Xehda Għasel

Page 1

MARAPR2011 €1.50

Sorpriża fi tmiem is-serje ‘Harry Potter’

Eroj mhux mistenni Il-Ħbieb tal-Qalb Kif tista’ tgħix mingħajrhom?!

‘Un Uomo Venuto da molto lontano’ Ġwanni Pawlu II

Venezja

Qalb il-kanali nsibu fost l-isbaħ bini u arti



L-2011 ma bediex kif ħafna minna xtaqu. L-aħbarijiet f’dawn l-ewwel xahrejn ta’ din is-sena kienu mimlija bil-ħafna inkwiet u tilwim fit-tramuntana tal-kontinent Afrikan. Issa bħal donnu d-dinja kollha qamet, u l-inġustizzji li ilhom fis-seħħ għal għexieren ta’ snin qishom qed isiru issa għall-ewwel darba. Imma kif ngħidu blIngliż, ‘better late than never’! Imma quddiem dan kollu, wieħed ma jistax ma jagħmilx il-mistoqsija l-kbira – Għaliex dan il-ġlied kollu? Għaliex iddinja mimlija b’dawn l-inġustizzji l-kbar? M’aħniex kapaċi ngħixu fil-paċi? U x’inhu l-prezz tal-paċi? Kollha mistoqsijiet kbar. U għalkemm meta nisimgħuhom ħafna ħsibijiet jibdew jiġru f’moħħna, madanakollu tweġiba sempliċi għalihom ma għandniex ħlief waħda – Kultant ma nkunux nafu x’aħna nagħmlu! Nafu ngħixu fil-paċi? Jien naħseb li nafu, imma kultant bħal donnu moħħna ma jibqax ċar u nibdew nagħmlu affarijiet li kieku konna f’sensina ma konniex nagħmlu. Fi ftit kliem dan huwa d-Dnub. Mument fejn bħal donna naljenaw ruħna u ma nagħmlux l-aħjar li kapaċi nagħmlu. Allura wieħed jista’ jistaqsi, ‘X’nistgħu nagħmlu?’ Issa li beda r-Randan, huwa ż-żmien opportun biex naħdmu ftit fuqna nfusna. Ejjew dan ir-Randan nagħmlu sagrifiċċju żgħir bħala ‘training’. Ma nistgħux ngħidu ‘le’ lill-affarijiet kbar mill-ewwel! Ejjew nibdew biż-żgħar u ftit ftit nitħarrġu ħalli meta tiġina sfida ftit ikbar ma ssibniex aljenati. Il-paċi magħkom ✖

F’din il-Ħarġa: Best Friends Forever Għal qalb minn ta’ Poeta

JOSEPH BONNICI ALAN BONELLO Robert Aloisio  Kurt Miceli George Cassar Reuben Ellul  Karol DeBono  Clifton Sammut Raymond Muscat Matthew Gruppetta Silvan Vella Lawrence Fenech AARON AQUILINA BERTRAM PORTELLI Daniel Micallef Neil Aquilina Andrew Borg Tazia Hall Noel Vassallo Adrian Vella ROBERT MICALLEF REUBEN SAMMUT

Un Uomo Venuto da Lontano 8

“I’m Loving It” 20

22 L-Avventuri   ta’ Corey u Rurk Ewreka: Il-Moħħ

Grafika

www.designedbyal.com

Stampa

Veritas Press, Zabbar

24

Dawl għad-Dinja 26

Venezja

28

Paġni ta’ Varjetà: Minn Hawn u minn hemm

13

Krafts

UFFICCJU Distribuzzjoni

ABBONAMENTI XEHDA GHASEL, DAR GENERALI TAS-SOCJETA TAD-DUTTRINA NISRANIJA, TRIQ SAN GORG PRECA, MARSA

4

Eroj mhux mistenni 5

Produzzjoni Kummissjoni gHall-Formazzjoni tat-Tfal u l-MagHZulin taS-SoCjetA tad-Duttrina Nisranija - M.U.S.E.U.M.

Kontributuri

2

14

15

Poster

11


TGĦADDI BLA ĦBIEB. IMMA BLA ĦBIEB TAL-QALB TGĦADDI? Jista’ jkun li darba kellek ħbieb talqalb u llum m’għandekx. Il-ħbieb talqalb, ħadd ma joħdilhom posthom, ħadd ma jgħaddi mingħajrhom, huma dawk li jafuk minn fuq s’isfel, u jifhmuk bla bżonn ta’ ħafna paroli żejda. Huma l-persuni li magħhom titkellem ħafna, li magħhom tasal taqsam anke sigriet, huma spalla fil-jiem tad-dwejjaq u kumpanija fid-divertiment tiegħek. Insomma, huma dawk l-ingredjenti li jagħtu togħma tajba u pjaċevoli lil ħajtek. Jiġri, iżda xi drabi, li tidħol xi ħaġa bejn żewġt iħbieb, u din ix-xena sabiħa titfarrak: ok, nimmaġinaw li inti qiegħed fil-mument li xi ħadd mill-ħbieb tal-qalb telqek, x’se tagħmel issa? TĦIT B’LABRA U ĦAJTA Jekk tlift xi ħbieb tal-qalb għax kellek ġlieda jew argument jaħraq magħhom, tista’ tara jekk tistax tħit mill-ġdid ir-relazzjoni li kien hemm bejnietkom. Kif? Billi tmur fl-għerq ta’ x’ġegħilkom tiġġieldu. Forsi jekk titkellmu tistgħu tifhmu iktar lil xulxin, u jekk intom maturi tistgħu anke titolbu skuża lil xulxin. Jekk,

2  MARZU/APRIL 2011

y robert ALOISIO


ngħidu aħna, inti kxift xi sigriet li qalulek ħbiebek u dawn ġustament ma jridux jafdawk iżjed, trid tammetti li għamilt ħmerija kbira, u li għalik il-ħbiberija hija ikbar milliżball li int għamilt. Iżda agħmel attenzjoni: veru li jekk timpenja ruħek tista’ ssewwi ħbiberija li tkissret, imma din ixxewqa trid tkun ġejja mit-tnejn. Jekk xi ħadd minnkom għadu ma aċċettax li “jagħmel paċi”, aħjar l-ewwel tistenna li jikkalmaw l-affarijiet. NIBDA MILL-ĠDID MINNI NNIFSI Jekk diġà taf, fil-fond ta’ qalbek, li xi ħadd mill-ħbieb tal-qalb tiegħek illum huwa eks-ħabib jew eksħabiba u ma tantx hemm ċans li jinbidlu wisq l-affarijiet, għandek biċċa xogħol importantissima x’tagħmel: tinduna, malajr kemm jista’ jkun, li bħalissa tinsab waħdek! Xi ħaġa li m’għandhiex tbeżżgħek, għax mhix se ddum wisq! Ara kif…

“JIENA QATT MA KELLI ĦBIEB

TAL-QALB”

Jekk qatt ma kellek l-esperjenza ta’ ħbieb tal-qalb, din mhix traġedja. Jekk inti fost dawk li għandek ħafna ħbieb u tmur tajjeb magħhom kollha, m’għandekx għalfejn tħossok differenti jew mhux normali. Jista’ jkun li f’qalbek hemm spazju għal ħafna nies. Żgur li ma’ xi tlieta jew erbgħa minnhom (il-grupp li miegħu tkun l-iktar) tħossok iktar f’postok u qrib tagħhom. Sinjal li inti għandek il-ħila tilqa’ l-kwalitajiet u d-difetti ta’ ħafna, u m’intix dak it-tip li tagħmel il-ħbiberija xi ħaġa esklussiva żżejjed.

Ħares madwarek: fl-iskola, filmużew, fin-nursery, inti diġà qiegħed fi gruppi ta’ ħbieb. Ma’ kull wieħed jew waħda minnhom għandek xi ħaġa komuni: fosthom tista’ ssib ħbieb tal-qalb ġodda tiegħek! Kif se tagħrafhom? Sempliċi: iridu jkunu bnedmin li għalik huma simpatiċi. Li magħhom tħossok filkumdità u huma jħossuhom komdi miegħek, lesti tafdaw lil xulxin. Flimkien tħossukom b’saħħitkom.

Iżda jekk tagħmel xahar jew iktar b’ħafna ħbieb, imma mingħajr ħbieb tal-qalb, toqgħodx tinkwieta, anzi. Tista’ tuża dan iż-żmien prezzjuż biex tqattgħu miegħek innifsek, biex tifhem kif se tiffaċċja s-sitwazzjonijiet li ħa jkollok tiltaqa’ magħhom. Qabel, kellek spalla li stajt isserraħ fuqha u bħalissa m’għandekx, imma l-ħajja għaddejja xorta. Dan ma jgħallmek xejn? Mintix tinduna li s-saħħa trid tiġi minn ġo fik u li inti persuna ta’ kuraġġ? ✖

3


Time e n i h c a M y karol DE BONO

Dan huwa l-aħħar vers tal-poeżija ‘Lejl ta’ Marsalforn’, li ktibt jien żmien ilu! U jekk qed insemmu Marsalforn, żgur li f’moħħkom tiġikom il-gżira tat-tliet għoljiet, Għawdex. Din, apparti l-ġbejniet, tadam imqadded u żebbuġ misħuq, tat ukoll lil pajjiżna diversi nies kbar. Jiena Ġorġ Pisani, poeta minn din il-gżira t’Għawdex! Twelidt fl-1909 (‘il fuq minn mitt sena ilu!) fil-Belt Victoria. Missieri, Pawlu, kien negozjant tal-inbid u ommi, Teresa, kienet Maltija. Kont noqgħod f’dik li llum insibuha Triq ir-Repubblika. Għal min forsi ma jafx liema hi, din hi t-triq prinċipali tal-Belt Victoria, li fiha ħafna ħwienet sbieħ...żgur li tgħaddu minnha kull darba li żżuru l-gżira tagħna. Qatt ma ninsa kemm konna nilagħbu f’din it-triq! U bilħaqq, jien kelli x-xorti li nara l-ewwel karozza li qatt rifset fuq il-gżira t’Għawdex! Meta bdejt nikber, u kelli dawk is-sittax-il sena, ħassejt li l-Mulej kien qiegħed isejjaħli għall-ħajja reliġjuża. Għalhekk dħalt novizz mal-Patrijiet Franġiskani u ħadt l-isem ta’ Fra Alipju. Kien f’dan iż-żmien li studjajt ħafna t-teoloġija u l-letteratura klassika, u kien f’dan iż-żmien ukoll li bdejt nikteb xi poeżiji.

