MARAPR2013
L-Akbar Festa!
Kif tiġi ċċelebrata l-akbar festa madwar id-dinja
Habemus Papam…
Ħarsa lejn il-konklavi u l-Papa l-ġdid Franġsiku
‘Fun’ Il-band ta’ Nate Ruess, Jack Antonoff, Andrew Dost
8
Suppliment dwar il-Papa Fran치isku
Il-qawl Malti jgħid li l-bniedem jipproponi imma hu Alla li jiddisponi. U tassew hekk hu għax hekk kif din il-ħarġa ta’ Xehda Għasel kienet għoddha lesta tħabbar min kellu jkun il-Papa l-ġdid tal-Knisja Kattolika. Din l-aħbar waslet ħafna aktar kmieni milli ħafna kienu qed jaħsbu u hekk kif l-isem il-ġdid faqqa’ bħal sajjetta fil-bnazzi, għalina lkoll beda x-xogħol. Iddeċidejna li nagħmlu ftit spazju billi nħallu xi artikli barra minn din il-ħarġa u minflok nagħmlu suppliment qasir fuq Jorge Mario Bergoglio, jew aħjar il-Papa Franġisku. Għadhom kemm għaddew biss ftit ġimgħat mill-pontifikat ta’ dan il-Papa imma diġà għallimna ħafna u tana tant fuqiex naħsbu. Jalla dawn il-ftit paġni tassuppliment tagħna jgħinukom issiru tafu ftit aktar min hu dan il-bniedem li fuq fommu dejjem issiblu tbissima mimlija mħabba. Fl-istess ħin din il-ħarġa se toħroġ fi żmien l-Għid u għalhekk fil-bidu tal-ħarġa se ssibu artiklu mill-aktar interessanti fuq xi tradizzjonijiet u stejjer marbuta ma’ dan iż-żmien tant sabiħ u hekk importanti għalina lkoll.
F’din il-ħarġa:
Il-Gross
5
6
2
L-Akbar Festa
Tkunx iblah!
Fl-aħħarnett inħeġġiġkom tidħlu fil-paġna facebook tagħna u tħallulna l-kummenti u s-suġġerimenti tagħkom biex dan il-magażin ikun tassew il-magażin tagħkom. Niltaqgħu fil-ħarġa li jmiss. Il-paċi magħkom
22 24
Petronas Towers
Ewreka: Emerġenza
Produzzjoni Kummissjoni gHall-Formazzjoni tat-Tfal u l-MagHZulin taS-SoCjetA tad-Duttrina Nisranija - M.U.S.E.U.M.
Kontributuri
JOSEPH BONNICI ALAN BONELLO Robert Aloisio Kurt Miceli BERTRAM PORTELLI Reuben Ellul Karol DeBono Clifton Sammut Francesco Randich Warren BUSUTTIL Lawrence Fenech Daniel Micallef Andrew Borg Noel Vassallo Adrian Vella FRANKLIN BALZAN Neil Aquilina DARREL PACE ROBERT MICALLEF PREZZ: €1.50
14
UFFICCJU Distribuzzjoni
ABBONAMENTI XEHDA GHASEL, DAR GENERALI TAS-SOCJETA TAD-DUTTRINA NISRANIJA, TRIQ SAN GORG PRECA, IL-MARSA Grafika
www.designedbyal.com
Stampa
Veritas Press, Zabbar
15 Poster
www.facebook.com/xehda
y REUBEN ellul bertram PORTELLI
Din il-festa hija aktar importanti mill-Milied, aktar importanti mill-festa talparroċċa u aktar importanti minn kull festa oħra li niċċelebraw matul is-sena. Il-kalendarju nnifsu tal-Knisja Kattolika jdur ma’ din il-festa li fiha tfakkar il-qawmien millmewt ta’ Sidna Ġesù Kristu. Ma jistax jonqos allura li festa hekk kbira tkun mimlija drawwiet sbieħ li jagħmlu minn dan iż-żmien esperjenza tassew sabiħa għal kull min jaċċettahom f’ħajtu. 2 MARZU/APRIL 2013
Qabel xejn, tajjeb li nagħtu ħarsa ħafifa lejn xi simboli li huma abbinati mal-Għid. Insibu, fost oħrajn, il-bajd tal-Għid, ilfenek, il-ħaruf. Dawn is-simboli kollha għandhom xi rabta mas-sinjifikat tal-festi tal-Għid. Il-bajd u l-flieles huma simboli ta’ ħajja ġdida. Il-bajda tfakkarna fil-qabar imħaffer fil-blat li fih indifen Ġesù, u bħalma l-fellus joħroġ mill-qoxra biex jibda ħajja ġdida, hekk ukoll Ġesù ħareġ mill-qabar rebbieħ fuq il-mewt u tana ħajja ġdida fuq id-dnub. Ilfenek u ż-żrameġ ukoll jintużaw fi żmien il-Għid bħala simboli ta’ tama u ħajja ġdida. Dawn is-simboli u ħafna drawwiet oħra insibuhom imxerrdin f’ħafna pajjiżi madwar id-dinja. Se nagħtu ħarsa ħafifa lejn xi pajjiżi biex naraw kif dawn jiċċelebraw l-Għid:
F’Ruma jiddominaw iċċelebrazzjonijiet immexxija mill-Papa matul il-Ġimgħa Mqaddsa. L-ewwel ikun hemm iċ-ċerimonja tal-Ħasil tar-Riġlejn f’Ħamis ix-Xirka. Matulha, il-Papa jaħsel ir-riġlejn ta’ tnax-il raġel biex ifakkar dak li għamel Ġesù f’Ħamis ix-Xirka. Il-Ġimgħa billejl, il-Papa jieħu sehem f’purċissjoni li tgħaddi li ssir fil-Kolossew (ilVia Sagra), li tfakkar il-vjaġġ ta’ Ġesù fi triqtu biex jiġi msallab. Il-festa tal-Għid hija l-iktar waħda importanti wkoll fil-kalendarju tal-Insara Ortodossi Griegi. Innies iżejnu l-ħwienet u d-djar tagħhom b’karti kkuluriti, bixxemgħat u bil-bajd tal-Għid. Il-qofol ta’ kollox jintlaħaq f’Ħadd il-Għid fejn hija drawwa li l-familji jinġabru kollha għall-ikla flimkien, li normalment ikollha l-ħaruf bħala l-ikel ewlieni tagħha.
