Kalendarju Museumin Novembru-Dicembru 2015

Page 1

Novembru - Dicembru 2015


† Verbum Dei caro factum est Il-85 Sena Ħarġa Numru 6 Novembru - Diċembru 2015

Editorjal Niftakru Il-Kelma tas-Superjur Ġenerali L-Unika Ċertezza Il-Kelma tas-Superjura Ġenerali Il-Ħmira fl-Għaġna Snin ta’ Grazzja 60 Sena mill-Inkorporazzjoni Ir-Regola Il-Faqar Mill-Missjoni Bejn Xahar u Snin fil-Missjoni... X'Differenza! Spiritwalità mill-Ewropa Eucharistein, Wied ta’ Grazzja Teoloġija Tgħid ix-Xjenza Qed Tiskopri lil Alla?

343 344 347 350 353 358 362 366

Anniversarji Albert Schweitzer Il-Pittura tal-Faċċata Annunciation Qrajt Ktieb tal-Fundatur Il-Kors tal-Pellegrin Nisrani Letteratura Meta Jitlaq Kulħadd... Storja tal-Kalendarju Museumin Mill-Kalendarji “Antiki”... Nixtieq Inkun Naf Lil Alla Glorja Djarju Museumin Assenjatur Ħsieb Contemplata Tradere

Rivista ta’ kull xahrejn għall-użu privat tal-membri tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M.

Direzzjoni u Amministrazzjoni: Dar Ġenerali 207 Triq San Ġorġ Preca, Marsa MRS 9010

Issettjar u stampar: Veritas Press, Ħaż-Żabbar

www.sdcmuseum.org e-mail: info@sdcmuseum.org

370 375 379 383 387 390 393 398 407


A

Niftakru

Editorjal

lla żejjinna b’ħafna kapaċitajiet sbieħ u fost dawn nagħrfu l-abbiltà li għandna li niftakru. Napprezzaw dan ir-rigal meta naħsbu fuq kemm tkun differenti ħajjitna kieku ma niftakrux dak li nkunu għaddejna minnu. Biżżejjed wieħed jikkunsidra l-fatt li aħna nitgħallmu u nikbru għax niftakru. Aħna niftakru f’mumenti sbieħ u koroh li jkunu diġà seħħew f’ħajjitna u allura l-ħarsa tagħna tkun lura lejn il-passat. Aħna u niftakru fil-mumenti sbieħ li ġarrabna, nintebħu kemm Alla għamel magħna ħwejjeġ kbar (Lq 1, 49) u qalbna terġa’ dduq ftit ferħ u konsolazzjoni. Il-memorja tal-mumenti ibsin tista’ terġa’ tnissel f’qalbna niket u dispjaċir. Imma tista’ wkoll tnissel sodisfazzjon u sens ta’ radd il-ħajr lil Alla għax l-aqwa tagħna jkun deher proprju f’dawn il-mumenti li minkejja t-toqol tagħhom aħna ma ġġarrafniex u Alla baqa’ magħna. Bħalma jgħidu, il-kwiekeb ma jistgħux jiddu mingħajr id-dlam. Elfejn sena ilu dehret kewkba fil-lejl mudlam ta’ Betlehem u n-nies ferħet u ttamat. Aħna ma konniex hemm u l-ġrajja ma nistgħux niftakruha għax din ma seħħetx f’ħajjitna. Imma niftakruha għax għandna l-fidi f’Ġesù li essenzjalment huwa r-raġuni tal-ferħ tagħna. U għalhekk li aħna n-nies tal-Verbum Dei fl-aħħar xahar tassena nagħmlu l-memorja tagħha billi nqanqlu l-ispirtu veru tal-Milied u f’qalbna u f’qalb dawk li jkunu magħna għal darb’oħra jerġa’ jiddi dawlu u aħna wkoll inkomplu nifirħu u nittamaw.

Meta nittamaw ħarsitna tmur lejn il-ġejjieni u allura aħna niftakru, billi ma ninsewx, dak li għad irridu ngħaddu minnu. Din mhijiex tifkira fiergħa jew xi forma ta’ aljenazzjoni imma waħda reali għax żgur li postna mhux hawn. Kuljum għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu niftakru dan biex kull ġurnata li Alla jagħtina ngħixuha millperspettiva tal-eternità. Din il-perspettiva tagħmel id-differenza kollha. Jekk fil-mument ta’ issa niftakru fil-passat u fil-futur allura għandna għalfejn nifirħu, nikkunslaw, nirringrazzjaw u nittamaw. Għaldaqstant ma jkun qatt li ninsew niftakru. ⧀ 343


L-Unika Ċertezza

K

Il-Kelma tas-Superjur Ġenerali

ollox mibni fuq l-inċertezzi u xejn ma jibqa’ fl-istess stat, kien iħobb itenni l-Fundatur b’riferenza għan-natura tal-bniedem u għal dak kollu li hu temporali. Jekk dan kien veru fi żmien Dun Ġorġ kemm aktar illum meta donnha l-unika ċertezza li għad fadal hija l-bidla. Iżda jekk it-tibdil kien minn dejjem illum huwa aktar mgħaġġel. Diffiċli nantiċipawh u nippreparaw għalih għax donnu jiġi fuqna ħabta u sabta. Allura aktar jista’ jissorprendina, iħawwadna u jaqtgħalna qalbna. Min-naħa l-oħra ma nistgħux inwaqqfuh jew nippretendu li mhux qiegħed iseħħ. It-tibdil jista’ jentużjażmana għax iġib miegħu opportunitajiet ġodda u jiftaħ quddiemna orizzonti usa’. Jista’ jagħtina nifs għax jilliberana minn ħwejjeġ li kienu jtaqqluna u jżommuna lura. Jista’ jkabbarna għax joħroġ minn ġo fina ħiliet li kienu għadhom moħbija. Imma t-tibdil jista’ wkoll jiskomodana għax joħroġna minn dak li dejjem konna mdorrijin bih. Jista’ jiskuraġġina għax iġibna wiċċ imb wiċċ mal-limitazzjonijiet tagħna. Jista’ jiffrustrana għax ma llaħħqux miegħu.

Minkejja li huma differenti, dawn is-sentimenti kollha jistgħu jitqanqlu u jitħalltu fina meta nesperjenzaw il-bidla. Bejn li nkunu nixtiequ t-tibdil u bejn li nirreżistuh. Bejn li nieħdu pjaċir bil-ġdid u bejn li nibżgħu minn dak li ma nafux. Bejn li nifirħu bl-esperjenzi ġodda u bejn li nbatu biex naqtgħu rabtiet qodma. Bejn li nippretendu li ħaddieħor jinbidel u bejn li nsibuha bi tqila biex ninbidlu aħna. Dawn il-ħsus, għax huma daqshekk kuntrastanti, joħolqu fina tensjoni. Din it-tensjoni fiha nfisha mhix ħażina għax tista’ sservi ta’ stimolu biex nirrispondu għat-tibdil. Imma tista’ wkoll tipparalizzana għax ma nkunux nafu nirrisolvuha jew ngħixu biha. L-ewwel ħaġa li tgħinna f’din is-sitwazzjoni hi li nindunaw b’dak li jkun qiegħed jiġri fina u nirrikonoxxu s-sentimenti li nkunu qegħdin 344


inħossu. Nirrikonoxxu jfisser li dawn is-sentimenti la niċħduhom u lanqas nipproġettawhom fuq l-oħrajn. Ifisser ukoll li ma nippruvawx insibu l-ħtija tal-kawża tagħhom, la fina nfusna u lanqas f’ħaddieħor. Nagħrfu li aħna magħġunin mill-istess għaġna tal-bnedmin l-oħra u nagħmlu parti mill-istess umanità. Inkunu iktar konxji li l-konsolazzjonijiet u t-tamiet, l-ansjetajiet u l-preokkupazzjonijiet tal-bnedmin ta’ madwarna u tad-dinja li ngħixu fiha huma tagħna wkoll. Jgħinna wkoll li ngħarblu u nagħżlu bejn tibdil u tibdil. Hemm tibdil li jsir bil-għaqal għax meħtieġ u tibdil li jsir biex ikun sar. Tibdil li jsir għallikbar ġid ta’ ħafna u tibdil li jsir għall-konvenjenza ta’ xi wħud jew għal motivazzjonijiet ulterjuri. Hemm tibdil li ma jsirx f’kontinwità mal-passat u tibdil li jinbena fuq tradizzjonijiet sani. Hemm tibdil li jsir b’kapriċċ u hemm tibdil li jsir għax ma jkunx jista’ jsir mod ieħor. Il-ħila li niddixxernu u nifhmu minn fejn ikun ġej it-tibdil tgħinna nagħmlu iktar sens minnu u tpoġġina f’pożizzjoni aħjar biex nistgħu nagħżlu liema tibdil inħaddnu u liema nirreżistu. Id-dixxerniment iwassalna wkoll biex insiru aġenti tal-bidla

345


meta nagħrfu li jkun hemm bżonn ninbidlu u nbiddlu. It-talba tat-teologu Amerikan Reinhold Neibuhr tispirana: “O Alla, agħtina l-grazzja li naċċettaw b’serenità l-ħwejjeġ li ma jistgħux jinbidlu, il-kuraġġ li nibdlu l-ħwejjeġ li għandhom jinbidlu, u l-għerf li jagħmilna kapaċi nagħżlu bejniethom.”

Biex ikollna l-ħila li nagħmlu dawn l-għażliet irridu minn żmien għal żmien niddistakkaw ftit ruħna minn dak li nkunu għaddejjin minnu biex inħarsu lejh minn perspettiva aktar wiesgħa u b’lenti differenti. Jiswielna ħafna li kultant ninqatgħu ftit mid-dinja żgħira tagħna u mis-sitwazzjoni partikulari li nkunu fiha u nħarsu lejn l-istampa l-kbira, lejn il-bqija tad-dinja, lejn ir-realtajiet taloħrajn, kemm dawk qrib tagħna kif ukoll dawk ’il bogħod minna. Jiswielna li nieqfu ftit biex naraw ir-realtà mil-lenti tal-fqir, tal-batut, tal-marid, ta’ min hu bla dar jew bla pajjiż, ta’ min hu ppersegwitat, maqbud fi gwerra jew il-ħabs. Jiswielna wkoll li nħarsu lejn ir-realtà mill-perspettiva tal-eternità megħjuna mill-meditazzjoni ta’ kuljum fuq in-Novissmi u dik ta' meta jaħbat qamar kwinta. Meta nħarsu minn dawn il-perspettivi differenti, dak li nkunu għaddejjin minnu nibdew narawh f’dawl differenti u s-sentimenti li nkunu qegħdin inħossu fina għandu mnejn jibdew jinbidlu. Ir-rabja bil-mod il-mod tibda tinbidel f’kompassjoni, itt-tbatija tinbidel f’empatija, il-qtigħ il-qalb jinbidel f’tama, ir-reżistenza tinbidel f’aċċettazjoni, għall-ewwel bis-sabar imbagħad bil-ferħa.

Fi żmien ta’ tibdil mgħaġġel ikollna bżonn ukoll punti fissi li jibqgħu jagħtuna direzzjoni f’ħajjitna għax huma dejjiema. Il-bewsa ta’ kuljum tasSalib tar-Rassenjazzjoni, ix-xewqa li nirringrazzjaw lil Alla fuq kulma jiġi fuqna, il-fehma li nagħmlu kollox b’xi motiv tal-fidi u l-mistrieħ fil-ħdan talprovidenza ta’ Alla, fost l-oħrajn, jibqgħu jżommuna. Għax x’għandna aktar ċert u fiss mill-imħabba ta’ Alla? Jispirana l-kliem tal-Ġiżwita Ċilen Alberto Hurtado: “Alla, il-blata li fuqha l-mewġ iħabbat għalxejn, Alla, id-dija perfetta li ebda dell ma jtappan, Alla, rebbieħ fuq kollox, jgħix ġo fija. Jien nista’ nilħqu bis-sħiħ, bħala l-ogħla għan tal-imħabba tiegħi. Ruħi kollha tinsab fih. U mbagħad, bil-ħlewwa u b’ċertezza, inħoss it-tiġrib kollu tal-ħajja, innuqqas ta’ sigurtà u l-inċertezzi jħalluni għalkollox. Imdawwar bid-dawl, Alla jimlieni bil-qawwa tiegħu. Huwa jħobbni.” Quddiem dan Alla tagħna, kull filgħodu mal-qawmien wara t-Talba Għodwija, nitolbuh il-grazzja tal-libertà tal-ispirtu u noqogħdu għal ftit ħin b’idejna miftuħa, talba-ġest li biha nesprimu d-disponibbiltà u l-aċċettazzjoni tagħna għal dak kollu li Huwa jogħġbu jagħtina u jeħdilna minn ħajjitna. ⧀ 346


Il-Ħmira fl-Għaġna

I

Il-Kelma tas-Superjura Ġenerali

l-gazzetta Taljana La Repubblica ġabet l-intervista li Eugenio Scalfari, li jiddikjara li hu ateu, għamel lill-Papa Franġisku. Scalfari staqsa lill-Papa kif jaħsibha dwar il-fatt li l-Kristjaneżmu huwa minoranza fid-dinja. Il-Papa wieġeb li dan il-fatt ma jikkunsidrahx ta’ skuraġġiment, anzi bilmaqlub, ta’ inkuraġġiment. Skont il-Papa, li nkunu minoranza jfisser inkunu bħall-ħmira fl-għaġna. Il-ħmira hi ferm u ferm żgħira fil-kwantità meta mqabbla mal-ingredjenti li jagħmlu l-għaġna imma huwa fil-forza taċ-ċokon tagħha li l-ħmira tagħmel l-għaġna proprju dak li hi.

347


Il-ħmira fl-għaġna hija eżempju ta’ kif il-ftit, in-naqra, l-insinifikanti (għal min ma jifhimx u ma japprezzax) jixpruna s-sbuħija talħafna u jagħtihom togħma bnina. Ninnutaw li weħidha l-ħmira ma tagħmel xejn, tibqa’ mejta. Għandha l-potenzjal li tanima, imma waħedha din il-forza tibqa’ rieqda. Tkun forza bla forza. Hija biss mal-ingredjenti l-oħra li tasal li tissodisfa l-palat ta’ min iduqha. Il-forza tal-persuna tiġi mill-fatt tal-għarfien tagħha nfisha, f’relazzjoni ma’ Kristu u mal-oħrajn. Din l-għaġna tissarraf f’salvazzjoni individwali u kollettiva. Meta tkellem fuq il-ħmira tad-dixxipli, Kristu kien qiegħed jirreferi għallbinja personali li tħalli influwenza fuq l-oħrajn.

348

Kristu qed jistedinna biex inkunu d-dawl tad-dinja. L-għan fundamentali li fuqu tinbena s-Soċjetà hija l-qdusija tal-membri (K 5). U allura bla dubju l-ewwel forza, anzi l-forza primarja li persuna għandha taħdem, titlob u tbati biex takkwista hija proprju l-qdusija. “Kunu qaddisin għax jien qaddis.” (Lev 11, 45) U billi huwa Alla l-Qaddis li jqaddes, allura l-qdusija tiġi fuq kollox minnu, millaffiljament, mir-rikonoxximent tal-preżenza ta’ Alla fil-persuna. Dan l-għarfien iġib miegħu l-għatx għall-bini ta’ relazzjoni ma’ Alla li esternament, fuq barra, toħroġ millmod kif persuna tidher, iġġib ruħha u titkellem.

The Practice of the Presence of God, ktieb mimli għerf u tagħlim fuq ilqdusija mibnija fuq il-prattika talpreżenza ta’ Alla li għex Brother Lawrence, Karmelitan tas-sbataxil seklu, jgħid hekk: “Idħol fik innifsek u aħseb fuq il-fatt li Alla ħalqek u hu preżenti fik. Sib ħin u oqgħod għall-kwiet biex tomgħod din il-verità. Itlob biex tifhem sakemm tista’ dan il-fatt. Ibqa’ agħmel hekk sakemm isir parti millħsieb tiegħek, minn ħajtek. Mażżmien tinduna li din il-konoxxenza ta’ Alla tbiddlek. Fiżikament tibqa’ l-istess, imma emozzjonalment int tikseb attitudni pożittiva lejn Alla, lejk innifsek u lejn l-oħrajn u spiritwalment tħossok mimlija


ħajja. Dan għax Alla jkun qed isib l-għamara tiegħu fik. Hija din ilpreżenza divina fik li tagħmel iddifferenza kollha f’dak li tgħid u tagħmel.’’ F’wieħed mid-diskorsi tiegħu lir-reliġjużi, il-Papa, filwaqt li fakkarhom fil-gratitudni li għandu jkollhom lejn Alla għallgrazzji kollha li jagħtihom, inkuraġġiehom ħafna biex jaħdmu għal dan l-ispirtu ta’ ħmira li għandha tanima l-azzjonijiet kollha tagħna l-Insara. Semma l-frażi spirit of hard work għax dan l-ispirtu jneżża’ lill-bniedem minn dak kollu li hu tiegħu biex dak li għandu jużah kif irid il-Ħallieq u dan, fil-verità, huwa xogħol iebes. Hu iebes li filwaqt li tagħti mirriżorsa tat-tagħlim li għandek u tagħti l-aħjar u bl-aħjar mod, flistess ħin tagħmel dan bl-umiltà kollha. Il-Papa aċċenna għall-fatt

li dan l-ispirtu jgħinna not to be caught up in spiritual worldliness, or simply being efficient, jiġifieri ma jħalliniex ningannaw ruħna u ninħbew taħt il-kappa talispiritwalità u l-effiċjenza biex inwasslu lilna nfusna minflok lil Alla. Dan, kompla l-Papa, idgħajjef l-ispirtu ta’ Alla u l-ispirtu ġenwin ta’ qadi. Rose Hoover, fil-ktieb tagħha Why Do We Gather? A Journey Together, titkellem dwar l-istess ħaġa u tgħid li anki jekk ix-xogħol jidher nobbli u qaddis l-effett tiegħu jkun sterili.

