajiet differenti. Ix-xwejjaħ miet malajr, ta’ mezza età kien wasal biex, imma ż-żagħżugħ donnu ma setax imut u kien għaddej minn agunija tremenda. Minn qalb il-folla ta’ quddiemu nstemgħet tnehida: “Alla fejn hu?’’ Ħadd ma wieġeb. Quddiem iż-żagħżugħ jissielet mal-mewt, reġgħet inkarbet l-istess mistoqsija: “Imma Alla fejn hu?’’ U din id-darba xi ħadd wieġeb: “Alla qiegħed ibati mat-tifel.’’ Ittbatija hija realtà fil-ħajja ta’ kull bniedem. Taf tjassarna u tifnina, imma taf issalvana wkoll. Dan iż-żmien li fih naħsbu fuq it-tbatijiet ta’ Kristu jagħtina l-opportunità biex nagħrfu l-verità dwar it-tbatija u x’għandna nagħmlu meta tiġi fuqna.

Żmien ta’ Fiduċja Fi Ktieb Ġob (Ġob 38, 4-18) insibu ’l Ġob mifni minn slaleb kbar u jistaqsi lil Alla għalfejn it-tbatija tiegħu. Alla jwieġeb lil Ġob donnu b’mod stramb. Jgħidlu jħares lejn dak kollu li Hu għamel miegħu f’ħajtu, jafdah u jikkalma. Donnu ried jgħidlu: “Għadu mhux il-ħin tar-risposti. Issa huwa ż-żmien tal-fiduċja.” Proverbju Ċiniż jgħid: ‘’Meta l-istudent ikun lest, l-imgħallem jiġi.’’ Meta l-persuna tkun miftuħa li tilqa’ lill-Mulej,

dan jidħol u jagħti r-risposti għall-problemi u t-tbatijiet tagħha. Tbatija Psikoloġika Kristu bata psikoloġikament. Fis-siegħa tal-biża’ ried ilkumpanija u l-konfort ta’ ħbiebu, imma ma sabhomx u kellu jiffaċċja l-inċertezzi, is-solitudni u l-baħħ waħdu. U din ta’ waħdu ħassha ħafna, tant li f’karba talab lil Alla l-Missier: “Għaliex tlaqtni?’’ Ried jurih mhux biss kemm għandu bżonnu u kemm jeħtieġ lil dawk 75


li jħobb imma wkoll li mhu jsib lil ħadd! B’dan kollu jtaqqlu, Kristu kompla bis-sentenza li kien lissen fil-Ġetsemani: “Mhux kif irrid jien, imma kif trid int isir.” U b’fiduċja f’dak li kien jemmen bis-sħiħ li jħobbu, daħal għal dak kollu li kellu jgħaddi minnu.

Aħna lkoll ikollna mumenti tqal ta’ din ix-xorta, fejn inħossu s-solitudni u l-biża’ li takkumpanjaha ser jieħdu kontroll ta’ ħajjitna. Dawn ikunu mumenti fejn inħossuna biss numru, b’ħadd ma jagħti kasna, b’ħadd ma jifhimna, u fejn m’aħna apprezzati xejn minkejja dak kollu li nagħmlu. Tajjeb li kull waħda minna tagħraf tibni l-pontijiet biex ilkoll flimkien naslu nnaqqsu dawn il-mumenti ta’ tbatija li jiġu lil kulħadd. Xi kultant jiġri li bl-azzjonijiet tagħna, bl-attitudnijiet tagħna, inġibu jew inkattru t-tbatija fuq dawk ta’ madwarna. Dan jista’ jsir b’diversi atteġġjamenti, bħal meta ngħidu aħna ma nagħtux kas ta’ kulħadd, u allura jkun hemm l-esklussività li tifred u tkisser. Kemm hu sabiħ l-ambjent fejn ilkbar fl-Oqsma tagħna jħossuhom apprezzati u utli! Iħossu li kapaċi b’dak li jagħmlu u jgħidu janimaw u jinserixxu f’dawk iżgħar il-prinċipji fundamentali tarradikalità tal-ħajja Museumina! 76

U min-naħa l-oħra kemm hu ta’ pjaċir tara lill-kbar iħarsu lejn dawk iżgħar u jaraw fihom il-futur tas-Soċjetà u għalhekk japprezzaw dak kollu li dawn jissuġġerixxu u, filwaqt li jgħarblu u jiddiskutu magħhom, ifittxu jkunu għalihom dawl u wens fit-triq tal-ħajja! Kemm hu għaqal li ħadd ma jħalli lil ħadd jaqa’ fil-mogħdija u jibqa’ hemm!

It-Tbatija Emozzjonali Kristu għadda wkoll minn tbatija emozzjonali. Hu ħabb u ma sabx imħabba meta xtaqha u kellu bżonnha. L-appostli li tant kienu ħadu minnu, li tant kienu raw mirakli, li tant kellhom sapport u konfort minnu, ħallewh waħdu fil-mument iebes tat-tbatija. Ħarbu. Kristu ħass it-tbatija kbira tat-tradiment imma baqa’ jħobb. U aħna? Aħna wkoll niltaqgħu ma’ dan it-tip ta’ tbatija u nħossu n-nuqqas ta’ mħabba minn dawk ta’ madwarna. L-ewwel u qabel kollox ejjew nagħdru lil xulxin. Ejjew niskużaw in-nuqqasijiet ta’ dawk ta’ madwarna, għax min iħobb jagħder, jiskuża u jinsa. Millbanda l-oħra ejjew infittxu ma nweġġgħu lil ħadd. Min konxjament jikkawża wġigħ fuq ħaddieħor, qiegħed jgħix falsità kemm bħala Nisrani u kemm bħala persuna f’din il-vokazzjoni. Però tajjeb


ukoll nifhmu kemm huwa tajjeb li, instigati mill-imħabba, infittxu nkunu ta’ għajnuna lejn dawk ta’ madwarna. Dan ma jfissirx li ħa jkollna l-fsied. L-imħabba sana ma tissarrafx fi fsied imma f’impenn lejn dawk kollha li għandhom bżonn l-għajnuna u s-sapport tagħna. It-Tbatija Fiżika Ovvjament Kristu kellu t-tbatija fiżika. Kull bniedem illum jew għada jgħaddi minn dan it-tip ta’ tbatija għaliex, la int u jien nippreferu fjura friska li xi darba tispiċċa għal waħda tal-plastik li ma tispiċċa qatt, ikollna nammetta li l-ħajja fil-proċess tagħha ser iġġib dan it-tip ta’ tbatija. U hawnhekk Kristu wkoll jagħtina parir siewi ħafna. Jgħidilna: “Taqtax qalbek! Ibqa’ miexja! Ibqa’ għaddejja, tiqafx! Agħmel kuraġġ!” Hu biex wasal s’hawn talab u kien magħqud ma’ Alla Missieru. It-talb mhux xi maġija li twarrab l-uġigħ. It-talb ma jneħħix it-tbatija imma jagħtiha dimensjoni oħra li tagħmel differenza kbira.

Fit-Tbatija r-Rebħa Kristu fuq is-salib huwa Kristu fil-milja tat-tbatija. Hu Kristu mbiċċer, waħdu, għarwien, jidher fallut, imma JIDHER! Għax Kristu fuq is-salib huwa Kristu paradossali. Huwa wkoll Kristu fis-suċċess tiegħu, Kristu fil-glorja tiegħu għax huwa Kristu li temm dmiru kif stenna minnu Alla l-Missier: “Jien għamilt dak li kelli nagħmel. Kollox mitmum.” It-tbatija poġġietu fuq il-leminija tal-Missier, fil-glorja divina u eterna tiegħu. Jalla dan iż-żmien jgħinna nirriflettu dwar il-ħajja tagħna u tal-oħrajn fejn tidħol it-tbatija u ngħinu lil xulxin nifhmu t-tifsira spiritwali tat-tbatija. Kif jikteb San Pawl, la nbatu ma’ Kristu nqumu wkoll miegħu fil-glorja (Rum 8, 17). Konklużjoni Nispiċċa b’talba li nstabet f’ħajt ta’ ċella fil-kamp ta’ konċentrament: “Sinjur Alla, ħares lejna u agħmel li din it-tbatija tiswielna biex immorru l-ġenna. Tinsiex lanqas lil dawk li minħabba fihom aħna ser immorru l-ġenna, biex kollha kemm aħna nsibu post ħdejk.” ⧀

77


20 Sena

mill-Inkorporazzjoni

L

Snin ta’ Grazzja

aqtitni dis-sentenza mill-artiklu tas-Superjur Ġenerali fil-ħarġa ta’ Jannar-Frar 2015 tal-Kalendarju Museumin: ‘Kull Soċju qiegħed fis-Soċjetà Museumina, jew aħjar Alla qiegħdu fis-Soċjetà Museumina, biex isir bniedem aħjar kemm umanament kif ukoll intellettwalment u spiritwalment.’ Nistqarr bla tlaqliq li għalija dis-sentenza hi verità! U jiena ċert li jaqblu miegħi l-maġġoranza tas-Soċji u l-Kandidati. Ommi dejjem tgħidli li naf niknes ħafna, u li ma nħalli ebda traba warajja. Kultant naħseb li dik l-unika ħaġa li naf nagħmel sew, u ma tantx niddejjaq jekk veru huwa hekk, meta niftakar li San Martin ta’ Porres kien magħruf bħala ‘Fra Scopino’. Ma tgħallimtx niknes mid-dar għax, bħal ħafna ommijiet oħra, ommi dejjem irraġunat li aħjar tagħmel hi milli tqabbad lili u lil ħuti u jkollha terġa’ tagħmel kollox warajna. Darba missieri baqa’ skantat meta, għat-tiżjin tal-Milied tad-dar, qabbadt bozza ma’ starter ta’ tubu u din qagħdet tixgħel u titfi ħelu ħelu ġol-istilla tal-kartun. Minkejja li hu dilettant tal-armar, qatt ma kienet ġietu f’moħħu li tista’ tagħmel bozza tpetpet daqshekk faċilment! L-iskola dejjem qaluli kemm 78

nikteb pulit fuq il-whiteboard u jien kont ngħidilhom: “Għandi ħafna fejn nipprattika.” U filkors ta’ studju tiegħi biex nilħaq għalliem qatt ma sibt diffikultà partikolari fit-Teaching Practice. Meta sħabi kienu jgħiduli kif jiġuni ċerti ideat, kont inweġibhom li għandi ħafna fejn nipprattika. Kul meta kont involut fi grupp biex tiġi ppjanata xi attività, kont nimtela bir-rabja għall-membri l-oħra li kienu jdumu biex jiddeċiedu dwar programm tgħidx kemm, u jien kont inkun ili li ppjanajtu f’moħħi minn qabel ma bdiet iddiskussjoni. Imma għar-rispett u l-karità kont inżommu mistur jew niddiskutih ftit ftit, sakemm nara li naslu xi mkien. Minn dejjem kont insibha diffiċli biex immur fuq xi ħadd u nibda nkellmu,


sakemm darba wieħed Soċju qalli: “U int għax tibża’ tmur tkellem lillġenituri? Dawk anki huma jkunu qed jistħu jkellmuk! Mur u ibda, u l-kliem jiġi waħdu…” U mort u bdejt, u ġieli weħilt riċeviment sħiħ ma’ persuna waħda biss! U anki jekk ma tantx ikolli ħin biex inpinġi jew niddisinja, għadni sallum noħloq xi taħżiża li ssib postha mdendla xi mkien… Forsi tgħiduli li kulħadd għandu l-kwalitajiet u t-talenti tiegħu. Veru, imma l-kwalitajiet u t-talenti fejn trid tħaddimhom? Mhux ma’ xi ħadd jew għal xi skop? Lili s-Soċjetà servietni ta’ skop biex insir ilbniedem li jien.

Il-parir tajjeb tad-Direttur Spiritwali jew ta’ xi Soċju jew Superjur għaqli dejjem għożżejtu,

għax f’ħakka t’għajn kont inħoll kobba mħabbla sew ta’ ħsibijiet u thewdin li ma kienu jwassluni mkien. Kultant ngħid għalija nnifsi li jmissni nkun aktar pront biex nieħu d-direzzjoni bis-serjetà, flok inħalli dan l-eżerċizzju hekk utli bħala riżorsa tal-aħħar! U fis-Soċjetà jmissna nirrispettaw aktar lis-Superjuri tagħna u d-direzzjoni li jagħtuna… mhumiex magħżula Superjuri bl-addoċċ. Bħalma jmissna nimitaw iktar il-ħafna tajjeb li naraw f’xulxin, minflok ma nargumentaw li kulħadd għandu jagħmel kif jidhirlu l-aħjar hu, jew kif jifhem irRegola hu. Mudell wieħed jeżisti tal-għejxien tal-vokazzjoni tagħna, u interpretazzjoni waħda teżisti tar-Regola tagħna, bħalma wieħed

79


hu l-ispirtu tagħha. Meta ntbgħatt f’Qasam ’il bogħod minn fejn noqgħod, jien u sejjer kont nirrepeti f’qalbi li l-ewwel Soċji kienu jmorru f’Qasam imbiegħed bil-mixi jew bir-rota, biex ma nsemmix l-eżempju tas-Soċji li qed jaħdmu fl-Esteru. Ma rridux nintrebħu mill-attitudnijiet li jinsabu barra mis-Soċjetà tagħna; dak mhux l-istil ta’ ħajja li għażilna. Fis-Soċjetà tgħallimt inħobb it-tagħlim it-tajjeb u s-sabiħ li taqsmu mal-oħrajn. Nitpaxxa nisma’ kelliem imħejji sew għal diskors, jew servjent li jkun qara, ħaseb u xtarr biżżejjed qabel jippreżenta ruħu quddiem sħabu. Din l-attitudni tgħallimtha minn Soċju li minkejja li ma kienx ta’ ħafna skola kien jieħu b’serjetà kbira l-preparazzjoni tal-klassi u l-materja li kien jgħaddi fl-Assenjatur… u qatt ma raqad waqt l-Assenjatur jew il-Laqgħa Ġenerali. Forsi għalhekk li, għalkemm ma kinetx il-karriera li xtaqt naqbad, ma nħossnix barra minn posti bħala għalliem. U anki jekk ‘iż-żejjed kollu żejjed’, ma niddejjaqx li minn filgħodu sa filgħaxija nkun imdawwar bit-tfal (bil-preżenza animata tagħhom) u li nkun f’pożizzjoni fejn ngħallem. Dak hu l-aspett ta’ Ġesù li spira l-iżjed lill-Fundatur tagħna. Mill-banda l-oħra kultant inħoss il-bżonn tal-kwiet u tal-mistrieħ temporanju mill-attività li kontinwament 80

ninsabu fiha. Għalhekk nirringrazzja ’l Alla għall-mumenti ta’ silenzju li jpattu għall-bżonn falz li nitkellem jew li nkun għaddej fuq xi ħaġa l-ħin kollu. Anki meta ma nkunx naf x’ser nagħmel fil-ħin tas-skiet, napprezza li għandi mument fejn nista’ nieqaf u naħseb, minflok ma nitkellem jew nisma’ b’widnejja.

Togħġobni wkoll is-serjetà li biha nittrattaw l-affarijiet fis-Soċjetà. Din l-attitudni tatni l-bixra ta’ raġel serju li meta jitkellem irid bilfors jgħid xi riflessjoni gravi. Studenta li kont ngħallem darba qaltli li m’għandix għalfejn nitkellem dejjem daqshekk fil-profond, għax inkella nirriskja li negħreq jien jew ngħerreq lil ħaddieħor. Kellha raġun! Il-bilanċ sabiħ f’kollox. Iżda din nixtieqha b’qalbi kollha: li kull Kandidat jieħu l-formazzjoni tiegħu għall-vokazzjoni Museumina bis-serjetà, u li mil-lum ’il quddiem ebda Soċju ma jħalli s-Soċjetà qabel ma jeżamina b’reqqa gravi l-pass li jkun sejjer jagħmel.