4  MARZU/APRIL 2011

Iżda ma tawwaltx wisq fil-kunvent! Ftit taż-żmien wara, ħallejt ilFranġiskani u bdejt il-karriera tiegħi bħala għalliem. Ħdimt ma’ diversi nies biex jinħarġu l-ewwel textbooks tal-Malti u ħdimt ħafna wkoll biex il-lingwa Maltija tibda tiġi mgħallma fl-iskejjel Għawdxin. Fil-fatt, introduċejt it-tagħlim talMalti fis-Seminarju t’Għawdex u kif ukoll it-tagħlim tal-Malti għallistudenti għalliema. Fl-1940, faqqgħet il-gwerra, u ġejt imsejjaħ mis-servizzi Ingliżi sabiex nagħmel traduzzjoni talInformation Service Bulettin li kienet rivista ta’ informazzjoni għal waqt il-gwerra. F’dan iż-żmien ukoll, tajt sehmi fil-ġbir tal-qamħ mingħand il-bdiewa Għawdxin. Dan beda jsir minħabba li l-provvisti tal-ikel kienu bdew jonqsu, u Malta kienet waslet biex iċċedi l-armi. Iżda bl-għajnuna t’Alla u ta’ Ommna Marija, il-gwerra għaddiet, għalkemm ħalliet ħerba sħiħa! Fiż-żmien ta’ wara l-gwerra intfajt b’ruħi u b’ġismi għat-tagħlim ta’ bosta suġġetti fil-Liċeo t’Għawdex. Kont naħdem ħafna sabiex neduka l-poplu Għawdxi mill-aħjar li stajt. Peress li kont naħdem qrib tadDipartiment tal-Informazzjoni, irnexxieli norganizza bosta attivitajiet li bihom l-Għawdxin setgħu jibqgħu aġġornati b’dak li kien qed jiġri madwarhom. Per eżempju, kont norganizza diversi filmshows fil-pjazez prinċipali t’Għawdex, kif ukoll ħdimt biex jiġu

installati speakers ħalli n-nies ikunu jistgħu isegwu r-rediffusion (ir-radio ta’ dak iż-żmien). Sadanittant, kont bqajt nikteb u nippublika diversi poeżiji, fosthom Il-Waltz tad-Dellijiet (1954), It-Tirjonf tal-Paċi u Poeżiji oħra (1984). Flimkien ma’ dawn il-poeżiji, kont nikteb drammi għat-teatru u kif ukoll proża. Fl-1999, meta kelli 90 sena, ħallejt din id-dinja, u mort ningħaqad mal-Akbar Awtur, il-Mulej! Naf li għamlu monument tiegħi ġewwa l-Belt Victoria, u dan l-aħħar anke grupp fuq Facebook għamluli! Sabiex nagħlaq, xtaqt ngħaddilkom messaġġ żgħir. Ħobbu kemm tifilħu l-lingwa Maltija! Din hija lingwa unika li għandna nkunu kburin biha, u mhux inwarrbuha fil-ġenb biex nużaw lingwi oħrajn! Inħeġġiġkom biex tiktbu Malti tajjeb u, jekk tħossu fikom il-ġibda għall-kitba, komplu aħdmu fuqha, ħalli jibqa’ jkollna awturi Maltin (u Għawdxin!) li l-kitba tagħhom tagħmlilna ġieh! ✖


Raġel twil u rqiq, b’xagħar iswed faħma u twil sal-ispalla, u għajnejn suwed b’ħarsa ta’ twerwir jekk jaqgħu fuqek... iva, dan huwa l-eroj mhux mistenni tal-ġrajja famuża li sseħħ fid-dinja maġika ta’ Harry Potter. y reuben SAMMUT

T

ul is-seba’ kotba ta’ din isserje, Severus Snape, jew ilProfessur Snape, kif inhuwa msejjaħ mill-istudenti tal-iskola tal-maġija, huwa mitfugħ f’dawl ikrah tant illi d-dinja maġika kollha tħares lejh minn lenti mtappna bi preġudizzji. Imma jekk nagħtu titwila lejn il-ħajja li għex Snape, nindunaw kemm din kienet waħda iebsa u mimlija ostakli tant li naslu biex nifhmu xi ftit ilkawża tal-karattru li żviluppa. L-ewwel żvantaġġ li kellu kien li missieru

ma kellux ħiliet maġiċi, xi ħaġa mistkerrha mis-sħaħar ta’ demm nobbli. Fit-tfulija tiegħu, Snape, li kien jgħix mal-ġenituri tiegħu f’villaġġ żgħir, kellu ħajja diffiċli, sempliċi u fqira tant li xi drabi lanqas ilbies nadif ma kien ikollu. Il-ħajja fil-familja xejn ma kienet tiġbdek: il-ġlied bejn il-ġenituri kien komuni ħafna u lilu ħadd ma kien jagħtih importanza. Fl-iskola

ħbieb ftit li xejn kellu, għedewwa kellu kemm irid, u mhux darba jew tnejn li kien jiġi mwaqqa’ għaċ-ċajt u umiljat quddiem studenti oħra. Meta ggradwa ta’ tmintax-il sena, issieħeb fl-għaqda ġdida ta’ Voldemort, għaqda li kienet tiggarantixxi lill-membri tagħha poter u rispett. Wara li nduna bl-iżball li kien għamel, u ġie milqugħ lura u maħfur mis-saħħar Dumbledore, irritorna lura fix-xena bħala spjun. B’hekk qatta’ l-maġġoranza ta’ ħajtu f’post li tant ipprova jevita, fejn kien mibgħud mill-kollegi tiegħu, kemm dawk tajbin u kif ukoll dawk ħżiena.

5


Kien għadu fit-tfulija tiegħu meta skopra li ma kienx l-unika persuna li kien qed jaġixxi b’mod straordinarju jew, fi kliem ieħor, maġiku. Bil-kuntatt soċjali, li kien limitat minħabba l-karattru li kellu, Snape beda relazzjoni ta’ ħbiberija ma’ tfajla ta’ mparu: Lily. It-tnejn li huma kienu jgħixu fl-istess villaġġ u kellhom l-istess passat maġiku, ineżistenti fiż-żewġ familji. Però, din ir-relazzjoni, li bil-mod il-mod bdiet tinbidel f’waħda ta’ mħabba, malajr ġiet f’kunflitt hekk kif bdew jattendu l-iskola tal-maġija. Dan minħabba li l-proċess li kien jgħaddi minnu kull saħħar student biex jiġi magħżul f’kategorija addattata għalih, fired lil Snape minn ma’ Lily u poġġiehom fl-aktar kategoriji opposti għal xulxin: Slytherin u Gryffindor. Dan qisu ma kienx biżżejjed, għaliex tul is-seba’ snin fl-iskola, Lily bdiet relazzjoni ta’ mħabba ma’ student ieħor, l-għadu tiegħu James Potter. Din il-firda ġabet magħha għira u ġlied, speċjalment ma’ James u l-grupp ta’ sħabu. Tant hu hekk li Snape kien spiss jipprova jaħmi xi vendetta kontriehom sabiex jitkeċċew u jeħles minnhom. Kellu jkun waqt wieħed minn dawn ilpjanijiet li kellu jiġri dak li ma kienx mistenni: James isalva ħajjet Snape waqt ċajta goffa li għamlulu sħabu. Dan l-att xejn mistenni poġġa lil Snape f’pożizzjoni stramba għaliex issa hu kellu b’xi mod ipatti lura dan il-ġest ta’ Potter.... Imma issa kien

1960

9 Jannar Jitwieled Severus Snape

1971

6  MARZU/APRIL 2011

1 Settembru Ta’ 11-il sena jibda’ jattendi Hogwarts u jiġi magħżul fid-dar ta’ Slytherin.

1978

1976 Ġunju Snape jagħmel l-eżamijiet tal-O.W.Ls

Gunju Snape jagħmel l-eżamijiet tan-N.E.W.Ts; Jispiċċa l-iskola ta’ tmintax-il sena.

1980

Snape jisma’ l-ewwel parti tal-Profezija.

1981

Snape jafferma mill-ġdid il-leatà lejn Dumbledore u jiġi mpjegat jgħallem fl-iskola ta’ Hogwarts.


diffiċli jagħmel dan, wara li s-saħħar Voldemort ħeles mill-familja Potter. L-unika soluzzjoni li kien fadallu Snape kienet li jipproteġi lit-tifel tal-koppja, Harry Potter. Nistgħu nifhmu kemm din kienet diffiċli għal Snape, għaliex kull meta jħares lejn Harry, il-Professur kien jara lil James, persuna li tant kien jobgħod, u lil Lily, persuna li tant kien iħobb! Kemm-il darba smajna li l-apparenza hija qarrieqa, u hawn għandna eżempju klassiku. Tul ilkotba kollha, il-qarrej spiss kien jiġi bejn ħaltejn dwar il-vera intenzjoni ta’ Snape, u kontinwament jiġi mitfugħ f’din il-ġlieda kontinwa dwar il-lealtà tal-Professur. Ħafna drabi... aktar iva milli le... il-qarrej kien jasal għall-konklużjoni li dan Snape huwa bniedem mill-agħar, mhux ta’ min jafdah... aktar u aktar lejn il-konklużjoni tas-sitt ktieb fejn saħansitra ġie mgħajjar traditur mill-ammiraturi tas-serje.

Il-ħtija li ħass meta biegħ ilfamilja ta’ Potter lil Voldemort kienet wasslitu biex jibki l-għażla ħażina li għamel. B’hekk iddedika l-kumplament ta’ ħajtu jipprova jirripara kif jista’ dak li kien wettaq. L-emozzjonijiet negattivi u l-preġudizzji kollha tal-qarrej fis jisfaxxaw fix-xejn hekk kif Snape, fl-

aħħar nifs ta’ ħajtu, jisvela s-sigrieti kollha li tant kien ilu jġorr u li kienu qed itaqqlulu qalbu. Il-folja tinqaleb. Snape jiġi mqiegħed bħala l-eroj... l-eroj mhux mistenni. Il-verità ħelsitu... tatu rikonoxximent ġust minn Harry u sħabu, mid-dinja tas-sħaħar, u fl-aħħarnett millammiraturi ta’ dawn il-kotba li tant għamlu suċċess. ✖

Povru Snape! Minkejja dan, il-fiduċja li Dumbledore kellu fi Snape tat frott bnin fi tmien is-serje. Il-maħfra u l-fedeltà li kien żera’ f’qalb Snape tant snin qabel issa nibtu u taw il-frott. Għalhekk, matul is-snin ta’ Harry u sħabu fl-iskola talmaġija, kull azzjoni ta’ Snape kienet immirata għal skop wieħed biss, dak li jipproteġi lil Harry mill-periklu ta’ Voldemort.