Fl-Arloġġ ta’ Talb aħna nitolbu hekk: “Sinjur Alla, agħtini l-ispirtu ta’ Kristu.” Ejjew nitolbu din ilġakulatorja bil-qalb sabiex dan l-Ispirtu jiftħilna orizzonti fejn nimirħu u jgħinna nittrasformaw il-forza ta’ ġo fina f’mezz qaddis li jgħin lilna u jkun ukoll ta’ solliev għad-dinja. ⧀ 349


60 Sena

mill-Inkorporazzjoni

G

Snin ta’ Grazzja

ħaddew sittin sena minn meta jien u sħabi ġejna inkorporati fisSoċjetà mis-Superjur Ġenerali Ewġenju Borg nhar il-Ħadd 26 ta’ Ġunju 1955 fil-Qasam ta’ Triq Santa Marija, Birkirkara. Konna 22; minna baqa’ biss żewġ Soċji ħajjin, tnejn mietu u tlieta huma reliġjużi. Sa minn ċkuniti kont nattendi fil-Qasam tal-Gżira, fejn diġà kelli żewġ ħuti Soċji qabli. Iż-żmien li għamilt Magħżul u Aspirant kienu snin ta’ esperjenza u mħabba, għax hekk kif tidħol il-Qasam kont tħossok milqugħ, speċjalment mill-Prefetti u sħabek. Dak entużjażmu! Kien ikollna lezzjonijiet ippreparati tassew tajjeb u konna saħansitra nżommu pitazz li fih konna nniżżlu n-noti tal-lezzjonijiet. Imbagħad ħalli għalina nistudjaw is-sentenzi, Leħen ilMaħbub u Epistolarju, biex ngħiduhom fil-Kappella fi speċi ta’ kompetizzjoni, ngħidulha gara, li fi tmiemha dawk li jgħidu l-isbaħ u l-itwal sentenzi kienu jingħataw premju. Kont ukoll iffortunat li kelli Prefetti li kienu qrib ta’ Dun Ġorġ u allura kienu jkellmuna sikwit dwar il-ġrajjiet u l-ispiritwalità tiegħu.

Matul is-sena mbagħad kien hemm perijodi meta l-ħajja filQasam kienet tkun iktar intensa, b’mod speċjali f’okkażjonijiet bħal żmien il-Milied, l-Ewwel Tqarbina u ċerimonji u programmi speċjali, speċjalment tal-Ġimgħa Mqaddsa. Kienu jogħġbuni wkoll il-passiġġati: mixjiet filkampanja, logħob u baħar fis-sajf. Illum nirrealizza kemm dawn l-attivitajiet swewli biex nibni karattru u nimmatura fis-Soċjetà. 350

Kelli x-xorti li meta bdejt naħdem l-Instructor tiegħi kien Superjur tal-MUSEUM li għeni ħafna filvokazzjoni tiegħi. Niftakar darba kelli diffikultà biex nosserva regolament li ma kienx iħallina nattendu divertimenti pubbliċi. Hu wrieni li kont inħossni ħafna aħjar jekk niċċaħħad minn okkażjoni li kelli. Qalli: “Jekk tirbaħ issa, jiswielek ħafna għallfutur.” Obdejt u, tassew, ħassejtni li għamilt dmiri.


Diżappunti kelli, bħal meta xi wħud minn sħabi telqu, fosthom anke Soċji. Meta ftaħt qalbi u esprimejt id-diqa tiegħi dwar dan ma’ Soċju anzjan, qalli: “Dan sinjal li qed timmatura fil-vokazzjoni tiegħek.” Diżappunt ieħor kien ilmewt ta’ ħija Peter. Madankollu kelli l-konsolazzjoni li Dun Ġorġ qalilna li ħuna ġabha żewġ, ried jgħid li salva ruħu. Għalhekk issa jien bdejt nitlob ’il ħija jaqlagħli mingħand Alla l-grazzja talperseveranza fis-Soċjetà. Ngħid is-sewwa, meta sirt Kandidat u nqtajt mill-klassi tal-Aspiranti ħassejt in-nuqqas tal-kumpanija ta’ sħabi, għaliex bħala Kandidat kont waħdi. Iżda bl-għajnuna ta’ Alla, bit-talb u bilpaċenzja u l-inkuraġġiment talKultur wasalt biex ninkorpora. Meta mbagħad ftit wara li sirt Soċju s-Superjur għamilni Prefett ħadt ir-ruħ, għaliex issa dak li ħadt mingħand dawk li għallmuni u anke fl-Assenjatur bdejt ngħaddih lill-oħrajn. Kont inħoss il-bżonn li waqt il-preparazzjoni tallezzjonijiet u qabel attivitajiet u ċelebrazzjonijet oħra nitkellem ma’ Ġesù fuq l-aħjar mod kif nippreżentahom. L-irtir ta’ kull xahar u fuq kollox dak ta’ tlett ijiem ta’ darba fis-sena, kif ukoll il-laqgħat ta’ nhar ta’ Erbgħa li fihom kelli x-xorti nisma’ lil Dun Ġorġ innifsu, swewli ħafna fil-

formazzjoni tiegħi. Dwar dawn illaqgħat għadha stampata f’moħħi sentenza li darba qalilna. Kien qed jitkellem dwar il-preżenza ta’ Alla meta esklama: “Aħna ngħixu f’Alla bħal ħuta fl-ilma.” Persważ ukoll li l-frekwenza tas-sagramenti, speċjalment ilQuddiesa ta’ kuljum, il-viżta ta’ filgħaxija, il-qari tal-kotba talFundatur u devozzjonijiet oħra suġġeriti minnu bħall-Coram Dominum, X’jitlob is-Serv ta’ Alla wara t-tqarbin, eċċ, kienu wkoll ta’ għajnuna kbira fl-ispiritwalità tiegħi.

351


Sfida qawwija fil-ħajja Museumina hi ċ-ċelibat li bih nagħmlu offerta sabiħa lil Alla tad-dritt li għandna li jkollna mara, biex l-imħabba tagħna tkun kompletament diretta lejn Alla, għaliex Alla jistħoqqlu kollox u l-aħjar. Diffikultajiet ikollna, imma għal dawn il-Fundatur ħasbilna permezz tal-Parrinija għaliex, kif jgħidu l-Ingliżi, a problem shared is a problem solved. Mhux l-ewwel darba li kelli problemi li meta ddiskutejthom mal-Parrinu sfumaw fix-xejn, sintendi meta obdejt u għamilt dak li qalli.

Għajnuniet oħra li sibt fis-Soċjetà kienu l-ubbidjenza, il-ġenerożità, speċjalment f’dak li hu ħin u talenti, u d-disponibbiltà għal dak li Alla jrid minni. Ma kinetx ħaġa ħafifa għalija meta ġejt avviċinat biex immur għall-missjoni, iżda wara li tlabt l-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu u ħadt parir mort quddiem Ġesù Sagramentat u għedtlu: “Hawn jien, Mulej, iddeċidejt”, kif inkantaw f’wieħed mill-innijiet. Tlabt ukoll lil Marija Santissma biex, bħalma ħejjiet lil Binha Ġesù għall-missjoni tiegħu, tgħinni filmissjoni li għaliha kont mibgħut.

Tul sittin sena kelli okkażjonijiet meta ħassejtni waħdi u skuraġġut, imma fuq parir li kienu tawni kont inġib quddiem għajnejja mumenti u ġrajjiet ta’ ferħ li jien kelli fis-Soċjetà fl-imgħoddi, bħallBeatifikazzjoni u l-Kanonizzazzjoni tal-Fundatur, meta l-Papa Ġwann Pawlu II kellimna fid-Dar Ġenerali u meta l-Papa Benedittu XVI f’xita qawwija kellimna bil-Malti u sejjaħ lil Dun Ġorġ ‘it-tieni missier tal-poplu Malti’. Dak il-ħin ħassejtni nirrepeti dak li qal isSuperjur Ewġenju Borg, li d-dinja għamilnieha tagħna.

Tabilħaqq, Alla ħabbni ħafna meta laqqagħni ma’ Dun Ġorġ u s-Soċjetà Museumina. Kienet grazzja kbira. Imma, kif jgħid ilPapa San Iljun, grazzja kbira titlob xogħol kbir. Nitlob ’l Alla li dak kollu li rċevejt jiena fis-Soċjetà jirċevuh u jħossuh dawk kollha li jaspiraw li jkunu Soċji huma wkoll, jew aħjar li jkunu strumenti doċli għal dak li Alla jrid minnhom. Jekk nikkorrispondu tajjeb mal-grazzji li Alla jagħtina, Huwa jkompli jkun ġeneruż magħna. L-aqwa li kulma nagħmlu nagħmluh b’intenzjoni retta: għall-glorja ta’ Alla u għallġid tal-erwieħ. ⧀

Leli Sammut

352


Il-Faqar

B

Ir-Regola

iex qatt ma ninsew liema hu l-ispirtu li għandu janimana bħala Museumini, San Ġorġ Preca ried li qabel nibdew l-Assenjatur kuljum nagħmlu l-Proponiment. U proprju minħabba l-fatt li dan ilProponiment nagħmluh kuljum jista’ jiġri li ngħiduh bla ma nirrealizzaw kemm tassew jitlob minna rieda soda biex ngħixuh fil-prattika, f’kelma waħda kemm jiċċalinġjana. Tajjeb għalhekk li minn żmien għal żmien nieqfu naħsbu ftit dwar dak li nkunu qed nipproponu bil-ħsieb li fina tassew ikollna l-ispirtu li fehem il-Fundatur, jiġifieri l-ispirtu ta’ Kristu.

San Ġorġ Preca u l-Faqar L-ewwel virtù li aħna nipproponu li nħaddnu hi l-istess waħda li Kristu semma l-ewwel meta xandar il-programm tiegħu għallperfezzjoni. “Henjin il-foqra flispirtu,” qalilna. Bla dubju mela wieħed jeħtieġ ikollu fih l-ispirtu tal-faqar jekk jixtieq iħaddan ilvirtujiet l-oħra. U jekk naraw ilkitba ta’ San Ġorġ Preca u l-użanzi li huwa daħħal fis-Soċjetà, malajr nifhmu kemm xtaq jikkonvinċina mill-ħtieġa ta’ din il-virtù. Kull sena aħna niċċelebraw il-virtujiet tal-Proponiment permezz ta’ programm apposta li fih nikkommemoraw uħud

mill-qaddisin li fihom spikkaw dawn il-virtujiet. Ma setax jonqos li l-Fundatur iqiegħed lil San Franġisk bħala mudell għal min irid ikun fqir fis-sens evanġeliku. Bil-maqlub ta’ Kristu, San Franġisk ma twelidx fqir, iżda f’ċertu punt fil-ħajja tiegħu huwa tgħarras mal-faqar u baqa’ fidil lejh salmewt biex ikun bħall-Imgħallem tiegħu. Bħalu l-Fundatur riedna nkunu foqra. Però hawn irridu nagħmlu distinzjoni bejn il-faqar effettiv u dak affettiv. Dawk li qed jesperjenzaw il-faqar effettiv, jiġifieri dawk li qed jgħixu fi stat ta’ miżerja għax m’għandhomx x’jieklu, m’għandhomx kontijiet tal-bank u l-bqija, dawn mhux 353


bilfors għandhom l-ispirtu talfaqar. Min-naħa l-oħra dawk li jgħixu l-faqar affettiv jista’ jkollhom il-flus u fl-istess ħin ikunu foqra fl-ispirtu. U Kristu tkellem proprju dwar faqar flispirtu. X’ried jgħid bih?

Il-faqar fl-ispirtu hu dispożizzjoni interjuri li ġġegħilna nagħmlu użu minn dak li hu neċessarju mingħajr ma nkunu marbutin iżżejjed mal-ġid materjali. Filktieb Eżami Spiritwali Dun Ġorġ jgħid li l-virtù tal-faqar “iġġiegħlek iżżomm qalbek maħlula minn kulma tippossiedi”. U f’Il-Ktieb il-Kbir, filwaqt li jistedinna biex inħarsu lejn Kristu msallab u nitgħallmu l-faqar, huwa jgħid: “Ilveru fqir min hu distakkat minn

354

kulma jippossiedi u lest li jħalli kollox jekk ikun jeħtieġ għall-unur ta’ Alla.”

Dun Ġorġ ma naqasx li jirreferi għall-faqar anke f’Id-Direttorju Spiritwali fejn iwissi li l-flus, l-unuri u l-pjaċiri tas-sensi m’għandhomx ikunu l-oġġett talqalb. “Alla waħdu hu l-mistrieħ tal-qalb.” U meta jkun Alla li jimla l-qalb, il-bniedem bla ma jrid isir fqir fl-ispirtu, jakkwista l-ħelsien spiritwali u jħoss il-ferħ ta’ ħajja mfassla fuq dik ta’ Kristu. Nosservaw li Dun Ġorġ il-ħin kollu jpoġġi lil Kristu b’mudell perfett ta’ din il-virtù. Huwa twieled fqir, għex fqir u miet fqir. Twieled f’post li lanqas kien ta’ San Ġużepp, għex


parti kbira minn ħajtu f’Nazaret, raħal ta’ ftit importanza, u f’mewtu ġie midfun f’qabar li lanqas kien tiegħu. Tant kien fqir li lil wieħed mill-kittieba seta’ jgħidlu: “Ilvolpijiet għandhom l-għerien tagħhom, u l-għasafar tas-sema l-bejtiet; iżda Bin il-bniedem m’għandux fejn imidd rasu.” (Mt 8, 21) Fix-xewqa tiegħu li jkun bħallImgħallem, il-Fundatur mhux biss kiteb fuq din il-virtù imma għexha. Hu kien ġej minn familja tat-tajjeb u seta jgħix komdu. Għalhekk ilfaqar li għex kien għażla libera tiegħu biex jimita lil Ġesù. Tant ħadha bis-serjetà dil-ħaġa li l-ispirtu ta’ faqar li kien iħaddan kien spiss juri ruħu, bħaż-żejt f’wiċċ l-ilma, fil-ħajja ta’ kuljum. Hekk, meta saċerdot offrielu l-kappa tiegħu, hu raha lussuża wisq, mar id-dar u ġab tiegħu. U darb’oħra, meta xi ħadd offrielu rikba f’karozza lussuża, hu għażel li jmur b’waħda aktar ordinarja. Tabilħaqq nistgħu nsemmu lista sħiħa ta’ episodji minn ħajtu li jixhdu kemm kien jgħożż il-faqar. Imqar il-postijiet li fihom għex juru dan. Is-Soċju Museumin “Ħaġa waħda tonqsok: mur bigħ li għandek, agħtih lill-fqar u jkollok teżor fis-sema; imbagħad ejja u imxi warajja.” (Mk 10, 21) Dan

il-kliem żgur niftakru fih nhar ta’ Erbgħa aħna u naħsbu dwar l-episodju tal-Arloġġ Museumin dwar iż-żagħżugħ għani. Imma ta’ min jistaqsi: Xi jħoss is-Soċju jew il-Kandidat meta jisma’ dan il-kliem ta’ Ġesù? Isewwed qalbu għax marbut mal-ġid li għandu, jew jifraħ għax ħieles minn dak li jippossiedi u b’hekk jista’ jgħid li hu dixxiplu veru tal-Imgħallem? Ir-Regola tgħid li l-imħabba talmembri lejn Ġesù fqir għandha tispirahom fl-għejxien tal-virtù talfaqar b’mod li minn rajhom jagħzlu li jinżgħu minn kull rabta ma’ dak li huwa tagħhom. Hekk riedhom ilmembri San Ġorġ Preca, fqar. Fqar fl-ispirtu, mistriħin totalment filprovidenza ta’ Alla.

Aħna qegħdin fis-Soċjetà biex naqdu lil ħutna permezz tattagħlim. U biex tkun tista’ taqdi lill-oħrajn jeħtieġ li fost l-għażliet li tagħmel ikun hemm dik li tgħix il-virtù tal-faqar fl-ispirtu Museumin. F’paragrafu 53 talKostituzzjoni, ir-Regola tgħidilna: “L-ispirtu tal-faqar f’qalb ilmembri jiddistakkahom minn kulma jippossiedu u b’hekk huma jagħtu xhieda ta’ din il-virtù minn barra.” Bl-għazliet li tagħmel fi spirtu ta’ faqar, inti tkun qed tagħti xhieda tal-istess virtù; tkun qed tippromovi dan l-istil ta’ ħajja permezz tal-għażliet partikulari 355


tiegħek. Dan jaf jistona maddinja, iżda għal Alla din il-ħajja ta’ faqar hija melodija ħelwa. Blistess xhieda tkun qed tiġbed iktar nies biex iħaddnu din il-virtù sabiħa. Fl-Oqsma tagħna t-tfal u ż-żgħażagħ jinnutaw kollox. U kemm hu importanti li aħna nkunu xhieda ta’ din il-virtù tal-faqar kull fejn inkunu, speċjalment fl-Oqsma tagħna! Aħseb Ftit Il-membru Museumin minn rajh jagħżel li ma jrekkinx flus biex b’ġenerozità jgħin kif jista’ l-ħidma tas-Soċjetà. Il-membru Museumin minn rajh jagħżel li juża l-ħin tiegħu mhux għalih innifsu iżda għall-oħrajn. Ma jiddejjaqx, ngħidu aħna, jqatta’ nofstanhar il-Qasam is-Sibt filgħodu jew ‘jaħli’ nofstanhar ilĦadd biex joħroġ passiġġata mattfal.

Il-membru Museumin kapaċi jgħid le minn rajh għal vaganza fit-tul jew li tqum ħafna flus. Il-membru Museumin minn rajh jagħżel x’affarijiet jixtri għalih innifsu. Qabel jixtri xi ħaġa jara kemm tiswa u jekk tassew għandux bżonnha. Il-membru Museumin, fit-talba tas-sebgħa neqsin kwart ta’ 356

filgħaxija tal-Arloġġ Museumin, huwa mfakkar li minn rajh jista’ jagħżel li proprjetajietu jkunu xejn.