Nitlob ’l Alla l-grazzja li, jekk hi r-rieda tiegħu, nippersevera fis-Soċjetà. Nittama wkoll li jekk nasal iktar immut ‘ta’ Soċju’ milli mmut ‘fis-Soċjetà’, għax ix-xjuħija taf tilagħbek! Ma rridx li wara ħajja nipproponi li ngħix tant virtujiet nispiċċaha ma nħaddan l-ebda waħda! ⧀ Pierre Bellia


Ninħabbu b'Imħabba Kbira

Ir-Regola

Introduzzjoni San Pawl fit-tagħlim tiegħu jxebbah lill-poplu ta’ Alla mal-ġisem ta’ Kristu. Il-karatteristika prinċipali ta’ dan il-ġisem hija l-għaqda u l-imħabba ta’ bejn kull membru. F’parti oħra jikteb dwar kif timmanifesta ruħha din l-imħabba: “L-imħabba taf tistabar, l-imħabba hi twajba, ma tgħirx; l-imħabba ma tiftaħarx, ma titkabbarx; ma tagħmilx dak li ma jixraqx, ma tfittixx dak li jaqblilha, ma teħux għaliha, ma żżommx f’qalbha għad-deni, ma tifraħx bid-dnewwa imma tifraħ bis-sewwa. Kollox tagħder, kollox temmen, kollox tittama, kollox tissaporti.” (1 Kor 13, 4-7)

Il-Fundatur fil-meditazzjoni fuq il-bniedem interjuri jikteb li qalbu hija karità sinċiera u diżinteressata lejn kulħadd. Dun Ġorġ fehem li meta niġu għallimħabba m’għandna neskludu lil ħadd u dan jgħodd l-iktar għalina bħala membri fil-MUSEUM li għandna ninħabbu bħala aħwa. Kif nistgħu ma nħobbux lil xulxin meta nagħmlu ħafna sigħat ngħixu flimkien u naħbtu ma’ xulxin? Ilkarità sinċiera li ssaltan fostna hija indispensabbli u għaldaqstant ma nistgħux ngħaddu mingħajrha. Din l-imħabba kbira trid tissarraf fil-prattika fl-Oqsma tagħna

b’ħafna modi. Fil-ktieb It-Teżor ta’ Missirijietna Dun Ġorġ jikteb: “Il-qalb ta’ Alla dejjem tmur bilħewwa u l-imħabba.” Dan ifisser li jekk aħna rridu nkunu tassew ulied Alla jrid ikollna dawn iż-żewġ virtujiet fil-ħajja tagħna. L-istess bħal meta f’kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar nitolbu: “Agħmel il-qalb tiegħi tkun tixbah lil tiegħek.” Hawn inkunu qegħdin nitolbu li qalbna tkun tħobb dejjem iktar bħalma tagħmel il-qalb ta’ Ġesù. L-Imħabba fil-Qasam Ir-Regola tgħidilna li l-imħabba għandha tidher fl-għaqda ta’ 81


bejnietna u mas-Superjuri tagħna. Dan imbagħad iwassal biex isSoċjetà tkun għaqda waħda miżmuma u mmexxija bl-imħabba. F’silta oħra mill-Epistolarju San Pawl jikteb: “Niżżiħajr dejjem lil Alla, Missier Sidna Ġesù Kristu, u nitolbu għalikom, għax aħna smajna bil-fidi li għandkom fi Kristu Ġesù u bl-imħabba tagħkom għall-qaddisin kollha.” (Kol 1, 4) F’dan is-sens nistgħu nimmaġinaw lill-Fundatur jgħid l-istess kliem fuqna l-membri li aħna l-ulied spiritwali tiegħu. Il-Fundatur jista’ ma’ San Pawl irodd ħajr lil Alla għall-imħabba ta’ bejnietna? Ikun imbierek Alla jekk jista’ jagħmel dan imma jekk le allura rridu nistaqsu għaliex. Kull wieħed

82

minna għandu r-responsabbiltà li jħobb kemm jiflaħ u mhux kemm jiddobba.

Din hija wkoll responsabbiltà ta’ kull Superjur. Fir-Riċetta għasSuperjuri nsibu miktub: “Xogħol għaqli tas-Superjur huwa li jgħaqqad ħafna qlub f’qalb waħda bil-għoqda tal-paċi.” Kull Superjur irid jaħdem biex inissel fil-Qasam din l-attitudni ta’ għaqda fost ilmembri bid-differenzi kollha ta’ bejniethom. Imma jkun żball li wieħed jaħseb li dan huwa biss ix-xogħol tas-Superjur għax din mhix il-ħidma ta’ wieħed jew ieħor imma ta’ kulħadd u flimkien. Importanti li niġbdu ħabel wieħed mill-istess naħa u mhux


kontra xulxin. B’responsabbiltà s-Superjur għandu jifhem li din tal-għaqda hija waħda mill-ewwel xogħlijiet tiegħu. Għax imbagħad l-appostolat, l-attivitajiet u x-xogħol l-ieħor jeħfief.

Is-Superjur u l-membri jridu jżommu f’moħħhom li kull persuna għandha qalb umana, qalb li tħoss u tweġġa’ u għandha bżonn il-mogħdrija. Il-Qasam irid ikun ħafna qlub f’qalb waħda. U hekk il-problemi ta’ bejnietna jonqsu u kważi jispiċċaw fixxejn. Niftakru li malli s-Superjur jidħol fil-Qasam huwa jgħid issentenza ta’ Ġesù: “Bin il-bniedem ma ġiex biex ikun servut, imma biex iservi u jagħti ħajtu b’fidwa għal bosta.” Fuq nett fil-lista ta’ dawk li rridu nservu għandna l-membri, imbagħad iż-żgħażagħ u t-tfal u l-ġenituri. Għalhekk aħna qegħdin u għalhekk niftħu l-Oqsma biex inservu lil kull min b’xi mod jagħmel kuntatt magħna. Fir-Riċetta għas-Superjuri nsibu miktub ukoll: “Aħjar is-sudditi jħobbuni nkella jibgħżu minni.” IsSuperjur qiegħed hemm biex jgħin lill-membri f’dak kollu li jkollhom bżonn, u s-Superjur għandu jkun l-aktar membru maħbub. Meta hemm il-qadi m’hemmx biża’. B’dan il-mod inkunu qegħdin nibżgħu għas-siġra jew l-għalqa li l-Mulej afdalna għax inkella ma jkollniex frott. U l-ewwel frotta

għandha tkun l-imħabba; b’hekk biss jiġu vokazzjonijiet ġodda.

L-Imħabba fil-Prattika Nistaqsu ftit lilna nfusna fuq kemm infakkru lil xulxin għat-talb, fuq kemm nitolbu għal xulxin, fuq l-eżempju li nagħtu meta nkunu l-knisja flimkien. Irridu nifhmu li n-nies jinnutaw u meta jieħdu eżempju tajjeb tal-imħabba u l-għaqda ta’ bejnietna jkun qed isir il-ġid bla ma aħna forsi nkunu nafu bih. L-istess jista’ jingħad għallAssenjatur. Kif tidher l-imħabba ta’ bejnietna fl-Assenjatur? Forsi mhux dejjem inkunu konxji li waqt l-Assenjatur ikollna okkażjoni kbira li nħobbu lil xulxin. Hija mħabba li ġġiegħel lill-membri minn diversi ambjenti jinġabru flimkien. Il-preparazzjoni, ilparteċipazzjoni attiva, l-attenzjoni u l-paċenzja li nuru waqt l-Assenjatur huma kollha sinjali ta’ mħabba. Din l-attitudni ta’ mħabba trid tidher ukoll waqt xi biċċa xogħol li jkollna fil-Qasam. Mhux sewwa li dejjem jaħdmu l-istess membri waqt it-tindif, waqt xi ikla, waqt xi attività, waqt xi Ġimgħa ta’ Tagħlim, waqt ix-xogħol tal-Milied. Mhijiex imħabba meta xi membri dejjem jaslu tard meta jkunu hemm ix-xogħol jew saħansitra ma jersqux lejn il-Qasam. Anke waqt il-ħinijiet informali ta’ bejnietna 83


rridu nemmnu li l-imħabba tkun qed tikber. Għax aħna bħallfamilja, inkunu flimkien għal kull okkażjoni. Kemm aħna ġenerużi fil-ħin billi niddeċiedu li nkunu preżenti għall-oħrajn? Għaliex jispiċċa l-Assenjatur u xi membri jisparixxu? San Ġwann tas-Salib jikteb: “Fejn m’hemmx l-imħabba poġġi l-imħabba u ssib l-imħabba.” Kull membru għandu jikkontribwixxi biex dan iseħħ. Meta nkun qiegħed ma’ sħabi, jien inkun qiegħed nikkoltiva kemm ilvokazzjoni tiegħi kif ukoll ta’ sħabi. Irridu nkunu rigorużi filli nagħtu ħafna importanza lill-ħin ta’ bejnietna u l-ħin tar-rikreazzjoni ta’ flimkien. Fit-talba tal-5.00 p.m., Ħsieb is-Soċju Musuemin, ngħidu li “l-imħabba ta’ bejnietna ġabritna f’ħaġa waħda”. Dun Ġorġ

84

kien jaf li hemm bżonn l-imħabba biex inkunu nistgħu naħdmu l-appostolat tagħna flimkien. IlQasam għandu jkun il-bejta fejn il-membri jikbru u jimmaturaw u fejn jitwieldu vokazzjonijiet ġodda. L-Għotja Anke l-ħajja taċ-ċelibat tagħna tkun tagħmel sens meta tingħex mill-imħabba. Iċ-ċelibi ma jistax jingħalaq fih innifsu għax jekk jiġri hekk dak tiegħu ma jkunx ċelibat san. Iċ-ċelibat tiegħi jġegħilni ningħata għall-oħrajn, iwassalni biex inħobb lis-Soċji ħuti anke jekk huma differenti minni għax jien nibda nħares lejhom kif iħares lejhom Alla. L-imħabba tintwera wkoll waqt id-direzzjoni li nagħtu lil xulxin għax nixtiequ l-ġid lil


xulxin. Dan kultant jimplika li nagħtu l-ħin lil xulxin u ġieli b’ħafna paċenzja. L-imħabba tidher ukoll meta niġbdu l-attenzjoni lil xulxin kif ukoll meta nħallu lil ħaddieħor liberu li meta jkun hemm bżonn jiġbdilna l-attenzjoni. Meta jkollna bżonn naħfru lil xulxin irridu nagħmlu dan bil-ħlewwa. Il-Papa Franġisku jagħtina diversi pariri tajbin fuq kif għandna nikkoreġu: “Ma nistgħux nagħmlu operazzjoni mingħajr loppju. Il-karità hija bħal-loppju, tgħin lill-oħrajn jaċċettaw il-korrezzjoni. Jekk ma nafux nikkoreġu bl-imħabba aħjar ma nikkoreġu xejn. Jekk ma tikkoreġix bl-imħabba twettaq offiża, teqred il-qalb tal-persuna u tkun żidt ferita oħra.”

“Il-Paċi Miegħek” It-tislima tal-paċi li aħna nagħtu lil xulxin hija prova oħra ta’ kemm aħna nħobbu lil xulxin u dan għax meta niltaqgħu u nsellmu nkunu qed ngħidu li nixtiequ l-aħjar ħaġa għal xulxin. It-tislima trid tkun ħierġa mill-qalb, irridu verament inħossu l-paċi ta’ bejnietna. Dan huwa wieħed mit-teżori li minn dejjem kellna fis-Soċjetà u allura rridu nibżgħu għalih. Finalment ma ninsewx li Alla kkmandana li nħobbu lil xulxin. Dan huwa s-sinjal tan-Nisrani u tal-membru Museumin. Min iħobb lil Alla blispirtu u l-verità jkun iħobb lillproxxmu tiegħu. ⧀ Karmenu Caruana

85


Il-Missjoni tas-Soċjetà f’Kuba X’Morna Nagħmlu?

K

Mill-Missjoni

Kuntest

uba hi gżira mill-isbaħ, art fertili tant li impressjonat lill-esploratur Kristofru Kolombu meta fil-ġurnal tal-mawra tiegħu fl-1492 stqarr: “Esta es la tierra mas hermosa que ojos humanos vieron.” (“Din hija l-isbaħ art li għajnejn il-bniedem qatt raw.”) Għalkemm ma niddejqux ngħumu fil-baħar Karibew u nduqu l-frott tropikali tal-pajjiż, żgur li ma morniex bħall-bqija tat-turisti li qed jippruvaw jiskopru s-seħer tal-gżira hekk imsejħa tal-Guantanamera.

Lanqas ma mmorru biex insegwu l-ħafna intriċċi li jgħaddi minnu dan il-pajjiż Komunist mistur għall-istorja politika tad-dinja. Pajjiż li bi ftehim mal-Unjoni Sovjetika kien qed jipperikola li tfaqqa’ t-tielet gwerra dinjija, liema gwerra kellha tkun fatali fl-iskala minħabba l-iżviluppi qerrieda tal-bombi nukleari moħbija f’post ftit ’il fuq minn fejn illum ta’ kull ġimgħa nagħmlu katekeżi lit-tfal u lill-adulti. Wara erba’ snin ħidma tas-Soċjetà f’pajjiż iddikjarat ateu, lanqas nistgħu ngħidu li għandna x’nitgħallmu wisq fuq id-deċiżjonijiet rivoluzzjonarji 86

wara li Fidel Castro u sħabu ħadu r-riedni f’idejhom fl-1 ta’ Jannar 1959. Wara l-esperjenza kerha tal-kolonjaliżmu Spanjol li qered l-indiġeni tal-post, u wara t-tixrid tad-demm fil-gwerra kontra l-kapitalizmu Amerikan ta’ Battista, il-Kubani esperimentaw b’ideoloġija Komunista b’konsegwenza li din il-gżira tħalliet emarġinata u maqtugħa mill-bqija tad-dinja għal għexieren ta’ snin.

Il-politika u l-ekonomija Kubana baqgħu dipendenti fuq il-Blokk Sovjetiku sakemm il-pajjiż sab ruħu f’faqar estrem mal-waqa’ tal-istess blokk f’dak li hu magħruf


bħala l-‘periodo especial’ (1995). Il-konsegwenzi għadhom jinħassu sal-lum, tant li meta darba biex niċċajta staqsejt lil sieħbi, żagħżugħ tampari, jekk għaddiex biex jiġbor il-ħbejża li titqassam bħala ration, il-ħarsa tiegħu f’għajnejja sikktitni. Qisu ried jgħidli: “Kif tista’ tiddubita jekk Kuban jgħaddix jiġbor il-ħobż, ir-ross, il-ħalib li jitqassam bilktieb tar-ration ta’ kuljum?” Mistoqsijiet a. X’marret tagħmel is-Soċjetà f’Kuba? b. X’tista’ tagħmel u toffri? ċ. X’ser titgħallem?

Għalija kellhom jgħaddu sentejn u nofs biex wieħed Malti jagħtini ftit dawl. Kien fl-ajruport ta’ Havana, lura lejn Malta wara l-vaganza li ħa ma’ sieħbu ġewwa Kuba. Intiż fl-ekonomija, dan il-Malti snin ilu kkontribwixxa fil-promozzjoni ta’ Malta f’pajjiżi barranin. Bl-evalwazzjoni ħafifa tiegħu ta’ Kuba u bil-kuntest li tajtu jien tal-ħajja ta’ kuljum, it-tnejn ammettejna li r-rivoluzzjoni għal 56 sena ma ħadmitx. Il-pajjiż għalkemm mimli riżorsi huwa badly managed u qalli li lanqas id-drittijiet bażiċi tal-bniedem mhuma mħarsa, bħalma huma d-dritt għall-opinjoni u l-espressjoni u d-dritt li wieħed jiċċaqlaq billi,

87


ngħidu aħna, jsiefer. Niftakar li dan l-ekonomista wasal għall-osservazzjoni interessanti li biex persuna tipprospera tiddependi minn tliet fatturi: ilwirt, ir-riżorsi tal-pajjiz li tgħix fih u l-abbiltà umana personali.

Il-Wirt tal-Fidi Kull pajjiż illum jgħożż il-wirt li għandu għax jifhem il-proverbju nattiv Amerikan li jgħid: “Aħna ma nirtux id-dinja mingħand missirijietna iżda nissellfuha mingħand uliedna.” Il-pajjiż iħoss ukoll il-bżonn li l-wirt jikkonservah u jġeddu bl-aħjar mod li jista’ għax hu dak li jagħmel lin-nazzjon, dak li jagħtih identità. F’Kuba nosserva n-nuqqas ta’ għaqal li minn perjodu għal ieħor jerġgħu jirrepetu l-esperjenza tant riskjuża li tibda mill-ġdid. Għax ir-rivoluzzjoni li tant jiftaħru biha mhi xejn ħlief li telimina dak kollu li sar qabel u tibda qafas ġdid bir-riskji li l-esperimenti ta’ dan it-tip iġibu magħhom. F’Kuba esperjenzajt fil-prattika messaġġ li bagħatli Superjur għaqli wara r-Responsorju meta kont Kandidat peress li xtaqna ċerti riformi fil-Kandidatura: “Il-ħajja mhix rivoluzzjoni iżda serje ta’ evoluzzjonijiet.” Iżda ma tantx domt biex irrealizzajt li l-istess ekonomista b’għeruq reliġjużi simili għal tiegħi ddeċieda 88

li jagħmel rivoluzzjoni u fejn tidħol il-fidi tiegħu jerġa’ jibda mill-ġdid. Ftit rajt differenza bejnu u bejn Kuban fil-mod kif wasal biex iħares lejn il-mistoqsijiet fundamentali li aħna bħala bnedmin nistaqsu. Il-Malti injostiku fil-kuntest tar-relattiviżmu tal-kultura liberali li qed ngħixu fiha f’pajjiżna, ma kienx ’il bogħod minn Kuban ateu fil-kuntest tad-dittatura Komunista imposta. Qalli: “Int titkellem bil-fidi, jien le.” Innutajt li xxejjer ħafna fil-wirt tal-fidi li rċieva tant li wasal biex tilifha.