1997

1991

9 Novembru Snape isalva lil Harry millProfessur Quirrell waqt logħba talQuidditch.

1996

Settembru Snape jibda’ jgħallem is-suġġett taddifiża kontra l-maġija ħażina.

Ġunju Snape joqtol lil Professur Dumbledore

1997

Awwissu Snape jiġi mlaħħaq surmast ta’ Hogwarts.

1998 Mejju Voldemort joqtol lil Snape ġewwa ixShrieking Shack

7


y reuben ELLUL GEORGE cassar

“Qaddis minn issa” kienet l-għajta l-iktar li spikkat nhar it-8 ta’ April 2005, meta d-dinja kollha waqfet biex tagħti l-aħħar tislima lil dak li hu meqjus minn ħafna bħala r-rivoluzzjonarju tas-seklu 20. Din l-għajta se tkun parzjalment imwieġba nhar l-1 ta’ Mejju, Ħadd fuq l-Għid il-Kbir, hekk kif il-Papa Ġwanni Pawlu II se jkun dikjarat Beatu. Dan wara li kien approvat il-miraklu ta’ fejqan bl-interċessjoni tiegħu fuq soru Franċiża li kienet issofri mill-marda tal-Parkinson’s, l-istess marda li għal snin twal ikkundizzjonatlu ħajtu. Bilbeatifikazzjoni huwa se jkun meqjus bħala qaddis f’pajjiżu stess, jiġifieri l-Polonja, għalkemm m’hemmx dubju li d-devozzjoni lejh hija diġa’ mxerrda mad-dinja kollha.

8  MARZU/APRIL 2011

“Ta’ 20 sena diġa’ tlift in-nies kollha li nħobb...” It-18 ta’ Mejju 1920 hija ġurnata storika għall-Pollakki hekk kif dakinhar Marshal Josef Pilsudski daħal f’Varsavja wara li l-forzi Pollakki kkonkwistaw il-belt ta’ Kiev. Iżda filwaqt li l-poplu Pollakk kien qed jiċċelebra din ir-rebħa, dakinhar stess ġewwa dar ċkejkna fir-raħal ta’ Wadowice, twieldet ukoll tarbija bl-isem ta’ Karol; tarbija li permezz tagħha ma rebħitx biss il-Polonja imma d-dinja kollha. It-tfulija u ż-żgħożija ta’ Karol ma kienu faċli xejn għax matulhom sofra d-diżgrazzji tal-imwiet ta’ ommu, ħuh u missieru. Ommu Emilia mietet meta hu kellu biss 8 snin u minn wara l-mewt tagħha, ħuh Edmund, li kien qed jistudja għal tabib ħa r-responsabbiltà taċċkejken Karol li min-naħa tiegħu kien iqisu bħala l-idolu tiegħu. Edmund u Karol kienu jqattgħu ħafna ħin flimkien b’mod speċjali permezz tal-isport favorit tagħhom

li kien il-futbol. Kienu jqattgħu ħafna mill-passiġġati tagħhom iqassmu l-ballun lil xulxin. Iżda ħuh miet wara li ġie nfettat minn epidemija li sofrew xi pazjenti tiegħu. Ta’ 20 sena tilef ħabta u sabta lil missieru li kien uffiċjal fl-armata Pollakka u li Karol stess kien jikkunsidrah bħala l-“ewwel seminarju”. Kien isejjaħlu hekk għax minkejja li qatt ma tkellmu fuq il-vokazzjoni, l-eżempju tiegħu biss kien ħajru li jaqbad is-saċerdozju. L-ikbar dispjaċir tiegħu kien li l-ebda waħda minn dawn it-tliet persuni għeżież għalih ma laħaqhom ħajjin fil-mument ta’ mewthom.


Biex tinżamm familja magħquda u ferrieħa, kemm il-ġenituri kif ukoll it-tfal iridu jagħtu sehemhom: kull membru jrid ikun il-qaddej tal-oħrajn – Ġwanni Pawlu II

jħalli l-istudji tiegħu fil-letteratura Pollakka u mar jaħdem f’barriera ġewwa Zakrzowek, qrib Krakovja fejn għal sigħat sħaħ kien kostrett jaħdem f’temperaturi li kienu jinżlu sa 22 grad taħt iz-zero. F’dawk l-istess temperaturi li fihom kien jagħmel sigħat sħaħ jipprattika l-iskiing issa kien qed jagħmel ħidma iebsa. Iffissat fuq l-isports Karol kien persuna sportiva ħafna u fiż-żgħożija tiegħu esperimenta b’tipi differenti ta’ sports bħal futbol, tennis, għawm u oħrajn xi ftit iktar estremi fosthom skiing u mountain climbing. Bħal ħafna żgħażagħ subien kien jorqod u jqum jaħseb fuq il-futbol bilpożizzjoni favorita tiegħu tkun dik ta’ goalkeeper. Fil-fatt għamel żmien twil jiddefendi l-lasti tattim ta’ raħal twelidu Wadowice u anki t-tim tal-Università ta’ Krakovja. Is-sit kalċistiku magħruf www.goal.com inkludietu fil-lista tal-aqwa għaxar footballers li iżda qatt ma ħadu l-futbol bħala l-karriera professjonali tagħhom. Iktar ‘il quddiem kellu ħafna iktar x’jiddefendi minn sempliċi lasta! ...U anki d-drama Meta daħal il-Liċeo beda jiddedika ħafna ħin għall-passatemp ġdid tiegħu: id-drama. Kien waħħalha f’rasu li jrid isir attur u kien jattendi

b’entużjażmu kbir ta’ kuljum għarrehearsals. Sħabu kienu jisimgħuh ta’ spiss ikanta u jirrepeti waħdu xi versi mill-parti li jkun se jirreċta. Darba Karol intgħażel biex jagħmel id-diskors ta’ merħba lill-Isqof ta’ Krakovja waqt żjara pastorali fl-Università ta’ Krakovja. L-Isqof baqa’ impressjonat bil-personalità u l-oratorija taż-żagħżugħ tant li wara huwa qal lis-surmast biex jieħu ħsieb lil Karol għax għad ikun saċerdot tajjeb ħafna. Is-surmast kien pront wieġbu li Karol kien determinat li jsir attur u mhux saċerdot. Tmien snin wara Karol kellu jitla’, din id-darba fuq il-presbiterju u mhux fuq il-palk, biex ikun dikjarat saċerdot millistess Isqof. Waqt it-Tieni Gwerra Dinjija Dan kien perjodu iebes għaddinja kollha b’mod speċjali għall-Pollakki li spiċċaw okkupati mill-Ġermaniżi. Il-kriżi fil-Polonja wasslet fost l-oħrajn għall-għeluq tal-universitajiet tant li Karol kellu

Meta fl-1942 daħal jistudja fis-seminarju ta’ Varsavja, ilformazzjoni tiegħu kienet issir fil-moħbi tant li fl-istess żmien xorta kellu jibqa’ jaħdem f’fabbrika talkimiċi. L-ordinazzjoni tiegħu bħala saċerdot fl-1946 saret fil-moħbi wkoll fil-kappella privata tal-Isqof. Il-kwalitajiet ta’ tmexxija, il-kariżma u, fuq kollox, il-qdusija tiegħu kienu nnutati mill-ewwel tant li ta’ 38 sena sar Isqof ta’ Krakovja u iktar tard ta anki l-kontribut tiegħu f’żewġ dokumenti tal-Konċilju Vatikan II. Habemus Papam Is-sena 1978 kienet waħda partikolari fil-Knisja Kattolika għax kellha fiha tliet papiet differenti. Bdiet bil-Papa Pawlu VI li ħdaxil sena qabel ħatar lil Wojtyla Kardinal, imbagħad kien hemm il-pontifikat ta’ 33 jum ta’ Ġwanni Pawlu I, sakemm fis-16 ta’ Ottubru 1978 id-duħħan abjad reġa’ feġġ miċ-ċumnija tal-Kappella Sistina 9


il-ħin ambulanza kisret ir-regoli kollha tat-traffiku biex twassal il-Papa l-isptar fi ftit sekondi. Iżda dan l-avveniment, filwaqt li kellu effett kbir fuq saħħet il-Papa tul il-kumplament tal-pontifikat twil tiegħu, laħaq il-qofol tiegħu meta hekk kif ħareġ mill-isptar huwa mar iżur lill-aggressur tiegħu fiċ-ċella tal-ħabs. Dak li ntqal fid-djalogu bejn il-Papa u Ali Agca baqa’ sigriet

qablu f’daqqa. Fl-1979 il-Papa Ġwanni Pawlu II sar l-ewwel Papa li qatt kellu udjenza mal-President tal-Istati Uniti, li dak iż-żmien kien Jimmy Carter. F’Malta Ġwanni Pawlu II kellu żewġ żjajjar: waħda fl-1990 fejn dam tlett ijiem u l-oħra fl-2001 fejn ibbeatifika l-ewwel tliet Beati Maltin: Dun Ġorġ Preca, Nazju Falzon u Adeodata Pisani. Il-Papa kellu żjara oħra mhux pjanata meta