Oqsma u Soċjetà Foqra Aħna għandna r-responsabbiltà li lit-tfal u ż-żgħażagħ ma ngħaddulhomx lilna nfusna iżda l-ispirtu Museumin. Għalhekk irridu noqogħdu ferm attenti għax kif ngħixu aħna jkun l-ispirtu talOqsma u s-Soċjetà tagħna. Filkaż tal-faqar, Soċji foqra jagħmlu Oqsma foqra. Għall-grazzja ta’ Alla s-Soċjetà qatt m’għamlet għall-flus. Illum, f’dinja fejn kollox idur mal-flus, dan għandu mnejn jidher tassew diffiċli. Madankollu huwa ferm importanti li fl-attivitajiet tagħna ma jkun hemm l-ebda forma ta’ fundraising. Dawn għandna nagħmluhom bla ħlas u, meta kultant ikun meħtieġ xi ħlas, min ma jistax iħallas ma jħallasx, bla ma jħossu skomdu. Li ngħinu lil xi ħadd hija opportunità li nipprattikaw il-faqar u mhux piż għall-Qasam. Ir-Regola Biex jiġi ppreservat kemm jista’ jkun l-ispirtu ta’ faqar, ir-Regola titkellem ukoll minn din il-virtù fir-rigward kemm tas-Soċjetà kif ukoll tal-membri. Fil-Kostituzzjoni hija tispeċifika:


ll-membri m’għandhomx jibżgħu għal buthom u b’ġenerożità jgħinu biex iżommu l-ħajja appostolika tas-Soċjetà u tal-Qasam fejn ikunu. (K 54)

Fil-ħidmiet tagħha s-Soċjetà għandha dejjem tagħmel preferenza ma’ dawk li huma meqjusa bħala fqar. Din l-għażla għandha tkun motivata milleżempju ta’ Ġesù Kristu fqir li lilu l-membri jridu jsiru jixbhu billi jagħmlu l-għażla tal-fqar. (K 55) Il-membri u s-Soċjetà qatt m’għandhom jitħallsu jew jaċċettaw remunerazzjoni għallappostolat li jwettqu. (K 57)

Soċju ma jistax ikun marbut malflus, inkella kif se jixtri l-affarijiet għall-klassi? Kif se jixtri xi rigali żgħar għat-tfal? Kif se jimla t-tank tal-petrol biex imur minn Qasam għal ieħor jew joħroġ bit-tfal? Kif se jħallas il-passaġġ biex imur għal xi żmien fl-esteru? Meta niċħdu l-ġid materjali, inkunu qed inqiegħdu l-fiduċja tagħna f’Alla.

Dan ma jfissirx li ma nkunux bilgħaqal fl-użu ta’ flusna. Irid ikollna l-flus kemm għall-bżonnijiet tagħna personali kif ukoll għal dawk tal-Qasam. Importanti li

l-Qasam ikollu dehra sabiħa. Qasam fejn issaltan it-telqa, mimli b’affarijiet li m’għandhom l-ebda użu, mhux post ideali biex jilqa’ t-tfal u ż-żgħażagħ. Irid ikollna Oqsma bla lussu iżda puliti, Oqsma li jixirqu lill-kelma ta’ Alla li tixxandar fihom.

Xi Aspetti Oħra Dan kollu li għedna forsi mhux daqstant diffiċli għalina għax kbirna f’dan l-istil ta’ ħajja. Madankollu hemm ħwejjeġ oħra marbutin mal-ispirtu tal-faqar li jafu jippreżentaw diffikultà mhux żgħira. Ngħidu aħna, kemm għandna rabta mal-ħsibijiet u l-ideat tagħna? Meta l-grupp talAssenjatur jiftiehem li joħroġ imma mhux fejn nixtiequ aħna, x’nagħmlu? Bħala Soċjetà, bħala Qasam, bħala klassi, kemm lesti nbiddlu u naċċettaw lil min ibiddel?

Biex tkun fqir trid tkun umli u tirbaħ is-suppervja. Il-faqar jitlob minn min jagħżlu li ma jkunx marbut la ma’ oġġetti u lanqas ma’ ħsibijiet. Niżnu, nitolbu, nieħdu parir fid-Direzzjoni u mmexxu minn hemm. Ħajjitna trid tkun Kristu – Kristu marbut ma’ xejn. ⧀ Vince Meli Simon Azzopardi Alan Caruana 357


Bejn Xahar u Snin fil-Missjoni... X'Differenza!

K

Mill-Missjoni

ont għadni Aspirant u l-fatt li kuljum is-Superjur kien jagħmel viżta qasira fil-kappella tal-Ġiżwiti kkonvinċieni nibda nagħmel bħalu. Hemm kien ikun hemm ukoll il-Qrar u peress li l-qassis kien anzjan stedinni biex minflok jibqa’ jinżel hu fil-kappella nibda nitla’ jien fiċ-ċella tiegħu. Niftakarha sew iċ-ċella, l-aktar iċ-ċilindri kbar tal-ossiġnu li kellu ħdejn is-sodda. Il-laqgħa dejjem kienet tkun waħda sabiħa, imżewqa bilkafè u l-gallettini! Kien qassis li qatta’ 40 sena fl-Indja. Darba minnhom staqsejtu kienx ġab ħafna affarijiet mill-Indja, iżda hu fil-pront urieni kaxxa żgħira bi ftit kotba u xott xott qalli li dik kienet kulma ġab. Għadni sal-lum immeraviljat... 40 sena missjoni u ġġib miegħek kaxxa waħda biss! Bejn esperjenza ta’ ftit żmien u tgħix fil-missjoni hemm baħar jaqsam. Trailer ta’ film jista’ jagħtik it-togħma tal-film, iżda t-taqbida, il-passaġġ

358

ta’ ħsibijiet u l-emozzjonijiet li jridek tgħaddi minnhom id-direttur tesperjenzahom biss meta tara l-film kollu. Nistħajjel li l-Mulej hekk


jagħmel magħna lkoll. Nistħajjel li l-Mulej lil kulħadd jagħtih missjoni li għaliha wieħed jeħtieġ jidħol b’ruħu u ġismu. Jolqotni l-fatt li Ġesù qatt ma stieden lil xi ħadd għal esperjenza... iżda kienu bosta li “ħallew kollox u marru warajh”. Meta tintbagħat fuq xi missjoni, kemm jekk fi klassi ġdida kif ukoll f’xi art oħra, tintbagħat għal kemm ikun hemm bżonn, jew aħjar tintbagħat għal dejjem. Inħoss li din hi dik li tagħmel id-differenza kollha bejn li tara t-trailer u tesperjenza l-film. Meta tmur għal dejjem tmut għal ħafna minn dak li diġà għaddejt minnu u tmut għal ħafna minn dak li int. Iżda bħal tarbija fit-twelid din ilbidla tagħtik ħajja ġdida, tiftaħlek orizzonti ġodda, opportunitajiet li qatt ma ħlomthom, u dan kollu fuq paġna ġdida.

Nirringrazzja lis-Sinjur Alla, ilfatt li ġejt mibgħut fil-Qasam ta’ Poznań fil-Polonja nħoss li kien għalija grazzja kbira. L-istudju talPollakk, ix-xogħol li sibt fi skola talgvern, il-katekiżmu fil-parroċċa u l-ħajja ta’ kuljum laqqgħuni ma’ ħafna nies li maż-żmien qegħdin insiru dejjem aktar nafu lil xulxin. Iż-żmien jgħinek tidra wkoll iddrawwiet tal-post, bħal meta tiekol pizza b’top-up qawwi ta’ ketchup jew spagetti bolognese bilħjar qares! Tidra wkoll id-distanzi

u l-ħin meħtieġ biex bħall-bqija tan-nies kull filgħodu tmur għaxxogħol... u tħossok ixxurtjat jekk tasal f’anqas minn siegħa!

Iż-żmien fil-missjoni jgħinek ukoll tibda tifhem xi ftit il-mentalità tan-nies tal-post u l-bżonnijiet tagħhom. Bla dubju dan jitlob bidla u saġrifiċċji min-naħa tiegħek li tkun imdorri b’mentalità oħra Maltija-Mediterranja. Iżda jekk irridu li l-kariżma tagħna tinxtered u li nkunu “oasi li ttaffi l-għatx”, kif darba qal il-ġurnalistattur Will Rogers, kultant jeħtieġ li nirriskjaw, nitilqu miz-zokk prinċipali u “noħorġu fuq il-friegħi għax hemm qiegħed il-frott”.

Apparti l-bidla tal-ambjent ta’ madwarek, il-missjoni tbiddel lilek ukoll. Il-fatt li tkun taf li mort għal dejjem jgħinek taddatta ruħek u bl-għajnuna ta’ direttur spiritwali tajjeb din il-bidla ssaffik u tagħmlek bniedem aħjar. Il-membri sħabek, l-aktar fejn il-membri jgħixu taħt saqaf wieħed, isiru għalik mezz biex tagħraf aħjar l-attitudnijiet tiegħek u torqom il-karattru tiegħek. Ma jonqsux ukoll l-okkażjonijiet fejn bħaċ-Ċirinew ikollok terfa’ s-salib tagħhom. Ikunu għalik mezz biex issir qaddis! U filwaqt li xi tilwima fuq il-mejda tal-ikel kultant ma tonqosx, il-mejda vojta quddiemek għax sħabek qegħdin Malta bilvaganzi tibda tħossha wkoll! 359


Mhux darba smajna lil xi ħadd li mar għal ftit jiem ta’ esperjenza fil-missjoni u lura d-dar jgħid: “Spiċċajt ħadt aktar milli tajt!” Filwaqt li din aktarx tkun esperjenza sinċiera, jista’ jkun li esperjenza bħal din, minflok tiftaħna aktar biex niddedikaw ruħna għall-oħrajn, tagħlaqna fina nfusna u tħallina nikkuntentaw bit-trailer. Bla dubju, li kuljum tikkonferma l-għażla biex twettaq il-missjoni li int imsejjaħ għaliha jitlob talb u sagrifiċċju. Jispirawni l-kliem ta’ Pawlu lill-presbiteri ta’ Efesu: “Bit-taħbit jeħtieġ li tgħinu liddgħajfin.” (Atti 20, 35) Interessanti li Dun Ġorġ fil-Karta Manwali dwar l-ispirtu tas-Soċju Museumin ma talabniex biss biex “nitolbu lil Sid il-ħsad” iżda biex ukoll “nistiednu żgħażagħ adatti” u fuq kollox “noffru sagrifiċċji għal dan l-iskop 360

bit-tgħakkis tagħna nfusna”. U San Injazju kien jgħid: “Itlob daqslikieku jiddependi kollox minn Alla, u aħdem daqslikieku jiddependi kollox minnek.”

L-isqof awtur tal-Via Crucis ta’ Ruma 2015 jagħmel il-mistoqsija: “Kif nistgħu nkunu Nsara bierda meta l-imħabba ta’ Ġesù hi misteru ta’ nar iħeġġeg?” Kultant nirrifletti u nsaqsi lili nnifsi: “Minħabba f’Ġesù għażilt li nitlaq minn pajjiżi u nirrinunzja milli nifforma familja. Għaliex mela nsibha bi tqila biex ninfatam mill-kumditajiet li jixhdu kontra l-faqar li nipproponi? Għaliex għadni nfittex tip ta’ mistrieħ li ma jkabbarx fija x-xewqa li naqdi b’ġenerożità?” (Papa Franġisku, Vespri mar-Religjużi, Katidral ta’ St. Patrick, New York, 24 ta’ Settembru 2015) Kif qed inkun ilbniedem fertili kif jixtieqni Ġesù (u


kif regolarment jistedinna l-Papa Franġisku bil-kliem essere fecondi) meta għażilt li ma jkollix tfal u m’iniex ningħata bis-sħiħ għasservizz tal-oħrajn? Fejn marritli t-tbissima li skont Mother Teresa hi l-bidu tal-imħabba? Fejn huma l-entużjażmu u d-dedikazzjoni biex nipprepara l-lezzjoni u norganizza l-logħob biex bħal Pietru u Ġwanni nistqarr li ma “nistgħux ma nitkellmux”? (Atti 4, 20) Għaliex minkejja li naf li qiegħed fuq missjoni nibqa’ naħli tant ħin fuq l-internet, is-safar u l-gadgets li nixtri? Jista’ jkun li qed naqta’ qalbi? Forsi m’għadnix den li nkun “xhud tal-qawmien tiegħu mill-imwiet” (Atti 1, 22) u hekk “ma jistħoqqlix il-ħajja ta’ dejjem”? (Atti 13, 46) Itolbu għalija biex ma

ninsa qatt il-kliem: “Min iħobb lil ħajtu jitlifha; u min jobgħod lil ħajtu f’din id-dinja jżommha għall-ħajja ta’ dejjem.” (Ġw 12, 25) Ma setax ma jolqotnix il-kliem talPapa Franġisku fil-laqgħa li kellu maż-żgħażagħ fl-Università ta’ Manila fil-Filippini, meta saħaq li ma jridx żgħażagħ-mużewijiet, jiġifieri żgħażagħ mgħallma iżda li ma jafux iħobbu. Ejjew inħobbu lil Alla iżda wkoll “inħallu lil Alla jħobbna” permezz tal-missjoni li għoġbu jagħtina. (Omelija filKappella ta’ Santa Marta, 7 ta’ Ġunju 2013) Ejjew ma nibżgħux mis-sorpriżi tiegħu, għax kif “San Franġisk telaq kollox” u ma ħa l-ebda kaxxa miegħu, hekk ukoll aħna, bħal San Franġisk, nistgħu naslu ħdejh “b’qalbna mimlija”! ⧀ Rainer Bezzina

361


Eucharistein, Wied ta’ Grazzja

J

Spiritwalità mill-Ewropa

ismu Jérémie. Swor Nadia-Marie, li tmexxi d-Dar Ġenerali tal-Fraternità Eucharistein li qiegħda f’Epinassey, villaġġ maġenb għolja ftit kilometri ’l bogħod mix-xmara Léman, fl-Iżvizzera, bl-attenzjoni li tagħti lil Jérémie tagħti xhieda ta’ dak li temmen u tal-ideal li ddedikat ħajjitha għalih. Hija tmur tara lil Jérémie regolarment fl-isptar psikjatriku fejn kultant jgħaddi xi ġranet għall-kura. Jérémie hu żagħżugħ fittletinijiet tiegħu li fl-aħħar sena kien milqugħ mill-Fraternità Eucharistein. Huwa jbati minn skiżofrenija li hija diżordni filmoħħ li ġġib immaġinazzjonijiet, ħsibijiet u mġibiet strambi, u delużjoni. L-iskiżofreniku jisma’ vuċijiet u jara dehriet li jeżistu biss fl-immaġinazzjoni tiegħu.

362

Dan iż-żagħżugħ ibati wkoll minn bipolarità. Din hi diżordni oħra karatterizzata minn burdati estremi u perijodi ta’ dipressjoni. Il-bipolari jgħaddi minn burdati ta’ ferħ kbir u sentimenti ta’ “kollox sew” għal perijodi ta’ dipressjoni profonda. Madankollu jimpressjona bit-tbissima kbira u sabiħa tiegħu. Dan hu kuntrast li


jiskantak minħabba l-kundizzjoni tiegħu. Qabel ma ngħaqad malkomunità Jérémie kien jaħdem bħala kok. “Kont sejjer tajjeb,” jgħid Jérémie. “Kelli r-ristorant tiegħi, kelli l-ħbieb u kont għaddej ħajja normali. Imbagħad il-marda daħlet ’il ġewwa, u hemm beda l-infern.” L-infern tiegħu dam xi snin sakemm triqtu wasslitu f’Eucharistein. Issa jistqarr: “Jien ferħan ħafna. Nirringrazzja lil Alla kuljum għall-marda tiegħi, għax mingħajrha ma kontx niltaqa’ ma’ Ġesù.”

Il-Fundatur ta’ Eucharistein Fir-razzett tal-Fraternità, kmieni waranofsinhar, Patri Nicolas Buttet, il-fundatur u moderatur - figura kariżmatika ta’ din ilkomunità żagħżugħa - jieqaf biex jieħu ftit mistrieħ billi jedha mal-annimali tar-razzett. Jgħid li “l-Ewkaristija hi r-rimedju għal żewġ tentazzjonijiet tal-lum: is-suppervja u d-disperazzjoni. Meta wieħed jadura lil Ġesù flEwkaristija ma jistax fl-istess ħin ma jkunx milqut mill-umiltà ta’ Alla u ma jkunx assigurat millpreżenza tiegħu.” Patri Buttet iqum iktar kmieni mill-bqija talkomunità biex jagħmel ħin twil ta’ adorazzjoni. “Kif illesti mit-talb, ma jkolli xejn x’nagħmel ħlief li nħalli l-ġurnata għaddejja.”

363


Patri Buttet hu avukat u kien deputat fil-Parlament Żvizzeru. Wara konverżjoni diffiċli mar għal xi snin fl-eremitaġġ. “Hemmhekk għamilt esperjenza fundamentali, dik li nħalli lili nnifsi nintelaq spiritwalment f’Alla. Meta ħallejt kollox għal Kristu - il-karriera, il-ħbieb, il-familja, is-sigurtajiet qarrieqa tiegħi - b’xi mod għereqt f’Alla, bħal wieħed li jaqbeż filvojt, u kif għamilt din il-qabża sibt il-ferħ veru, il-ferħ tal-preżenza ta’ Alla, il-ferħ tal-imħabba tiegħu bla qies għalija.” Kienet esperjenza li wara Patri Buttet ma waqafx milli jaqsamha mal-oħrajn. U hekk bdiet ilFraternità Eucharistein. Jum minnhom waħda mara resqet ħdejn l-eremitaġġ, telgħet fuq l-għolja u kienet se tneħħi ħajjitha. “Ma stajtx inżommha,” jgħid Patri Buttet. “Għedtilha biss biex tgħaddi xi ġranet quddiem dak li jiena nemmen li hu Kristu rxuxtat, quddiem Ġesù Ewkaristija. Iżżagħżugħa aċċettat u m’għamlitx dak li kienet se tagħmel. F’dawk il-jiem iltaqgħet ma’ Ġesù.”

364

L-Eucharistein Illum Minkejja li l-bidu tagħha hu riċenti, fl-1996, il-Fraternità Eucharistein għandha erbat idjar (Epinassey u Bourguillon, fl-Iżvizzra, Château Rima u Sant-Jeoire, fi Franza)


u madwar 40 patri u soru li jgħixu s-sempliċità tal-Vanġelu u l-abbandun fil-providenza fi spirtu Franġiskan. Fid-djar Eucharistein joqogħdu nisa u rġiel ikkonsagrati u persuni li jkunu milqugħin fiddjar tal-komunità għal żmien ta’ mistrieħ u riabilitazzjoni.

Dawn tal-aħħar ikunu għaddew minn ħafna provi, bħalma huma d-dipressjoni gravi, mard ieħor psikjatriku, l-alkoħoliżmu u l-vizzju tad-droga. Christine, mara ta’ 40 sena, waslet f’Eucharistein fl-2012 bi tliet problemi. Kellha dipendenza fuq l-alkoħol hekk li meta ngħaqdet mal-Fraternità kellha bidu diffiċli - ħarbiet mid-dar u vjolenza kontra l-patrijiet u s-sorijiet. Imbagħad bil-mod il-mod sabet il-paċi. “L-ewwelnett,” tirrakkonta Christine, “dak li laqatni kien li sibt nies li jifhmuni. Hawn mhux biss ċentru fejn tista’ tfiq minn dak li jkun qed ikissrek, imma wkoll dar fejn tħossok milqugħa u maħbuba. Hawn verament jieħdu ħsiebek u l-ambjent hu familjari ħafna. Il-mod ta’ mħabba li juruk mal-merħba, il-preżenza mingħajr kundizzjonijiet tal-patrijiet u s-sorijiet, il-kura psikoloġika u l-mediċini li jkollok bżonn, huma l-ingredjenti tar-riċetta talkomunità.”