Aħna bil-Magħmudija sirna werrieta ta’ misteru ogħla minna, kif stqarr l-ewwel missier tagħna fil-fidi: “Jekk aħna wlied, aħna wkoll werrieta, werrieta ta’ Alla, werrieta ma’ Kristu: ladarba aħna nbatu miegħu, biex miegħu nkunu gglorifikati.” (Rum 8, 17) Bażikament ir-raison d’être ta’ x’marret tagħmel is-Soċjetà f’Kuba hi t-trasmissjoni tal-fidi afdata lilha – wirt mgħoddi lilha fil-Knisja minn ġenerazzjoni għal oħra bilmarka tal-fidwa ta’ Kristu: “U dawn kollha, għad li qalgħu xhieda tajba bis-saħħa tal-fidi tagħhom, ma kisbux dak li kien imwiegħed, billi Alla rafa’ xi ħaġa aħjar għalina, bil-ħsieb li huma ma jaslux għallperfezzjoni mingħajrna.” (Lhud 11, 39-40)


Ir-Riżorsa tal-Kelma Il-lingwa fil-missjoni saret għalija l-aktar riżorsa urġenti. Lilha kelli bżonn biex nikkomunika, allura ħassejt il-ħtieġa kbira li nitgħallimha malajr kemm jista’ jkun. Niftakar ċar il-mumenti ibsin li ma kontx nista’ nitkellem bħall-Kubani, meta ma kontx inkun nista’ insegwi diskussjoni bejniethom. Xi kultant kont naħbat negħja bid-djalett tipiku mgħaġġel tagħhom. Hija frustrazzjoni kbira meta taf li hija l-għodda inevitabbli għall-appostolat tagħna u tkun għadha nieqsa fik. “Imma int ibqa’ miexi f’dak li tgħallimt u emmint bis-sħiħ, għax taf mingħand min tgħallimtu, u għax sa minn żgħoritek sirt midħla tal-Kotba Mqaddsa, li jistgħu jagħtuk l-għerf li jwassal għas-

salvazzjoni permezz tal-fidi fi Kristu Ġesù. L-Iskrittura kollha hija mnebbħa minn Alla u tiswa biex wieħed jgħallem, iċanfar, iwiddeb u jrawwem fis-sewwa, biex hekk il-bniedem ta’ Alla jkun perfett, imħejji għall kull ħidma tajba.” (2Tim 3, 14-17) Il-kelma ta’ Alla kuljum kienet il-pont bejn dak li kont naf bil-Malti u dak li ridt ngħallem bl-Ispanjol. Il-kelma saret għalija faraġ u serħan. Fiha bdejt nifhem b’dawl ġdid għax kienet diġà riżorsa li kbirna fiha fis-Socjetà. Bil-mod bdejt nirrealizza li hija l-unika riżorsa li nistgħu noffru lill-oħrajn. Il-kelma ta’ Alla kienet l-ispirazzjoni talFundatur tagħna u r-riżorsa li tana f’idejna biex nitgħallmu ħalli nkunu nistgħu ngħallmu lill-oħrajn. Aktar minn hekk ikun telf ta’ ħin, ħela 89


ta’ riżorsi. Il-missjoni allura kienet mod kif mill-ġdid bdejt nerġa’ ntiegħem il-kelma ta’ Alla b’lingwa u f’kuntest differenti. Din hi wara kollox l-inkarnazzjoni… il-mument fejn l-istess kelma tinkarna ‘illum intom u qed tisimgħu’ (Lq 4, 21). Nitgħallmu l-Fedeltà Kemm ilni hemm innutajt kemm ilħajja għalihom hi rabta ċoff. Niftakar li fuq ix-xogħol kont qed naħdem permess ta’ bini ma’ perit Kuban talkomunità. Għamilna ħbieb malajr u konna naħdmu tajjeb ħafna flimkien. Iżda niftakar li ġurnata minnhom mort nistaqsi għalih u qaluli li telaq mill-pajjiż. Ħalla warajh lil martu u żewġt itfal bit-tama li jsib xogħol li jagħtih paga diċenti.

Hemmhekk l-ekonomija tal-pajjiz tistrieħ fuq l-iskjavitù tar-riżorsi umani. Bażikament l-istat iqabbad il-professjonisti, speċjalment it-tobba, biex jaħdmu fuq proġetti kapitali jew ix-xiri ta’ bramel

taż-żejt. Irnexxielu jipperswadihom li qed jaqdu missjoni f’ġieħ il-pajjiż meta joffru lilhom infushom biex jagħmlu sentejn xogħol barra mill-pajjiż (cumplir mission). Iżda bilmod il-mod il-Kubani qed jużaw dan iż-żmien bħala mezz biex jaħarbu. Jistudjaw u jistennew sakemm tasal l-opportunità li jaħarbu u bil-ftit kuntatti li jagħmlu jħallu kollox u jissetiljaw f’pajjiż aħjar. Allura jitħassbu n-nies li ngħixu magħhom Kuba meta jaraw Ii kulħadd irid jitlaq mill-pajjiż u lilna għax iħobbuna jistaqsuna: “X’ġejtu tagħmlu hawn?”

Naħseb li wara erba’ snin in-nies bdiet tifhem li aħna morna biex nibqgħu. Kierkegaard, filosfu Daniż, jispjega kif għandha tkun imħabbitna f’dinja fejn il-commitment hu rabta ċoff: ‘Love is perfected in fidelity.’ Illum nista’ nwieġeb li qed nitgħallmu nħobbu billi nkunu preżenti u noffru ħajjitna. Li nkunu preżenti u napprezzaw il-wirt tal-fidi li Alla għoġbu jaqsam magħna. Li nkunu preżenti u li nisimgħu leħnu fil-kelma u li ngħallmuha lill-oħrajn. Li nkunu preżenti u nitgħallmu ngħixu magħhom sal-aħħar, sakemm jibqa’ jsibna fidili s-Sinjur Alla. ⧀

Robert Gauci

90


F’Riġlejn il-Muntanja Athos

Spiritwalità mill-Ewropa

Il-Wasla f’Ouranoupoli uranoupoli (il-“villaġġ tas-sema”) hu l-port fl-Greċja fejn il-pellegrini li jaslu bil-karozza tal-linja minn Tessaloniki jħallu l-qoxra tagħhom ta’ nies Oċċidentali biex jidħlu f’dinja oħra, fil-peninsula ta’ Aktè. Fuq din il-medda ta’ art li tinfirex f’tul ta’ madwar 60 kilometru lejn il-Baħar Eġew għexu eremiti, u ’l quddiem monaċi, sa mir-raba' seklu tal-Era Nisranija. Din il-komunità, esklussivament Ortodossa u maskili, organizzat ruħha f’repubblika monastika li tgawdi minn awtonomija relattiva fi ħdan l-Istat Grieg. Dawk li jaslu Aktè ma jiġux bħala viżitaturi imma biss bħala pellegrini, tant li n-nies li jmiddu riġlejhom għall-ewwel darba f’Ouranoupoli (kif għedna rġiel għax in-nisa huma pprojbiti f’dan itterritorju) iridu jmorru fl-‘uffiċċju għall-pellegrini tal-Muntanja Athos’ biex jingħataw il-permess imsejjaħ id-diamonitirion. Dan

O

91


il-permess ta’ passaġġ jippermetti lil dawk li jaslu Ouranoupoli biex jgħaddu għall-iżbark żgħir ta’ Dafne u jibbenefikaw mill-ospitalità ta’ 20 monasteru mibnijin fuq il-ġnub tal-Muntanja Athos. Il-Grieg, ir-Russu, ir-Rumen u s-Serb jidwu fuq il-pont tal-laneċ li jkunu sorġuti ħdejn xulxin fuq ix-xatt iħaddar sabiħ tal-peninsula. Hawnhekk jiġu nies minn kull Ortodossija kif ukoll minn Knejjes Insara oħra.

L-Għoxrin Monasteru tal-Muntanja Athos Wara li jkun niżel l-art, il-pellegrin jilħaq Karyès, il-kapitali amministrattiva ta’ Aktè, li tinsab fin-nofs tal-peninsula. It-toroq kollha jibdew minn Karyès, il-belt mimlija swieq, lejn dawriet medjevali li jwasslu fiċċentru fejn jiltaqgħu l-awtoritajiet tat-teokrazija (forma ta’ gvern fejn is-sovranità hi eżerċitata minn persuna jew aktar, x’aktarx tal-Knisja, li jżommu li huma mogħtija

92

s-setgħa direttament minn Alla). Il-mogħdijiet ta’ żrar u ġebel, fejn sikwit tiġi wiċċ imb wiċċ ma’ ħmir u annimali oħra, jippermettu li l-pellegrin jilħaq l-għoxrin monasteru li qegħdin fuq iż-żewġ xtajtiet tal-Baħar Eġew, għaxra fuq kull xtajta. Fuq naħa hemm Vatopedi, li hu t-tieni monasteru filġerarkija tal-Muntanja Athos skont l-ordni ta’ meta ġew imwaqqfa, Pantocrator, Stavroniketa, fortizza medjevali li toħroġ fuq il-baħar, Hilandar, Esphigmenou, Koutloumousiou, Iveron, Philoteou u Karakallou. Fit-tarf nett talpeninsula hemm Laure l-Kbira li hu l-eqdem monasteru, imwaqqaf fis-sena 963 minn San Atanasju f’riġlejn il-Muntanja Athos. Hi binja maestuża, f’għoli ta’ 2033 metru. Fuq in-naħa l-oħra hemm Simonopetra, Dionysiou, Zographou, Konstamonitou, Docheiariou, Xenofontos, Saint-Panteleimon, Xeropotamou, Gregoriou u Aghiou Pavlou. B’kollox f’dawn il-monasteri hemm madwar 2200 monaku, li 1700 minnhom huma Griegi.


Il-pellegrini Russi, li dejjem baqgħu jiżdiedu wara l-waqgħa tal-Komuniżmu, l-aktar li jmorru hu f’Saint-Panteleimon, fejn jgħixu madwar 100 monaku. Il-Griegi, il-Bulgari u r-Rumeni jmorru Vatopedi. Hu dan il-monasteru li għandu l-wisa’ għall-ikbar għadd ta’ nies, hekk li normalment ikun hemm iktar minn 200 persuna kuljum. Fil-monasteru ta’ Stavroniketa, il-mistednin għal lejla waħda tista’ tgħoddhom fuq id waħda. Bejn monasteru u ieħor hemm differenza fil-livell ta’ arkitettura kif ukoll f’dak li hu spirtu, fil-mod kif jgħixu l-monaċi, kif huma jiċċelebraw l-Uffiċċju, kif jilqgħu lill-pellegrini u kif ifasslu l-ġurnata. Fuq il-Muntanja Athos, il-qalba tal-Knisja Ortodossa, kif ukoll fil-Knejjes kollha Ortodossi, hemm partikularità li tiddistingwihom: l-unità fid-diversità. Hemm unità qawwija f’dak li hu twemmin u min-naħa l-oħra hemm varjetà kbira ta’ espressjoni tal-fidi.

Kuljum il-Pellegrini Jibdlu l-Monasteru Waħda mir-regoli tal-Muntanja Athos hi li l-pellegrin ma jibqax fl-istess monasteru, imma kuljum imur minn monasteru għal ieħor. Tazza raki (xarba alkoħolika morra bit-togħma ta’ anisett, popolari bħala aperitiv fit-Turkija, il-Ġreċja u l-Balkani) u ftit lakumja jistennew lill-pellegrin kull darba li jiġi lura mill-mixja diffiċli mill-mogħdijiet kollha żrar u ġebel. Il-monaċi tal-Muntanja Athos iżommu li lil Alla “tkun tafu bil-persuna tiegħek”, hekk li din il-mixja skomda twasslek għal dan l-għarfien. Meta l-pellegrin jasal tard filgħaxija, jassisti għall-Vespri u mbagħad jieħu sehem fiċ-ċena li ssir fis-skiet fir-refettorju tal-monaċi. L-imwejjed tal-ikel fil-monasteru ta’ Vatopedi, li saru iktar minn elf sena ilu, huma tal-irħam u juru sew iż-żmien li għadda minn fuqhom. L-affreski tas-seklu 18 li jiddekoraw il-ħitan idaħħlu lill-pellegrin fl-ispirtu.

93


L-ikla fqira, akkumpanjata minn qari minn fuq is-sedja, issir mingħajr tnikkir. Il-pellegrin ikollu l-ħin kollu biex iqim ir-relikwji qaddisa fil-knisja tal-monasteru. Fost dawn hemm dak li t-tradizzjoni tgħid li hu ċ-ċinturin tal-Verġni Marija, ir-ras ta’ San Ġwann Griżostmu u relikwa mis-salib ta’ Kristu. Il-pellegrin jista’ jbus l-ikoni u jżommhom f’idejh għal ftit fis-skiet. Ma’ nżul ix-xemx il-monaċi jmorru fiċ-ċella tagħhom biex joqogħdu jitolbu weħidhom sat-tard. Fil-Knisja Ortodossa parti importanti tal-ħajja tal-monaċi hi ddedikata għat-talb personali. Hemm għażla fl-Uffiċċju tatTalb. Waqt it-talb li jsir fil-knisja, in-nies jistgħu jidħlu u joħorġu xħin iridu. Wara lejl qasir, wieħed mill-monaċi jħabbat fuq is-simandra, tavla tal-injam li meta tħabbat fuqha tfaqqa’ u tistieden minflok il-qanpiena. Ikunu l-erbgħa ta’ filgħodu xħin il-pellegrini, nofshom reqdin, jimxu lejn il-knisja għall-ewwel talb tal-Uffiċċju. Fid-dlam ix-xemgħat jilmaw biex idawlu l-uċuħ tal-pellegrini u tal-monaċi. Imbagħad ir-raġġi tax-xemx jidħlu mil-Lvant ftit ftit fil-bini, bħallikieku biex isaħħnu l-ikoni maestużi li għall-Ortodossi huma “twieqi miftuħa lejn s-sema”. Il-monaċi donnhom jitilfu s-sens 94

tal-ħin; l-ewwel Uffiċċju jista’ jtul erba’ sigħat u nofs. Wara t-talb ir-religjuzi u l-pellegrini jieħdu waħda miż-żewġ ikliet tal-ġurnata, imbagħad min imur fuq ix-xogħol tiegħu u min ikompli triqtu.

Għerien fil-Muntanja Kif wieħed jilwi fuq ġenb ta’ waħda mill-mogħdijiet, jiltaqa’ ma’ xi għerien imħaffra fil-blat. L-għerien huma fejn joqogħdu l-anakoreti (reliġjużi li jgħixu iżolati f’naħat imwarrba). Il-monaċi li joqogħdu f’dawn l-għerien iddeċidew li jagħżlu din l-avventura awstera biex jimxu fuq il-passi tal-ewwel eremiti. Huma ma ‘jaqrawx’ il-Missirijiet tad-Deżert, imma ‘jgħixuhom’. L-għażla tagħhom hi purament personali. Ikun hemm ukoll monaċi li jmorru joqogħdu f’monasteru ċenobita għal xi snin qabel ma jagħżlu li jgħixu fl-għerien jew f’eremitaġġ simili.

F’Athos hemm żewġ xorta ta’ abitazzjoni għall-monaċi minbarra l-monasteri: djar iżolati għalkollox fil-kampanja u djar fil-villaġġi bi knisja fin-nofs. Fiż-żewġ każi kull dar hi awtonoma, qisha monasteru żgħir. Il-monaċi li jgħixu f’dawn id-djar ma jingħatawx proprjetà mill-komunità u din hi d-differenza mill-monasteri. Għalhekk iridu jaħdmu b’idejhom għall-għajxien


tagħhom. Minbarra xogħol ieħor, huma jpittru wkoll l-ikoni. Dawn iddjar huma ċentri ta’ diversi snajja u ta’ talb personali. Il-ħajja fid-djar hi ta’ dixxiplina inqas stretta u taqbel iktar ma’ ċerti temperamenti.

Il-Vokazzjoni ta’ Athos X’inhi l-vokazzjoni tal-Muntanja Athos? Li tilqa’ għadd dejjem akbar ta’ pellegrini kuljum jew li tkompli tħares id-domma u l-mistika Ortodossa? Għandha tiftaħ aktar jew tingħalaq? Dawn huma wħud mit-temi li jqumu minn żmien għal ieħor fil-laqgħat tas-sedja tal-gvern f’Karyès, fejn il-pellegrin jerġa’ jgħaddi, għall-aħħar darba, qabel ma jitlaq lura lejn daru mill-port ta’ Dafni. Il-preokkupazzjoni tal-monaċi, quddiem l-influss tal-pellegrini, hi li l-komunità tħares il-

karattru reliġjuż ta’ dawn il-postijiet, li ma tħallix li tirbaħ l-invażjoni turistika bħalma ġara lill-komunità monastika ta’ Météores, fiċ-ċentru tal-Greċja, fejn il-monasteri tilfu ħafna mill-ispiritwalità karatteristika tagħhom. F’Météores il-monaċi li baqa’ saru gwardjani ta’ mużewijiet.

Wieħed jawgura li l-komunità ta’ Athos tagħraf issib tweġiba ekwilibrata għal din id-dilemma biex il-pellegrini fit-tfittxija tagħhom għal Alla jkomplu jgawdu għal ħafna snin fil-futur l-ispiritwalità tal-Muntanja Athos. Il-monaċi tal-Muntanja huma fiduċjużi li dak li beda tant snin ilu jkompli jġedded lil min ifittex lil Alla permezz tas-servizzi ta’ din ilkomunità Ortodossa. ⧀ Joe Galea

Ħmir bis-sarġ immarkat bis-sinjal tas-salib jakkumpanjaw lill-pellegrini fil-mogħdijet tal-post. 95


L-Ateiżmu Kontemporanju u l-Qawmien mill-Ġdid tal-Apoloġetika

E

Teoloġija

rba’ awturi li dan l-aħħar għamlu ħoss minħabba l-mod qawwi kif esponew l-ateiżmu tagħhom huma Richard Dawkins, Sam Harris, Daniel Dennett u Christopher Hitchens. Huma jsejħu lilhom infushom The Four Horsemen tal-ateiżmu kontemporanju. Għalkemm xi ideat li jesponu fil-kitbiet tagħhom huma ripetizzjoni ta’ ideat oħra ta’ atei tal-passat bħalma huma Nietzsche, Camus u Sartre, l-ateiżmu tagħhom għandu karatteristiċi partikulari.