Il-futur jibda llum, mhux għada

– Ġwanni Pawlu II

jikkonferma li kien intgħażel irragħaj ġdid tal-Knisja Kattolika. Meta tħabbar l-isem ta’ Karol Wojtyla bħala l-Papa ġdid kien issorprenda lil ħafna nies: ma kienx żgur il-favorit nett, kien l-ewwel Papa mhux Taljan wara 456 sena, kien mill-Polonja li kienet immexxija minn gvern Komunista u kellu 58 sena li hija età relattivament żgħira għall-ħatra ta’ Papa. Minkejja li ma kienx Taljan, flewwel diskors uffiċjali tiegħu, Wojtyla li issa sar Ġwanni Pawlu II , issorprenda lil kulħadd, meta tkellem bit-Taljan b’aċċent Pollakk. F’dan l-ewwel diskors tibqa’ tispikka s-sentenza li baqa’ jirrepetiha diversi drabi speċjalment f’diskorsi maż-żgħażagħ: “Iftħu beraħ qlubkom għal Kristu. Ħalluh ikellimkom għax hu biss għandu l-kliem tal-ħajja ta’ dejjem. “ Attentat fuq ħajtu It-13 ta’ Mejju 1981, kienet ġurnata li setgħet spiċċat f’niket kbir għallKnisja Kattolika li għal ftit ma reġgħetx tilfet ir-ragħaj spiritwali tagħha. It-terrorista Tork Ali Agca spara tir fid-direzzjoni tal-Papa waqt li dan kien għaddej min-nofs il-folla fil-pjazza tal-Vatikan. Dak 10  MARZU/APRIL 2011

iżda li hu żgur hu li f’ħin minnhom ilPapa deher jagħtih il-maħfra filwaqt li t-Tork deher ibus idejn il-Papa. Din ix-xena kienet żgur “wirja” qawwija ta’ maħfra. Madwar sena wara, ilPapa mar jirringrazzja lill-Madonna fis-santwarju tagħha f’Fatima għax hu jgħid li kienet hi li salvatlu ħajtu. Il-bullet li għaddiet ftit millimetri bogħod mill-arterja prinċipali, tpoġġiet f’kuruna li titqiegħed f’ras l-istatwa tal-Madonna. M’hemmx għalfejn tmur Ruma biex tara l-Papa! Ġwanni Pawlu II żgur li ma kienx priġunier tal-Vatikan. Tul is-snin li dam Papa, huwa żar 117-il pajjiż differenti li tfisser li żar iktar pajjiżi mill-Papiet l-oħra kollha li ġew

waqaf għal siegħa f’Malta sakemm l-ajruplan tiegħu li kien fi triqtu lejn it-Tanzanija ngħata l-fuel. Ħajja ta’ Papa! Jekk meta nużaw l-espressjoni ‘Ħajja ta’ Papa’ nkunu qed nirreferu għal xi ħadd li qed jgħix ħajja xxamplata u rilassata, il-pontifikat ta’ Ġwanni Pawlu II żgur li ma kienx ta’ dan it-tip. Bħala mexxej tal-Knisja huwa intervjena fi kwistjonijiet politiċi bħall-kwistjoni bejn l-Istati Uniti u l-Iraq, kif ukoll fil-waqgħa tal-komuniżmu flEwropa tal-Lvant. Ta’ spiss għamel appelli mqanqlin lill-kapijiet ta’ pajjiżi biex jaħfru d-djun li pajjiżi oħra għandhom magħhom ħalli b’hekk tittaffa l-ġerħa tal-faqar. ✖


minn hawn

u minn hemm

Immorru fis-sħab y CLIFTON sammut

Deathray

y lawrence FENECH

Naħseb ġieli rajt xi film tal-fantaxjenza fejn il-karattri jisparaw b’laser jew xi arma oħra futuristika. Min minnkom ra l-film Star Wars żgur jiftakar id-Death Star li kellha l-kapaċità li teqred pjaneta sħiħa. Imma dawn jeżistu fil-verità? Żagħżugħ Amerikan jismu Eric Jacqmain irnexxielu jagħmel death ray li jaħdem bix-xemx. Forsi ma jirnexxilux jeqred pjaneta sħiħa, imma fuq youtube għandu video fejn jidher jaħraq l-injam u jdewweb il-metall u anke l-ġebel b’din l-arma! Eric waħħal 5,800 mera żgħira ma’ dixx ta’ satellita biex jirrifletti s-sħana tax-xemx għal fuq punt wieħed. U meta jqiegħed xi ħaġa f’dan il-punt tant tisħon li ddub jew tieħu n-nar!

Le,… mhux letteralment ! … imma min juża l-kompjuter, l-aktar għall-internet jew biex jisma’ l-mużika, dan ikun jista’ jagħmlu permezz ta’ jolicloud. Dan il-programm huwa faċli ħafna biex jintuża għax huwa ddisinjat biex jiffoka fuq l-aktar affarijiet essenzjali li tagħmel online: jiġifieri tara l-emails, tara l-videos, titkellem ma’ sħabek … Forsi l-iktar ħaġa li tispikka hija l-ħeffa li biha jixgħel ilkompjuter wara li jkun installat il-programm, għax jieħu madwar 20 sekonda inqas! Barra minn hekk wieħed ikun jista’ jaċċessa l-programmi li jkollu installati fuq il-kompjuter tad-dar minn kwalunkwe kompjuter ieħor, x’ħin irid. Dan il-programm huwa bla ħlas u jħallik tinstallah fuq is-sistema li jkollok mingħajr ma titlef l-ebda dokument. Fi ftit kliem trid tippruvah biex tasal tifhem is-sbuħija ta’ din is-sħaba li tagħti ħajja lill-komputer antik tiegħek - www.jolicloud.com

11


minn hawn u minn hemm y CLIFTON sammut

Kreattività fid-divertiment

Żġur li mhux l-ewwel darba li ħadna pjaċir naraw xi video fejn ftit (jew ħafna) luminata għamlet effett ta’ funtana meta tqiegħed il-ħelu fiha. Żewġ xjentisti magħrufin li għamlu diversi esperimenti f’dan il-qasam huma Eepybird: Fritz Grobe u Stephen Voltz. Dawn iqattgħu sigħat sħaħ ifittxu modi kif jittrasformaw affarijiet ta’ kuljum f’xi ħaġa kreattiva u innovattiva. L-imħuħ wara dan il-grupp dehru fi programmi bħal Timewarp u Mythbusters u, barra li waqqfu tliet rekords dinjija, rebħu diversi premjijiet. Tridu taraw ftit minn dawn l-iskoperti? Żuru l-laboratorju virtwali fis-sit www.eepybird.com u ma jiddispjaċikomx! y LAWRENCE fenech

Invenzjoni inġenjuża

Waħda mill-aqwa invenzjonijiet tas-sena 2009 kienet kaxxa tal-pizza! Din kaxxa tal-kartun, magħmula minn karti riċiklati u għalhekk imsemmija Green Box. L-għatu tal-kaxxa jista’ jinqata’ f’erba’ ‘platti’ żgħar filwaqt li l-qiegħ jista’ jiltewa biex fih terfa’ xi biċċa li jkun fadallek għal aktar tard. William Walsh ivvinta din il-kaxxa u issa qed jaħdem biex jibdel l-idea tiegħu f’attività kummerċjali www.greenboxny.com

12  MARZU/APRIL 2011

Ċajta ftit goffa

Patrick Moore kien preżentatur tar-radju fuq il-BBC li kien jagħmel programmi dwar l-astronomija. Fl-ewwel t’April 1976 hu qal lis-semmiegħa tar-radju li fl-9:47 a.m. kien se jiġri fenomenu astronomiku uniku: Jupiter u Pluto kienu se jiġu wara xulxin b’tali mod li l-effett tal-gravità fid-dinja jonqos. Żied jgħidilhom li jekk jaqbżu f’dak il-mument eżatt, iħossuhom jifflowtjaw! Ovvjament din kienet biss ċajta imma wara, tgħidx kemm ċemplu nies fuq ir-radju biex jgħidu li ħassew eżatt kif kien qal Patrick Moore!!


Ritratt tal-Kraft lest f’paġna 1 Jekk ma tridx taqta’ din il-paġna tista’ tibagħtilna email fuq xehda@sdcmuseum.org u nibagħtulek verżjoni JPEG biex tipprintjaha u tuża lilha


Ricardo Izecson dos Santos Leite



minn hawn u minn hemm y franklin BALZAN

Ricardo Izecson dos Santos Leite Ricardo Izecson dos Santos Leite jew kif inhu magħruf aħjar bħala Kakà, huwa wieħed mill-midfielders l-iktar kapaċi għad-dribbling, ġirjiet u xuttijiet mill-bogħod. Għalkemm illum huwa jilgħab mar-Real Madrid (li xtrawh dan is-sajf għaċ-ċifra rekord ta’ 89 miljun dollaru mingħand it-tim tal-A.C. Milan) huwa beda jilgħab futbol meta kellu tmien snin. Ta’ 18-il sena huwa sofra minn frattura fl-ispina dorsali li setgħet mhux biss tellfitu milli jilgħab futbol b’mod kompetittiv iżda setgħet ukoll ipparalizzatu. Iżda huwa mhux talli rkupra, talli sar titolari fiss fil-formazzjoni nazzjonali Brażiljana u rebaħ il-Ballun tad-Deheb fl-2007. Kakà jibqa’ affaxxinanti l-iktar għall-bżonn li jħoss ta’ Alla f’ħajtu... l-ġest tas-saba’ ’l-fuq meta jiskurja, ilflokk li jilbes minn taħt bil-kliem ‘I Belong to Jesus’ jew il-mumenti ta’ talb li huwa għamel wara r-rebħa tatTazza tad-Dinja tal-2002, kollha huma xeni li ser jibqgħu stampati f’moħħna.

Ara liema minn dawn il-kliem jaqbel mal-fatti fuq iċĊikkulata VALENTINU AZTEKI GRADI DEHEB NEMEL KUNTENT FRANZA CORTES BAJDA HERSHEY BEJKEN

16  MARZU/APRIL 2011

EKWATUR AMERIKANI REKLAM ISTATWA ALLAT KAKAW KRISTU KIMIKA RENJU MONTEZUMA


y JOSEPH bonnici

L-Istilla tal-Afrika

F’Jannar 1905, fil-Premier Diamond Mine ġewwa Pretorja, fl-Afrika t’Isfel, instab djamant enormi. Kien jiżen 621 gramma, jew 3,106 karat! Ingħata l-isem ta’ Cullinan Diamond u kien imiss l-operazzjoni biex jinqasam fi djamanti iżgħar! Din il-ħaġra prezzjuża kellha tinqasam f’oħrajn iċken, b’daqqa tal-imgħallem! L-imgħallem magħżul kien Joseph Asscher, li dam sitt xhur jistudjaha qabel ma ddeċieda kif u fejn se jagħti d-daqqa li biha seta’ jaqsamha. Minħabba l-biża’ tar-reazzjoni tiegħu jekk id-daqqa tmur żmerċ, hemm min jgħid li Joseph talab li maġenbu jkollu tabib jassistih! L-ewwel daqqa ma tantx marret tajjeb u kważi farrak il-ħaġra prezzjuża! Imma mat-tieni daqqa ħarġu disa’ djamanti kbar u sitta u disgħin ħaġra prezzjuża iżgħar. L-ikbar djamant, ta’ 530.2 karat, ġie msemmi l-Istilla tal-Afrika u kien ippreżentat lir-Re Edwardu VII tal-Ingilterra. Illum jinsab mal-ġojjellerija rjali fitTorri ta’ Londra.