Ir-Riċetta ta’ Eucharistein Swor Nadia-Marie tgħid li din ir-riċetta tinkludi l-imħabba fraterna, ix-xogħol manwali u t-talb: “Kull min nilqgħu hu mistenni li jieħu sehem f’din irriċetta. Jekk jaċċettaw li jieħdu din l-okkażjoni, kollox isir possibbli għalihom. Aħna m’aħniex ħlief il-kawża sekondarja; il-kawża primarja hu Alla. U l-istat li fih dawn in-nies jaslu għandna b’xi mod isir opportunità ta’ grazzja għalihom, għax huma ma jistgħux jagħmlu ħaġa oħra ħlief li jerfgħu l-għajta tagħhom lejn is-sema... u Alla jweġibhom.”

Għal ħin twil f’kull lejla l-patrijiet u s-sorijiet jinġabru quddiem is-Sagrament espost filkappella. Iċ-ċentru u l-ħajja talkomunità hu t-talb, għax l-istess komunità temmen li r-rimedju hu fl-adorazzjoni perpetwa talEwkaristija, is-sagrament talimħabba, li minnu tiġi kull grazzja. Wara t-talb il-patrijiet u s-sorijiet imorru lura fil-kamra tagħhom biex jorqdu l-bqija tal-lejl. U l-għada jkunu jistgħu jqabblu l-kwalità ta’ relazzjoni tagħhom ma’ Kristu adurat fis-Sagrament Imqaddes mal-attitudni li se juru mal-persuni li jkunu milqugħin filkomunità Eucharistein. ⧀ Joe Galea 365


Tgħid ix-Xjenza Qed Tiskopri lil Alla? It-Tieni Parti

F

Teoloġija

it-tieni parti ta’ dan l-artiklu ser inkomplu naraw xi skoperti xjentifiċi oħra li komplew isiru matul dawn l-aħħar snin. Dawn urew kemm ilħolqien huwa kumpless u għaldaqstant huwa evidenti l-pjan perfett li bih sar. Dan kollu b’xi mod jista’ jwassal għall-għarfien tas-sehem indispensabbli li kellu Alla.

DNA: Il-Lingwaġġ tal-Ħajja Il-bijoloġi molekulari skoprew pjan kumpless u intrikat fid-dinja mikroskopika tad-DNA. Fis-seklu l-ieħor ix-xjenzjati skoprew dik il-molekula ċkejkna msejħa DNA li hi l-‘moħħ’ wara kull ċellula talġisem tagħna u ta’ kull ħaġa ħajja. Aktar ma jiskopru dwarha, aktar qegħdin jibqgħu mbellhin bilgħaġeb tagħha.

366

Xjenzjati bħal Richard Dawkins, li jżommu li d-dinja materjali hi dak kollu li jeżisti (materjalisti), jargumentaw li d-DNA żviluppat b’mod naturali bla ma kien hemm il-ħtieġa ta’ Ħallieq. Imma nafu li anke l-aktar evoluzzjonisti ħorox jammettu li l-oriġini tad-DNA bilkumplessità kollha tagħha ma jistax jiġi spjegat. Mhux ta’ jdejna!


Wieħed minn dawk li skoprew id-DNA, Francis Crick, jemmen li din ma setgħetx toriġina fiddinja b’mod naturali. Crick, evoluzzjonista li jemmen li l-ħajja hi wisq kumplikata biex kellha l-oriġini tagħha fid-dinja u li għalhekk ġiet mill-ispazju, kiteb hekk: “Min hu onest, armat bittagħrif li għandna issa, jista’ jgħid biss li, f’ċertu sens, fil-preżent l-oriġini tal-ħajja hu kważi miraklu, meta tqis kemm kundizzjonijiet kellhom jiġu sodisfatti biex tkun tista’ teżisti.” Il-kodifikar wara d-DNA jikxef intelliġenza li tgħaġġeb l-immaġinazzjoni. Id-DNA daqs ras ta’ labra tiġbor fiha informazzjoni ekwivalenti għall-munzell karti miġbura f’kotba li jdawru d-dinja għall-5,000 darba. U d-DNA tiffunzjona b’lingwaġġ ta’ software kumpless għall-aħħar. Il-fundatur tal-Microsoft Bill Gates qal li s-software tad-DNA hu “bil-wisq aktar kumpless minn kull software ieħor li aħna qatt żviluppajna”.

Dawkins u materjalisti oħra jemmnu din il-kumplessità żviluppat permezz ta’ selezzjoni naturali. Imma, kif jirrimarka Crick, is-selezzjoni naturali qatt ma setgħet tipproduċi l-ewwel molekula. Ħafna xjenzjati jsostnu li l-kodifikar tal-molekula tadDNA jipponta lejn intelliġenza li

tisboq bil-wisq dak kollu li seta’ seħħ b’kawżi naturali.

Fis-seklu 21 l-ateu magħruf Anthony Flew waqaf ħesrem mill-ateizmu tiegħu meta studja l-intelliġenza wara d-DNA: “Ilkumplessità enormi li biha seħħew dawn ir-riżultati (dwar id-DNA) jidhru għalija bħala xogħol l-intelliġenza… Jidhirli li l-iskoperti f’ħamsin sena dwar id-DNA waslu f’punt li jindikaw argument qawwi dwar l-eżistenza ta’ pjan.” Kumbinazzjoni jew Miraklu? Imma l-ħolqien ma setax ġie b’kumbinazzjoni? Li tgħid li l-ħajja umana hi possibbli minn big bang tkun tisfida l-liġijiet tal-probabbilità. Xi ħadd qabbel il-possibilità li l-ħolqien bilkumplessità bla tarf tiegħu sar b’kumbinazzjoni ma’ tifel li jxerred miljuni ta’ ittri u b’‘kumbinazzjoni’ jiffurmaw l-Enċiklopedija Brittanika. L-impossibbli ma jistax iseħħ jekk mhux permezz ta’ Moħħ Superjuri. Dan kollu wassal lill-astronomu anjostiku George Greenstein jistaqsi: “Hu possibbli li f’daqqa waħda, bla ma ridna, ħbatna ma’ prova xjentifika dwar l-eżistenza ta’ Esseri Suprem?” Jastrow, li diġà semmejna, jispjega għaliex ċerti xjenzjati mhumiex komdi li jammettu Ħallieq 367


traxxendenti meta jgħid: “Ixxjenza hi bħal reliġjon; il-bniedem (xjenzjat) jemmen li fl-univers hemm ordni u armonija. Dan ittwemmin tax-xjenzjat (ateu) hu mheżżeż mill-iskoperta li d-dinja kellha bidu taħt kundizzjonijiet fejn il-liġijiet tal-fiżika mhumiex validi u li bħala prodott talqawwiet u ċ-ċirkustanzi ma nistgħux niskopru. Hawn ixxjenzat jitlef il-kontroll. … Wieħed jifhem għala xjenzjati bħal Greenstein u Hawking ifittxu l-ispjegazzjonijiet tagħhom flok jattribwixxu l-univers tal-għaġeb lil Ħallieq.” Waqt li nies bħal Hawking għadhom ifittxu spjegazzjonijiet xjentifiċi għall-oriġini tal-univers, ħafna xjenzjati, fosthom anjostiċi, ammettew li l-evidenza favur l-eżistenza ta’ Ħallieq tissupera kull ħila umana. Ix-xjenzjat Hoyle jikteb: “Interpretazzjoni li ġejja mis-sens komun tissuġġerixxi li xi Intellett Superjuri qed ‘jilgħab’ bil-fiżika, kif ukoll bil-kemistrija u l-bijoloġija, u li m’hemmx qawwiet għomja fin-natura li ta’ min jitkellem dwarhom.” Il-qawwiet tan-natura huma intelliġenti.

Għalkemm Einstein ma kienx bniedem reliġjuż u ma kienx jemmen f’Alla personali, hu ddeskriva l-ġenju wara l-univers bħala “intelliġenza hekk 368

superjuri li, imqabbla magħha, irriflessjoni u l-azzjoni sistematika tal-bnedmin hi għalkollox insinifikanti.” U l-ateu Christopher Hitchens, li qatta’ l-biċċa l-kbira ta’ ħajtu jikteb u jiddibatti kontra Alla, ħassu mifxul għalkollox quddiem il-fatt li l-ħajja ma kinitx tkun possibbli li kieku l-affarijiet kellhom “ivarjaw bi grad jew xagħra waħda”.

Il-fiżiku Ingliż Paul Davies jgħid hekk: “Għalija hemm evidenza qawwija li wara dan kollu (ilħolqien) hemm xi ħaġa. Jidher li hemm xi ħadd wara l-univers. L-evidenza ta’ pjan hi suprema għalkollox.” Il-Marki tas-Swaba’ ta’ Ħallieq Wara dan li għedna nistgħu nżommu li x-xjenzjati huma konvinti li fil-ħolqien hemm issinjali tas-swaba’ ta’ Ħallieq? Ħafna xjenzjati għadhom jaqilgħu ’l barra lil Alla mill-ħolqien, imma jidher li l-biċċa l-kbira qed jammettu l-implikazzjonijiet reliġjużi taliskoperti dwar il-ħolqien. Fil-ktieb The Grand Design l-ateu Stephen Hawking jipprova jispjega li l-univers m’għandux bżonn ta’ Alla. Imma ffaċċjat b’evidenza hekk qawwija, kellu jammetti: “Għal dan kollu hemm riperkussjonijiet reliġjużi. Imma naħseb li l-biċċa


l-kbira tax-xjenzjati jistħu jitkellmu fuq l-aspett reliġjuż.” Almenu kien onest!

Bħala anjostiku Jastrow m’għandux aġenda Nisranija wara l-konklużjonijiet tiegħu. B’danakollu hu liberament jammetti li hemm każ ta’ Ħallieq, każ li jġiegħlek taħseb. Jastrow jikteb dwar ix-xokk u d-disperazzjoni li kellhom iġarrbu xjenzjati li kienu jaqilgħu lil Alla ’l barra mid-dinja tagħhom. Jikteb: “Għal xjenzjat li għex bit-twemmin tiegħu fil-qawwa tar-raġuni, l-istorja ntemmet qisha ħolma kerha. Hu qabeż il-muntanji tal-injoranza; kien wasal biex jikkonkwista l-ogħla quċċata. Imma hekk kif wasal biex jissupera l-aħħar blata, hemm iltaqa’ ma’ ċorma teoloġi li kienu ilhom bilqiegħda hemm għal sekli sħiħ.” Tajba din!

Arthur L. Schawlow, professur tal-fiżika fl-università ta’ Stanford u rebbieħ tan-Nobel Prize għall-

fiżika, quddiem skoperti ġodda dwar il-ħolqien jikteb hekk: “Jidhirli li meta dak li jkun jiġi kkonfrontat bil-meravilji talħajja u tal-univers għandu jistaqsi mhux ‘għaliex’ imma ‘kif’. L-uniċi tweġibiet possibbli huma reliġjużi…Nara l-ħtieġa ta’ Alla flunivers u fil-ħajja tiegħi.”

Schawlow hawnhekk mhux biss qed jitkellem minn Ħallieq imma wkoll minn Alla personali. U jekk Alla tana l-ħila li nikkomunikaw, ma jkollniex nippretendu li Hu jikkomunika magħna waqt li jgħarrafna għaliex ninsabu hawn? Fil-fatt hekk għamel fil-Persuna unika ta’ Ġesù Kristu. San Pawl jispjega: “Hu x-xbieha ta’ Alla li ma jidhirx, il-kbir fost il-ħlejjaq kollha; għax fih kien maħluq kollox, fissema u fl-art, dak kollu li jidher u dak kollu li ma jidhirx… Kollox bih u għalih kien maħluq, hu li hu qabel kollox, u kollox fih qiegħed iżomm… Hekk Alla għoġbu li tgħammar fih il-milja kollha.” (Kol 1, 15-19) ⧀ Joe Camilleri

369


Albert Schweitzer 140 Sena minn Twelidu u 50 Sena minn Mewtu

“J

Anniversarji

iena wkoll darba kont naħseb li jiena xi intellettwali imma sibt li din kienet ħaġa wisq improbabbli.” Din ir-rimarka saret minn Albert Schweitzer lil persuna li rrifjutat tagħmel xi ħidma li fl-opinjoni tagħha kienet tbaxxiha minħabba li kienet tqis lilha nfisha intellettwali. Fil-fatt Albert mhux biss kien intellettwali iżda wkoll teologu, filosfu, kittieb, mużiċista, kirurgu u anke missjunarju. Huwa twieled minn Adele Schillinger u Louis Theophile Schweitzer, Pastor Evanġeliku Luteran, fl-14 ta’ Jannar 1875 f’Alsace-Lorraine, dak iż-żmien parti mill-Imperu Ġermaniż.

Il-parroċċa ta’ Gunsbach (Alsace) kienet maqsuma bejn il-Protestanti u l-Kattoliċi u għalhekk Albert trabba f’ambjent ta’ tolleranza reliġjuża u emmen bis-sħiħ li l-veru Kristjaneżmu għandu jaħdem dejjem għall-unità fil-fidi u l-ħsieb.

Imħabba għall-Mużika Miċ-ċokon wera mħabba kbira għall-mużika, speċjalment għallorgni. Jingħad li darba daqq l-orgni 370

fil-knisja tar-raħal meta kellu biss 9 snin minħabba li l-organista ma setax ikun preżenti. Ta’ għaxar snin beda jistudja l-orgni bisserjetà taħt diversi surmastrijiet li nisslu fih apprezzament u entużjażmu kbir għall-mużika ta’ Richard Wagner u aktar u aktar ta’ Johann Sebastian Bach. Fl1905 flimkien ma’ sitt mużiċisti oħra waqqaf il-Paris Bach Society, kor dedikat biss għall-mużika ta’ dan il-kompożitur. Kellu wkoll


imħabba kbira kemm għarrestawr kif ukoll għas-sengħa talbini tal-orgnijiet. Fil-fatt fl-1906 ppubblika librett bl-isem The Art of Organ Building and Organ Playing in Germany and France, liema librett kellu jinfluwenza t-tfassil tar-regolamenti internazzjonali li jirregolaw il-bini tal-orgnijiet. Qabel ma telaq lejn il-missjoni ta’ Lambaréné fl-1913 kien mogħti pjanu jaħdem bil-pedali, mibni apposta għall-ambjent tropikali u li baqa’ jintuża sal-1946.

Teologu Fl-1899 Albert sar djaknu filKnisja ta’ San Nikola fi Strasbourg. Fl-1900 ħa l-liċenzjat fit-Teoloġija u sar kurat. Is-sena ta’ wara laħaq prinċipal tal-Kulleġġ Teoloġiku ta’ San Tumas. Fl1906 ppubblika L-istorja talĦajja ta’ Ġesù – Riċerka. Hu wera li l-idea ta’ min hu Kristu nbidlet matul iż-żminijiet, kif jidher millopinjonijiet u l-interpretazzjoni ta’ diversi awturi. Kien iżomm mal-opinjoni li l-ħajja ta’ Ġesù trid

tkun interpretata fid-dawl talkonvinzjonijiet ta’ Kristu li kienu jirriflettu l-eskatoloġija Lhudija. Minħabba dawn il-kitbiet u oħrajn li ġew wara, Schweitzer beda jitqies bħala teologu ftit jew wisq kontroversjali.

Tabib bi Skop Fl-1905, meta kellu 30 sena, Schweitzer il-mużiċista u l-ħassieb ħass sejħa speċjali li jwieġeb għattalba tas-Socjetà tal-Missjonijiet Evanġeliċi ta’ Pariġi li kienet qed tfittex is-servizz ta’ tabib. Iżda minħabba t-twemmin Luteran tiegħu t-talba tiegħu ġiet miċħuda. Seta’ kieku ried jingħaqad malMissjoni Evanġelika Ġermaniża imma xtaq aktar jingħaqad ma’ dik Franċiża, ukoll jekk kien hemm xi diffikultajiet dottrinali. Minkejja l-oppożizzjoni talfamiljari, ħbieb u kollegi, huwa rriżenja mill-pożizzjoni li kellu u daħal l-Università għal kors ta’ tliet snin fil-Mediċina, suġġett li qatt ma kien wera ħajra għalih qabel. Kien qed ifassal f’moħħu

371


li jwassal l-Evanġelju mhux bittagħlim teoloġiku imma billi jaqdi lill-proxxmu marid, ħaġa li ebda denominazzjoni Nisranija ma setgħet tirrifjuta. Wara ħidma perseveranti temm l-istudji tiegħu fl-1911. It-teżi tal-grad mediku kienet ukoll dwar Ġesù bħala persunaġġ storiku, bit-titlu L-Istudju Psikjatriku ta’ Ġesù. Fl-1912 iżżewweġ lil Helene Bresslau, bint l-istoriku Lhudi Ġermaniż Harry Bresslau.

Lejn Ħidma Missjunarja Hekk kif iggradwa u ħa l-istat tiegħu, għamel proposta formali mill-ġdid lis-Soċjetà Missjunarja ta’ Pariġi biex jaħdem bi spejjeż tiegħu f’Lambaréné fuq ix-Xmara Ogooué, f’Gabon, fl-Afrika. Wara li kumitat maħtur apposta studja t-talba tiegħu fl-isfond tat-tagħlim li hu kien iħaddan, ingħata l-permess meħtieġ u mill-ewwel beda jorganizza l-ġbir ta’ fondi biex jibni sptar żgħir. Ftit wara, fl-1913, beda l-bini ta’ Albert Schweitzer Hospital qrib stazzjon missjunarju eżistenti, madwar 200 mil ’il fuq mix-xmara Ogooué f’Cape Lopez, fit-triq li tagħti għal Lambaréné. Fl-ewwel disa’ xhur hu u martu kkuraw madwar 2000 pazjent li xi wħud minnhom kellhom jivvjaġġaw mijiet ta’ kilometri biex jaslu l-isptar. Barra korrimenti, Albert sab ma’ wiċċu kull xorta ta’ mard tropikali u infettiv, kif ukoll 372

kankri, avvelenamenti, mard talqalb u anke biża’ ta’ kannibaliżmu fost xi tribujiet. Martu Helene kienet anestetista u kienet tassistih ukoll fl-operazzjonijiet. L-ewwel sptar bnewh bil-pjanċi tal-ħadid ikkorrugat u kien fih żewġ kmamar ta’ 13-il pied għall-operazzjonijiet u l-konsulenza, spiżerija, kamra għall-isterilizzazzjoni u dormitorju mdaqqas. Il-koppja Schweitzer kienet toqgħod f’bungalow u kellha l-għajnuna ta’ Joseph Mpongwe, l-ewwel pazjent li ġie kkurat fl-isptar.