The Four Horsemen Richard Dawkins, Professur fl-Università ta’ Oxford fil-Bioloġija Evoluzzjonarja u fil-Popolarizzazzjoni tax-Xjenza, fil-ktieb tiegħu The God Delusion jikteb li jinsab ċert li Alla ma jeżistix, għaliex ix-xjenza li għalih tista’ tispjega kollox kważi waslet għallkonklużjoni li Alla ma jeżistix. Għal Dawkins l-eżistenza ta’ Alla hija sempliċiment ipotesi xjentifika. Huwa jargumenta li, la ma tistax tipprova lil Alla xjentifikament, allura ma jeżistix. F’dan l-istess ktieb isostni li t-teoloġija mhix suġġett akkademiku imma biss superstizzjoni. Jiskanta kif itteoloġija għadha kkunsidrata bħala dixxiplina intellettwali 96

u kif għadha tiġi mgħallma fluniversitajiet. Għalih il-fidi hija bħal virus li jittieħed minn ġenerazzjoni għal oħra u r-reliġjon hija l-għerq ta’ kull ħażen. Isostni li l-fidi hija xi ħaġa tat-tfal jew ta’ nies b’livell baxx ta’ intelliġenza. Dwar il-moralità Dawkins jgħid li m’hemmx bżonn ta’ xi reliġjon biex wieħed jgħix ħajja tajba, u meta wieħed jgħallem ir-reliġjon lit-tfal ikun qed jabbużahom għax ikun qiegħed jgħaddi l-virus talfidi minn ġenerazzjoni għal oħra.

Sam Harris, filosfu ateu kontemporanju, fil-publikazzjonijiet tiegħu The End of Faith u A Letter to a Christian Nation, jgħid li Alla u l-idea tal-eżistenza tiegħu huma


“ħażen intrinsiku” u li l-effetti soċjali tar-reliġjon jidhru ċari filfundamentaliżmu u t-terroriżmu. Huwa jinsisti fil-kitbiet tiegħu li d-dinja tieħu r-ruħ darba għal dejjem bl-eliminazzjoni ta’ kull tip ta’ fidi. Harris jgħid li r-reliġjon għandha tibqa’ barra minn kull politika u s-sekulariżmu għandu jipprevali. Daniel Dennet, filosfu, professur u għalliem tat-Teorija tal-Evoluzzjoni, kien l-ewwel wieħed li kiteb minn fost l-erba’ kittieba li semmejna, u donnu kien hu li spira dan il-moviment. Hu jsostni li x-xjenza tista’ tispjega r-reliġjon u mhux it-Teoloġija. Il-ħsieb prinċipali fix-xogħlijiet tiegħu huwa li r-reliġjon hija sempliċiment prodott neċessarju fil-proċess tal-evoluzzjoni u biżżmien għad tinqered għal kollox.

Christopher Hitchens, fil-ktieb tiegħu God Is Not Great, How Religion Poisons Everything, isostni li r-reliġjon hija dik li tirvina kollox għaliex tfixkel lix-xjenza milli tavvanza, iġġib ripressjoni sesswali, hija l-kawża li l-AIDS inxterdet fid-dinja, iġġib it-terroriżmu u hija essenzjalment superstizzjoni. Dan il-kittieb għandu wkoll bosta kitbiet li l-iskop tagħhom huwa li jpoġġu f’dell ikrah lill-Beata Tereża ta’ Kalkutta u l-ħidma tagħha.

X’Kien il-Kawża ta’ Dan il-Moviment? Meta wieħed jikkunsidra din il-mewġa ta’ kitbiet li ħafna minnhom kienu bestsellers, bilfors jistaqsi x’ġiegħel dawn il-kittieba jeħduha kontra kull tip ta’ fidi u reliġjon b’mod hekk aħrax u bosta drabi aggressiv li ma jħalli l-ebda lok ta’ djalogu. Ħafna jargumentaw li l-Fundamentaliżmu Iżlamiku, b’mod speċjali l-attakki fl-Istati Uniti tal-11 ta’ Settembru 2001, kien wieħed mill-kawżi. Raġuni oħra li setgħet tat xrara biex jikber dan il-moviment hija l-Insara fundamentalisti, l-aktar fl-Istati Uniti tal-Amerika, ħafna drabi membri ta’ xi setta li jistqarru li huma Creationists. Dawn jaqraw il-Bibbja b’mod fundamentalist u allura jżommu dak li hemm fil-Bibbja mhux biss bħala verità reliġjuża, iżda wkoll bħala verità xjentifika. Il-Creationists jemmnu li l-ħolqien tad-dinja seħħ tassew kif inhu rrakkuntat fl-ewwel kapitli tal-Ġenesi. Apoloġetika Ġdida L-ateiżmu aggressiv ta’ Dawkins u sħabu ġab miegħu mewġa ta’ kitbiet u risposti. Hawnhekk wieħed jista’ jara moviment ġdid apoloġetiku (mod ta’ kif wieħed joffri argumenti sodi biex jiddefendi l-fidi). Wieħed minn tal-ewwel li kiteb kien it-teologu Anglikan Alister McGrath, li 97


huwa wkoll midħla sew fil-qasam xjentifiku u li fil-passat kien ateu. Fil-ktieb tiegħu The Dawkins Delusion, Atheist Fundamentalism and the Denial of the Divine, li huwa risposta għal dak li kiteb Dawkins, huwa jgħid li l-moviment ta’ Dawkins huwa forma oħra ta’ fundamentaliżmu għax huma wkoll jinterpretaw il-Bibbja bl-istess mod li jinterpretawha l-fundamentalisti Nsara u allura qed jaqgħu fl-istess żball. Huwa jakkuża lil Dawkins u lil sħabu li qed jagħmlu ħsara kbira lix-xjenza għaliex huma qegħdin jużaw ħażin il-metodu xjentifiku biex jippruvaw argumenti li qatt ma jistgħu jiġu ppruvati. John F Haught, teologu ieħor, fixxogħol tiegħu God and the New Atheism, A Critical Response to Dawkins, Harris and Hitchens, jakkuża lill-kittieba atei kontemporanji li semmejna li ma jistgħux jitkellmu dwar teoloġija, għaliex il-kitbiet tagħhom juru li huma teoloġikament illitterati. God Is No Delusion, A Refutation of Richard Dawkins huwa xogħol ta’ Thomas Crean, li akkuża lil Dawkins li, għalkemm f’The God Delusion huwa ppreżenta xogħol ta’ Filosofija, fil-verità student talewwel sena fil-Filosofija jinduna li dik ta’ Dawkins hija fqira ħafna. L-ideat ta’ Alvin Plantinga huma simili għal dawk ta’ Crean. Plantinga, 98

fix-xogħol tiegħu fuq sit elettroniku bl-isem The Dawkins Confusion, iddeskriva x-xogħol ta’ Dawkins bħala “filosofikament assurd”.

Dinesh D’Souza, fix-xogħol tiegħu What’s so Great about Christianity?, isostni li hemm bżonn ta’ reazzjoni għall-ateiżmu l-ġdid u li l-Insara hemm bżonn jagħtu “r-raġuni tat-tama tagħhom” (1Pt 3, 15). Scott Hahn u Benjamin Wiker, f’Answering the New Atheism, Dismantling Dawkins’ Case against God, jagħmlu l-argument li x-xogħol ta’ dawn ilkittieba atei mhuwiex indirizzat lillintellettwali fl-Università bħalma kienu x-xogħlijiet tal-filosfi talpassat. L-iskop ta’ Dawkins u sħabu huwa li jġibu l-ħsibijiet atei tagħhom aċċessibbli anke għall-bniedem mhux intellettwali. Għalhekk Hahn u Wiker jinnutaw li dan ilmoviment qiegħed jinfluwenza lil ħafna nies, b’mod speċjali liż-żgħażagħ. Il-Kardinal Christophe Schӧnborn ukoll ippreżenta xogħol biex jirrispondi għal xi argumenti li għamlu dawn il-kittieba atei, l-aktar meta tkellmu fuq ilħolqien tal-univers u l-evoluzzjoni. Fil-ktieb Chance or Purpose? Creation, Evolution and a Rational Faith huwa jsostni bil-maqlub ta’ Dawkins li l-ħolqien tal-universe għandu skop u mhux ġie mix-xejn b’kumbinazzjoni.


Il-Kritika għall-Ateiżmu Kontemporanju Kienu ħafna dawk li kitbu biex jikkritikaw il-kitbiet tal-atei kontemporanji li semmejna. Fosthom insibu filosfi, teoloġi u anke xjenzati għaliex il-moviment ateu ġie kkritikat fuq tliet livelli: fuq il-livell filosofiku, teoloġiku u xjentifiku. Fl-espożizzjoni tal-awturi li kitbu biex jirribattu l-ideat tal-atei Dawkins, Dennett, Harris u Hitchens, issemmiet xi kritika li saret lil dawn tal-aħħar. Fil-fatt ħafna mill-apoloġisti li semmejna jaqblu li:

Il-moviment ta’ dawn l-atei kontemporanji tkellem dwar Alla meta l-idea ta’ Alla li ġiet attakkata minnhom hija waħda falza għaliex huma ttrattaw lil Alla bħala esseri kontinġenti (maħluq) u mhux wieħed neċessarju (li kien minn dejjem u li għamel kollox). Allura meta l-punt tat-tluq huwa ħażin, ħafna mill-argumenti tagħhom jaqgħu. Għalhekk b’mod speċjali x-xogħol ta’ Dawkins fuq livell filosofiku ġie kkritikat ħafna.

99


Huwa żball li Dawkins u sħabu ppreżentaw il-ħolqien tal-univers bħala xi ħaġa inkompatibbli mat-teorija tal-evoluzzjoni. Ħafna huma dawk li jaraw bidu għall-proċess tal-evoluzzjoni, u min jemmen jattribwixxu dan il-bidu lil Alla. Għalhekk il-ħolqien u l-evoluzzjoni la jmorru kontra xulxin u lanqas jeskludu wieħed lil ieħor. Ħafna rrifjutaw li jaċċettaw l-idea li l-fidi hija xi ħaġa infantili u għal nies b’livell ta’ intelliġenza baxxa għaliex insibu bosta nies li għandhom livell għoli ta’ intelliġenza f’kull sfera tal-ħajja, fosthom il-filosfu eks-ateu Anthony Flew u x-xjenzat Francis Collins li ta kontribut kbir fil-qasam tal-ġenetika.

Ma jreġix l-argument tal-atei kontemporanji li x-xjenza m’għandhiex limiti. Dan għaliex il-limiti tax-xjenza jidhru ċar fl-inkapaċità li tirrispondi l-mistoqsijiet fundamentali tal-bniedem.

Kritika oħra lil dawn l-awturi kienet li huma ppruvaw joħolqu tensjoni ġdida bejn ix-xjenza u r-reliġjon, fejn ħafna jsostnu li dawn għandhom bżonn xulxin. Reliġjon bla raġuni twassal għas-superstizzjoni jew affarijiet aktar gravi bħat-terroriżmu. Min-naħa l-oħra xjenza bla 100

etika (li r-reliġjon għandha rwol fundamentali fit-tfassil tagħha) twassal biex isiru atroċitajiet kbar u tkasbir tad-dinjità tal-bniedem f’isem ix-xjenza.

Donnu l-atei kontemporanji mhumiex interessati fid-djalogu mar-reliġjonijiet jew mat-Teoloġija minħabba t-ton aggressiv u rettoriku li jużaw u anke l-mod kif fil-kitba tagħhom jirridikolaw dak li huwa relġjuż u spiritwali.

Konklużjoni Meta wieħed jittratta x-xogħol ta’ dawn l-atei kontemporanji li semmejna fil-bidu, ma jara xejn ħlief xogħol ta’ propoganda għall-fundamentaliżmu ateu, fejn ix-xjenza u r-raġuni jitwarrbu fil-ġenb. Ħafna drabi l-argumenti ta’ dawn l-atei mhumiex ġusti u għalhekk hija diffiċli għall-qarrejja biex jieħdu x-xogħol tagħhom bisserjetà. Il-fatt li dawn il-kittieba jirrikorru ħafna għar-rettorika aktar milli juru evidenza, jindika li x-xogħol tagħhom huwa żbaljat mill-fundament. Hu x’inhu, kontra dak li jgħidu ħafna, dan id-dibattitu ġdid imma fl-istess ħin antik iwassalna biex nikkonkludu li, minkejja l-materjaliżmu u l-progress teknoloġiku li qed jiddominaw id-dinja li qed ngħixu fiha, il-mistoqsija dwar l-eżistenza ta’ Alla tibqa’ dejjem attwali u relevanti. Christopher Grima


Santa Tereża ta’ Avila 500 Sena minn Twelidha

S

a minn meta kont tfajjel kont nistagħġeb bil-paċi u l-ferħ li kienu jittrasmettu ż-żewġ zijiet li kont inżur fil-Monasteru ta’ Santa Margerita ġewwa Bormla. Ma kontx nifhem kif tista’ tgħix konfinat fi spazju hekk żgħir, dejjem tilbes l-istess ħwejjeġ u dejjem tħabbat wiċċek mal-istess ftit nies, u fl-istess ħin tkun hekk kuntent. Nistqarr li dik il-paċi xtaqt inħossha jien li kont liberu li mmur fejn irrid u għalhekk maż-żmien bdejt naqra l-ħajjiet u l-kitbiet tal-qaddisin tal-Ordni tagħhom, li żgur kienu l-mudelli ewlenin għalihom wara Kristu. Kemm-il darba staqsejthom, ta’ tfajjel li kont, kif ma jixtiequ xejn minn dak li toffri d-dinja, jew kif jissaportu dejjem magħluqin ġewwa... qatt passiġġata, qatt għawma, qatt ikla ma’ tad-dar jew f’restorant! It-twegiba dejjem kienet tkun “Għandna lil Ġesù, ma jonqosna xejn” jew “Ġesù jipprovdielna nies li jgħinuna f’kulma niġu bżonn”. Ma’ dawn ir-risposti kienu dejjem jitbissmuli

Anniversarji

u jagħtuni xi santa tal-qaddisin jew tifkira tal-ġublew ta’ xi patri jew soru li jkunu għalqu 25 jew 50 sena bħala reliġjużi. Maż-żmien bdew jagħtuni wkoll xi kitbiet li qanqlu fija dak l-għatx biex naqra iżjed.

Waħda mill-mudelli kbar tagħhom kienet Teresa de Cepeda y Ahumada, li llum hi magħrufa bħala Santa Tereża ta’ Avila. F’Marzu nfakkru l-500 sena mittwelid tagħha. Tereża, bħala bint ta’ ġenituri twajbin, uriet sa minn ċkunitha ċerta spiritwalità ta’ livell għoli, speċjalment fit-talb fil-kwiet u fl-għoti tal-karità lill-foqra. F’żgħożitha, ta’ 14-il sena, kellha ġġarrab it-telfa ta’ ommha li kienet tant marbuta magħha. Din it-telfa ġegħlitha tħossha ddisprata u nisslet vojt kbir ġo fiha. Il-ħajja ta’ talb li kienet tgħix, mill-banda l-oħra, qanqlitha ddur lejn Marija: “Inxtħitt f’disperazzjoni quddiem xbieha ta’ Marija Omm Alla. B’ħafna dmugħ tlabt lil Verġni Qaddisa biex tkun ommi minn dak il-ħin.” 101


Ħafna drabi l-qari tal-ħajja tal-qaddisin jagħmilli kuraġġ daqskemm il-kitbiet tagħhom iservuni ta’ dawl u eżempju. Jekk il-kitba tagħtik l-impressjoni li huma perfetti u li l-istil ta’ ħajja tagħhom kważi ma jistax jintlaħaq, il-bijografija tagħhom turik li kienu umani, li għexu ħajjithom bħalna. Bħala żagħżugħa Tereża kienet tħobb ukoll dak li kienu japprezzaw iż-żgħażagħ ta’ żmienha. Sa anki stqarret li ż-żelu reliġjuż kien naqsilha wkoll. Wara l-professjoni solenni għaddiet ukoll minn kriżijiet u żminijiet ta’ nixfa spiritwali. Tereża ħasset li s-sejħa tagħha kienet li tidħol soru Karmelitana. Iżda malajr skopriet li kien hemm xi nuqqasijiet, bħal ngħidu aħna kunventi ffullati jew li kienu jaċċettaw lil kulħadd, speċjalment lil min kien jista’ jgħin finanzjarjament lill-Ordni. Sabitha tqila titlob, imma xorta sabet il-ħin biex tgħin lill-oħrajn jitolbu.

Il-marda tal-malarja ħakmitha għal żmien twil u spiss kienet tkun muġugħa ħafna. F’din it-tbatija bdew il-viżjonijiet divini li għenuha tesperjenza l-paċi interjuri minkejja l-uġigħ fiżiku li kienet tħoss. Hi stess stqarret li mingħajr Ġesù ma kinetx tissaporti daqshekk b’tant ferħ interjuri. Bdiet tħossha bħal Marija Maddalena hi 102

u tiddeskrivi l-esperjenzi mistici lis-sorijiet ħutha u lil xi qassisin. Sabet nuqqas ta’ fidi li daħħalha fi kriżi; ġarrbet nuqqas ta’ ħeġġa biex tkompli tgħix bis-sħiħ il-vokazzjoni kontemplattiva tagħha. Ta’ 41 sena ltaqgħet ma’ saċerdot li ħeġġiġha tkompli fejn ħalliet għal kważi 15-il sena. Għall-ewwel kienet tħoss li siegħa meditazzjoni kienet twila wisq. Wara li pperseverat reġgħet bdiet tħoss il-paċi li kienet tħoss qabel. Ġieli kienet tħoss qalbha tfur bl-imħabba għal Kristu, tant li wiċċha kien jiddi. Din il-qaddisa għamlitli u għadha tagħmilli kuraġġ meta jaħkimni n-nuqqas ta’ ħeġġa għal dak li jien imsejjaħ għalih fis-Socjetà Museumina, jiġifieri l-qdusija personali u l-katekeżi. Ftit snin ilu mort nara liz-zija l-isptar fejn kienet rikoverata flaħħar ġranet ta’ ħajjitha. Wiċċha kien skur u jesprimi t-tbatija li kienet tħoss fl-agunija tagħha. Madankollu, waqt il-funeral wiċċha kien jiddi u mbissem aktar milli qatt kont rajtha qabel. Jien kont ħsibt li kienet biss impressjoni tiegħi, imma smajt ukoll liz-zijiet jgħidu l-istess ħaġa lil xulxin. Kulħadd stabar, jaraha hekk, u kkonvinċa ruħu li kienet diġà l-ġenna ħdejn il-kbira riformista tal-Ordni li fih għexet l-akbar parti ta’ ħajjitha.