Immaġina l-eċċitament ta’ min ħa sehem f’din l-operazzjoni kollha! Il-Kelma t’Alla wkoll tippreżentalna ħaġra prezzjuża – il-kliem ta’ għerf! ‘Hemm id-deheb u ħaġar prezzjuż bil-kotra, imma kliem l-għerf hu egħżeż minnhom.’ Qwiel 20, 15 Kliem ta’ għerf huwa prezzjuż għax jirrifletti l-imħabba t’Alla għall-bniedem. Huwa kliem sinċier u onest. Hu maħsub biex iqawwi u jfarraġ il-qlub. Il-bniedem li jlissen kliem ta’ għerf jixbah lil Joseph Asscher: jaħsibha sew qabel ma jitkellem!

Kull sena, l-Amerikani jixtru 22 miljun kilo ċikkulata għal Jum San *********.

tippermettilhom iġorruha fuqhom mingħajr ma tinħall.

Iċ-ċikkulata ***** fil-fatt mhix ċikkulata. Hija magħmula millbutir tal-kakaw, mhux mit-trab tal-kakaw bħaċ-ċikkulata.

****** antik taċ-ċikkulata kien jistqarr li ikla ċikkulata timlik iktar minn ikla laħam.

Il-fabbrika ta’ *******, Pennsylvania, tipproduċi 20 miljun Hershey’s Kisses kuljum.

Replika ċkejkna tal******* tal-Libertà nbniet b’104 kilo ta’ ċikkulata.

L-****** kienu jħalltu ż-żrieragħ tal-kakaw malbżar aħmar biex jagħmlu xarba qawwija u kollha ragħwa.

L-isem xjentifiku taċ-ċikkulata huwa Theobroma Cacao, li jfisser Ikel tal-*****.

Kumpanija Svediża ivvintat ċikkulata li ma tinħallx qabel ma t-temperatura titla’ 55 ***** Celsius.

F’kull miżwet tal-***** hemm bejn 30 u 50 żerriegħa, biżżejjed biex isiru seba’ biċċiet ċikkulata.

Ir-rejiet tal-Azteki kienu jixorbu taħlita ta’ ċikkulata u ħwawar minn tazzi tad*****. Kienu jemmnu li ċ-ċikkulata kellha qawwiet maġiċi.

Hawn min iħobb jiksi l-****** biċ-ċikkulata! Is-siġra tal-kakaw, li minnha ssir iċ-ċikkulata, tikber biss qrib l-*******. L-ewwel nies li kielu l-M & M’s kienu suldati ********* fit-Tieni Gwerra Dinjija. Il-kisja ta’ din iċ-ċikkulata kienet

L-ewwel nies li użaw issiġra tal-kakaw, probabbli kienu l-poplu Olmec fil-Messiku, elf sena qabel ******.

Fiċ-ċikkulata hemm ****** naturali li twaqqaf is-sogħla. Għal kull ċikkulata li tittiekel fiċĊina, jittieklu elf fir-***** Unit. Jgħidu li l-Imperatur Aztek ********* II kien jixrob iktar minn 4 litri ċikkulata kuljum. Fil-Messiku jittieklu ***** miksijin biċ-ċikkulata! Kimika li tinsab fil-kakaw tgħin biex iżżommok *******! Maria Tereża, reġina ta’ ****** bejn l-1660 u l-1683, ħatret bniedem li xogħlu kien li jagħmel il-kokotina fil-Qorti Rjali. Kien Hernan ****** li ġab iċ-ċikkulata lejn Spanja u l-Ewropa fl-1528.

17


minn hawn u minn hemm Kif isir il-Popcorn?

Il-popcorn ġej miż-żerriegħa tal-qamħirrun. Meta din tiġi msaħħna, l-ilma u ż-żejt ta’ ġo fiha jisħnu u jilħqu temperatura ta’ xi 180oC. Il-pressjoni togħla xi disa’ darbiet daqskemm tkun fl-arja peress li l-qoxra tażżerriegħa hi b’saħħitha u tiflaħ din il-pressjoni. Meta l-qoxra ma tkunx tiflaħ iżjed, hija tinfaqa’ u l-materjal imdewweb ta’ ġo fiha jespandi. Dan jiksaħ malajr u jieħu l-forma stramba li jkollu l-popcorn. y LAWRENCE fenech

Ras ir-Randan jew, kif inhu magħruf ukoll, ‘l-Erbgħa tal-Irmied’ huwa l-ewwel jum tar-Randan: dak iż-żmien fil-Kalendarju Liturġiku tal-Knisja li jippreparana għall-ikbar festa tal-Knisja, l-Għid il-Kbir. L-isem ‘l-Erbgħa tal-Irmied’ imur lura sas-seklu 8. F’din il-ġurnata kull

Ħamis ix-Xirka huwa l-ħames jum tal-Ġimgħa Mqaddsa li tibda bil-festa ta’ Ħadd il-Palm u tagħlaq bil-festa tal-Għid il-Kbir. Iċ-Ċelebrazzjoni ta’ Ħamis ix-Xirka hija l-bidu tat-Tridu Mqaddes tal-Għid: Ħamis ix-Xirka, il-Ġimgħa l-Kbira u Sibt il-Għid. Madwar iddinja din il-festa tingħata diversi ismijiet, skont it-tradizzjoni tal-post. Fiċ-Ċelebrazzjoni ta’ Ħamis ix-Xirka ssir tifkira

Nisrani huwa mistieden biex jersaq lejn l-artal biex il-qassis ipoġġilu ftit irmied fuq rasu filwaqt li jgħidlu: “Ftakar li trab kont u trab terġa’ issir” jew “Indmu u emmnu fil-Bxara t-Tajba”. L-irmied li jintuża f’din iċ-ċelebrazzjoni jiġi magħmul mill-ħruq tal-fdalijiet talweraq taż-żebbuġ li jkunu tbierku nhar Ħadd il-Palm tas-sena ta’ qabel.

tal-aħħar ikla ta’ Ġesù mal-appostli. Fl-istess ċelebrazzjoni ssir it-tifkira tal-ħasil tar-riġlejn. Dan ilġest huwa antik ħafna filKnisja u nsibuh ipprattikat sa mill-ewwel żminijiet. F’Ħamis ix-Xirka nfakkru t-twaqqif ta’ żewġ Sagramenti: L-Ewkaristija u l-Ordni Sagri.

Id-drawwa tat-tqegħid tal-irmied ġejja mill-għemil li l-penitenti (dawk in-nies li jkunu maqtugħin mill-Knisja u jkunu fit-triq tal-konverżjoni) kienu jiġu mitluba jagħmlu biex juru l-indiema tagħhom. Maż-żmien, din ħadet postha bħala għemil ta’ ndiema għall-Insara kollha nhar Ras ir-Randan.

Il-Ġimgħa l-Kbira, ittieni jum fit-Tridu tal-Għid għan-Nisrani għandu jkun jum ikkaratterizzat minn sawm u penitenza għax fih infakkru l-mewt ta’ Ġesù fuq is-salib. F’din il-ġurnata ma tiġix iċċelebrata l-quddiesa iżda minflok issir it-Tifkira tal-Passjoni tal-Mulej.

Din iċ-ċelebrazzjoni, li tradizzjonalment tibda fit-tlieta ta’ wara nofsinhar, tinqasam f’erba’ partijiet: Il-Liturġija tal-Kelma, li tinkludi l-qari tal-ġrajja kollha tal-passjoni skont San Ġwann; talbiet ta’ Interċessjoni, fejn ilKnisja titlob għal diversi gruppi differenti ta’ nies; L-Adorazzjoni tas-Salib, fejn il-ġemgħa tadura s-salib imqaddes; ItTqarbin, meta minkejja li f’din iċ-ċelebrazzjoni ma ssirx il-konsagrazzjoni, il-preżenti jiġu mistiedna jirċievu l-Ewkaristija.

y MATTHEW gruppetta

18  MARZU/APRIL 2011


almanakk y kurt MICELI

Ir-Re Karlu VII ta’ Kartaksan

marzu Id-19 ta’ Marzu nagħmlu l-festa ta’ San Ġużepp, ir-raġel ta’ Marija u l-missier putattiv ta’ Sidna Ġesù Kristu. Marbut ma’ din il-festa hemm il-ħelu speċjali taz-zeppoli…drawwa ħelwa Taljana li għaddiet għal Malta wkoll!

u l-pastizzi tal-piżelli Illum biex inhuma ġejjin tax-Xehda? Is-soltu jirrakkuntawlna storja fuq xi ktieb interessanti - ħalliha li qatt ma naqrawh! Imma Kartaksan!? Mela ħasbuna ta’ subgħajna f’ħalqna! Dan il-post la jeżisti u lanqas jekk tfittxu fil-Wikipedia ma ssibu! U dan x’Re kien, biex joqgħod jiekol il-pastizzi? Żgur li kienu fis-sakra l-edituri biex ħallew xi ħaġa hekk taqbżilhom. Imisshom jistħu! Stenna ftit, dak il-wiċċ żorr li hemm fuq il-qoxra; dak mhux wiċċ ġdid. Donni rajtu x’imkien ieħor, imma ma nistax niftakar fejn, sakemm ma kontx qed noħlom? IVA! Issa ftakart! Dak ta’ Trevor Żahra - mhux l-istampa tal-faċċata - imma l-ktieb. Kont rajtu f’idejn il-kuġin meta mort s’għandu u tant kien mitluf fih li ma riedx kliem qabel ma kien qrah kollu. Tgħidx kemm għidtlu xorti! Biss meta rajtu l-ħin kollu mgħawweġ ganċ bid-daħk interessajt ruħi u tlabtulu - ovvjament wara li lestieh. U nassigurakom li, minkejja li jiena u l-kotba m’aħniex fost l-aqwa ħbieb, din id-darba ma kienx hekk għax qrajtu f’nifs. Kif m’għaraftux malewwel, x’mistħija?! “Ħadd ma jista’ jidħak jew jiekol pastizzi tal-piżelli” huwa l-ewwel ktieb minn sensiela ta’ tlieta. Il-ktieb huwa adattat għaż-żgħar kif ukoll għall-kbar għax mimli logħob bilkliem, ħaġa moħġaġa u umoriżmu kontinwu. Fi ftit kliem Żahra reġa’ għamilha u, bħas-soltu, bi kbir ħasra li għadu ma ħarigx it-tieni volum. Nispera li ma jdumx!