Meta faqqgħet l-Ewwel Gwerra Dinjija fl-1914, Albert u martu li kienu t-tnejn ta’ nisel Ġermaniż bdew jiġu sorveljati mill-qrib mill-militar Franċiż f’ Lambaréné, għalkemm tħallew ikomplu bixxogħol tagħhom. Għajjenin wara aktar minn erba’ snin xogħol u jsofru minn ċertu mard tropikali, fl-1917 ittieħdu Bordeaux u kienu internati l-ewwel f’Garaison u mbagħad f’Marzu 1918 f’Saint Remy-de-Provence. Lura f'Gabon F’Lulju 1918 Albert intbagħat f’Alsace fejn huwa kiseb il-libertà. F’dan iż-żmien, għalkemm ta’ nisel Ġermaniż, huwa ngħata ċ-ċittadinanza Franċiża. Bejn l-1918 u l-1920 kompla jaħdem fuq il-proġett Il-Filosofija taċĊiviltà li kien ilu jaħdem fuqu sa


mill-1900. Hekk kif ħa saħħtu mill-ġdid beda jiġbor aktar fondi biex ikun jista’ jerġa’ lura lejn Gabon. Fil-fatt irritorna iżda mingħajr martu Helene billi din kellha tarbija u ma kinetx tiflaħ. Miegħu ħa lil Noel Gillespie bħala assistent. Meta wasal sab telqa u rovina sħiħa, imma ma qatax qalbu u reġa’ beda l-ħidma tiegħu. Fl-1924 l-istaff mediku żdied b’nurse u tabib. Ftit ftit l-isptar beda jitkabbar bl-għajnuna tannies tal-post sakemm tista’ tgħid sar bħal villaġġ żgħir. L-isptar issa kellu tim mediku tajjeb u għalhekk fl-1927 Schweitzer seta’ jirritorna l-Ewropa. Sentejn wara reġa’ mar Gabon fejn qatta’ tliet snin oħra. Sadanittant kien beda jsir aktar magħruf madwar iddinja. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija rritorna f’ Lambaréné fejn kompla jaħdem sal-1948. Wara reġa’ lura l-Ewropa u baqa’ jivvjaġġa ’l hinn u ’l hawn sakemm seta’. Id-dar tiegħu f’Gunsbach baqgħet wisq għal qalbu u kien joqgħod fiha kull meta kien jinzerta hemm. Wara mewtu saret arkivju u mużew ta’ ħajtu u ħidmietu. Premju Nobel Fl-1952 rebaħ il-Premju Nobel għall-Paċi. Il-lecture tiegħu dwar “Il-Problema tal-Paċi” huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa diskorsi tiegħu. Mill-1952 sa mewtu ħadem qatigħ kontra 373


t-testijiet u l-armamenti nukleari flimkien ma’ Albert Einstein, Otto Hahn u Bertrand Russell. Fit-23 ta’ April tal-1957 għamel diskors memorabbli intitolat “Dikjarazzjoni tal-Kuxjenza” fejn appella għall-qerda tal-armamenti nukleari. Ftit ġimgħat qabel ma’ miet żaru ekwipaġġ Amerikan tal-films biex jiġbor tagħrif dwar il-ħidma tiegħu ta’ kuljum fl-isptar. Aktar tard Warner Brothers ipproduċew il-film The Legacy of Albert Schweitzer.

Schweitzer miet fl-4 ta’ Settembru 1965, proprju fl-isptar għażiż tiegħu ta’ Lambaréné fil-Gabon fejn jinsab midfun fuq ix-xatt taxXmara Ogooué.

Ir-Rispett lejn il-Ħajja Waħda mill-aktar kitbiet importanti ta’ Schweitzer hi dik li ġġib it-titlu Reverence for Life. Kien ispirat jikteb dwar din it-tema fl-1915 waqt li kien fuq vjaġġ ta’ 200 kilometru fuq vapur jaħdem bl-isteam. “Ħassejtni mnikket,” qal, “bl-ammont ta’ miżerja li rajt fid-dinja ta’ madwari.” Aktar tard stqarr: “Jiena l-ħajja li trid tgħix u neżisti f’nofs il-ħajja li trid tgħix.” Huwa jisħaq li r-rispett lejn ilħajja jwassal lill-individwu biex ikun ta’ servizz għan-nies l-oħra u għal kull kreatura li teżisti. Meta ħafna jirriflettu u jirrealizzaw dan, ir-rispett lejn il-ħajja ta’ ħaddieħor isir l-ogħla prinċipju tal-umanità. Ta’ min jgħid li l-aqwa kontribut li Albert Schweitzer ta lill-umanità kien it-teżi tiegħu dwar ir-rispett lejn il-ħajja u mhux it-twaqqif tal-isptar ta’ Lambaréné. Fil-fatt huwa kien jgħid li l-isptar kien frott ta’ din it-teżi. Kulħadd jista’ jkollu jew jesperjenza lLambaréné tiegħu! ⧀ Paul Aquilina

374


F

Annunciation

Il-Pittura tal-Faċċata

’dan il-kwadru naraw lil Marija wieqfa quddiem l-anġlu Gabrijel, tirċievi l-aħbar tat-twelid ta’ Ġesù. Daniel Bonnell, bl-istil partikulari tiegħu, jinterpreta b’mod sempliċi u effettiv il-konversazzjoni ta’ bejn Gabrijel u Marija. Ma kienx l-iskop tal-artist li sempliċiment jagħtina stampa ta’ dak li ġara, iżda li nesperjenzaw u nħossu l-kwalitajiet spiritwali ta’ Marija u l-mod misterjuż ta’ kif ħadem Alla. Il-kwadru jurina xena serena u kalma. Bonnell jakkwista dan l-effett permezz tal-kuluri li juża u l-poża ta’ Marija. Iktar minn hekk, imbagħad, din il-poża timmanifesta l-identità spiritwali tagħha. Tfajla liebsa lbies fqir, b’xahar immaljat, b’idejha dritti, predisposta li tisma’. Din il-qagħda ta’ Marija tfissrilna l-personalità tagħha: tfajla umli, sempliċi, kalma u kwieta. Anki l-anġlu Gabrijel jidher mimli entużjażmu għal din l-aħbar li triegħed l-infern. Il-misteru tal-Inkarnazzjoni huwa wkoll misteru għall-anġli: ħadd ma jista’ jikkonċepixxi l-kobor tal-imħabba ta’ Alla. Gabrijel jidher qed iħabbar u jispjega lix-xebba li kellha tkun omm il-Feddej tant mistenni. Nistħajlu qed jgħidilha: “Dan ikun kbir u jissemma Bin l-Ogħla u

jagħtih il-Mulej Alla t-tron ta’ David missieru u jsaltan fuq dar Ġakobb għal dejjem u saltnatu ma jkollhiex tmiem.” (Lq 1, 32-33)

Gabrijel bil-ġwienaħ kbar tiegħu jidher qisu ġgant ħdejn Marija. Din tidher wieqfa dritta, tisma’ attenta u tħares lejn l-anġlu. Qiegħda tirċievi l-missjoni tagħha u fl-istess ħin qiegħda tiskopri lilha nfisha. Hija konversazzjoni privata u sagra. L-ispazju bejn Marija u l-anġlu huwa spazju misterjuż. Marija tagħtina daharha - aħna biss spettaturi ta’ din ix-xena mistika u privileġġjata. Iżda minkejja dan xorta nistgħu nidħlu fl-istorja permezz tal-ħsieb tagħna. Il-wiċċ ta’ Marija ma jidhirx. L-artist iħalli f’idejna biex nimmaġinaw jew aħjar nimmeditaw lil wiċċha. Min jaf kif deher wiċċha? 375


F’din il-pittura Bonnell jilgħab logħba bid-dawl. Mill-anġlu ħiereġ dawl qawwi li jirrifletti fuq ilġwienaħ tiegħu. Marija tidher bħal silhouette; id-dell tagħha jaqa’ fuqna. Però dan id-dawl nistgħu wkoll ninterpretawh bħala l-istess “qawwa tal-Ogħla” li għattietha (Lq 1, 35).

‘Il-qawwa tal-Ogħla tgħattik’ Nimmaġina li Marija wkoll kienet tieħu l-qtajja’! Naħseb li kulħadd kien jieħu qatgħa u jitwerwer kieku kellu jidhirlu anġlu bħal dak quddiemu. Persważ li Marija, ta’ tfajla innoċenti li kienet, kellha xi ftit tferfir ta’ biża’ uman; fil-fatt l-anġlu qalilha: “La tibżax.” (Lq 1, 30)

L-anġli donnhom kienu mdorrijin jagħtu qtajja’ lin-nies għax kemm lil Żakkarija kif ukoll lir-ragħajja ta’ Betlehem l-ewwel kelma li qalulhom kienet biex ma jibżgħux. L-evanġelista jgħidilna li meta Żakkarija ra l-anġlu tħawwad u qabdu l-biża’. Ir-ragħajja ta’ Betlehem ukoll qabadhom biża’ kbir. Dan ma kienx biża’ uman biss, iżda biża’ li huwa effett taddnub. Wara li Adam u Eva kielu mis-siġra, Alla fittex u sejjaħ lil Adam u qallu: “Fejn int?” Wieġeb Adam: “Smajt il-ħoss tiegħek filġnien u bżajt, għax kont għarwien u nħbejt.” (Ġen 3, 9) Dan it-tip ta’ 376


biża’ l-Madonna ma kinetx taf xi jfisser. Marija ma kellhiex il-biża’ li ġej mid-dnub, għax hi kienet magħżula u mnissla mingħajr dnub.

Meta Pietru, Ġakbu u Ġwanni kienu fuq il-muntanja Tabor ma’ Ġesù, ‘sħaba kollha dawl għattiethom’ (Mt 17, 5) ‘u beżgħu xħin daħlu fis-sħaba’ (Lq 9, 34). Marija ma fehmitx, tħawdet u bdiet taħseb, imma ma beżgħetx. Ma esperjenzatx l-istess biża’ ta’ Adam, Żakkarija, l-Appostli, irragħajja u l-bqija. Bħall-Appostli fuq it-Tabor (meta għattiethom issħaba kollha dawl), lil Marija wkoll għattietha l-qawwa tal-Ogħla. Iżda, peress li ma kellhiex dnub u peress li niżel l-Ispirtu s-Santu fuqha, ma beżgħetx! Id-dawl qawwi li jidher fil-kwadru bejn Marija u l-anġlu jista’ jiġi interpretat bħala l-qawwa tal-Ogħla, li anki jiċċirkonda l-figura ta’ Marija permezz talkulur abjad. Fil-ġnien tal-Eden il-Mulej qal lisserp: “Mibegħda nqajjem bejnek u bejn il-mara, bejn nislek u nisilha. Hu jisħaqlek rasek, int u trid tħebb għal għarqubu.” (Ġen 3, 15) Alla ppermetta li tinħoloq stmeriija totali għall-ħazen. Marija hija l-mara magħżula bi privileġġ, sabiex mhux biss tkun il-mezz li bih jitwieled il-Feddej iżda l-ewwel tabernaklu ħaj, l-ewwel knisja

mistika. Permezz ta’ Marija l-Mulej jgħidilna għal darb’oħra li għal Alla m’hemm xejn li ma jistax ikun.

Aħbar ta’ Ferħ Iva, kienet aħbar ferm sabiħa u ta’ ferħ. Anki l-anġli kienu mimlijin eċċitament dakinhar li twieled Ġesù: “Għax, ara, sa nħabbrilkom ferħ kbir, li jkun għall-poplu kollu. Tweldilkom illum, fil-belt ta’ David, ħellies li hu l-Messija l-Mulej.” (Lq 2, 12)

Dan il-kwadru jġegħilna naħsbu fuq il-misteru tal-Inkarnazzjoni: Verbum Dei caro factum est. Għadha tnissel eċċitament, ferħ u entużjażmu din is-sentenza? Jew tħallina biss spettaturi ta’ kwadru ferm ’il bogħod minna? Id-dnub ma jħalliniex nemmnu tassew li aħna meħlusin, li Ġesù salvana u ħelisna mill-jasar tad-dnub u li qiegħed magħna. Id-dnub iħallina magħluqin u mbeżżgħin. Min jista’ jikkonvinċina li aħna meħlusin? It-tarbija Ġesù hija t-tama talumanità. Hija din it-tarbija li tifdi d-dinja u tagħtiha l-paċi. Ġiet fiddinja biex tħabbar lill-imjassrin il-ħelsien, lill-għomja d-dawl; biex tibgħat il-maħqurin meħlusa (Lq 4, 18). Iżda nafu li d-dinja ma għarfithiex din il-kelma, din issħaba mimlija dawl, anzi tħawdet u beżgħet. Bħal-Lhud ta’ Nazaret id-dinja qalet: “Dan mhux bin Ġużeppi?” U riedet toqtlu. 377


“Imma lil dawk li laqgħuha tathom is-setgħa li jsiru wlied Alla, dawk li emmnu f’ismu, dawk li mhux mid-demm u lanqas mir-rieda tal-ġisem u lanqas mir-rieda tal-bniedem, imma twieldu minn Alla.” (Ġw 1, 12-13)

Il-Mulej missierna wkoll jippermetti li nidħlu f’xi ‘sħaba’. Issħaba tista’ tkun dawk il-mumenti fejn ma tarax sens f’dak li tagħmel, fejn ma tarax riżultati, mumenti ta’ nixfa u bruda. Għall-kuntrarju ġieli tkun sħaba ta’ grazzja u ta’ dawl. Tkun xi tkun is-sħaba, jalla

378

nagħrfu dejjem il-preżenza ta’ Alla fiha u nirringrazzjawh kemm għall-ħwejjeġ sbieħ kif ukoll għal dawk penużi. Ma rridux inħallu l-biża’ tad-dnub jaħkimna. Jalla dan il-Milied ikun okkażjoni oħra fejn inkomplu nagħrfu lil Alla u lilna nfusna, Milied li jkompli jqawwina biex bħal Marija ngħixu l-fidi tagħna bil-kuraġġ u t-tama. Jalla nemmnu tassew li aħna lsiera meħlusin u mixtrijin bid-demm ta’ Kristu u għalhekk nitqanqlu bilferħ u t-tama meta niċċelebraw il-festa tal-Verbum Dei caro factum est. ⧀

Ivan Grixti


Il-Kors tal-Pellegrin Nisrani

F

Qrajt Ktieb tal-Fundatur

’Novembru ta’ sentejn ilu l-Papa Franġisku tana l-Evangelii Gaudium. Din l-Eżortazzjoni Appostolika tista’ sservi ta’ manwal għalina fis-Soċjetà, aħna li aħna direttament involuti fl-appostolat tal-evanġelizzazzjoni. Il-Papa Franġisku jħeġġiġna nibqgħu nħarsu lejn id-dinja ta’ madwarna millenti ta’ Kristu tal-Vanġelu, niskopru l-ferħ li hu biss jaf jagħti u nħallu dan il-ferħ imexxilna ħsibijietna, kliemna u għemilna, filwaqt li naqsmu l-Aħbar it-Tajba li hi Ġesù ma’ kull min niltaqgħu.

Mhix aġenda ħafifa, għax ilVanġelu skomdu u għal min jidħollu hemm riskju. Il-Vanġelu mhuwiex bedtime story book minn dawk li għall-ewwel jaqtgħulek nifsek u mbagħad wara ftit kollox isib postu. Taf iħallik bla nifs. IlVanġelu mhuwiex text-book bilproblemi vvintati fil-biċċa l-kbira tal-paġni u bit-tweġibiet annessi flaħħar. Anzi, jistiednek tilqa’ l-isfidi u temmen u tittama fl-Għalliem, għax għar-risposti jkun għadu kmieni. Il-Vanġelu ma ssibux fuq l-ixkafef qalb il-mijiet ta’ kotba self-help, moħħhom biex ifissdu u jkebbu lill-bniedem fit-tajjar li ma jmurx jingiref. Anzi, bil-maqlub, ilVanġelu ma jħallikx bi kwietek u jferik jekk tgħixu għax iqiegħdek

fil-kamp tal-battalja. Il-Vanġelu huwa stedina għal laqgħa ħajja mal-persuna ta’ Ġesù Kristu tul ħajjitna kollha, biex nimxu miegħu fejn jimxi hu, biex xibirna nkejluh fuq xibru.

Dun Ġorġ riedna nkunu ħbieb talVanġelu għax hu ssaħħar wara Kristu. Il-ħajja li għex u l-kitba li ħallielna huma xhieda biżżejjed. Fost dawn insibu l-ktieb Il-Kors talPellegrin Nisrani. Skont kif jikteb il-Fundatur innifsu fid-daħla, dan il-ktieb huwa stedina biex il-qarrej “jissieħeb f’dan il-pellegrinaġġ li għandna għall-eternità ma’ Ġesù Kristu...”. Għalkemm dawn il-meditazzjonijiet jistgħu jsiru waqt mumenti ta’ talb personali, 379


il-Fundatur jirrikkmanda li jsiru fi grupp. Il-pellegrin jagħmel kuraġġ meta jiftakar li waqt ilpellegrinaġġ ma jinsabx waħdu.

F’Il-Kors insibu aktar minn mitejn ‘Waqfa’ għall-meditazzjoni li fihom interrqu tul ħajjet Kristu, mit-tnissil tiegħu fil-ġuf ta’ ommu Marija sa fuq is-salib. Kull ‘Waqfa’ sservi biex, bħalma nagħmlu fl-Arloġġ Museumin jew fil-Mansjonijiet, inġibu quddiem għajnejna xi episodju minn ħajjet Kristu, xi personaġġ li ltaqa’ miegħu jew xi tagħlima. Wara pawsa, nitolbu talba qasira marbuta ma’ dak li nkunu rriflettejna fuqu fl-episodju. Hawn induru lejn Ġesù u b’mod mill-iktar personali nitolbuh il-grazzja li dak

380

li ngħaddu minnu aħna narawh kif jarah hu, mill-perspettiva tiegħu, filwaqt li nilbsu l-attitudnijiet tiegħu ta’ ubbidjenza, imħabba, kompassjoni u tant virtujiet oħra li dejjem żejnu għemilu.