Ir-Riforma Karmelitana bdiet proprju meta Santa Tereża kellha 47 sena, meta ingħatat il-permess li tiftaħ monasteru li fih kellha tmexxi b’dixxiplina stretta, imħabba u sens komun. Minn hemm ’il quddiem kellha tirrepeti l-istess ħaġa f’ħafna bliet Spanjoli, fejn dejjem sabet oppożizzjoni u kritika minn dawk li jew ma fehmuhiex jew ħassew li kienu qed jiġu mġiegħla jiċċaħdu mid-drawwiet u l-kumditajiet li kienu draw fihom. Mhux hekk biss, imma fi Juan de Yepes, dak li kellu jkun San Ġwann tas-Salib, sabet mezz kif tibda r-riforma fost il-patrijiet Karmelitani wkoll.

Minkejja bosta vjaġġi mhux daqstant komdi, saħħa dgħajfa u nuqqas ta’ kumditajiet fil-monasteri fejn għexet, sabet il-ħin biex tħalli wirt spiritwali permezz tal-kitba. Fost il-kitbiet tagħha nsibu: “Camino de Perfección” (It-Triq tal-Perfezzjoni) u “Las Moradas” (Il-Kastell Interjuri). F’dan tal-aħħar tiddeskrivi stadji differenti fil-ħajja tat-talb u r-relazzjoni tan-Nisrani ma’ Kristu. Kastell allura li nidħlu fih waqt li jkun għadu ma nbeniex kollu, imma jissawwar hekk kif in-Nisrani jidħol aktar fil-fond tal-misteru ta’ Kristu. Issemmi seba’ stadji, allura seba’ għamajjar jew postijiet fejn wieħed jista’ jgħix f’dan il-kastell.

103


Fl-ewwel għamara n-Nisrani jintebaħ li hemm kastell x’jesplora u jidħol meta jibda jitlob u jeżamina lilu nnifsu. Iħalli t-talb miktub minn ħaddieħor u jibda jikxef ruħu beraħ quddiem Alla. Dan l-ewwel proċess jiġi mtellef ħafna mid-distrazzjonijiet ta’ barra għaliex id-daħla tal-kastell hi qrib ta’ dak li hu ’l barra mill-kastell. Fit-tieni għamara r-ruħ tan-Nisrani tibda tagħraf il-leħen ta’ Alla jsejħilha. Leħen li jaslilha permezz ta’ għalliema u ħbieb. Il-leħen proprju tiegħu jibda jinstama’ fi stadji (għamajjar) oħra iktar tard. Fit-tielet għamara r-ruħ, wara li tisma’ u tifhem, tibda tgħix b’sottomissjoni lejn Alla u tibda għalhekk isir tixbhu aktar. L-umiltà u x-xewqa li tagħmel dak li Alla jrid jitqawwew f’dan l-istadju.

Fir-raba’ għamara r-ruħ iġġarrab is-sopranatural f’dak li Santa Tereża ssejjaħ il-konsolazzjonijiet tat-talb, bħalma hi l-paci interjuri. Issejjaħ il-ħames għamara “talb ta’ għaqda” meta r-ruħ tkun tant qrib ta’ Alla li l-ebda tentazzjoni ma tkun tista’ tiddistrattaha f’dan il-waqt meta l-għerf veru jirbaħ fuq l-intelliġenza falza.

Fis-sitt għamara r-ruħ tibda verament tixxennaq għall-Ħallieq tagħha. Issofri tassew meta tara nies li mhumiex f’għaqda sħiħa ma’ Alla filwaqt li tkun konxja li hi wkoll mhix perfetta fil-qadi tiegħu.

Fis-seba’ għamara mbagħad ir-ruħ tixxennaq li tħalli din il-ħajja biex verament isservi lil Alla għal dejjem. Is-sofferenzi jsiru pjaċevoli għar-ruħ li qiegħda f’dan l-istat u tqishom li mhuma xejn meta mqabbla ma’ ta’ Kristu. Sakemm nibqgħu nħarsu lejn dawk ta' qabilna u nikkonvinċu ruħna li qegħdin il-ġenna mingħajr ma nixtiequ verament li aħna mmorru magħhom, anzi nibżgħu li għada nistgħu nkunu aħna, allura għadna ma bdejniex niggustaw il-kontenut tas-seba' għamara tal-Kastell Interjuri. Din is-seba' għamara tfakkarni wkoll fil-ħames proponiment li nagħmlu kuljum, jiġifieri li nħobbu d-disprezzi. Fil-ħajja tat-talb spiss ngħaddu minn stadju għal ieħor, minn għamara għal oħra; daqqa nidħlu ’l ġewwa u daqqa nsibu ruħna bi spallejna jħokku mal-ħajt ta' barra tal-kastell. L-umiltà biss tista' tixprunana biex nitolbu ’l Alla jiggwidana lejn l-għamajjar ta' ġewwa tal-kastell tiegħu. ⧀

Lawrence Caruana

104


The Beautiful Mess

K

Il-Pittura tal-Faċċata

omponiment ta’ elf kelma kapaċi jiġbor fih ħafna ħsibijiet, xi kultant astratti. Anki f’sommarju tista’ tiġbor fil-qosor dak li trid tgħid. Messaġġ jista’ jasal ukoll permezz ta’ diversi espressjonijiet artistiċi bħall-pittura. L-arti viżiva hija bħal sommarju effettiv li jiġbor ħsibijiet astratti u profondi. Fl-istess waqt huwa metodu li jinvolvik fi djalogu meditattiv mingħajr limitu. Kull darba li tosserva kwadru jista’ jiġri li tinnota fih dettall li jagħtik dawl ġdid għal katina ta’ ħsibijiet oħra. Sabiħ kieku l-messaġġ tasal għalih u tiskoprih int, imma dejjem donnok tkun tixtieq l-interpretazzjoni tal-artist. Però din mhux dejjem tkun disponibbli, speċjalment f’xogħol li jmur lura ħafna fiż-żmien. Biċċa xogħol artistika tagħtik ukoll il-benefiċċju li tfakkrek iktar malajr il-messaġġ. The Beautiful Mess hija pittura ta’ Daniel Bonnell maħduma biżżebgħa taż-żejt u turi l-kruċifissjoni ta’ Kristu. Ġesù msallab, b’dirgħajh li tistħajjilhom friegħi taddwieli, huwa l-figura ċentrali talkwadru. F’verżjonijiet oħra ta’ dan il-kwadru l-artist jinkludi wkoll il-ħamiema u l-kalċi. Alla l-Missier huwa rappreżentat b’mod simboliku fix-xemx li qiegħda żżomm jew tilqa’ l-imħabba tal-Iben, il-qassis u l-vittma etern. Il-kwadru fl-affresk żagħżugħ

mill-ewwel fakkarni rinaxximentali tażMasaccio, 'It-Trinità

Qaddisa'. Ovvjament l-istil u t-teknika huma differenti. Masaccio jpingi lil Alla l-Missier fix-xbieha tradizzjonali ta’ raġel adult. Ma teħodhiex bi kbira fi żmien fejn il-filosofija talUmaniżmu kienet qiegħda tgħolli rasha. Fi żmienna Bonnell ipinġi x-xemx biex jirrapreżenta lil ‘Missier iddawl’. Laqatni l-fatt li Bonnell ipinġi x-xemx f’żerniq il-jum, bilħmura sabiħa tagħha. Ix-xemx turi jum ġdid. Hekk ukoll il-mewt ta’ Ġesù turina epoka ġdida, patt ġdid, it-Testment il-Ġdid. 105


Il-kwadru huwa ddominat minn kuluri skuri li jikkontrastaw mal-ħmura li tirradja x-xemx u l-bjuda li ħierġa minn Ġesù. Id-dawl qed jegħleb id-dlam u d-dlam ma jistax jegħleb id-dawl. Il-figura ta’ Kristu tidher qisha silouette u anki l-madwar huwa fid-dlam. Il-mewt ta’ Ġesù kienet tidher bħala rebħa tal-ħażen. Sa n-natura triegħdet mal-mewt ta’ sidha. Ħa fuqu d-dnubiet tagħna, l-iswed ta’ ħajjitna. Imma fejn kotor id-dnub, kotrot fuq li kotrot il-grazzja.

L-iswed tad-dlam qed jinbidel fl-ikħal li fl-arti ta’ Bonnell jissimbolizza l-grazzja. Il-grazzja li ġiet bil-mewt ta’ Ġesù. Il-grazzja li ġġedded id-dinja u teqred id-dlam, id-dnub u l-mewt: “Issa se jitkeċċa l-prinċep ta’ din id-dinja. U meta nintrefa’ ’l fuq mill-art, jiena niġbed il-bnedmin kollha lejja.” (Ġw 12, 33). U forsi għalhekk Bonnell sejjaħ dan il-kwadru The Beautiful Mess. Din it-teoloġija xi ftit astratta forsi tidher kaotika: dawl li jeqred id-dlam; il-mewt li tagħti l-ħajja; 106

il-grazzja li toħroġ mid-dnub. Affarijiet kontradittorji li joħolqu ‘konfużjoni’ … imma ‘konfużjoni’ divina li tagħti dimensjoni u perspettiva unika lill-ħajja tal-bniedem. Il-fidi f’din il-‘konfużjoni’ u f’dan it-taqlib tittrasforma kollox fl-iktar ħsieb meraviljuż u sabiħ: il-pjan ta’ Alla għalina.

Waslet is-siegħa tant mistennija fejn il-Qassis il-Kbir joffri u jagħti lilu nnifsu, mhux biss sakemm iweġġa’, kif tgħid Madre Tereża, iżda sakemm imut. Jagħti ħajtu, bħal qamħa li tindifen u tmut biex tagħti l-frott (Ġw 12, 25). The Beautiful Mess hija bħal time machine li turina x’ġara fil-ħin tal-mewt ta’ Ġesù: radd ruħu, radd l-ispirtu safi u abjad tiegħu. Ruħu ħierġa minn ġismu u sejra lura għand Missieru. Dan jidher fil-kulur abjad li hemm madwar il-ġisem ta’ Ġesù. Maġenb il-kurċifiss ta’ Masaccio hemm il-Madonna u San Ġwann li kienu xhieda u ħabbara ta’ dan kollu. Nilmħu wkoll żewġ figuri oħra li wisq probabbli huma l-persuni li kkommissjonaw il-pittura. Maġenb il-kurċifiss Bonnell ipinġi bħal riħ li jkompli ‘jqalleb’ il-kwadru. Il-kurvi u l-ispirali qed jirrifletu u jġorru d-dawl aħmar (l-imħabba eterna tal-Missier) u l-ikħal tal-grazzja. Nistħajjilhom li qed jissimbolizzaw


il-ħin instama’ leħen mis-sema: ‘Jiena diġà gglorifikajtu, u nerġa’ nigglorifikah.’” (Ġw 12, 29) Naħseb li dan il-kwadru jimmanifesta b’mod sabiħ u astratt dawn il-versi. Juri l-logħba taż-żmien li fl-għajnejn eterni ta’ Alla huwa kollu preżent. Aqra dawn il-versi, irrepetihom u ħares lejn il-kwadru. Huma ċ-ċavetta għal esperjenza meraviljuża fejn nagħrfu element profond tat-Teoloġija Nisranija. 'It-Trinità Qaddisa' 1424 Knisja ta’ Santa Maria Novella, Firenze.

ir-riħ. L-Ispirtu s-Santu beda jipproċedi, jonfoħ u jvenven ma’ kull post u żmien dan il-misteru divin. “Waslet is-siegħa li fiha Bin il-bniedem ikun igglorifikat.” (Ġw 12, 24) Hekk wieġeb Ġesù lil Filippu, lil Indrì u lill-Griegi. Permezz ta’ dan il-kwadru nistgħu nimmeditaw u naslu għal interpretazzjoni astratta ta’ din il-glorifikazzjoni, tal-pjan misterjuż tal-imħabba ta’ Alla, ta’ din it-‘taħwida sabiħa’: “‘Issa qiegħed inħoss ruħi mħawda. U x’naqbad ngħid? Missier, eħlisni minn din is-siegħa. Imma jien għalhekk ġejt: għal din is-siegħa. Missier, agħti glorja lil ismek.’ Dak

Ġesù fuq is-salib jidher bħala fallut f’għajnejn il-bnedmin. Ma ‘rnexxilux’ jiġbed warajh lid-dinja kollha. La rnexxilu Hu fi tliet snin u lanqas il-Knisja bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu. “Isaija ħabbar: ‘Mulej, min emmen l-aħbar tagħna? U driegħ il-Mulej lil min intwera?’”(Ġw 12, 39). Forsi dan il-kliem iħawwadna u jqallbilna ruħna bħalma ġralu Ġesù. Però ma naqtgħux qalbna! Kristu ħalla f’idejn l-Appostli u f’idejna biex inkomplu l-missjoni tiegħu u nigglorifikaw lill-Missier. F’elfejn sena kien hawn eluf ta’ ġenerazzjonijiet! Id-dinja dejjem tiġġedded u jitwieldu nies ġodda u safrattant għadna nqaddsu l-isem ta’ Alla permezz ta’ Ġesù, storja ta’ dejjem, sagrifiċċju etern. Is-saltna ta’ Alla għandna naħdmu għalija f’din il-ġurnata u f’kull ġurnata b’attenzjoni 107


għall-persuni u ċ-ċirkustanzi li l-Missier jippreżentalna fil-providenza tiegħu. Aħna u d-dinja tal-2015 konna hemm f’dik ‘is-siegħa’. U d-dinja ta’ Ġerusalemm ta’ elfejn sena ilu tista’ tgħid li hija l-stess dinja tal-lum, għax ‘in-natura mħassra’ tal-bniedem titnissel minn ġenerazzjoni għal oħra. Il-grazzja hi li hemm Alla dejjem lest li jsalvana.

Din it-taħwida taż-żmien tfakkarna wkoll fil-ġudizzju li hu fil-qrib. F’din ‘is-siegħa’ jispiċċa l-passat, il-futur u ż-żmien. Kollha nkunu flimkien, il-ġenerazzjonijiet ta’ kull żmien! ⧀ Ivan Grixti

Qies: 198x122 ċm. Maħduma fl-2010.

108


Sedes Prudentæ

Qrajt Ktieb tal-Fundatur

“Mill-bixra jingħaraf il-bniedem, u mill-wiċċ li juri jingħaraf il-għaqal. L-ilbies ta’ bniedem, u d-daħka ta’ fommu, u l-mixja tiegħu juru x’inhu.” (Sir 19, 29-30)

N

emmen li mhux illibsa tagħmel il-patri, u dak li jidher mhux neċessarjament mera ta’ dak li hu mistur. Min jilgħab biss bl-apparenzi, illum jew għada l-maskri tiegħu għad jaqgħu u jinkixef dak li hemm moħbi.

Il-bniedem prudenti jew, kif jirreferi għalih Bin Sirak, il-bniedem għaqli jingħaraf minn xejn għajr l-istess prudenza tiegħu ħierġa minnu nnifsu. Bin Sirak jistqarr li din tiggwidalu mġibtu – mill-bixra tal-wiċċ sal-ilbies, mid-daħka ta’ fommu sal-mixja tiegħu. Hija l-istess prudenza li tagħmel il-bniedem prudent dak li hu; ma tistax tkun għata (maskra), għax dak li jgħatti ġej minn barra l-bniedem. Il-prudenza hija kwalità ġewwinija u la ġejja

minn ġewwa l-bniedem dan la jista’ jidħak bih innifsu u lanqas bl-oħrajn. Kif jalludi Bin Sirak, il-prudent huwa hu li jagħmel il-libsa u mhux il-libsa tagħmel lilu.

Ta’ min jinnota li l-prudenza hija waħda mill-ftit virtujiet li l-Fundatur iddedika ktieb sħiħ biex jittratta fuqha. Jolqotni t-titlu “Is-Siġġu tal-Prudenza”. Għalkemm bosta drabi smajt b’dan il-ktieb u kemm-il darba ġie f’idi, qatt ma staqsejt għaliex Dun Ġorġ seta’ semmieh hekk. Għaliex il-Fundatur uża t-terminu ‘siġġu’? Din il-mistoqsija ġegħlitni nirrifletti fuq il-profondità tattitlu magħżul. Il-kelma semitika għall-post fejn wieħed joqgħod bilqiegħda (kif anki jixhed l-għerq 109


tal-kliem ‘joqgħod’ u ‘bilqiegħda’) hija 'maqgħad' Din il-kelma tagħti ħafna sens lit-titlu tal-ktieb.

Il-maqgħad kien l-imkien talimgħallem. L-imgħallem kien joqgħod bilqiegħda biex jgħaddi għerfu lill-oħrajn. F’din ilpożizzjoni l-imgħallem kien tassew sors ta’ tagħlim għalloħrajn. Il-bniedem prudent ukoll tixtraqlu din il-pożizzjoni, għax mill-bniedem prudent wieħed jislet minjiera ta’ tagħlim dwar ilħajja u kif din għandha tingħex. Dun Ġorġ f’dan il-ktieb ma jagħmel xejn għajr li jislet tagħlima wara l-oħra mill-bniedem prudenti.