Bejn is-26 u s-27 ta’ Marzu naqilbu għallħin tas-sajf ... siegħa rqad inqas!

Dieta

Xeħħa

Mara: Tabib, id-dieta li tajtni tajba ħafna. Naqqast tliet kilos mindu bdejt. Imma sirt nervuża wisq! Il-bieraħ lir-raġel gdimtlu widintu! Djetologu: Ma jimpurax sinjura. Widna ma fihiex wisq kaloriji!

Żewġ ħutiet

Mara marret għand djetologu li għamlilha dieta biex tirqaq u żżomm il-figura. Wara ftit ġranet, din reġgħet marret għandu.

Raġel xħiħ mititlu l-mara u mar jagħmel l-avviż għand tal-gazzetta. Impjegat: X’se tikteb? Raġel: Mietet Mary. Impjegat: Taf kemm-il Mary hawn f’Malta?! Raġel: Ma rridx nonfoq ħafna! Impjegat: Sa 5 kelmiet, il-ħlas jibqa’ l-istess. Raġel: Tajjeb. Mela ikteb: Mietet Mary, inbiegħ Mini ħamra.

Żewġ ħutiet ġewwa akkwarju kienu qed iħarsu lejn dentatura f’tazza ilma. Ħuta 1: X’taħseb li hi dik? Ħuta 2: Piranha!

april Fit-12 t’April 1961 intbagħtet fl-ispazju l-vettura spazjali Vostok 1 bl-asronawta Yuri Gagarin (1934 – 1968) abbord: Gagarin kien l-ewwel bniedem li tela’ fl-orbita tad-dinja.

L-20 ta’ Marzu jissejjaħ l-ekwinozju tar-rebbiegħa, jew aħjar il-jum meta t-tul tal-jum u t-tul tallejl ikunu ndaqs. Huwa t-tmiem taxxitwa u l-bidu tar-rebbiegħa.

Fis-17 t’April 1961, niżlu fil-Bajja tal-Qżieqeż, f’Kuba, 1,511 eżiljat minn Kuba stess. Dawn kienu mħarrġa apposta mis-CIA fl-Istati Uniti biex iwaqqgħu r-reġim ta’ Fidel Castro li kien ilu sentejn li ħa l-poter. L-attentat tagħhom falla. Fl-4 t’April 1581, Francis Drake temm id-dawra tiegħu maddinja!

L-24 t’April huwa l-Għid il-Kbir, li jissejjaħ festa ‘mobbli’, għax id-data tiegħu tiddependi fuq il-qamar. Fil-fatt din il-festa nagħmluha l-Ħadd ta’ wara l-ewwel qamar kwinta tar-rebbiegħa. Id-data tista’ tkun fil-perjodu bejn it-22 ta’ Marzu u l-25 t’April. 19


y NEIL aquilina

Għal din il-ħarġa ddeċidejna li nagħmlu intervista ma’ plejer tar-rugby, Victoria Aquilina li skont hi: “Rugby is like McDonald’s: I’m loving it” Niskopru ftit għaliex :)

Dak ilmument li tilbes il-flokk ta’ Malta u toħroġ bih quddiem plejers u nies ta’ pajjiżi oħra tħossok kburi li inti Maltija

20  MARZU/APRIL 2011

Victoria, lit-tfajliet nabbinawhom ħafna ma’ ċertu tipi ta’ sports bħal Netball, Tennis u sports ieħor ikkunsidrat “soft”, u żgur li mhux mar-Rugby. Żgur li inti ma taqbilx ma’ dan l-għidut. X’taħseb fuq hekk? Iva, veru. Is-soċjetà għadha sal-ġurnata tal-lum ma tantx tabbina n-nisa ma’ ċertu tip ta’ sports u dan mhux rugby biss. Imma jien naħseb li ħaddieħor jaħseb li jrid u dik il-persuna għandha tagħmel dak li tħoss li trid tagħmel tajjeb. Illum ilġurnata kulħadd jista’ jipprattika kollox, l-importanti li jkollok imħabba lejn dak li tagħmel.

X’kien li ħajrek tibda tipprattika r-rugby u mhux xi sports ieħor iktar popolari bħal futbol jew baskitbol? Għar-rugby kienet ħajritni persuna li llum il-ġurnata hija waħda mill-ħbieb kbar tiegħi. Kont inżilt darba għat-training u kien għoġobni u llum ma jiddispjaċinix. Nilgħab malValletta Lions Rugby Football Club li hu tim relattivament ġdid fix-xena tar-Rugby għax ilu li beda mill-2008.


Jien nemmen li mingħajr sagrifiċċju mhux ħa tkun pjaċevoli l-ħaġa

Xi tfisser għal tfajla li tittrenja r-rugby? Hemm sagrifiċċji jew gost biss? Jien nemmen li mingħajr sagrifiċċju mhux ħa tkun pjaċevoli l-ħaġa. Per eżempju aħna nittrenjaw fil-għaxija fit-tard minħabba l-ħinijiet tax-xogħol. Żgur li wara ġurnata xogħol ma jkollokx aptit tinżel għat-training filbard u l-maltemp tax-xitwa. Imma mbagħad jekk ma tinżilx għat-training qatt mhu se

jogħġob lilek dak il-ħin. Hemm it-teknika u r-regoli u dawn għalhekk qegħdin hemm: biex jissalvagwardjaw il-plejers. Naf ukoll li inti tilgħab matTim Nazzjonali tar-Rugby tan-Nisa. Xi tħoss meta tkun liebsa l-flokk ta’ pajjiżna? Iva, din hi l-ħames darba li ntgħażilt biex nilgħab għal Malta. Għalija hija l-ikbar ferħa li atleta jew plejer jista’ qatt

Imma waqt logħba rugby ma tistax taqbad u twaqqa’ player kif jogħġob lilek dak il-ħin jirnexxilek tilħaq il-quċċata. U meta tilħaq dak li tkun trid, imbagħad tħossok sodisfatta u kuntenta.

l-importanti li jkollok imħabba lejn dak li tagħmel

Veru li r-rugby huwa sports “salvaġġ” jew hija biss l-impressjoni tan-nies? Mhijiex impressjoni tan-nies imma iva, ir-Rugby huwa sport fejn il-kuntatt huwa essenzjali fil-logħba. Imma waqt logħba rugby ma tistax taqbad u twaqqa’ player kif

jesperjenza. Dak il-mument li tilbes il-flokk ta’ Malta u toħroġ bih quddiem plejers u nies ta’ pajjiżi oħra tħossok kburi li inti Maltija u tħossok fid-dmir li tagħmel l-almu tiegħek biex tirbaħ u tpoġġi lil Malta fuq quddiem. Nirringrazzjaw lil Victoria ta’ din l-intervista u nawgurawlha kull suċċess fir-rugby mattim tagħha u iktar mat-tim Nazzjonali. ✖

21


y aaron AQUILINA

Issibhom Katerodin ma ma , ifittex lil Rurk, im

ra bil-m una. Corey dar lu sħ x m xe ħt ta , qa Kienu f’nofs għal weħidhom. u Jonathan kienu Hu . en ki m ħu m le għmlu?” ħbu, “issa x’ħa na “Corey,” qallu sie lilna Rurk.” fejn qegħdin, kif qa w ra na r ja aħ eb ta... Naħs “Ma nafx Jonathan u li qabad u u?! Se tafda spirt nh x’i w je , nu on kr dak il. “Kif, se tafdah lil Jonathan skanta ?” na id eħ ħalliena w ħadna xi mkien, u an.” … jgħidulhom Kron “Kronan, Jonathan ħajjat u iem b’Jonathan jg dd qu ’l a ex m y u, Core l-ħurrieq. bla jew pjanta ta tbissima fuq wiċċ ` ġe i ta f’x jn xx xe rfi qs ge da b’ jit U a ma ta warajh, jipprov riżaw, jipprova jargumen bħal donnhom iff u h, ħu lg te , eħ jji se sta quddiemhom Waslu sa ħajt s. Iċċassaw jaraw es st a m hu el eb zzi qodma jew saru tal-ġ elli antiki ta` karo ud m b’ a, tik an r ta nti ħafna, Malta ħafna ik enu lebsin differe ki s ie -n In n. ħi s da żagħżugħ u ġodda fl-istes ar u raba`. Għad siġ r ta ik m m he sakemm u donnu kien om ġriet miegħu ith rs ħa u ri, jiġ , minn taħthom l-ħanut u jintefa` etta mingħand ta rawh jaqbad gazz stizzi u jħambaq ejda jiekol żewġ pa mgħawweġ fuq m abu. ma` tlieta minn sħ mm fuq?” “X’qed tagħmlu he