Wara wieħed jitlob litanija qasira ta’ tifħir lil Ġesù. Din il-litanija tibda bil-Jesus Prayer tal-pellegrin Russu – “Ġesù Bin Alla, ħenn għalina” – u tagħlaq bil-Kyrie Eleison. Kull ‘Waqfa’ tintemm bi proponiment, ħaġa tipika tal-Fundatur, bħalma nsibu fiċ-Ċerimonja talMagħżulin u tal-Kandidati u flInkorporazzjoni, fil-Ktieb talQagħdat, fil-Kult lil Alla Tagħna u fil-Proponiment li jimmarka kull laqgħa tas-Soċji u l-Kandidati Museumini. Il-Fundatur ifakkarna


spiss li aħna ngħixu fid-dinja u li t-talb tagħna jeħtieġ isir ħaġa waħda mal-ħajja ta’ kuljum. Kull pjazza jew triq, kull fabbrika jew uffiċċju, kull dar jew Qasam ipoġġuna qalb in-nies, qalb il-ferħ u l-uġigħ tagħhom, fejn huma ma jistennew xejn iżjed ħlief li nifirħu magħhom jew infarrġuhom b’xi kelma jew inwegħduhom it-talb tagħna. Għall-pellegrin, kull pass u kull waqfa huma mument ta’ talb, pass ieħor ’il quddiem lejn il-post qaddis. Allura l-proponiment flaħħar jgħinna nwiegħdu lil Alla li dak li rriflettejna u tlabna dwaru issa mmorru ngħixuh.

F’Il-Kors jolqtuk l-influwenza tal-ispiritwalità Injazjana u dik Ortodossa fuq il-Fundatur. San Injazju kien majjistru fl-użu talimmaġinazzjoni waqt it-talb. L-Eżerċizzi Spiritwali huma eżempju klassiku, fejn diversi drabi wieħed huwa mistieden jikkontempla l-ħajja ta’ Ġesù filwaqt li fl-immaġinazzjoni jissieħeb ma’ dawk preżenti, jersaq qrib ta’ Ġesù u josservah, jisimgħu u jammirah. Tant ieħor f’Il-Kors fejn Dun Ġorġ kemm-il darba jistedinna, talanqas għal dawn il-mumenti ta’ talb, biex immorru lil hinn mill-istudju għoli tal-Iskrittura jew tat-Teoloġija u nintelqu u nimmaġinaw dak li għadda minnu s-Sinjur tagħna Ġesù meta kien

hawn fostna, “inġibu quddiem għajnejna” xi azzjoni tiegħu, xi persuna li ltaqgħet miegħu, jew nimmaġinawh “fuq il- katedra talgħerf tiegħu jgħallem”. L-użu tal-Jesus Prayer ifakkarna fil-ktieb tas-seklu dsatax dwar pellegrin Russu anonimu li, ispirat minn kliem San Pawl “Itolbu bla ma taqtgħu” (1 Tess 5, 18), kien jirrepeti eluf ta’ drabi din it-talba ta’ Bartimew l-agħma (Mk 10, 46-52) u tal-pubblikan (Lq 18, 9-14): “O Alla, ħenn għalija, għax jien midneb!” Fuq l-istess linja ta’ ħsieb, wara t-talba, il-litanija talMulej Ħniena mħollija fl-oriġinal Grieg – Kyrie Eleison – tħeġġiġna nduru spiss lejn Alla u nitolbuh iħenn għalina. Interessanti kif waqt dan ilpellegrinaġġ li l-Fundatur jistedinna nagħmlu jwaqqafna kemm-il darba. Kull meditazzjoni mill-ħajja ta’ Ġesù jsejħilha ‘Waqfa’. Forsi għax, daqskemm hu importanti għall-pellegrin li jimxi, daqshekk ieħor jiswielu li kultant jieqaf. Għall-pellegrin traskurat m’hemmx waqfiet, jimxi bl-addoċċ, jiġġebbed iżżejjed, jitgħabba wisq, jemmen iktar fih innifsu milli f’Dak li kollox ġej minnu. Dan jaf iwasslu biex ma jasalx fil-post qaddis u d-diżappunt ma jkunx żgħir. Min-naħa l-oħra l-pellegrin għaqli ma jħalli xejn ineħħilu minn 381


quddiem għajnejh il-post qaddis, l-għan aħħari li għalih huwa ħalla kollox warajh. Jaf li biex jasal irid jibqa’ moħħu hemm u, peress li jammetti l-limitazzjonijiet tiegħu, huwa umli biżżejjed biex jieqaf jistrieħ spiss, ħa jerġa’ jimtela binnifs, li ma jmurx jaqta’ qalbu u jieqaf nofs triq.

“Intom min tgħidu li jien?” staqsa darba Ġesù lid-dixxipli tiegħu. Kuljum, kull ħin, Ġesù jdur lejna u wieħed wieħed jistaqsina jekk nafuhx. Għax anki l-iktar pellegrin armat jaf jaqbad triq b’oħra, u m’hemmx sensazzjoni ikreh għal kull pellegrin daqs dik li jinduna li ntilef. Jekk lil Ġesù ma nsirux nafuh, mela x’kelma nkunu qed inwasslu u għal min inkunu qegħdin nixhdu? Jekk lillImgħallem nafuhx jiddependi biss mill-ħajja tagħna ta’ dixxipli u appostli u mill-intimità tagħna miegħu. F’dan il-ktieb il-Fundatur jippreżentalna l-Vanġelu, pass pass u waqfa waqfa, biex nimmeditawh u nitolbu permezz tiegħu, biex b’mod personali u allura anki bħala membri u Kandidati flimkien “joktor dejjem iżjed fina l-ispirtu ta’ Ġesù Kristu li mingħajru ħadd ma jista’ jkun ta’ Ġesù Kristu”. ⧀ Oliver Aquilina

382


Meta Jitlaq Kulħadd... (it-talba tal-anzjan/a) Pawlu Aquilina

P

Letteratura

awlu Aquilina kien poeta mill-aħjar li twieled is-Siġġiewi nhar it-28 ta’ Awwissu 1929 u miet fid-29 ta’ Jannar 2009. Huwa kien għalliem, kap ta’ skola u edukatur. Għal ħafna snin għallem il-Malti fil-Liċeo u nżid ngħid li l-Malti kien jafu bl-għeruq u x-xniexel. Il-ko-pajżan tiegħu Karmenu Vassallo ħalla miktub: “Pawlu Aquilina, poeta, hu kittieb mirqum li f’idejh ilMalti jimxi ħafif u ħieles, safi u sħiħ, mogħni bil-ħajr tas-sengħa.” Mill-banda l-oħra l-Professur Oliver Friggieri jiddeskrivi lil Aquilina hekk: “Hu poeta li ma jaħsadx, ... poeta li jfakkar. Il-laqgħa tiegħu mal-qarrejja/semmiegħa tistrieħ l-aktar fuq il-memorja u tixbah lit-taqlib tal-paġni ta’ album fejn kulħadd ifittex wiċċu bit-tama li jiskopri r-ruħ ukoll.” Pawlu Aquilina minbarra żewġ kotba ta’ poeżiji ppubblika wkoll ktieb voluminuż ġmielu f’sura ta’ ġabra ta’ proża fuq ir-raħal tas-Siġġiewi bl-isem Hawn Twieldet u Tibqa’ Tħabbat Qalbi. Il-poeżija Meta Jitlaq Kulħadd..., kif jixhed is-sotto-titlu, hija talba talanzjan/a lil Alla. Fil-letteratura ta’ kull pajjiż insibu poeżiji f’għamla ta’ talb. Fil-letteratura Maltija għandna ħafna poeżiji ta’ dan it-tip, l-aktar dawk li nkitbu sal-ewwel nofs tas-seklu għoxrin meta r-Reliġjon Nisranija kienet għadha iżjed qawwija fil-qalb u l-moħħ tal-poeti tagħna. Ta’ min ifakkar li l-Innu Malti miktub minn Dun Karm huwa talba lil Alla l-Missier mill-ulied biex iħares lill-Omm li hi Malta tagħna.

Il-poeżija ta’ Pawlu Aquilina fiha ħames strofi ta’ erba’ versi l-waħda, b’vers tal-ħdax u ieħor tas-sebgħa doppji. Il-kelmiet li jirrimaw jimxu fuq l-istess rima mill-bidu sal-aħħar. Il-ħsieb talpoeżija hu li l-anzjan (hawn blanzjan nifhem ukoll il-persuna tas-sess femminil kull darba) qiegħed jitlob lil Alla biex iħarsu u fl-istess ħin jirringrazzjah ta’ kulma għamel miegħu. 383


Fl-ewwel strofa wieħed jista’ jinnota l-ħsieb tas-solitudni fl-ewwel vers, l-aktar fil-frażi ‘u nibqa’ waħdi’. Din is-solitudni, iżda, mill-ewwel iddub billi l-anzjan jgħid li jħoss lil Alla riesaq lejh biex iwennsu, donnu lil Alla qiegħed iħossu jpoġġi idu fuq spalltu u joqgħod ħdejh. Ta’ min jiġbed l-attenzjoni li rridu naslu għat-tieni strofa biex nindunaw fiċċert li l-anzjan qiegħed jitkellem mal-Mulej; għalhekk l-ewwel strofa toħloq speċi ta’ suspens żgħir. It-tieni strofa tibda bil-frażi qawwija ‘U qalbi toħla’ għax tassew il-qalb issir ħelwa bil-ħsieb tal-preżenza ta’ Alla. L-anzjan iħoss ukoll ħsiebu jiddawwal bil-fidi li Alla qiegħed ħdejh u jħarsu u għalhekk donnu xejn iżjed ma jkiddu, la niket u lanqas uġigħ. Fir-raba’ vers ta’ din l-istrofa hemm it-tixbiha tad-dlam li jgħib minn quddiem għajnejh. Ilkelma ‘dlam’ qiegħda minflok ‘biża’ jew ħwejjeġ koroh’.

384

Fit-tielet strofa nsibu lill-anzjan jgħid li qiegħed jara lil Alla u jħossu maġenbu, ħwejjeġ dawn li jista’ jgħidhom biss min għandu l-fidi. Fl-istess strofa għandna t-talba tiegħu għall-maħfra taddnubiet ta’ ħajtu kollha.

Fir-raba’ strofa (proprjament tibda mill-aħħar vers tat-tielet strofa) hemm it-talba ta’ ringrazzjament għall-ħajja twila li silfu l-Mulej, għall-ġid kollu li għamel miegħu u għas-salib (mard, uġigħ, niket, eċċ) li dejjem għenu jerfa’. Dan il-ħsieb ifakkarna fit-talba li kitbilna Dun Ġorġ ‘X’jitlob is-serv ta’ Alla wara t-Tqarbin’ li fiha nitolbu lil Alla jagħtina l-grazzja biex nirringrazzjawh fuq kulma jiġi fuqna, ‘sija ħwejjeġ prosperi kemm ukoll penużi, għax kollox jiġi minnek’.


Il-ħames strofa tkompli malħsieb tal-istrofa ta’ qabilha b’ringrazzjament ieħor li Alla qatt ma nesa lill-anzjan u bl-aħħar talba li jixtieq li jmut bir-ruħ tiegħu mgħannqa f’dirgħajn il-Mulej Alla li jkun jistennieh biex jilqgħu għal dejjem fl-għamara tiegħu.

Ta’ min isemmi li t-tmiem ta’ din il-poeżija tfakkar lil min jaqraha f’żewġ poeżiji oħrajn li kiteb Pawlu Aquilina (it-tnejn miktubin meta l-poeta kien diġà mdaħħal sewwa fiż-żmien u għalhekk ftit jew wisq kien diġà qiegħed jifhem li, kif ngħidu, jkollu jwelli minn din id-dinja, iżjed kmieni milli tard). Dawn iż-żewġ poeżiji huma żewġ talbiet oħra ħerġin mill-qalb mimlija fidi tal-poeta anzjan u jisimhom Agħtini Fanal Jixgħel u Xħin Jintefa l-Musbieħ li fihom din id-darba ma jissemmiex espressament Alla, għalkemm mill-qari wieħed malajr jinduna

li huma indirizzati lill-Mulej. Minkejja li miktubin bil-vers talħdax mingħajr rima huma t-tnejn sbieħ tassew.

F’Agħtini Fanal Jixgħel Pawlu Aquilina jikteb bħala għeluq: ‘nasal / ... bla biża’ u bi tbissima / bid-dawl tal-fanal jixgħel li tagħtini; / li jwassalni sa ħdejk fejn irrid nasal.’ Fil-poeżija l-oħra Xħin Jintefa l-Musbieħ il-Poeta Aquilina jagħlaq b’dawn il-versi: ‘xejn ma jbeżżagħni / għax naf u nemmen li tnewwilli idek / biex naqbad magħha wara l-kantuniera, / xħin jintefa l-musbieħ li tajtni darba / u jaqa’ d-dlam u neħmed f’raqda twila.’ ⧀

Ġorġ Borg

385


Meta Jitlaq Kulħadd ... (it-talba tal-anzjan/a)

Meta jitlaq kulħadd u nibqa’ waħdi, inħossok riesaq lejja; inħoss idek fuq spallti qed twennisni, inħossok tpoġġi ħdejja.

U qalbi toħla, moħħi fis jiddawwal bik qribi sew, Mulejja; hekk ebda niket, ebda wġigħ ma jkiddni, kull dlam jgħib minn għajnejja. U lejl u nhar narak u nħossok miegħi u lejk immidd idejja, nitolbok maħfra ta’ ħtijieti kollha u rroddlok ħajr, bla negħja, tal-għomor twil u ta’ kull ġid li tajtni bla ebda jedd, Mulejja, u tas-salib li dejjem għentni nerfa’ u nġorru fuq spallejja.

Għax Int ma nsejtni qatt, kif qatt ma twarrab waqt wieħed biss minn ħdejja. Agħmel li ġo dirgħajk, imgħannqa miegħek, ruħi tistrieħ, Mulejja! Pawlu Aquilina

386


Mill-Kalendarji “Antiki”... Ta’ 80 sena ilu Novembru 1935 “Kulma opraw il-qaddisin, kbir u ta’ għaġeb, mhux b’virtù tagħhom proprja u bil-forzi biss naturali iżda wisq tajjeb assistiti mill-grazzja divina.” (Kommemorazzjoni talQaddisin Kollha)

“L-ewwel studju hu li wieħed jagħraf ’l Alla, għax ħadd ma jrid dak li ma jkunx għaraf. Jekk inti turi lil tifel biċċa qubbajt u djamant, u tgħidlu biex jagħżel għalih ħaġa waħda biss, jagħżel il-qubbajd u jiddisprezza d-djamant, imma mhux hekk jagħmel negozjant!” (Il-Konoxxenza ta’ Alla) “Malajr u tajjeb ma joqogħdux flimkien.” (Proverbji ta’ Missirijietna) “Dar bla kotba qisha raħal bla skola.” (Proverbji ta’ Missirijietna)

Storja tal-Kalendarju Museumin

Diċembru 1935 “Kull Soċju u kull Kandidat finNovena kollha jgħid b’wiċċu malart kuljum disa’ darbiet: ‘Verbum Dei caro factum est. Gloria Patri, et Filio, et Spiritui Sancto’ u flaħħar għarkupptejh Ave Maria waħda b’riverenza tad-disa’ xhur li s-Sinjur tagħna Ġesù Kristu dam fil-ġuf tal-Verġni Marija moħbi għas-saħħa tagħna. Kuljum waqt iċ-ċena kull Soċju u kull Kandidat iġib quddiem għajnejh il-grotta ta’ Betlem, lil Ġesù tarbija mfisqi u mqiegħed fuq maxtura bejn Ġużeppi u Marija li jħarsu lejh.” (Novena għall-Milied - Verbum Dei caro factum est. Alleluia!) “Bl-għajnuna ta’ Alla, il-Kalendarju Museumin b’din il-ħarġa għalaq ħames snin u, kif taraw, issibu l-indiċi tagħhom kollha biex bil-kumdità kollha meta tridu tfittxu xi ħaġa ssibuha malajr... Iħabrek mela kull wieħed li jillega l-Kalendarju li ġa ħareġ jekk irid li jikkonservah.” (Avviż) 387


“Tiġieġa xiħa tingrassa l-kċina.” (Proverbji ta’ Missirijietna)

“Jekk int tixtieq li tkun tajjeb, l-ewwel emmen li int ħażin.” (Proverbji ta’ Missirijietna) Ta’ 50 sena ilu

Novembru 1965 “Nafu b’Oqsma fejn Superjuri u Soċji jagħmlu sagrifiċċju tal-biża’: għajjenin mix-xogħol ikollhom jgħallmu żewġ klassijiet duttrina, imbagħad xi materja jew tnejn flAssenjatur, meta oħrajn b’daqsxejn ta’ sagrifiċċju u sforz żgħir jistgħu faċilment iserrħuhom, u frattant dan ma jagħmluhx.” (Editorjal, p. 202)

“Wieħed mill-aqwa mezzi biex neqirdu minna d-difetti tagħna huwa li jgħidulna bihom oħrajn. Minn hawn faċilment jingħaraf ilkburi mill-umli. L-umli malajr juri ħajr tal-korrezzjoni u japprofitta ruħu biex jikkoreġi ruħu; issupperv għall-kuntrarju jħossu riżentit u iktar iħossu inklinat biex ipatti ħażin lil min ikkoreġih milli jsib rimedju għad-difett tiegħu.” (Xi Ħaġa fuq l-Umiltà, p. 203) “Nibda mill-ewwel u bla tlaqliq ngħid li l-Fundatur intesa għal kollox! Forsi xi ħadd jgħid li din hi asserzjoni falza u goffa. Però niġu issa għall-fatti. Wara li Dun Ġorġ 388

ilu mejjet tliet snin u nofs, il-ktieb li s-Soċjetà kellha toħroġ għadu ma tfaċċax. U mid-dehra sejjer idum biex jiġi ppubblikat. Għaliex?... Nagħmel appell serju lis-Soċjetà biex bla telf ta’ żmien terġa’ tqajjem il-memorja tal-benefattur kbir tagħna, għax jekk jibqa’ minsi issa xi jsir jekk jgħaddu ftit tassnin oħra?” (Ittra li Rċevejna – IlFundatur Intesa, p. 204)