Mill-istess għerq ta’ maqgħad, joħroġ nom ieħor – ‘qagħda’. Qagħda mhix biss pożizzjoni fiżika, iżda tista’ wkoll tkun pożizzjoni mentali, mod ta’ kif taħseb, mod ta’ kif tgħix. Il-prudenza mhix biss virtù, imma ‘qagħda’ li l-bniedem joqgħod fiha; hija mod ta’ għejxien li jiddistingwih u attitudni li tmexxih. Hekk kif wieħed jibda jqalleb ilpaġni tas-‘Sedes Prudentæ’ u jibda jaqra vers wara l-ieħor, jinduna li l-bniedem prudenti fi ħsieb ilFundatur huwa l-bniedem għaqli mimli bil-għerf li minnu jitkellmu l-Kotba tal-Għerf fl-Iskrittura, fosthom Bin Sirak u l-Qwiel. Għalhekk il-qarrej jista’ jara ħafna 110

similaritajiet mal-pariri li wieħed isib f’dawn il-kotba: 19. Bniedem prudent ma jiddisprezzax kliem ix-xjuħ għorrief (ara Sir 25, 3-6). 41. Bniedem prudent ma jabbandunax ħabib antik (ara Sir 9, 10). 63. Bniedem prudent la jitkellem tajjeb fuqu nnifsu u lanqas ħażin (ara Qwiel 27, 2). 212. Bniedem prudent jistkerrah fqir supperv, għani giddieb u xiħ iblah (ara Sir 25, 2). 252. Bniedem prudent jgħożż bħala teżor ħabib tajjeb (ara Sir 6, 14-17). Minbarra l-ispirazzjoni mill-Kotba Mqaddsa, jidher ukoll li f’din il-kitba Dun Ġorġ kien ispirat mill-għerf popolari miġmugħ matul iż-żmien u mqiegħed f’forma ta’ qwiel u espressjonijiet u għajdut ieħor. Fost dawn hemm: 100. Bniedem prudent ma jagħtix parir jekk mhux mitlub. 114. Bniedem prudent jgħin ruħu biex Alla jgħinu. 116. Bniedem prudent ilesti l-faxxa, iżda rasu ma jorbothiex qabel ma tkun indarbet. 200. Bniedem prudent jaħseb spiss li ħadd ma jagħmel xejn għal xejn. 304. Bniedem prudent ma jittarrafx biex ma jiġġarrafx. 374. Bniedem prudent ma jistenniex il-bajtra taqa’ f’ħalqu.


Jidher li kull kelma f’dan il-ktieb hija mibnija fuq l-esperjenzi mġarrba min-nies fil-ħajja ta’ kuljum, liema esperjenzi, jgħaddu kemm jgħaddu snin, jibqgħu relevanti f’kull żmien li fih jinqraw, jingħadu u jingħexu. F’sentenza wara l-oħra Dun Ġorġ juri kif wieħed għandu jgħix f’paċi u f’relazzjonijiet f’posthom miegħu nnifsu, mal-oħrajn u ma’ Alla, biex jikseb il-milja tiegħu li għaliha ġie maħluq – il-qdusija. Nara miġbura fil-pariri ta’ dan il-ktieb il-linja fina li fuqha jrid iżomm in-Nisrani biex ikun safi bħall-ħamiem u għaqli bħas-serp (Mt 10, 16), u jħaddan fih l-għaqal li kellhom il-ħames xebbiet għaqlin tal-parabbola (Mt 25, 1-13). Forsi wieħed jistaqsi dwar in-nuqqas ta’ karità Nisranija li dawn kellhom. Imma għemilhom ma kienx ġej min-nuqqas ta’ mħabba, imma kien reazzjoni għan-nuqqas ta’ prudenza tax-xebbiet l-oħra. F’dan is-sens il-Fundatur jikteb li l-bniedem prudent “l-ewwel jaħseb għal rasu u mbagħad għall-oħrajn” (72) imma fl-stess waqt “ma jitkaża b’ħadd u b’xejn” (126) u “ma jistgħaġibx bl-iżbalji tal-oħrajn” (349). Prudence ta' Luca Giordano

Fid-daħla tal-ktieb, Dun Ġorġ jikteb li “mingħajr tagħlim impossibbli li wieħed jista’ jkun prudent. 111


Mit-tagħlim tiġi l-prudenza u bit-tagħlim tinżamm fil-bniedem: għalhekk it-tagħlim huwa r-ruħ tal-prudenza.” Quddiem dawn il-kelmiet nistaqsi lili nnifsi kemm qed ngħożż u nirrifletti fuq it-tagħlim tajjeb, mhux biss dak li nisma’ imma wkoll dak li nġarrab jien u dawk ta’ madwari. Fl-istess ħin inħoss responsabbiltà, għax bħala membru fis-Soċjetà qiegħed ukoll fil-pożizzjoni li ngħallem lill-oħrajn u ma nistax nagħti minn dak li m’għandix.

Nitlob, u nħeġġeġ lili nnifsi u lilkom, għeżież Soċji, bil-kliem tal-awtur ta’ Ktieb il-Għerf meta jitlob li jkun jista’ jgħallem id-doni tal-għerf u l-għaqal li hu rċieva u li għall-Fundatur mhuma xejn għajr l-istess prudenza: “Bla ħsibijiet mgħawġa tgħallimtu, u bla għira ngħallmu, u l-għana tiegħu le ma naħbih; għax ħażna ġid bla tarf hu għall-bnedmin, u dawk li jafu jinqdew bih jaqilgħu l-ħbiberija ta’ Alla, għax jingħoġbu bl-għatjiet tat-tagħlim. U lili jagħtini Alla li nitkellem skont ma għaraft, u nnissel fija ħsibijiet xierqa biddoni li tani.” (Għerf 7, 13-15) ⧀ Andrew Borg

"

Il-prudent u l-iblah jintgħażlu b’mod speċjali f’dan: li l-iblah ma jaħsibx, ma jirriflettix u l-prudent jaħseb u jirrifletti; l-iblah jopra kif iħoss u l-prudent kif jirraġuna; l-iblah iħares lejn l-oġġett biss u l-prudent jifli ċ-ċirkustanzi kollha tal-oġġett.

"

Sedes Prudentiæ

112


Waħda Biss.... Dun Karm

D

un Karm Psaila, il-Poeta Nazzjonali, baqa’ magħruf għall-fatt li fi żmienu għolla l-livell tal-poeżija Maltija għal qċaċet li qabel qatt ma kienu milħuqa. Huwa kellu ħila letterarja kbira għall-mod ta’ kif kien ifisser ruħu poetikament u l-wirt poetiku li ħalla lin-nazzjon jibqa’ xhieda ta’ dan. Il-volum talpoeżija miġbura ta’ Dun Karm ħareġ b’edizzjoni kritika mill-Prof. Oliver Friggieri fl-1980 u l-pubblikazzjoni kienet f’idejn il-Klabb Kotba Maltin u Karmen Mikallef Buħaġar. Minbarra l-firxa wiesgħa ta’ suġġetti li kiteb fuqhom Dun Karm (anki minħabba l-fatt li kien saċerdot), huwa ħalla għadd kbir ta’ poeżiji reliġjużi li l-kotra tagħhom kienu diġà ppubblikati fit-tieni wieħed minn tliet kotba bl-isem ‘Il-Għana ta’ Dun Karm ii. X’Emmen il-Poeta’ fl-1939. Il-poeżija ‘Waħda Biss ...’ li qegħdin inġibu hawnhekk inkitbet f’ċirkustanza partikulari. Dun Karm kien ammiratur tal-poeta liriku Rużar Briffa u dan tal-aħħar kien

Letteratura

għadu żagħżugħ sewwa meta Dun Karm beda jiddedikalu xi poeżiji li kiteb, fosthom din il-poeżija ‘Waħda Biss...’

Ġara li l-poeta Rużar Briffa daħħal għall-konkors tal-Pronosku Malti, 1930, il-poeżija llum magħrufa ħafna tiegħu ‘Wieħed Biss’ li kien iddedikaha ‘lil Dun Karm, poeta’ u biha rebaħ it-tielet premju. Din il-poeżija titkellem dwar il-mara midinba tal-Vanġelu li Ġesù kien ħafrilha dnubietha filwaqt li dawk kollha li kienu jmorru għandha filgħaxija ‘stkerrħuha filgħodu u sammru dnubietha ma’ ġieħha’. Kien wieħed biss li mimli ħniena qajjimha mit-tajn tad-dnub u taha l-paċi ta’ qalbha mill-ġdid. Minħabba f’hekk il-kotra (il-Fariżej, eċċ) mtliet bilmibegħda għal Ġesù li wasslet għallmewt tal-Imgħallem fuq is-salib.

Jidher li Dun Karm ispira ruħu minn din il-poeżija għax ftit wara kiteb il-poeżija ‘Waħda Biss...’ u ddedikaha ‘lil Rużar Briffa, poeta’. Il-poeżija ta’ 113


Briffa tibda bil-versi: ‘Elf wieħed kien jafha, elf wieħed kien ġarrab xofftejha’

filwaqt li dik ta’ Dun Karm tibda bilversi: ‘Elf wieħed kien ġarrab il-ħlewwa ta’ kelmtu, elf wieħed kien miegħu....’

Il-poeżija ta’ Dun Karm titkellem fuq Marija Maddalena li kienet midinba għax għal Dun Karm u n-nies ta’ żmienu Marija ta’ Magdala tal-Vanġelu kienet meqjusa bħala l-istess waħda li jsemmi Luqa (8,36-50), kuntrarju għall-ħsieb tal-lum. (Fuq dan l-argument wieħed jista’ jaqra dwar Santa Marija Maddalena fi Profili, Għadd 19, 7/1983.) Il-poeżija ‘Waħda Biss...’ fiha tliet strofi ta’ qisien u metri mħallta bla regola fissa ta’ rimi. Fil-fatt, waqt il-qari, ir-rimi ssibhom qishom jinbtu weħidhom f’xi versi iżda m’hemmx rima fl-aħħar vers tal-ewwel żewġ strofi, filwaqt li l-aħħar żewġ versi talaħħar strofa jagħlqu b’rima qawwija. L-ewwel strofa tgħid li kien hemm elf wieħed li ġarrab il-ħlewwa tal-kelma ta’ Ġesù u tal-qawwa tiegħu li jfejjaq, kif ukoll li xejjer il-friegħi tal-palm bl-għana ta’ Hosanna. Ittieni strofa tal-poeżija ta’ Dun Karm titkellem dwar ‘għira miġnuna’ li wasslet biex lit-twajjeb Ġesù li tant 114

għallem, fejjaq u ħafer bidlitu ma’ bniedem kriminal u ħadd minn dawk l-elf li fiequ jew għajtu ‘Hosanna’ ma daħal għalih u wisq anqas ma għenu u sabbru meta kien fuq l-għolja tal-Kalvarju. It-tielet strofa titkellem fuq Marija Maddalena li kienet taħt is-salib, il-mara midinba ‘li ħabbet, li xehret, li nħafret’ u li weħidha baqgħet sal-aħħar ‘imgħannqa mal-għuda mifdija’, jiġifieri mas-salib li hu simbolu tal-fidwa tal-ġeneru uman kollu. F’riġlejn il-ġisem mejjet ta’ Ġesù hija wriet imħabba suprema għax aktar mill-balzmu jfuħ (aktarx b’riferenza għall-fwieħa li l-mara midinba ferrgħet f’riġlejn Ġesù li nsibu f’Luqa 8, 40) hija xerrdet dmugħ li bħallikieku kien ġej minn qalbha stess. Din il-poeżija li kiteb Dun Karm fiha riflessjoni li anki tgħodd għalina għax aħna wkoll ġieli konna ma’ Ġesù meta kollox kien sejjer tajjeb iżda forsi tmeżmiżna li nibqgħu miegħu fittbatija. Il-passjoni tas-Sinjur tagħna Ġesù Kristu tgħinna biex aħna, bħal Marija Maddalena, nimtlew blimħabba lejn Dak li twieled u miet għalina biex iqaċċat id-dnub minn ħajjitna. ⧀ Ġorġ Borg


Waħda Biss . . . Lil Rużar Briffa, Poeta, li Kiteb il-Poeżija ‘Wieħed Biss’

Elf wieħed kien ġarrab il-ħlewwa ta’ kelmtu, elf wieħed kien miegħu meta l-qawwa ta’ driegħu fejqet kull xorta ta’ mard: elf wieħed kien xejjer il-friegħi tal-palm, u għanna, ferrieħi bħal salm: “Hosanna lill-Iben ta’ David!”

Meta Għira miġnuna lit-Twajjeb li għallem, li ħafer, bidlitu ma’ midneb qattiel, u għajritu, ħaqritu, sammritu fuq l-eħrex salib, ħadd minnhom – mill-elf illi fiequ – ħadd minnhom – mill-elf illi għajtu “Hosanna!” – ma daħal għalih, ma għenu, ma sabbru, ma ħjieh, ma tala’ fuq l-għolja tal-waħx. Waħda biss, waħda li kienet il-mara tad-dnub, li ħabbet, li xehret, li nħafret, wennsitu lil dak il-Mislub sal-aħħar, sat-tmiem, u f’niket bla kliem, imgħannqa mal-għuda, mifdija, fuq ir-riġlejn tal-Mejjet aktar mill-balzmu jfuħ xerrdet qalbha fi dmugħ.

Dun Karm 115


Mill-Kalendarji “Antiki”...

Storja tal-Kalendarju Museumin

Ta’ 75 Sena Ilu Marzu 1940 “12 ta’ Marzu – L-Ewwel Anniversarju tal-Inkoronazzjoni ta’ Papa Piju XII – għalhekk issir il-festa bi programm speċjali.” (Tavola għall-Kalendarju Museumin, p. 3)

“Le, mhux minħabba l-valur artistiku tal-Kurċifiss tiegħi l-iktar li jien napprezzah – ix-xogħol talbniedem ftit ifisser – dak li jqanqal it-tjieba u l-imħabba tiegħi lejn ilKurċifiss hu li huwa jirrappreżenta lill-Ħellies tiegħi Ġesù Kristu, flaħħar ħinijiet tal-passjoni tiegħu, arbulat hemm fuq il-Kalvarju, xħin reħa l-ispirtu tiegħu f’idejn Missieru.” (“Il-Kurċifiss”, p. 25)

“Bil-leġġenda ta’ Erkole, l-antiki – għalkemm pagani – riedu jfiehmu tajjeb li ż-żgħażagħ m’għandhomx jaqbdu t-triq tal-pjaċiri u talvizzju, iżda għandhom jimxu mal-virtù, għalkemm tidher tqila u iebsa. Hekk jakkwistaw kobor u unur quddiem Alla u quddiem il-bnedmin.” (Lezzjonijiet Qosra għaż-Żgħażagħ, Is-Servizz ta’ Alla, p. 30) 116


April 1940 “2 ta’ April: San Ġużepp, l-Għarus tal-Verġni Mbierka, Patrun talKnisja Universali. Diskors fuq San Ġużepp: Puntini – 1) Missjoni ta’ San Ġużepp 2) Dinjità kbira tiegħu 3) Glorja tiegħu fis-sema.” (Tavola għall-Kalendarju Museumin, p. 2) Nota: Id-19 ta’ Marzu ta’ dik is-sena kien ħabat fit-Tlieta tal-Ġimgħa Mqaddsa. “Venanzju beda jwieġeb lil Antijokju: ‘Il-ħajja tal-bniedem hi dover, u d-dover lejn Alla tiegħi hu fuq kulħadd. Jekk nagħti kollox jien naqla’ kollox, għax nittajjar lejn Alla tiegħi, nistenna għalhekk bil-qalb it-tbatijiet u l-mewt.’” (Bijografija nru. 27, San Venanzju Martri, p. 37)

“San Filippu Neri, li ma kienx ikun jista’ jorqod minħabba l-hena kbira li kien iġarrab fis-servizz ta’ Alla, kien jgħidlu: ‘Jekk jogħġbok, o twajjeb Ġesù, ħallini norqod!’” (Lezzjonijiet Qosra għażŻgħażagħ, Is-Servizz ta’ Alla, p. 45)

Ta’ 50 Sena Ilu

Marzu 1965 “Illi kieku kienet ħaġa possibbli li s-Soċjetà tittrasporta ruħha kif inhi fl-Amerika Latina fejn il-Knisja forsi għandha l-ikbar problema tan-nuqqas ta’ saċerdoti u ta’ vokazzjonijiet, il-Knisja kienet

issib fis-Soċjetà mezz qawwi biex issolvi parti kbira mill-problema.” (Editorjal, p. 42)

“Minn 51 sa 70 marka: La inti sħun u lanqas kiesaħ: inti biered. Attent, għażiż ħija, li ma jibdiex jivvomitak. Eżamina ruħek spiss u fittex riżolut li taqta’ d-difetti.” (“Eżami Ħafif biex Naraw fiex Aħna” ta’ Majjistru, p.43) Nota: F’dan l-eżerċizzju l-qarrej kien mitlub jagħti 5 marki għal kull mistoqsija li jwieġeb għaliha fl-affermattiv. Kien hemm 20 mistoqsija. Allura min ġab bejn 50 u 70 marka kien qiegħed qisu finnofs. “Aħna nafu li l-Assenjatur huwa mezz effikaċissimu għallperseveranza tal-membri. Jekk jispiċċa l-melħ, biex wieħed imellaħ? Jekk tispiċċa s-salmura, l-oġġetti jitħassru u jispiċċaw. Neħħi l-Assenjatur u allura teqred il-membri ta’ din l-Għaqda.” (“Waħda min-Nasbiet tax-Xitan” ta’ Soċju minn Għawdex, p. 45) “Iżda hemm ngħaġ oħra li tbiegħdu mill-merħla, u lil dawn jeħtieġ li nfittxuhom waħda waħda, bħal Kristu. F’moħħi għandi l-iktar l-appostolat li jista’ jsir fuq ixxogħol ma’ żgħażagħ u rġiel li mhumiex tas-Soċjetà tagħna. Kieku kull membru jinteressa ruħu sew fl-ambjent li jaħdem 117


f’kull wieħed minn sħabu, jista’ jsir ħafna ġid. Però jrid ikollna t-tattika.” (“Kuntatti Personali” ta’ “Soċju Seminarista”, p. 48) “‘Xejn mhu perikoluż daqs ħabib injorant.’ – La Fontaine.” (“X’Qalu”, fil-qoxra ta’ wara)