22  MARZU/APRIL 2011


” qa wieġbu: “Xejn! effa u t-tnejn f’daq l-ħ bi żlu ni , in lx xu ħarsu lejn Corey u Jonathan itx qalulha li ma daħq . Bilkemm laħqu m ho xim ta jis ir x’ w tid om iż u u staqsieth jn tlellix u tegħm It-tfajla tbissmet than semgħetu be na ntas naqra, u Jo tfa m , Ise na ’. du ey Jonathan in a. jh għall-isem ‘Cor ne aj għ a ilh y kien ġibd xagħar, għax Core asir. ex jaqtgħalha fil-q bi staqsieha isimha

rin.” sħabi jgħiduli Kate “Catherine, imma nathan. faqqa` d-daħq Jo ” a! nn na xi m ise “Katerin? Dak illi xi tifel feri nkun nanna m re pp ni , kk he qs inn da tifla xi darba. U m “Kull nanna tkun liema skola hi?” n in m k għkom. Di ta al bħ i rm ifo un b’ ’ jgħid xi ħaġa ż Corey qabel seta be qa ,” rin te Ka , daqshekk għġbok?” “Mhux importanti jn qegħdin, jekk jo fe a ln di ħi tg a` Jonathan. “Tist nt n Franġisk fejn ko ara l-iskola ta` Sa w , tu aj iċċ sp a m wn tas-Slie “Mela ntliftu? Ha ilu.” na se immur jien sa ur skola?” a sena waqaft tm m ie f’l U ? en te k six u sebgħin ġifieri int għande ġisk mill-wieħed an Fr n Sa ilt am Għ “Grazzi Katerin. Ji diet. k? Is-sena li għad “Mhux ġa għedtle n.” sas-sitta u sebgħi ħalli hu prova jgħid xi ħaġa ip u , ni jo zz ira m t’am y jifhem jn Corey b’ħarsa tieq jgħin lil Core jix t en m ra ċe sin Jonathan ħares le li kien Katerin u Bond, ħares lejn raġel, u biex jurih es m Ja ` ta ha nn wkoll joħroġ ta` rsa do ġabu hawn. B’ħa għaliex Rurk kien staqsieha: du hux?” u dsatax qed ngħi “Jiġifieri, tas-sekl jh donnu ma mod dar iħares le ilod l-m bi y re , u Co deffes idejh tħares ċassa lejh fira bla armonija tis b’ u el isf ’l s Katerin baqgħet re ħa s-Sliema. widnejh. Jonathan fis-sena 1977. Ta n di għ qe , ħu riedx jemmen lil ru jn b Corey bejnu u be fil-but. Mela, ħase Għaliex, Rurk? jonijiet, sha f’diversi direzz ra t la go an li a ar w iet tifli lil Corey u, Katerin reġgħet bd qaltlu: rd.” nnie. Ronnie Atta ix minnu hux? Ro tiġ a M i. għ tie b lil ħabi “Inti tixbah ħafna a nafu ’l ħadd. hux minn hawn, m m a ħn “A , an th na wieġeb b’nefħa Jo ” “Le, ma nafuhx,” n, hux vera Corey? jri se , as nq la n w ha u um nd U mhux ħa ie, filwaqt li qa` ma` dan Ronn ta jil ex bi u ħd tie għax qatt ma . Lil Katerin qalilha kien kważi nesa, m m ke al Għ Corey xengel rasu u. lq a kien ħadd rsa biex jagħlaq ħa bib ta` Katerin m ħa iln da li ħ ba lil Jonathan tah ħa te y in b’dak l-isem, Core kien jaħseb fuqu ħlief missieru. ✖

23


Kont taf li l-moħħ ta’ adult jiżen madwar 1.3 kilogrammi. Waqt li l-moħħ ta’ xi baleni fih kważi 8 kilogrammi, il-moħħ ta’ ljun fih biss mal-240 gramma. Moħħna fih madwar 100 biljun ċellola jgħidulhom neurones – daqs kemm hemm stilel fil-Milky Way. Nofs dawn in-neurones jinsabu fis-cerebellum, li jieħu inqas minn 10% tal-volum tal-moħħ. L-informazzjoni fin-neurones tgħaddi b’mill-inqas 400 kilometru fissiegħa!

y daniel MICALLEF

il-moħħ Immorru lura Kieku kellna mmorru lura ħamest elef sena fl-Eġittu, kienu jaħsbu li l-intelliġenza u l-ħsieb ġejjin millqalb. Mijiet ta’ snin wara, ix-xjenzati bdew jindunaw li l-moħħ hu l-organu li bih naħsbu u nikkontrollaw il-ġisem tagħna. Kif jiġri dan, ma kellhomx idea, imma ftit iktar minn mitejn sena ilu ħarġet l-idea li n-nervituri huma qishom wajers tal-elettriku ħerġin mill-moħħ u mingħajrhom il-muskoli ma jistgħux jiċċaqalqu. Il-pastarda tiegħek B’daqs ta’ pastarda żgħira, f’ġisimna nsibu l-moħħ. Jekk tħares lejh forsi ma jimpressjonakx imma l-mod kif jaħdem għadu jiġi studjat il-ħin kollu. Hu organu mill-iktar ikkumplikat u tal-għaġeb. Jgħinna naħsbu, inħossu u niċċaqalqu. Mingħajru la naraw, la nisimgħu u lanqas inxommu... għax in-nervituri kollha tal-għajnejn, tal-widnejn u tal-imnieħer jispiċċaw fil-moħħ. Mingħajru ma nikbrux għax il-kimika li tgħin lill-għadam jikber ħierġa mill-moħħ ukoll! Protett tajjeb Minkejja li hu artab ħafna, il-moħħ hu protett tajjeb bi tliet modi. Fuq barra hemm l-għadma tal-iskutella tar-ras. Fuq ġewwa tal-għadma nsibu tliet saffi ta’ meninġi – qishom plastik li jiksu lill-moħħ. Is-saff ta’ 24  MARZU/APRIL 2011

l-iskutella dura mater Arachnoid mater pia mater il-moħħ barra, id-dura mater, hu oħxon waqt li l-arachnoid mater qiegħed eżatt taħtu. Is-saff ta’ ġewwa, il-pia mater hu mwaħħal tajjeb mal-moħħ. Bejn l-arachnoid mater u l-pia mater insibu t-tielet livell ta’ protezzjoni – ilma speċjali li l-moħħ jinsab jgħum fih. B’hekk iċ-ċaqliq tar-ras ma jagħmilx ħsara lill-moħħ. It-taqsim tal-moħħ Il-moħħ fih tliet taqsimiet ewlenin: Cerebrum: L-ikbar parti li hija 80% tal-moħħ. Interessanti li n-nofs tax-

xellug jieħu ħsieb il-parti tal-lemin tal-ġisem u viċe-versa. Jidher li l-lemin tas-cerebrum iktar għandu x’jaqsam mal-mużika, il-kuluri u l-forom waqt li x-xellug iktar għandu x’jaqsam mal-matematika, malloġika u mal-kliem. In-naħa ta’ wara tirċievi l-messaġġi mill-għajnejn


Is-sejba ta’ Galvani It-tabib Taljan Luigi Galvani kien jagħmel ħafna esperimenti bis-saqajn taż-żrinġijiet, povri ħlejjaq! Hu nduna li meta kien imiss metall iċċarġjat ma’ muskolu fis-sieq ta’ żrinġ mejjet, din is-sieq kienet tiċċaqlaq. Din il-ħaġa ġrat ukoll meta l-mara tiegħu kienet qed tipprepara soppa taż-żrinġijiet u messet sikkina ċċarġjata man-nerv tas-sieq tażżrinġ. Hekk induna li l-muskoli għandhom bżonn l-elettriku biex jiċċaqalqu u li huma n-nervituri li jagħtu l-elettriku lill-muskoli.

waqt li s-smigħ jispiċċa fil-qiegħ, il-post li għandu x’jaqsam ukoll mal-memorja u l-kontroll ta’ dak li nħossu. Cerebellum: Il-kelma tfisser ‘moħħ żgħir’ u dan qiegħed fuq wara tarras. Minkejja li ċkejken ħafna, hu importanti biex inżommu l-bilanċ, nikkalkulaw id-distanzi, nitkellmu ċar u niċċaqalqu kif nixtiequ. Brain stem: Dil-parti żgħira tgħaqqad il-moħħ mas-sinsla tad-dahar li se nitkellmu fuqha fil-ħarġa li jmiss. Hija l-parti li tikkontrolla r-ras – iċ-ċaqliq talgħajnejn, il-wiċċ u l-ilsien u tirċievi s-sensazzjoni tal-wiċċ, tas-smigħ u tat-togħma. Minnu joħroġ il-kontroll ta’ proċessi li jsiru bla ma naħsbu bħan-nifs, iċ-ċaqliq talmusrana u t-taħbit tal-qalb. ✖

cerebrum cerebellum brain stem

Uġigħ ta’ ras qawwi

Kieran, żagħżugħ ta’ 16-il sena, qam b’deni qawwi u għejja kbira. Kien imdardar u ommu sabet li kellu d-deni. Ipprova kieku jqum, imma ħass għonqu iebes u d-dawl li kien dieħel mit-tieqa beda jdejqu. Ma kienx il-mard tas-soltu... u tant kien ma jiflaħx li l-ġenituri ħaduh l-isptar. L-isptar, it-tobba ħadu xi testijiet u bdew l-antibiotiċi għax ħasbu li Kieran kellu infezzjoni tal-meninġi – meninġite. Din tiġri meta fid-demm jidħol mikrobu li jasal sal-meninġi li huma madwar il-moħħ. Meta l-meninġi jimirdu, wieħed ma jħossux tajjeb għax dawn jibdew jagħfsu fuq il-moħħ. Kieran ġabha żewġ għax bil-kura fieq bla problemi, imma l-meninġite taf tħalli problemi bħan-nuqqas ta’ smigħ. Għalhekk, importanti li meta jaqbadna uġigħ ta’ ras mhux normali nfittxu l-għajnuna mill-ewwel. 25


y andrew BORG ALAN bonello tazia HALL

Ix-xogħol tal-għalqa kien iebes. Imma mhux l-ewwel darba li missieri kien jitlobni mmur nofstanhar miegħu biex nagħtih daqqa t’id. Jien malajr kont ngħejja, u ħafna drabi kont nispiċċa bil-qiegħda taħt xi ħajt tas-sejjieħ. Dakinhar, konna sejrin lura mill-għalqa, u f ’ħin minnhom, bħal donni lmaħt lil Dun Ġorġ, b’bixra differenti minn tas-soltu, miexi fil-bogħod. Imma… ma nafx x’ġara… filli rajtu, u f ’daqqa waħda ma rajtux…

Ejja Pawl…!!

Dak hu! Dak hu Dun Ġorġ, pa. Arah!!

Fejn hu?!

Hawn kien! Rajtu! Żgur hu kien. Fejn mar?

26  MARZU/APRIL 2011

Imma żgur rajtu pa!

U iwa… forsi rajt ħażin!


Berikni ma! Sejjer il-mużew, jien!

Illum ftit imħawwad…

Ġrat xi ħaġa mhux tas-soltu llum! Kont għaddej minn ħdejn is-Salib tal-Marsa…

Agħtini l-għajnuna!