Diċembru 1965 “Li wieħed jumilja ruħu quddiem l-applawsi u l-approvazzjoni taloħrajn mhix ħaġa ħafifa. Tajjeb li dak il-ħin tistqarr: ‘Mhux lilna, O Mulej, imma lill-Isem tiegħek ikun il-ġieħ.’ U hekk kull darba li tħoss in-natura trid tilqa’ għaliha dak il-ġieħ.” (Xi Ħaġa fuq l-Umiltà, p. 222) “Iż-żejjed tal-għonja hu l-ħtieġa tal-foqra; ikun qed iżomm għalih dak li hu tal-oħrajn min ikollu żżejjed.” – Santu Wistin (X’Qalu l-Qaddisin, p. 227)

“Aħjar ma tmur tgħallem xejn milli tmur fil-klassi ma tafx x’se tgħid. B’hekk jiġri li t-tfal li diġà għandhom biżżejjed x’jaljenahom ikomplu jitgerrxu u n-numru jkompli jonqos b’mod li diġà hu allarmanti biżżejjed!” (Min Fostna Qed Itemm il-Fini Tiegħu, p. 229)


Ta’ 25 sena ilu Novembru 1990 “L-Isqof Nikol Cauchi fakkarna fitteżor sabiħ li ġie fdat f’idejna... ittagħlim tal-verità rivelata, inkluża d-duttrina soċjali tal-Knisja, it-tfal li jattendu numerużi fl-Oqsma tagħna u l-grazzja preżenti fit-tfal bit-tagħlim li jieħdu fl-għaqda ta’ Dun Ġorġ Preca.” (75 Anniversarju mit-Twaqqif tas-Sezzjoni Femminili tas-Soċjetà, p. 260) “Adattament tal-Assenjatur u talProgrammi għandu jfisser, aktar minn kollox, animazzjoni minn min ikun imexxi... Meta jsiru esperimenti fl-Oqsma jkun hemm il-periklu li kulħadd jaqbad triq għal rasu li taf tbegħidna minn dak l-ispirtu (tal-Fundatur). Daqsxejn dixxiplina ma tagħmilx ħsara. Anzi.” (Il-Ġunta tal-Assenjtur Tfakkar..., p. 266) “Ma nistax ma nurix ilpreokkupazzjoni tiegħi għallfatt li l-pedagoġija fl-Assenjatur qed tingħatalha ftit jew xejn importanza. Il-pedagoġija hija l-arma ewlenija tagħna. Mhux kemm taf jgħodd, imma kemm dak li taf kapaċi twasslu lill-oħrajn.” (Il-Pedagoġija – Ittra ta’ Soċju, p. 281)

Diċembru 1990 “Karmenu Bezzina (Soċju minn TasSliema) kien dejjem lest jiżborża butu biex iferraħ lil sħabu... FisSoċjetà kien sab l-iskop ta’ ħajtu u għaliha ta butu, saħħtu u ż-żmien kollu possibbli. Nies bħal dawn imutu, imma t-tifkira tagħhom tibqa’.” (Apprezzament, p. 286)

“L-attività tal-Milied fis-Soċjetà, weħidha, hija vojta u tista’ ssir piż. Tippretendi u tissupponi l-mutur – l-ispirtu ta’ riflessjoni, ta’ talb, ta’ adorazzjoni għal dak li għamel Alla fi Kristu magħmul laħam għalina. Imbagħad inkunu nistgħu bħal missierna Dun Ġorġ niċċelebraw dak li nemmnu, u nemmnu dak li niċċelebraw. U dan ukoll fl-attività kultant bla waqfien tal-jiem talMilied.” (Il-‘Mutur’ wara l-Milied fis-Soċjetà, p. 253-254)

“Fl-1940, fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, il-Qasam ingħalaq millKappillan Dun Ġużepp Naudi li ried li fil-Parroċċa d-duttrina tiġi mgħallma mis-sorijiet. Meta dan l-istess kappillan ġie biex imut, xtaq li terġa’ tinfetaħ id-Dar tadDuttrina tal-MUSEUM ... Fl-1954 infetħet dar tad-duttrina fi Triq Santa Marija, numru 39, din iddarba bħala fergħa tal-Qasam tażŻejtun.” (Storja tal-Oqsma, Qasam nru. 23 – Ħal Għaxaq, p. 305) ⧀ Miġbura minn Robert Aloisio 389


Lil Alla Glorja

Nixtieq Inkun Naf

Tista’ Tagħtini Tagħrif dwar il-Ktieb tal-Fundatur Lil Alla Glorja?

D

an il-ktieb Dun Ġorġ beda jiktbu lejn l-aħħar sentejn ta’ ħajtu imma ma laħaqx temmu kollu. Il-ktieb kellu jkun mimli tagħrif fuq Alla u fuq Ġesù Kristu, tant hu hekk li nota li nsibu taħt it-titlu tgħid: “Din l-opra Lil Alla Glorja tittratta fuq il-konoxxenza ta’ Alla u fuq il-konoxxenza ta’ Ġesù Kristu.” Dun Ġorġ minn kmieni ħadha b’missjoni tiegħu li jgħallem kemm jiflaħ fuq Alla u fuq Ġesù Kristu. Dan għamlu mhux biss bil-kelma imma wkoll bil-kitba. Biżżejjed ngħidu li l-biċċa kbira tal-kitbiet tiegħu jittrattaw proprju fuq hekk. F’Lil Alla Glorja, li l-isem biss diġà fih nnifsu hu programm u appell, nistħajluh xtaq jiġbor fi ktieb wieħed dak kollu li fil-mixja tassnin hu kien irrifletta u skopra dwar Alla u dwar l-Iben għażiż tiegħu. Lejn l-aħħar snin ta’ ħajtu, fillaqgħat ta’ nhar ta’ Erbgħa, ilFundatur kien dejjem jibda b’silta 390

mit-Talba Saċerdotali ta’ Ġesù: “Din hi l-ħajja ta’ dejjem, li l-bnedmin jagħrfu lilek Alla wieħed veru u ħaj u lil Ġesù Kristu li inti bgħatt.” (Ġw 17, 2) Imbagħad, kollu kommoss, arah “jintilef” jipprietka fuq Alla u fuq Ibnu li sar wieħed minna. Barra minn hekk kien ukoll jorganizza għas-Soċji rtiri ta’ ġurnata (ġeneralment l-ewwel Tnejn tax-xahar) fuq l-istess suġġett. Ġieli wkoll stieden gruppi ta’ Soċji għal dik li hu kien isejjaħ “Akkademja fuq Alla u fuq Ġesù Kristu”. Is-suġġetti ttrattati f’din l-“Akkademja” hu ppubblikahom f’fuljett li jġib l-istess isem.


Waslulna żewġ verżjonijiet talktieb Lil Alla Glorja u t-tnejn mhumiex kompleti. Għalkemm f’xi taqsimiet hemm xebh bejniethom, fl-istess ħin hemm ħafna materjal li jidher f’verżjoni iżda mhux fl-oħra. F’waħda mill-verżjonijiet kull suġġett (jew kapitlu) huwa msejjaħ “Paragrafu”, waqt li floħra Dun Ġorġ jinqeda bil-kelma “Attendenza”, għalkemm kultant juża wkoll il-kelma “Paragrafu”. Ma nafux liema miż-żewġ verżjonijiet kienet miktuba l-ewwel, imma ma naħsebx li nkunu niżbaljaw jekk inżommu li l-verżjoni bl“Attendenzi” nkitbet wara dik bil“Paragrafi”.

Fiex jikkonsisti dan il-ktieb? Wara li jibda b’talb ta’ tifħir lil Alla nsibu introduzzjoni li tinkludi fiha l-Kredu jew Simbolu ta’ Sant’Atanasju Isqof. Dan il-Kredu, li dari konna nirreċitawh nhar ta’ Ħadd waqt l-Unjoni, hu summarju ta’ dak li l-Knisja tgħallem fuq il-misteri tat-Trinità Qaddisa u l-Inkarnazzjoni. Imbagħad jibdew il-‘Paragrafi’ jew l-‘Attendenzi’, li kollha jittrattaw fuq Alla u fuq Ġesù Kristu taħt aspetti varji b’mod li minnhom wieħed jista’ jkollu tagħrif wiesa’ fuqhom. F’kull waħda mill-verżjonijiet Dun Ġorġ jagħtina lista jew skeda ta’ dak li kien bi ħsiebu jittratta f’dan il-ktieb. Fiż-żewġ listi hemm xi suġġetti duplikati. L-iskeda f’dik

391


li x’aktarx hi l-ewwel verżjoni fiha b’kollox dsatax-il suġġett, bl-ewwel wieħed intitolat “Paragrafu fuq il-proprjetajiet ta’ Alla”. Paragrafi oħra li jissemmew huma fuq x’jaħseb Alla, x’inhu prezzjuż flgħajnejn ta’ Alla, x’jistmerr Alla, il-grazzja ta’ Alla, it-triqat ta’ Alla, x’jippermetti Alla, x’jipprometti Alla, x’jipprospera Alla, xi jnebbaħ Alla, is-sinjali tal-opra ta’ Alla u x’ma jistax jagħmel Alla. L-iskeda tispiċċa bis-suġġett: Alla u d-demonju.

Fil-verżjoni l-oħra l-iskeda tiġbor fiha 24 suġġett, immarkati blalfabet Latin, u fosthom l-ewwel fil-lista nsibu “Attendenza fuq Alla li hu Missier”. Suġġetti oħra huma: fuq il-proprjetajiet ta’ Alla, il-grazzja ta’ Alla, x’ma jaħmilx Alla, l-operazzjonijiet ta’ Alla, ilkommunikazzjoni ta’ Alla malbniedem, l-atti tal-ħniena ta’ Alla, il-providenza tal-aġir ta’ Alla, l-imġiba ta’ Alla mal-ġusti, il-govern ta’ Alla, il-ħajja ta’ Alla, il-misteri ta’ Alla, eċċ.

Ta’ min josserva li ż-żewġ listi ma kinux definittivi u finali, għax instabu suġġetti żviluppati li ma jissemmewx fl-iskedi. Irid jingħad ukoll li ħafna mis-suġġetti msemmijin fiż-żewġ skedi ma laħqux kienu żviluppati. 392

Tant il-Fundatur kellu premura li jara dan il-ktieb fl-idejn kemm jista’ jkun malajr li ma ssaportiex jistenna li jarah mitmum kollu biex jibda jistampah u ħa ħsieb li xi taqsimiet minnu jibgħathom għall-istampa qabel.

Fost it-taqsimiet li laħqu ħarġu qabel miet insibu dik fuq X’jaħseb Alla, li ħariġha b’isem bil-Latin Cogitationes Dei. Din stampaha f’fuljett ta’ 4 paġni fil-Vox Press u qassamha lis-Soċji. Laħaq ippubblika wkoll L-Attributi ta’ Alla (16-il paġna, Ġunju 1961), Dawl minn Alla (Lux Press, 1962, 32 paġna), Paragrafi fuq Alla (Lux Press, 1962, 43 paġna) u Paragrafi fuq Ġesù Kristu (Lux Press, 1962, 32 paġna).

Hija ħasra li l-ktieb Lil Alla Glorja ma laħaqx ġie mitmum, imma dak li waslilna jibqa’ xhieda elokwenti ta’ kemm il-Fundatur kien ħerqan li jxerred ma’ kullimkien tagħrif fuq Alla u fuq Ġesù Kristu. Minkejja li l-ktieb hu inkomplet, jixraq li dak li laħaq inkiteb jinġabar u jiġi stampat fi ktieb biex, kif kien jgħidilna hu, Alla jkun dejjem aktar magħruf u maħbub. ⧀ John Formosa


Sezzjoni Maskili Żjara tal-Kandidati fil-Perù

Djarju Museumin

I

l-grupp tal-Kandidati li qegħdin fl-aħħar sena tal-Kors tar-Responsorju flimkien mad-Direttur Karmenu Caruana, l-Animatur Albert Mangion u Anton Grima mill-Qasam ta’ Poznań żaru l-Qasam ta’ Lurin fil-Perù bejn isSibt 25 ta’ Lulju u t-Tlieta 11 ta’ Awwissu. Huma kellhom programm imżewwaq b’attivitajiet differenti, minn lezzjonijiet bi stili u f’postijiet differenti għal logħba futbol jew volleyball, minn ħarġa kulturali għal ħarġa mat-tfal iżżu, minn għawma friska fl-Oċean Paċifiku għal sajda qasira f’Pucusana, minn seminar organizzat għall-Kandidati għal live-in għallAspiranti u magħhom għadd ta’ outreaches li jsiru kull ġimgħa f’postijiet differenti, minn Quddies għal waqfa fis-skiet ta’ kuljum quddiem is-Sagrament biex nirringrazzjaw lil Alla għal kemm grazzji jkun tana matul ilġurnata. Il-Kandidati sabu wkoll ispirazzjonijiet differenti li għenuhom jiksbu tifsira isbaħ waqt l-esperjenza u fost dawn kien hemm ixxogħol kbir li jagħmlu s-Soċji u l-Kandidati flappostolat u l-imħabba kbira li biha jilqgħu lil xulxin, lil kull membru, kull Kandidat, kull tifel u tifla u kull familja li jiltaqgħu magħha.

393


Ġimgħa Speċjali fid-DĦS

I

s-Soċjetà organizzat Ġimgħa Speċjali għall-Pubbliku fiċ-Ċentru talKonferenzi f’Dar il-Ħanin Samaritan bejn it-Tnejn 14 u s-Sibt 19 ta’ Settembru. Dan wara li matul is-Sajf il-Kummissjoni Appostolat għallAdulti organizzat 22 Ġimgħa ta’ Tagħlim f’diversi parroċċi f’Malta. Matul din il-Ġimgħa kien hemm taħdita f’kull ġurnata fuq it-temi tas-saħħa, l-ekonomija, il-liġi, il-familja u ż-żgħażagħ. Il-kelliema speċjalizzati fissuġġett qanqlu ħafna punti ta’ diskussjoni u l-parteċipazzjoni ta’ dawk preżenti kienet attiva ħafna. Wara kull taħdita ntwera film li b’xi mod kellu konnessjoni ma’ dak li kien ġie diskuss qabel. Fil-ġnien taċ-Ċentru kien hemm diversi attivitajiet oħra għaddejjin għal min xtaq fuq livell personali. Il-ġimgħa ntemmet is-Sibt b’Quddiesa, ħin informali u t-talba tar-Rużarju. Ikun imbierek Alla li għoġbu jinqeda bis-Soċjetà biex isir il-ġid fil-qlub tannies.

394


Study Weekends għall-Kandidati

M

atul ix-xahar ta’ Settembru ġew organizzati żewġ study weekends għall-Kandidati tar-Responsorju. L-ewwel weekend li sar bejn ilĠimgħa 11 u l-Ħadd 13 ta’ Settembru kien għall-Kandidati tal-ewwel u t-tieni sena. Dawn ħadmu u studjaw fuq it-tema “L-Ispirtu tal-Fundatur”. It-tieni study weekend sar bejn il-Ġimgħa 25 u l-Ħadd 27 ta’ Settembru għall-Kandidati fit-tielet u r-raba’ sena tar-Responsorju. Is-suġġett ta’ dan il-weekend kien “Biex Insiru Katekisti Aħjar”. Dawn iż-żewġ attivitajiet saru fiċ-Ċentru tal-Konferenzi f’Dar il-Ħanin Samaritan.

Żjara tal-Papa Franġisku f'Kuba

N

har il-Ħadd 20 ta’ Settembru l-membri fil-Qasam ta’ Sagua La Grande f’Kuba ngħaqdu ma’ għadd kbir ta' Nsara Kubani mill-pajjiż kollu biex jipparteċipaw fil-Quddiesa li l-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku qaddes fil-Pjazza tar-Rivoluzzjoni ġewwa l-belt kapitali ta’ Havana. Iktar tard fl-istess ġurnata kellhom okkażjoni biex jingħaqdu mal-ħaddiema pastorali f’laqgħa mal-Papa li saret fil-katidral tal-istess belt. Ċertament li ż-żjara tal-Papa Franġisku f’dan il-pajjiż ser tkompli tħalli effett pożittiv, speċjalment fejn tidħol il-libertà reliġjuża li għal għexieren ta’ snin kienet mhedda u oppressa.

395


Żjara ta’ Frére Francis minn Taizé

F

rére Francis mill-komunità monastika ekumenika ta’ Taizé kien mistieden mis-Soċjetà biex jitkellem u janima xi sessjonijiet ta’ talb. Din l-istedina saret fl-okkażjoni tal-75 sena mit-twaqqif ta’ din il-komunità u fl-okkażjoni taċ-ċentinarju mit-twelid tal-Fundatur Frére Roger. Nhar it-Tlieta 13 ta’ Ottubru Frére Francis kellu laqgħa mal-Aspiranti tal-Oqsma kollha fl-Iskola St. Michael’s u wara mexxa laqgħa oħra ta’ talb għall-pubbliku fil-knisja parrokkjali ta’ ĦażŻebbuġ. L-għada l-Erbgħa 14 ta’ Ottubru mexxa l-Laqgħa Ġenerali li saret flIskola St. Michael’s billi fl-ewwel parti tkellem ftit fuq l-ispirtu ta’ Taizé u wara anima sessjoni ta’ talb għall-membri u l-Kandidati kollha taż-żewġ sezzjonijiet li kienu preżenti.

Irtiri ta’ Tmiem il-Ġimgħa

M

atul ix-xahar ta’ Ottubru 83 membru ħadu sehem f’żewġ irtiri separati. L-irtir li sar bejn id-9 u l-11 ta’ Ottubru kien immexxi minn Dun Kevin Schembri li tkellem fuq is-sentenza ta’ Ġesù “B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu”. Dan l-irtir sar f’Dar il-Ħanin Samaritan. Ħmistax wara, bejn t-23 u l-25 ta’ Ottubru, sar irtir ieħor f’Mount St. Joseph, din id-darba mmexxi minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna li ħa l-Misteri tar-Rużarju tad-Dawl bħala temi għat-taħditiet tiegħu. Nirringrazzjaw lil Alla li ta lillmembri li ħadu sehem il-grazzja u l-okkażjoni li jkunu f’intimità miegħu. 396


Sezzjoni Femminili Velja ta’ San Mikiel

I

s-Sibt 19 ta’ Settembru 2015 fid-Dar Ġenerali tal-Furjana ġiet organizzata l-Velja ta’ San Mikiel. Din kienet maqsuma f’żewġ sessjonijiet. Fl-ewwel parti saret introduzzjoni u t-talba tal-Kult b’addattament li inkluda riflessjonijiet flimkien u anke personali. Fit-tieni sessjoni sar ħin ta’ talb quddiem Ġesù Sagramentat, kemm flimkien u anke fis-skiet. Il-programm kien imżewwaq b’kant ta’ tifħir u adorazzjoni. Għal din il-Velja attenda numru sabiħ ta’ Soċji u Kandidati li nġabru flimkien bħala familja waħda. Il-programm irrepeta ruħu l-Ħadd 20 ta’ Settembru fil-Qasam tax-Xewkija.