April 1965 “Inti, membru, jekk trid ’l Alla b’teżor tiegħek, fittxu fis-Soċjetà; fir-regolamenti tagħha, fil-laqgħat tagħha, fit-talb tagħha, fil-ħidma li titlob minnek, fiċ-ċaħda li tridek titħarreġ fiha.” (Editorjal, p. 62) “L-umli jinsew lilhom infushom u l-interessi tagħhom biex iwettqu x-xewqat tal-oħrajn. Dejjem lesti

biex iċedu u jżommu stima għolja ta’ dawk li jittrattaw magħhom. Dan jidher minn kliemhom u millimġiba tagħhom.” (“Xi Ħaġa fuq l-Umiltà”, p. 65)

“Ħaġa li ma tistax tgħaddi mingħajrha hija l-meditazzjoni ta’ kuljum, imqar ftit minuti, u l-eżami ta’ filgħaxija qabel norqdu: INT KOLLOX! (Nota: Fis-sens li kollox minnek jiddependi.) Ibda u tara. Ara tkun iblah u tgħid li ma ssibx ħin.” (“Kollox Jiddependi Minnek” ta’ Ħuk fis-Soċjetà)

“Jekk Soċju estern juri sinjali ta’ vokazzjoni biex jidħol intern, jista’ jaqla’ dispensa mis-Superjur Ġenerali biex iqatta’ ftit jiem masSoċji Interni.” (“Regolament nru. 52”, fil-qoxra ta’ wara)

Ta' 25 Sena Ilu

Marzu 1990 “Jekk Alla biex jagħmel larinġa li tittiekel f’minuta jieħu sena, kemm aktar teħtieġ żmien biex tibni karattru f’tifel jew f’żagħżugħ li għandu ruħ li ma tispiċċa qatt? Kull tifel jew żagħżugħ hu dinja għalih innifsu; il-mediċina tajba għal wieħed hi velenu għal ieħor.” (Is-Superjur Ġenerali, p. 60)

118

“Sa mis-sena 1926, Dun Ġorġ kien diġà jagħmel konferenzi lillkbar barranin fid-dar nru. 17b, Triq Santa Marija, Tas-Sliema,


fejn kien joqgħod is-Sur Robert Mifsud Bonnici. Għal dawn illaqgħat kienu jinġabru bosta nies u fosthom beda jattendi ġuvni impjegat id-Dockyard, enerġiku għall-aħħar, u miegħu bdew jiġu numru sabiħ ta’ żgħażagħ oħra. Dan il-ġuvni, is-Sur Krispin Mangion, issaħħar mill-kelma u l-qdusija ta’ Dun Ġorġ u ried li jobdih f’kollox.” (Storja tal-Oqsma, Qasam nru. 15 - Sliema) Nota: Dan Krispin Mangion kien karattru interessanti ħafna. Kien sar Superjur ta’ Tas-Sliema u iktar tard ħareġ mis-Soċjetà. Tħajjar jidħol fil-politika u waqqaf moviment fil-bidu tas-snin sittin, skont hu bil-barka ta’ Dun Ġorġ. Dan il-moviment ma kienx qabad art. Jekk trid taqra iktar fuqu, ara l-bijografija ta’ Dun Ġorġ ta’ Alexander Bonnici, Vol.III, p. 445. April 1990 “Kif jista’ jkun quddiem il-Kurċifiss JIENA nibqa’ passiv, mitluq, mitluf fl-interessi tiegħi, meta naf li l-fidwa għadha sejra, meta nara tant nies fl-abbiss tal-indifferenza għal dak li għamel għalihom ilmaħbub Ġesù?” (Editorjal, p. 76) “Inti bħala Soċju ma tistax tagħmel il-ġid kollu li tixtieq, iżda tista’ tagħmel wisq iktar milli qed tagħmel. Mhux veru?” (Is-Superjur Ġenerali, p. 77)

“Is-Superjur tal-Isla Toussant Briffa kien jaf il-mużika. Il-kant li għandna fis-Soċjetà, ‘Salve Figlia Patri’, ‘Vestis Honoris, ‘Salve Sancte Michael’, ‘Septem Spiritibus’ kien miktub mill-Fundatur u Toussant kitiblu l-mużika.” (Storja talOqsma, Qasam nru. 16 – Senglea)

“Mill-Qasam tal-Isla ħarġu fost l-oħrajn dawn il-vokazzjonijiet reliġjużi: ... Alfred Darmanin S.J., Bernard Mangion OFM Kap. u ħuh Victor Mangion SDB, u l-Kan. Anton Gouder.” (Storja tal-Oqsma, Qasam nru. 16 – Senglea)

“Dun Ġorġ waqqaf Soċjetà fi żmien partikulari u f’post partikulari. Iżżmien inbidel; għaddew ftit aktar minn tmenin sena mit-twaqqif tas-Soċjetà. Malta ta’ tmenin sena ilu kienet gżira, gżira f’kollox, anke fil-mentalità, mentalità magħluqa, insulari. Malta tal-lum hija gżira ġeografikament biss; mill-bqija parti mid-dinja, parti minn Ewropa li qed tingħaqad, diġà Ewropej flistil ta’ ħajja, fil-kultura, fil-valuri.” (mid-diskors tal-Inkorporazzjoni tal-Milied 1989 li sar mis-Superjur Carmel Bezzina KBO) Miġbura minn Robert Aloisio

119


Il-Paġna tax-Xahar u l-Præconia

Nixtieq Inkun Naf

Għaliex il-Qari mill-Kitba tal-Fundatur li Naqraw fl-Assenjatur Insejħulu “Paġna tax-Xahar”?

B

ejn l-1929 u l-1933 il-Fundatur ippubblika 12-il ktieb, wieħed għal kull xahar tas-sena, b’qari għal kull jum tas-sena. Dun Ġorġ dawn il-kotba kien jirreferi għalihom bħala “l-Kotba tax-Xhur” u s-silta assenjata biex tinqara kull ġurnata bdiet tissejjaħ “Paġna tax-Xahar”.

Il-Fundatur kien jinsisti ħafna għall-qari tal-“Paġna”. Kien iħeġġeġ lis-Soċji li ma jkunux attendew għall-qari tagħha biex jieħdu ħsieb f’xi ħin jaqrawha privatament. U kellu raġun, għax il-qari regulari ta’ dawk il-kotba kien ta’ għajnuna kbira fil-formazzjoni spiritwali u teoloġika tal-membri. Fl-1980, fl-okkażjoni taċċentinarju tat-twelid tal-Fundatur, bl-iskop li s-Soċji jkunu midħla tal-kitbiet kollha tiegħu, beda jiġi assenjat qari ieħor meħud minn manuskritti li kienu għadhom qatt ma ġew stampati qabel u li ħafna Soċji lanqas ma kienu għadhom qatt semgħu bihom. Fost dawn kien hemm il-famuż L-Isptar ta’ Kristu, li kien qajjem ħafna 120

interess u ngħoġob ferm mis-Soċji. Dawn il-kitbiet ‘ġodda’ kienu stampati bis-sistema msejħa stensil b’duplicator Gestetner u mqassmin lill-Oqsma. Minn dawn ħarġu xi 20.

Billi dan il-qari ġdid ħa post dik li kienet imlaqqma l-“Paġna tax-Xahar”, is-silta moqrija mill-1980 ’l hawn wirtet l-istess isem. Kienet ħaġa flokha li, minn din is-sena, is-silta assenjata qed tissejjaħ “Paġna tal-Fundatur”. Min hu interessat ikun jaf aktar dwar il-kotba li kienu jinqraw flAssenjatur kuljum sal-1979 jista’ jsib ħafna tagħrif fir-rivista Dun Ġorġ, għadd 37 (1997), paġni 2430.


Xi Tfisser il-Kelma Præconia? Dun Ġorġ jinqeda b’din il-kelma Latina għal ktejjeb żgħir oriġinarjament miktub kollu bil-Latin. Il-ktejjeb jiġbor fih diversi invokazzjonijiet b’titoli ta’ tifħir lil Ġesù Kristu. Dawn għandhom forma ta’ litaniji li kull waħda minnhom fiha 15-il invokazzjoni. B’kollox hemm 25 minn dawn il-litaniji, waħda għal kull ittra tal-alfabet Latin. Kollha jibdew blistess stedina: “Ejjew inħarsu lejn Ġesù Kristu u nkantawlu glorja” u kollha jispiċċaw bl-istess talba biex nagħrfu dejjem iżjed lil Alla u lil Dak li bagħat. Dun Ġorġ xtaq li fl-ewwel Ġimgħa tax-xahar wara li jkunu nqraw minn ktieb ieħor tiegħu tliet meditazzjonijiet qosra mill-Vanġelu li hu jsejjaħ “Mansjonijiet”, tintalab waħda minn dawn il-litaniji. Kien għalhekk li ż-żewġ kotba (Il-Mansjonijiet u Præconia) fl-1990 ħarġu fi ktieb wieħed.

Imma niġu għall-mistoqsija: xi tfisser il-kelma Præconia? Din il-kelma ġejja min-nom Præconium u tfisser proklamazzjoni, xandir. Hekk, ngħidu aħna, l-innu ta’ tifħir Exultet li jitkanta f’Sibt il-Għid huwa msejjaħ Præconium Paschale. Il-kelma Præconia hija l-plural ta’ Præconium. Mela, jekk nieħdu din it-tifsira, permezz ta’ dan il-ktejjeb Dun Ġorġ qed jifhem jipproklama u jxandar, permezz tat-titoli u t-tifħir li jagħti lil Ġesù Kristu, min hu tassew dan il-Mibgħut tal-Missier, biex nagħrfuh u hekk ikollna l-ħajja ta’ dejjem, kif jingħad kull darba fit-talba ta’ wara kull litanija. Proprju din kienet ix-xenqa ħerqana tal-Fundatur: li Ġesù jkun magħruf u maħbub. Jalla tkun ukoll ix-xenqa ta’ kull wieħed u waħda minna. ⧀ John Formosa 121


Sezzjoni Maskili Inkorporazzjoni ta’ Membri Ġodda

Djarju Museumin

N

har il-Milied filgħodu tliet Kandidati ġew inkorporati fis-Soċjetà. Dawn kienu Luke Mizzi (Paola), Charles Grech (Ħ’Attard) u Joseph Abela (Siġġiewi). Is-Superjur Vincent Lia tal-Ħamrun għamel id-diskors tal-okkażjoni u fi tmiem l-Inkorporazzjoni saru messaġġi mis-Superjur Ġenerali Natalino Camilleri u mill-E.T. l-Isqof Carmel J. Scicluna. ⧀

Kors ta’ Missjoloġija

M 122

ill-Ħadd 25 ta’ Jannar beda kors ta’ Missjoloġija għal dawk il-membri interessati f’dan is-suġġett. Dan il-kors, li qed jattendu għalih 45 membru, jikkonsisti f’għaxar laqgħat b’żewġ laqgħat kull xahar. Kull laqgħa tkun tinkludi ħin ta’ talb, talk u ħin ta’ diskussjoni. L-iskop tal-kors huwa li l-membri jitgħallmu u jistudjaw dwar xi aspetti bażiċi ta’ Missjoloġija, kif ukoll biex jitħeġġu fl-ispirtu missjunarju. Il-kors jintemm f’Ġunju. ⧀


L-Annual General Meeting Fl-Awstralja

L

-Annual General Meeting tad-Delegazzjoni tal-Awstralja din is-sena sar bejn it-2 u s-6 ta’ Jannar 2015 u għalih attendew il-membri tal-Awstralja. Bħal kull sena, dan ikun mument sabiħ li fih il-membri minn partijiet differenti tal-Awstralja jinġabru flimkien. Din is-sena sar f’Aquinas College ġewwa Adelaide. Is-Superjur Ġenerali għoġbu jibgħat lillKunsillier Carmel Callus flimkien mal-Animatur Joseph Gauci. Filwaqt li setgħu jesperjenzaw x’qed tagħmel is-Soċjetà fl-Awstralja, huma mexxew ukoll seminar ta’ nofstanhar bit-tema “Discipleship as a Call to Personal Commitment to Jesus”. ⧀

Laqgħa mal-E.T. n-Nunzju Appostoliku ta’ Malta

L

-E.T. Mons Aldo Cavalli, in-Nunzju Appostoliku għal Malta, ippresieda l-Laqgħa Ġenerali ta’ nhar l-Erbgħa 28 ta’ Jannar 2015. Wara li ngħata merħba mis-Superjura Ġenerali Mansy Cutajar, l-Eċċellenza Tiegħu għamel id-diskors taċ-ċirkustanza. Huwa saħaq fuq l-importanza li l-messaġġ tal-Evanġelju jixxandar b’mod li jinftiehem fil-kultura tal-lum. Hu spjega kemm din il-kwalità dehret b’mod ċar filFundatur tagħna. Is-Superjur Ġenerali Natalino Camilleri radd ħajr lin-Nunzju għaż-żjara tiegħu. Fi tmiem il-laqgħa n-Nunzju bierek lill-membri rġiel u nisa preżenti. ⧀

123


Il-Laqgħa Ġenerali Annwali f’Malta

L

-Ewwel Laqgħa Ġenerali Annwali għad-Delegazzjoni ta’ Malta u Għawdex saret bejn il-Ġimgħa 13 u l-Ħadd 15 ta’ Frar 2015. Il-Ġimgħa filgħaxija saret velja ta’ talb madwar il-Fundatur fil-Blata l-Bajda. Is-Sibt il-membri setgħu japprezzaw u jevalwaw dak li sar fl-2014 permezz tar-rapporti tal-amministrazzjoni u tal-ekonomija. Il-Ħadd il-membri flimkien mal-Kandidati kellhom l-opportunità li jiltaqgħu flimkien għal ġurnata li fiha setgħu anke jressqu s-suġġerimenti tagħhom għal quddiem. Din il-ġurnata kienet tinkludi wkoll Quddiesa u taħdita minn Dun Joe Inguanez. ⧀

Sezzjoni Femminili Seminar

I

s-Sibt 7 ta’ Frar 2015 ġie organizzat seminar ġewwa s-Seminarju ta’ Tal-Virtù bit-tema “Il-ħajja sabiħa fl-istadji kollha tagħha”. Għal dan is-seminar, li kien immexxi mill-Prof. David Charles Mamo, Konsulent Psikjatriku, ġew mistiedna s-Soċji u l-Kandidati ta’ Malta. Il-programm kien jinkludi żewġ sessjonijiet mal-Prof. Mamo: l-ewwel sessjoni kienet x’aktarx informattiva, filwaqt li t-tieni kienet aktar interattiva.

L-iskop ta’ dan is-seminar kien proprju sabiex l-ewwel nett ikollna għarfien aktar pożittiv ta’ kull stadju fil-ħajja tal-individwu u allura ta’ kif nistgħu nifhmu lil xulxin fl-Oqsma tagħna, b’mod li kull membru (hi x’inhi l-età 124


tagħha) tħossha apprezzata u mifhuma. Ħareġ ċar il-punt li kull Soċja għandha x’tagħti lil sħabha u x’tieħu mingħandhom biex ikun hemm tisħiħ tal-komunità f’dik li hija komunikazzjoni u jitjiebu r-relazzjonijiet. Billi ħabat is-7 tax-xahar, wara dawn it-taħditiet tlabna bil-Vestis Honoris u l-‘Kult lil Alla tagħna’. Is-seminar spiċċa b’ħin ta’ soċjalizzazzjoni. Is-Sibt 21 ta’ Frar l-istess seminar ġie organizzat fil-Qasam tax-Xewkija għal sħabna l-membri Għawdxin. ⧀

Żjara fuq il-Qabar tas-Superjura Ġannina Cutajar

I

t-Tlieta 10 ta’ Frar xi membri żaru l-qabar tal-ewwel Superjura Ġenerali Ġannina Cutajar. Dan sar għax fit-13 ta’ Frar ġie mfakkar l-121 sena mit-twelid tagħha. Il-membri ltaqgħu ħdejn iċ-Ċimiterju tal-Addolorata fis-2.00 p.m. u mxew f’pellegrinaġġ sal-qabar fejn hemm il-fdalijiet ta’ din il-mara li tant kienet radikali fl-għażliet li għamlet u tant ħadmet biex tkun ta’ ispirazzjoni profetika għal bosta persuni. Fuq il-qabar tagħha kien hemm mumenti ta’ skiet u talb ieħor personali. Saru wkoll riflessjonijiet minn dawk preżenti li jirrigwardaw lis-Soċjetà. ⧀ 125


Assenjatur għal Marzu u April 2015 Dommatika Lezzjoni 28: Ir-relazzjonijiet divini Lezzjoni 29: F’Alla hemm natura waħda fi tliet persuni Lezzjoni 30: It-tliet persuni huma waħda fl-oħra u l-azzjonijiet kollha ta’ Alla huma komuni għattliet persuni Lezzjoni 31: Il-missjonijiet divini Morali Lezzjonijiet 11-12: It-tagħlim morali ta’ Kristu fit-Testment ilĠdid Lezzjoni 13: It-tagħlim morali talKnisja tal-bidu Lezzjoni 14: Il-motivi ewlenin talMorali Nisranija fit-Testment ilĠdid (1)

Bibbja Lezzjonijiet 203-204: L-Ewwel Ittra ta’ San Pietru Lezzjoni 205: L-Ittra ta’ San Ġuda u t-Tieni Ittra ta’ San Pietru Spiritwalità Lezzjoni 6: Spiritwalità inklusiva Lezzjoni 7: Livelli ta’ Spiritwalità Lezzjoni 8: Spiritwalità Trinitarja

126

Storja The Story of the Church, Her Founding, Mission and Progress – “The French Revolution” (video – parts 2-3) Kateketika Lezzjonijiet 4-5: Meta fil-klassi jkun hemm wisq kwiet!