U hemm rajt tifel li b’ton ta’ kmand qalli… Mela sewwa rajt jien! Dak hu kien ħdejn isSalib tal-Marsa. Imma li ra hu ma rajtux jien. Dun Ġorġ kien qed jgħid li ra tifel, ta’ xi tnax-il sena, qed jimbotta karretta mimlija żibel u ordnalu biex jgħinu. Dun Ġorġ ma tax kas li hu qassis, u tah l-għajnuna. “Dak il-ħin ħassejt ħlewwa tas-sema, li ma nistax infisser bi kliem” smajtu jgħid. “Dak it-tifel, Ġesù kien” kompla Dun Ġorġ, “u ż-żibel it-tagħlim, il-ħabel l-għaqda mal-Papa, u l-karretta s-Soċjetà tagħna! Ġesù jiġbed u jien nimbotta!”

Ma nafx minn fejn għaddieni! Imma, l-aħwa, ma kontx waħdi… ħassejt li intom kontu miegħi! 27


y adrian VELLA NOEL vassallo

Luigi Barzini Jr., ġurnalist, kittieb u politiku Taljan jgħid, li Venezja hi “bla dubju l-isbaħ belt mibnija millbniedem.” L-istorja ta’ din il-belt, imlaqqma wkoll Il-Belt fuq l-ilma, kienet marbuta b’mod speċjali mal-baħar. Grazzi għall-pożizzjoni strateġika tagħha, ir-Repubblika Venezjana saret ċentru importanti ta’ kummerċ bejn l-Ewropa talPunent u pajjiżi mbegħdin fl-Asja, l-iktar fil-ħarir, fil-ħwawar u filqamħ. Sal-aħħar tas-seklu tlettax, Venezja saret l-iktar belt sinjura tal-Ewropa, bil-bastimenti tagħha, li kienu jammontaw għal 3,300, jiddominaw il-kummerċ fuq ilbaħar Mediterran. Kien aktarx bejn l-1596 u l-1598, li l-kittieb Ingliż William Shakespeare, imnebbaħ minn din l-attività kollha, kiteb ilġrajja Il-Merkant ta’ Venezja. Bejn is-sekli tlettax u sbatax, il-belt kienet ċentru importanti tal-arti, b’sehem importanti fir-Rinaxximent. L-artisti Veronese, Tiziano u Tintoretto kienu esponenti kbar tal-Iskola Venezjana tar-Rinaxximent tasseklu sittax. 28  MARZU/APRIL 2011

Fis-seklu 15, Venezja bdiet titlef il-qawwa tagħha fil-qasam talkummerċ. Barra li ġarrbet telfiet sostanzjali kontra l-qawwiet Ottomani, is-settur tal-kummerċ bil-baħar, li r-Repubblika ta’ Venezja tant kienet tiddependi minnu, kellu jħalli impatt ikrah. Tard fis-seklu ħmistax, Kristofru Kolombu skopra l-hekk imsejħa Dinja l-Ġdida. Il-Portugiżi skoprew rotta ġdida lejn l-Indja u pajjiżi oħra fl-Asja, dik bil-baħar, madwar il-kontinent Afrikan. Dawn ir-rotot ġodda taw daqqa ta’ ħarta lillmonopolju tal-kummerċ fuq l-art li Venezja kienet tgawdi.

matul il-kanali, għadha u tibqa’ tpaxxi l-għajn ta’ dawk kollha li jżuru din il-belt. B’mawra fuq il-gondola, tapprezza l-ġmiel fl-arkitettura talPonte di Rialto, wieħed mill-erba’ pontijiet li jaqsmu l-Grand Canal. Dan il-pont, disinn ta’ Antonio da Ponte, tlesta fl-1591.

Venezja ntlaqtet mill-marda qerrieda tal-pesta, magħrufa wkoll bħala l-Mewt is-Sewda, tliet darbiet, fl-1348, mill-1575 sal1577 u fl-1630. Fl-aħħar darbtejn, il-pesta qatlet madwar 50,000 persuna, terz tal-popolazzjoni ta’ dak iż-żmien.

Din il-belt, fiż-żmien imlaqqma wkoll ir-Repubblika tal-Mużika, hi l-belt li fiha twieled il-kompożitur tal-mużika Barokka, Antonio Vivaldi (1678-1741). Venezja tiġbed lejha ħafna nies li għandhom għal qalbhom l-opra u l-mużika klassika, biex igawdu xi serata f’wieħed milliktar teatri importanti fl-Ewropa, La Fenice. Mindu fetaħ b’dan l-isem, it-teatru La Fenice ġarrab nirien li qerduh darbtejn: fl-1836 u riċentement, fl-1996.

Matul is-snin, il-bastimenti Venezjani tat-tagħbija, li baħħru flibħra tal-Mediterran, kellhom iċedu posthom. Iżda l-gondola, għaddejja

Attrazzjoni prinċipali f’din il-belt huwa l-Kattidral ta’ San Mark. Din il-bażilika, ikkonsagrata fis-sena 1094, hija waħda mill-eżempji l-iktar importanti tal-arkitettura Biżantina. Minħabba l-kulur dehbi tal-mużajċi, din il-bażilika hija mlaqqma “il-knisja tad-deheb.”


Kont taf li… Venezja hija magħrufa bħala “La Serenissima” minħabba s-serenità u l-ġmiel li toffri din il-belt. Il-belt ta’ Venezja hija mibnija fuq 117-il gżira li huma magħqudin flimkien permezz ta’ 140 pont. Venezja għandha 160 passaġġ fil-baħar li huma magħrufin bħala kanali. L-akbar kanal huwa magħruf bħala “Grand Canal”. Dan jaqsam il-belt min-nofs u huwa twil 2km. Il-gondola hi magħmula minn 280 biċċa differenti u biex issir jintużaw 8 tipi ta’ njam. F’Venezja nsibu 400 gondolier li kull sena tinħarġilhom liċenzja biex ikunu jistgħu jsuqu l-gondola. Madwar 15-il miljun turist fis-sena jżuru Venezja. Bil-mod il-mod il-belt qed tegħreq billi l-art qed tinżel u l-livell tal-baħar qed jogħla. Bejn Novembru u Marzu parti sostanzjali millbelt tkun mgħarrqa. Il-gvern Taljan qed jonfoq miljuni kbar ta’ ewro fi proġett biex isolvi l-problema tal-livell għoli tal-baħar.

Il-Karnival

L-oriġini tal-Karnival f’Venezja jmur lura għasseklu XII. Fis-sena 1162, id-Duka tar-Repubblika Venezjana, Vitale Michiel II, għeleb lil Ulrico, Patrijarka ta’ Aquileia. Kull sena, fl-aħħar Ħamis qabel Ras ir-Randan, biex jikkommemoraw dan l-avveniment, fi Pjazza San Mark, kienu jinqatlu u jiġu msajra barri u tnax-il ħanżir. Il-karnival f’din il-belt ra l-qofol tiegħu fis-seklu tmintax. Għar-residenti tal-belt il-maskra kienet okkażjoni biex dak li jkun jaħbi l-identità tiegħu, hi x’inhi l-klassi soċjali li minnha jkun ġej. Wara numru ta’ snin li fihom il-Karnival miet għal kollox, fl-1979, dan l-avveniment reġa’ ingħata l-ħajja, bil-kostumi u l-maskri jagħmluh wieħed uniku u spettakolari. Il-karnival ta’ Venezja jibda madwar għaxart ijiem qabel il-bidu tar-Randan. Din is-sena l-karnival jara l-bidu tiegħu fis-26 ta’ Frar u jintemm fit-8 ta’ Marzu, lejlet Ras ir-Randan, il-ġurnata msejħa Mardi Gras.

Venezjan magħruf bħala esploratur mill-aqwa. Bniedem li xegħel l-immaġinazzjoni ta’ ħafna baħħara li xtaqu jimirħu f’ibħra ġodda. Kien wieħed mill-ewwel fl-Ewropa li żar iċĊina u l-pajjiżi tal-orjent. Qed nitkellmu dwar Marco Polo. Huwa twieled fl-1254 u baqa’ magħruf għall-vjaġġ li għamel lejn l-Asja flimkien ma’ missieru u zijuh fl-1271. F’din l-avventura huma żaru l-Mongolja u ċ-Ċina u ltaqgħu mal-mexxej tal-Mongoli Kublai Khan li tiegħu Marco Polo sar ħabib kbir. Kublai Khan ra f’Marco Polo bniedem żagħżugħ għaqli u mimli enerġija u għalhekk iddeċieda li jagħtih karigi biex iservi fis-saltna tiegħu. Marco Polo sar ambaxxatur ta’ Kublai Khan u aktar tard gvernatur ta’ Yangzhou li kienet belt importanti fis-saltna Mongola. Marco Polo dam fl-Asja sbatax-il sena sakemm reġa’ lura l-Italja flimkien ma’ missieru u ma’ zijuh fl-1295. Lura flItalja, Polo kien milqugħ b’entużjażmu kbir. Kulħadd kien anzjuż biex jisma’ l-istejjer tal-iskoperti tiegħu f’pajjiżi li għall-Ewropej ta’ dak iż-żmien kienu ġodda għax ħadd ma kien żarhom bħalma għamel hu. F’kunflitt li nqala’ bejn il-belt ta’ Ġenova u Venezja fl1298, Marco Polo spiċċa priġunier meta nqabad millĠenovizi. Fiż-żmien li għamel il-ħabs huwa kiteb il-ktieb: Il-Vjaġġi ta’ Marco Polo. F’dan il-ktieb huwa jirrakkonta bir-reqqa l-avventuri tal-vjaġġi tiegħu lejn l-orjent. Dan il-ktieb sar popolari ħafna, l-aktar ma’ dawk in-negozjanti Ewropej li xtaqu jiskopru kif l-aħjar tivvjaġġa lejn l-orjent. Wara ż-żjara ta’ Polo lejn l-Asja, ħafna bdew jivvjaġġaw lejn l-orjent għal skopijiet ta’ negozju. Bniedem ispirat minn Marco Polo kien Kristofru Kolombu li fuq il-passi ta’ Marco Polo vvjaġġa lejn l-Asja biex jiskopri aktar din ilparti tad-dinja li ftit li xejn kienet magħrufa mill-Ewropej. Lejn l-aħħar ta’ ħajtu Marco Polo stqarr li dak li kiteb filktieb tiegħu kien biss farka minn dak li għadda minnu filvjaġġi tiegħu. Huwa miet fl-1324. ✖


Ibża’ għalih

sabiħ…

tana rigal

Alla


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.