Ċelebrazzjoni taċ-Ċentinarju tas-Soċjetà f’Għawdex

I

s-Soċjetà Museumina twaqqfet f’Għawdex fl-1915 bil-ħidma ta’ Rakela Camilleri. L-ewwel Qasam fetaħ fin-Nadur u f’inqas minn xahrejn twaqqfu l-Oqsma ta’ Għajnsielem u x-Xewkija. B’radd ta’ ħajr lil Alla għall-ġid kollu li sar permezz tas-Soċjetà f’Għawdex, is-Sibt 26 ta’ Settembru, fil-Bażilika ta’ San Pietru u San Pawl tan-Nadur, Mons. Isqof Mario Grech mexxa Pontifikal Solenni flimkien ma’ Dun Anton Teuma, l-Assistent Ekkleżjastiku tas-Soċjetà f’Għawdex, u numru sabiħ ta’ konċelebranti. Attendew il-membri taż-żewġ sezzjonijiet tas-Soċjetà f’Għawdex u xi Soċji minn Malta. Ġew mistiedna wkoll xi persuni distinti, il-benefatturi kbar tas-Soċjetà f’Għawdex, il-katekisti li mhumiex membri u rappreżentant/a minn kull ordni u għaqda reliġjuża. Fl-omelija Mons. Isqof Mario Grech ħeġġeġ lill-membri sabiex jimpenjaw ruħhom biex jagħtu katekeżi attwali li tolqot lill-persuna tal-lum. Fi tmiem il-Quddiesa sar riċeviment fis-sala parrokkjali. Bħala parti mill-attivitajiet flibliet u l-irħula ta’ Għawdex fejn hemm preżenza tas-Soċjetà ġiet organizzata tal-anqas laqgħa waħda għall-pubbliku u oħra għaż-żgħażagħ. Nittamaw li s-Sinjur Alla ġie gglorifikat b’dawn l-attivitajiet.

397


Assenjatur għal Novembru u Diċembru 2015 Dommatika Lezzjoni 45: L-anġli fit-Teoloġija u l-Liturġija Lezzjoni 46: Il-libertà tal-anġli Lezzjoni 47: In-natura tax-xitan u l-waqgħa Lezzjoni 48: Ix-xitan fil-Bibbja u t-tagħlim tal-Knisja

Morali Lezzjoni 29: In-natura assoluta tad-dmir morali Lezzjoni 30: Il-ħtieġa tad-doċilità għat-tmexxija tal-Ispirtu s-Santu Lezzjonijiet 31-32: Il-liġi morali: x’inhi u fuq xiex titwaqqaf

Bibbja Lezzjonijiet 217-220: L-Apokalissi Spiritwalità Lezzjoni 23: Kif nistudjaw l-Ispiritwalità Lezzjoni 24: L-għajnuna tatTeoloġija Lezzjoni 25: L-għajnuna millistorja tal-Ispiritwalità

398

Storja The Story of the Church, Her Founding, Mission and Progress, paġni 441-455 (Slides 112-125)

Kateketika Lezzjoni 13: Meta tara l-għaja fuq wiċċ it-tifel (2) Lezzjoni 14: Meta t-tifel jieħu attitudni negattiva fil-klassi (1)

Liturġija Lezzjoni 151: Il-mewt tan-Nisrani Lezzjoni 152: L-ewwel ritwali talVjatiku Tagħlim Soċjali tal-Knisja Il-Kompendju tat-Tagħlim Soċjali tal-Knisja – Kapitlu 7: Il-ħajja ekonomika

Dokument tal-Knisja L-Enċiklika tal-Papa Franġisku Laudato Si’: art. 1-16


Assenjatur għal Novembru 2015 Omnes Sancti et Sancti Dei — orate pro nobis. Tul dan ix-xahar is-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. titqiegħed taħt il-protezzjoni speċjali tal-glorjużi bnedmin kollha qaddisin. Intenzjoni speċjali għal-Litanija tal-Arloġġ Li Alla jindokra kontinwament lis-Soċjetà tagħna bħala mimmi ta’ għajnejh u jeħlisha mill-potenza tal-għedewwa kollha tagħha. Ħsieb tax-xahar Li fid-dinja jeħtieġ ngħixu f’għalqa bil-qamħ u bis-sikrana u b’hekk, bleżerċizzju tal-virtù, nimmeritaw kuruna ta’ glorja bħal tal-qaddisin. Unjoni Maġġuri Epistola: Fidi mis-smigħ talkelma ta’ Alla: Rum 10, 8-18 Vanġelu: Id-dixxipli ta’ Għemmaws: Lq 24,13-35 Ktieb il-Kbir: Paġna 50: Il-ħajja ta’ dejjem

Kommemorazzjoni 13 S. Ljun il-Kbir (Prof. 59)

Qagħda 14 Ġużeppi minn Arimatea (Mk 15, 38-47) (Qagħda nru. 73) 21 Konsolazzjoni (1 Tess 3, 1-13) (Qagħda nru. 297)

Regola 7 Direttorju Ġenerali nru. 76-78 17 Direttorju Ġenerali nru. 79-85 27 Direttorju Ġenerali nru. 86-91

Lectio Continua 8 Salm 97; Ġożwè 12-13; Salm 98. 22 Salm 99; Ġożwè 14-15; Salm 100.

Taħdita 20 L-Avvent

Paġna tal-Fundatur 3 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 31 10 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 32 24 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 33

399


Novembru 2015 1 Il-Ħadd Il-Qaddisin Kollha 2 It-Tnejn L-Għid tal-Imwiet 3 It-Tlieta S. Martin de Porres 4 L-Erbgħa S. Karlu Borromeo 5 Il-Ħamis S. Eliżabetta u S. Zakkarija 6 Il-Ġimgħa (S. Leonardu) 7 Is-Sibt (S. Willibrordu) 8 Il-Ħadd It-32 tas-sena 9 It-Tnejn Ded. tal-Bażilika tal-Lateran 10 It-Tlieta S. Ljun il-Kbir 400

Irtir tal-Ewwel Ħadd Unjoni Maġġuri

Dommatika Studji Bibliċi Sentenzi Leħen il-Maħbub Dommatika Enċiklika Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur Laqgħa Ġenerali

Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu Mansjonijiet Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Sawm għas-Soċji, Vestis Kult lil Alla Tagħna u Professjoni Regola Lectio Continua

Morali Studji Bibliċi Sentenzi mit-TQ

Morali Enċiklika Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur

Omnipotenza

Eternità

Immensità

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena

Omnipotenza

Eternità

Immensità


11 L-Erbgħa S. Martin ta’ Tours 12 Il-Ħamis S. Ġożafat 13 Il-Ġimgħa (S. Stanislaw Kostka) 14 Is-Sibt (S. Ġużepp Pignatelli) 15 Il-Ħadd It-33 tas-sena 16 It-Tnejn (S. Margerita tal-Iskozja) 17 It-Tlieta S. Eliżabetta talUngerija 18 L-Erbgħa Ded. tal-Bażiliċi ta’ S. Pietru u S. Pawl 19 Il-Ħamis (S. Matilde ta’ Hackeborn) 20 Il-Ġimgħa (S. Feliċ ta’ Valois) 21 Is-Sibt Il-Preżentazzjoni tal-Verġni Marija

Laqgħa Ġenerali

Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi Qagħda Prekatorju 25 Kant: Sliem għalik It-Tielet Ħadd

Dommatika Studji Bibliċi Sentenzi Spiritwali

Sawm għas-Soċji, Vestis Kult lil Alla Tagħna Regola Laqgħa Ġenerali

Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu

Taħdita, Spiritwalità Kult tal-Pjagi 10 posti Rużarju

Qagħda, Prekatorju 26 Kant: Sliem għalik 10 posti Rużarju

Immutabiltà

Sapjenza Ġustizzja

Ħniena

Omnipotenza

Eternità Immensità

Immutabiltà

Sapjenza Ġustizzja

Ħniena

401


22 Il-Ħadd Kristu Sultan tal-Ħolqien Kollu 23 It-Tnejn S. Klement ta’ Ruma 24 It-Tlieta Il-Martri tal-Vjetnam 25 L-Erbgħa (Santa Katerina ta’ Lixandra) 26 Il-Ħamis (S. Ġwann Berchmans) 27 Il-Ġimgħa (Il-Madonna talMidalja Mirakoluża) 28 Is-Sibt (S. Ġakbu delle Marche) 29 Il-Ħadd L-1 tal-Avvent 30 It-Tnejn S. Andrija

402

A.M. Lectio Continua P.M. Parteċipazzjoni filManifestazzjoni Djoċesana Morali Studji Bibliċi Proverbji

Morali Enċiklika Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur Laqgħa Ġenerali

Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu

Sawm għas-Soċji, Vestis Kult lil Alla Tagħna Regola Eloquia Prekatorju 27 Kant: Sliem għalik

Arloġġ Korali Eżami fl-Eżerċizzju

Dommatika Studji Bibliċi Sentenzi Epistolarju

Omnipotenza

Eternità

Immensità

● Qamar Kwinta

Sapjenza Ġustizzja

Ħniena

Omnipotenza

Eternità


Assenjatur għal Diċembru 2015 Omnes Sancti Innocentes — orate pro nobis Tul dan ix-xahar is-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. titqiegħed taħt il-protezzjoni speċjali tal-qaddisin kollha innoċenti. Intenzjoni speċjali għal-Litanija tal-Arloġġ Li Alla l-Missier jibgħat fil-Knisja tagħna ħafna ħaddiema fidili li jgħallmu l-verità u l-ġustizzja.

Ħsieb tax-xahar Li min jemmen tassew li Ġesù Kristu huwa Alla Inkarnat, dan jidher għalih veru mudell ta’ imitazzjoni indispensabbli.

Unjoni Maġġuri Epistola: Kristu ħa n-natura tagħna: Fil 2,1-11 Vanġelu: Aħna Soċjetà talInkarnazzjoni: Ġw 1,1-18 Ktieb il-Kbir: Paġna 9: Persuna unika fi Kristu u din divina

Programmi u Assenjaturi Speċjali 8 Il-Kunċizzjoni 15-25 Novena u Milied 26 S. Stiefnu 31 L-Aħħar Jum tas-Sena Qagħda 5 Salm 54 (53) 12 Kristu mal-Ħdax (Mk 16, 1-20) (Qagħda nru. 74)

Kommemorazzjoni 11 San Ambroġ - Profil nru. 24 Taħdita 29 Grazzi u Maħfra

Paġna tal-Fundatur 1 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 34 29 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 35 Regola 7 Direttorju Ġenerali nru. 92-100

403


DIĊEMBRU 2015 1 It-Tlieta (S. Edmund Campion) 2 L-Erbgħa (S. Bibjana) 3 Il-Ħamis S. Franġisk Saverju 4 Il-Ġimgħa S. Ġwann Damaxxenu 5 Is-Sibt (S. Dalmazju ta’ Pavia) 6 Il-Ħadd It-2 tal-Avvent 7 It-Tnejn S. Ambroġ 8 It-Tlieta L-Immakulata Kunċizzjoni 9 L-Erbgħa (S. Juan Diego ta’ Guadalupe) 10 Il-Ħamis (Il-Madonna ta’ Loreto) 404

Dommatika Enċiklika Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur

Laqgħa Ġenerali

Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu

Mansjonijiet Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Qagħda Prekatorju 28 Kant: Sliem għalik

Irtir tal-Ewwel Ħadd Unjoni Maġġuri Eżami fl-Eżerċizzju

Sawm għas-Soċji, Vestis Kult lil Alla Tagħna u Professjoni Regola, 10 posti Rużarju

Programm Speċjali 10 posti Rużarju Laqgħa Ġenerali

Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu

Immensità

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena

Omnipotenza

Eternità

Immensità

Immutabiltà

Sapjenza


11 Il-Ġimgħa S. Damasu 12 Is-Sibt (Il-Madonna ta’ Guadalupe) 13 Il-Ħadd It-3 tal-Avvent 14 It-Tnejn S. Ġwann tas-Salib 15 It-Tlieta (S. Pawla di Rosa) 16 L-Erbgħa (S. Adelajde) 17 Il-Ħamis (S. Olimpja) 18 Il-Ġimgħa (S. Grazjanu ta’ Tours) 19 Is-Sibt (S. Ilarjun talĠorġja) 20 Il-Ħadd Ir-4 tal-Avvent 21 It-Tnejn S. Pietru Kanisju

Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Qagħda Prekatorju 29 Kant: Sliem għalik

Vaganza Eżami fl-Eżerċizzju

Morali Studji Bibliċi Sentenzi Leħen il-Maħbub

Novena tal-Milied (l-ewwel jum)

Novena tal-Milied (it-tieni jum)

Sawm għas-Soċji Novena tal-Milied (it-tielet jum) Kult lil Alla Tagħna jsir privat

Novena tal-Milied (ir-raba’ jum)

Novena tal-Milied (il-ħames jum) Kant: Sliem għalik

Novena tal-Milied (is-sitt jum) Eżami fl-Eżerċizzju Novena tal-Milied (is-seba’ jum)

Ġustizzja

Ħniena

Omnipotenza

Eternità

Immensità

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena

Omnipotenza

Eternità

405


22 It-Tlieta (S. Franġiska S. Cabrini) 23 L-Erbgħa S. Ġwann ta’ Kety 24 Il-Ħamis (S. Irma u S. Adele) 25 Il-Ġimgħa IL-MILIED 26 Is-Sibt S. Stiefnu 27 Il-Ħadd Il-Familja Mqaddsa 28 It-Tnejn Il-Qaddisin Innoċenti Martri 29 It-Tlieta S. Tumas Becket 30 L-Erbgħa (S. Savinu ta’ Assisi) 31 Il-Ħamis S. Silvestru I

406

Novena tal-Milied (it-tmien jum)

Novena tal-Milied (id-disa’ jum)

Dimostrazzjoni ta’ Ġesù Bambin INKORPORAZZJONI

Immensità

Immutabiltà

Sapjenza ● Qamar Kwinta

Programm Speċjali

Ħniena

Kult Latrija

Omnipotenza

Dommatika Studji Bibliċi Sentenzi Leħen il-Maħbub

Dommatika Taħdita Paġna tal-Fundatur

Laqgħa Ġenerali

Assenjatur Speċjali għall-Aħħar Jum tas-Sena

Eternità

Immensità

Immutabiltà

Sapjenza


Il-Fidi fil-Qawmien

G

Mill-ktieb ta’ Carlo Carretto Ħienja Int Li Emmint

ħinni, Marija, ħalli nemmen. Għidli xi jfisser temmen filQawmien ta’ Ibnek.

Ara, se ngħidlek, ibni, u la tinsiehx…. Meta d-dnub joħnoqlok griżmejk u tħossok fgat u mejjet, għid lilek innifsek: “Kristu qam mill-imwiet u jien għad inqum mid-dnub tiegħi.”

Meta x-xjuħija jew il-mard jippruvaw jagħmlu qarsa l-ħajja tiegħek, għid lilek innifsek: “Kristu qam mill-imwiet u għamel smewwiet ġodda u art ġdida.”

Meta missierek jew ommok, ibnek jew bintek, l-egħżeż ħabib tiegħek jinsabu quddiemek fuq is-sodda tal-mewt u int tħares lejhom finniket tal-firda, għid lilek innifsek u lilhom: “Nerġgħu niltaqgħu fisSaltna. Agħmel kuraġġ.” Dan ifisser temmen fil-Qawmien. Iżda mhux biżżejjed. Temmen fi Kristu rxoxt ifisser xi ħaġa oħra. Ifisser għal Madre Tereża ta’ Kalkutta li terfa’ moribond u għalik ifisser li tagħmel bħalha. Ifisser għal Martin Luther King li jisfida l-mewt u għalik ifisser li ma tibżax tisfida l-mewt minħabba ħutek. Ifisser għall-Abbè Roger

Schultz, il-Pirjol ta’ Taizé, li jiftaħ il-kunvent tiegħu għat-tama u għalik ifisser li tiftaħ darek għattama.

Kull missjunarju li jħalli art twelidu hu att ta’ fidi fil-Qawmien. Kull lebrużarju li jinfetaħ hu att ta’ fidi fil-Qawmien. Kull ftehim ta’ paċi hu att ta’ fidi fil-Qawmien. Kull biċċa xogħol milqugħa hu att ta’ fidi fil-Qawmien.

Meta taħfer lill-għadu tiegħek, meta titma’ lill-imġewwaħ, meta tħares lid-dgħajjef, tkun temmen fil-Qawmien. Meta jkollok kuraġġ tiżżewweġ, meta taċċetta t-tarbija li titwieled, meta tibni d-dar tiegħek, tkun temmen fil-Qawmien. Meta tqum kalm filgħodu, meta tkanta fi tlugħ ixxemx, meta tmur għax-xogħol bilferħ, tkun temmen fil-Qawmien.

Temmen fil-Qawmien ifisser tħaddan il-ħajja bil-fiduċja, ifisser tafda lil ħuk, ifisser ma tibża’ minn ħadd. Temmen fil-Qawmien ifisser tifhem li Alla hu missierek, Ġesù huwa ħuk u jiena, Marija, oħtok u, jekk trid, ommok. ⧀ Miġbura minn Mario Bezzina 407


The Annunciation (2003) Daniel Bonnell

Marija, bil-fidi, kellha l-kuraġġ tafda f’Alla li jagħmel l-impossibbli u tħalli f’idejh is-soluzzjoni tal-problema tagħha: il-fidi tagħha kienet fidi safja. Jekk li temmen hu iebes, li ma temminx ifisser il-mewt żgura. Jekk trid tkun eroj biex tittama kontra kull tama, li ma tittamax huwa dieqa tal-mewt. Jekk biex tħobb trid toħroġ id-demm, li ma tħobbx ifisser l-infern. Nemmen, Mulej! Nemmen għax irrid ngħix. Nemmen għax irrid insalva lil xi ħadd li qed jegħreq: il-poplu tiegħi. Nemmen għax din li temmen hi t-tweġiba waħdanija li tixraq lilek, li Int ’l hemm minn dak li jidher, Bla Tarf, il-Ħallieq, is-Salvazzjoni, il-Ħajja, id-Dawl, l-Imħabba, Kollox.

Carlo Carretto Hienja Inti li Emmint


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.