Liturġija Lezzjoni 142: Iż-Żwieġ bejn l-Insara Lezzjoni 143: Iż-Żwieġ Nisrani mir-raba’ sas-seba’ seklu Tagħlim Soċjali tal-Knisja Il-Kompendju tat-Tagħlim Soċjali tal-Knisja – Kapitlu 3: Il-Persuna umana u d-drittijiet tal-bniedem Dokument tal-Knisja Il-Messaġġ tal-Papa Franġisku għal Jum il-Paċi 2015


Assenjatur għal Marzu 2015 Ġesù, Marija, Ġużeppi Tul dan ix-xahar is-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. titqiegħed taħt il-protezzjoni speċjali tas-Sagra Familja: Ġesù, Marija, Ġużeppi. Intenzjoni speċjali għal-Litanija tal-Arloġġ Li Alla ma jippermettix li Soċju, Kandidat jew Magħżul jinħall mill-Għaqda Museumina.

Ħsieb tax-xahar Li Alla jittratta ma’ min iħobb kif ittratta ma’ Ibnu Ġesù Kristu, ma’ Marija Santissma u ma’ S. Ġużepp: jgħaddih mit-triq tal-biki li wara jinbidel f’ferħ li ħadd ma jista’ jneħħih. Unjoni Maġġuri Epistola: L-imħabba ma tmut qatt: 1 Kor 13, 1 - 13 Vanġelu: Imħabba akbar minn din: Ġw 15, 12 – 27 Ktieb il-Kbir: Paġna 11: Il-kuraġġ fis-servizz ta’ Alla

Lectio Continua 8 Salm 78, 1-11; Dewterenomju 25-26; Salm 78, 12-33. 22 Salm 78, 34-49; Dewterenomju 27; Salm 78, 50-72. Programmi Speċjali 7 Jum il-Vokazzjoni Museumina 19 San Ġużepp 30 Jibda l-Programm tal-Ġimgħa Mqaddsa Kommemorazzjoni 20 San Patrizju - Profil nru. 3

Qagħda 14 Tazza ilma (Mk 9, 30-49) (Qagħda nru. 66) 21 Pawlu f’Tessalonika (Atti 17, 1-15) (Qagħda nru. 403) 28 Il-kirografu tad-digriet (Kol 2, 1-23) (Qagħda nru. 291) Taħdita 13 Ewġenju Borġ: eżempju ta’ ħajja safja u sempliċi kif ried il-Fundatur Paġna tal-Fundatur 3 Il-Pulptu ta’ Patri Franku – Pulptu nru. 6 24 Il-Pulptu ta’ Patri Franku – Pulptu nru. 7

Regola 17 Kostituzzjoni nru. 141-145 27 Kostituzzjoni nru. 146-155

127


MARZU 2015 1 Il-Ħadd It-2 tar-Randan Eżami fl-Eżerċizzju 2 It-Tnejn (S. Anjeże ta’ Praga) 3 It-Tlieta (S. Kunegunda) 4 L-Erbgħa S. Każimiru 5 Il-Ħamis S. Ġwann-Ġużepp tas-Salib 6 Il-Ġimgħa S. Koletta ta’ Corbie 7 Is-Sibt S. Perpetwa u S. Feliċita 8 Il-Ħadd It-3 tar-Randan Eżami fl-Eżerċizzju

Irtir tal-Ewwel Ħadd Unjoni Maġġuri

Morali Studji Bibliċi Sentenzi Spiritwali Morali Messaġġ tal-Papa għal Jum il-Paċi 2015 Paġna tal-Fundatur Laqgħa Ġenerali

Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu

Mansjonijiet Spiritwalità Kult tal-Pjagi Sawm għas-Soċji Il-108 Anniversarju tal-Ftuħ talEwwel Qasam tas-Soċjetà tagħna Jum il-Vokazzjoni Museumina Assenjatur Speċjali Kult lil Alla Tagħna u Professjoni Lectio Continua

Dommatika 9 It-Tnejn Studji Bibliċi S. Franġiska Rumana Sentenzi Leħen il-Maħbub 128

Omnipotenza Eternità

Immensità

Immutabiltà ● Qamar Kwinta Ġustizzja

Ħniena

Omnipotenza Eternità


10 It-Tlieta S. Ġwann Ogilvie 11 L-Erbgħa (S. Ewloġju) 12 Il-Ħamis (S. Lwiġi Orione) 13 Il-Ġimgħa (S. Rodrigo) It-2 Anniversarju mill-Ħatra talPapa Franġisku 14 Is-Sibt (S. Matilde) 15 Il-Ħadd Ir-4 tar-Randan Eżami fl-Eżerċizzju 16 It-Tnejn (S. Agapitu) 17 It-Tlieta S. Patrizju 18 L-Erbgħa S. Ċirillu ta’ Ġerusalemm 19 Il-Ħamis S. Ġużepp

Dommatika Messaġġ tal-Papa għal Jum il-Paċi 2015 Paġna tal-Fundatur

Laqgħa Ġenerali

Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu

Taħdita Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Qagħda Prekatorju 1 Kant: Sliem għalik It-Tielet Ħadd

Morali Studji Bibliċi Proverbji Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna Regola Laqgħa Ġenerali

Programm Speċjali

Kommemorazzjoni 20 Il-Ġimgħa Spiritwalità (B. Ippolitu Galantini) Kult tal-Pjagi Qagħda 21 Is-Sibt Prekatorju 2 (S. Nikola ta’ Flue) Kant: Sliem għalik

Immensità

Immutabiltà Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena

Omnipotenza Eternità

Immensità

Immutabiltà Sapjenza Ġustizzja Ħniena

129


22 Il-Ħadd Il-5 tar-Randan Eżami fl-Eżerċizzju 23 It-Tnejn S. Turibju ta’ Mongrovejo 24 It-Tlieta (S. Katarina talIsvezja)

Lectio Continua Dommatika Studji Bibliċi Sentenzi Epistolarju Dommatika Messaġġ tal-Papa għal Jum il-Paċi 2015 Paġna tal-Fundatur 10 posti Rużarju

25 L-Erbgħa Laqgħa Ġenerali It-Tħabbira tal-Mulej 10 posti Rużarju 26 Il-Ħamis (S. Margerita Clitherow) 27 Il-Ġimgħa S. Rupert (Id-Duluri ta’ Marija) 28 Is-Sibt (S. Gontran) 29 Il-Ħadd Il-5 tar-Randan Eżami fl-Eżerċizzju

Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu Sawm għas-Soċji Sehem fil-Purċissjoni tad-Duluri Il-Kult lil Alla Tagħna fil-privat Qagħda Prekatorju 3 Kant: Sliem għalik Parteċipazzjoni fiċ-Ċelebrazzjoni Liturġika ta’ Ħadd il-Palm Arloġġ Korali (it-tieni parti)

30 It-Tnejn Programm Speċjali tal-Ġimgħa Mqaddsa

31 It-Tlieta Programm Speċjali tal-Ġimgħa Mqaddsa

Omnipotenza Eternità

Immensità

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena

Omnipotenza

Eternità

Immensità

Nota dwar il-Programm tal-Ġimgħa Mqaddsa: Infakkru li l-Programm tal-Ġimgħa Mqaddsa għandu jsir bl-ikbar ġabra, silenzju u preparazzjoni. B’hekk ikun jista’ jħalli l-ikbar ġid spiritwali f’dawk li jieħdu sehem fih. 130


Assenjatur għal April 2015 Omnes Sancti Domenicani — Orate pro nobis. Tul dan ix-xahar is-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. titqiegħed taħt il-protezzjoni tal-qaddisin kollha tal-Ordni ta’ San Duminku. Intenzjoni speċjali għal-Litanija tal-Arloġġ Li Alla jagħti d-dawl u l-forza lill-Museumini kollha, Soċji, Kandidati u Magħżulin, biex jikxfu, jagħrfu u jiddisprezzaw l-inganni tax-xitan, tad-dinja u tan-natura umana.

Ħsieb tax-xahar Li Alla jħallas mhux il-virtù, iżda l-kawża tal-virtù; għalhekk wieħed jitbeżża’ serjament li ma jsibx ruħu barra, bħall-verġni boloh, għan-nuqqas ta’ intenzjoni retta. Lectio Continua 12 Salm 79, 1-8; Dewterenomju 28; Salm 79, 9-13. 26 Salm 80, 1-8; Dewterenomju 29-30; Salm 80, 9-20.

Programm Speċjali 1-5 Il-Ġimgħa Mqaddsa (ikompli)

Qagħda 11 Ulied iż-Żebedew (Mk 10, 3545) (Qagħda nru. 67) 18 Pawlu f’Atene (Atti 17, 16-34) (Qagħda nru. 404) 25 Fermi fil-fidi (Kol 3, 16-25) (Qagħda nru. 293)

Kommemorazzjoni 10 San Vinċenz Ferrer - Profil nru. 28 24 San Benedittu Ġużeppi Cottolengo - Profil nru. 28

Paġna tal-Fundatur 14 Il-Pulptu ta’ Patri Franku – Pulptu nru. 8 21 Il-Pulptu ta’ Patri Franku – Pulptu nru. 9 28 Il-Pulptu ta’ Patri Franku – Pulptu nru.10

Regola 7 Kostituzzjoni nru. 156-159 17 Kostituzzjoni nru. 160-169 27 Kostituzzjoni nru. 170-178

131


APRIL 2015 1 L-Erbgħa Programm Speċjali tal-Ġimgħa Mqaddsa 2 ĦAMIS IX-XIRKA Programm Speċjali 3 IL-ĠIMGĦA L-KBIRA Programm Speċjali Sawm u Astinenza 4 SIBT IL-GĦID

5 Il-Ħadd L-GĦID IL-KBIR 6 It-Tnejn fl-Ottava tal-Għid (S. Ġuljana ta’ Cornillon) 7 It-Tlieta fl-Ottava tal-Għid (S. Ġwann Battista de La Salle) 8 L-Erbgħa fl-Ottava tal-Għid (S. Ġulja Billiart) 9 Il-Ħamis fl-Ottava tal-Għid (S. Marija ta’ Kleofa) 10 Il-Ġimgħa flOttava tal-Għid (S. Eżekjel) 11 Is-Sibt fl-Ottava tal-Għid (S. Stanislaw ta’ Krakovja) 12 Il-Ħadd It-2 tal-Għid

132

Parteċipazzjoni fil-Vġili tal-Għid

Programm Speċjali Morali Studji Bibliċi Sentenzi Spiritwali

Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna u Professjoni Regola

Laqgħa Ġenerali

Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi Qagħda Prekatorju 4 Kant: Sliem għalik Lectio Continua

Immutabiltà Sapjenza Ġustizzja ● Qamar Kwinta Omnipotenza Eternità

Immensità

Immutabiltà Sapjenza Ġustizzja

Ħniena Omnipotenza


13 It-Tnejn (S. Martinu I) 14 It-Tlieta (S. Pietru Gonzales) 15 L-Erbgħa S. Damjan ta’ Veuster 16 Il-Ħamis (S. Benedittu Ġużeppi Labre)

Dommatika Studji Bibliċi Sentenzi Leħen il-Maħbub Dommatika Messaġġ tal-Papa għal Jum il-Paċi 2015 Paġna tal-Fundatur Laqgħa Ġenerali

Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu Sawm għas-Soċji 17 Il-Ġimgħa Vestis S. Kateri Tekakwitha Kult lil Alla Tagħna Regola Qagħda 18 Is-Sibt Prekatorju 5 (S. Galdinu) Kant: Sliem għalik 19 Il-Ħadd It-Tielet Ħadd It-3 tal-Għid 20 It-Tnejn Morali (S. Anjeże ta’ Studji Bibliċi Montepulciano) Proverbji Morali 21 It-Tlieta Messaġġ tal-Papa għal Jum il-Paċi S. Anselmu 2015 Paġna tal-Fundatur 22 L-Erbgħa (B. Gabriella Laqgħa Ġenerali Sagheddu) Kateketika 23 Il-Ħamis Liturġija S. Ġorġ Kult ta’ Wiċċ Kristu Kommemorazzjoni 24 Il-Ġimgħa Spiritwalità (B. Ippolitu Galantini) Kult tal-Pjagi

Eternità

Immensità Immutabiltà Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena Omnipotenza Eternità

Immensità

Immutabiltà Sapjenza Ġustizzja

133


25 Is-Sibt (S. Nikola ta’ Flue) 26 Il-Ħadd Ir-4 tal-Għid 27 It-Tnejn (S. Zita) 28 It-Tlieta S. Ġanna Beretta Molla

Qagħda Prekatorju 6 Kant: Sliem għalik Lectio Continua

Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna Regola Dommatika Messaġġ tal-Papa għal Jum il-Paċi 2015 Paġna tal-Fundatur

29 L-Erbgħa Laqgħa Ġenerali S. Katarina ta’ Siena Tagħlim Soċjali 30 Il-Ħamis Storja S. Piju V Kult ta’ Wiċċ Kristu

134

Ħniena Omnipotenza Eternità

Immensità Immutabiltà Sapjenza


Il-Miġja Waħdanija

Sebastian Moore OSB – ‘The Contagion of Jesus’

B

iex ningħaqdu ma’ Ġesù rridu nkunu lesti nisimgħu kliemu, l-iktar dwar l-imħabba tal-għedewwa. L-ikbar ħaġa li Ġesù qed jgħallimni hi li meta nirrifjuta li naħfer inkun qed nieħu lili nnifsi b’serjetà żejda. Irrid inkun ħieles minn dan kollu, nixtieq inħalli lili nnifsi nesperjenza s-sensazzjoni stramba ta’ meta naħseb b’mod differenti dwar xi ħadd li dejjem qistu bħala għadu, bħala persuna fuq in-naħa l-oħra. “Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, itolbu għal dawk li jippersegwitawkom!” jgħid dan ir-raġel tal-għaġeb li qed joffrilna ħajja ġdida minflok il-ħajja medjokri li drajna ngħixu.

U hawn hu l-punt: din il-ħajja ġdida ħielsa mill-medjokrità hi kontinwament ġdida fina, kontinwament titwieled, bħal donnu l-ħin kollu tfaqqas fina. Aħna għadna mwaħħlin fil-medjokrità; għalhekk hu kontinwament jiġi għalina. Din il-ħajja l-ġdida trid dejjem tiżbroffa fina. Diġà seħħet, qiegħda sseħħ u se terġa’ sseħħ, imma hija bħal miġja waħda. Kull min daq lil Ġesù jaf dan: li hu jiġi dejjem b’mod ġdid, b’mod sabiħ, bħal xi ħadd li dejjem għadu jasal, dejjem fil-bieb. Allura hemm miġja waħda ta’ Ġesù, u din hi meta Ġesù jsir hu nnifsu fik u fija u fid-dinja kollha. Xi mħuħ żgħar nodfa qasmu din il-miġja fi tlieta: ta’ elfejn sena ilu, ta’ issa u tal-ġenna. L-imħuħ żgħar nodfa dejjem jirbħu. Din hi parti mill-konfoffa biex twaqqaf lil Ġesù l-veru milli jolqotna bħala persuna li tqanqalna profondament. U allura nnaqqxuh f’Ġesù tal-passat imbiegħed idur mal-Palestina, Ġesù li jingħad li jiġi issa imma ma nafux eżatt kif, u Ġesù li qed jistenniena l-ġenna u li m’għandna l-ebda idea tiegħu. Le, agħtini lil Ġesù l-veru li qed insallab fil-persuna li qed inwarrab, li jikseb lilu nnifsu fija kif tassew hu, filwaqt li nħalli lil dan Ġesù jeħodni san-naħa l-oħra. ⧀ Miġbura minn Mario Bezzina 135


The Beautiful Mess (2010) Daniel Bonnell

Il-ħażen huwa preżenti u mxerred kullimkien fid-dinja, anke fina, anke fija stess, bħal trab tassew fin, bħal gass li jinvadi kull m’hawn. Huwa preżenti f’dak kollu li nagħmlu, imma impossibbli biex taqbdu għax donnu għandu mill-gass ħafif. Imma meta l-Qaddis jidħol fid-dinja tagħna, f’daqqa waħda l-ħażen jikkristalizza ruħu. Il-ħażen li dejjem kien vag u sottili jsir massiċċ u intens. Jgħaqqad il-ponn u jsammar lill-Qaddis mas-salib. Il-ħażen jiżvoga r-rabja kollha tiegħu fuq il-persuna ta’ Ġesù, sakemm joqtlu. Il-mewt ta’ Ġesù mhijiex xi ħlas krudili li kellu jitħallas bħala fidwa lill-Missier. Għall-kuntrarju, fil-mewt ta’ Ġesù, il-ħażen eżawrixxa l-enerġija kollha tiegħu u b’hekk tilef qawwietu.

Sebastian Moore OSB.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.