Drawwa antika ħafna flIngilterra hija l-irrumblar ta’ bajd mgħolli. Din id-drawwa nsibuha mxerrda f’ħafna postijiet fl-Ingilterra fejn isiru wkoll xi kompetizzjonijiet u tlielaq bil-bajd mgħolli! Barra minn hekk, ħafna familji jibdew iwarrbu l-qxur tal-bajd minn qabel l-Għid mingħajr ma
jfarrkuhom. Wara li jnaddfuhom u jiżbgħuhom, il-ġenituri jaħbuhom f’postijiet differenti fid-dar u fil-ġnien u mbagħad, f’Ħadd il-Għid, it-tfal iduru maddar kollha biex ifittxu l-qxur li jkunu ħbewlhom il-ġenituri. Fi Spanja, bħal f’Malta u fi Sqallija, ikun hemm numru
kbir ta’ purċissjonijiet filĠimgħa Mqaddsa, jew kif inhi magħrufa fi Spanja, is-Semana Santa. F’dawn ilpurċissjonijiet, membri minn diversi fratellanzi reliġjużi jġorru statwi marbuta malġrajjiet tal-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien ta’ Ġesù.
Il-Fenek tal-Għid
It-tribujiet Anglosassoni kienu jemmnu li Eostre – l-alla tarRebbiegħa – kellha fenek bħala kumpann! Dan għaliex il-fenek kien dejjem meqjus bħala simbolu ta’ ħajja u ta’ fertilità. L-Insara, imbagħad, użaw dan is-simbolu pagan u addattawh għar-reliġjon Nisranija. Kien fil-Ġermanja, għallħabta tas-seklu 16, li l-fenek beda jiġi użat għall-ewwel darba millInsara bħala wieħed mis-simboli tal-Għid. Il-ġenituri kienu jgħidu lil uliedhom li l-fenek tal-Għid iħalli l-bajd tal-Għid ikkulurit fil-ġnien u nhar Ħadd il-Għid, dawn it-tfal kienu jmorru jfittxu kemm jista’ jkun bajd ikkulurit. Din id-drawwa ma damitx ma waslet ukoll fil-kontinent Amerikan, fis-seklu 18, permezz ta’ xi immigranti Ġermaniżi. 3
Fil-Ġermanja, minbarra li jittieklu l-pretzels*, in-nies iħejju għall-Għid billi jżejnu s-siġar bil-qxur tal-bajd ikkulurit – speċi ta’ Easter Tree! Volker Kraft, ċittadin Ġermaniż, ilu jżomm ma’ din it-tradizzjoni mill-1965. Kraft, li llum għandu ħamsa u sebgħin sena, għandu siġra tat-tuffieħ li magħha jirnexxilu jdendel għaxart elef bajda. Is-sena l-oħra, din is-siġra rnexxielha tiġbed tlettax-il elf viżitatur!
* Il-pretzels, li oriġinaw f’partijiet mill-Ġermanja, huma magħmula minn dqiq u ilma biss u għalhekk setgħu jittieklu fir-Randan mingħajr ma tinkiser issawma. Il-forma tagħhom hi ta’ par idejn imsallbin jitolbu. Kienu jsiru f’din il-forma biex ifakkru lin-nies fl-importanza tat-talb matul ir-Randan. Il-festa tal-Għid – bħal ħafna festi Nsara oħra – ġiet ikkummerċjalizzata ħafna u xi kultant qed titlef it-tifsira Nisranija tagħha. Ħafna nies iħarsu lejn din il-festa sempliċiment bħala vaganza li fiha jiltaqgħu mal-familjari u l-ħbieb. Filwaqt li dawn kollha huma affarijiet tajbin u pożittivi, importanti li ma nitilfux l-iskop u t-tifsira propja ta’ din il-festa: li nfakkru u nġeddu l-Qawmien mill-mewt ta’ Kristu li birrebħa tiegħu fuq id-dnub ta ħajja ġdida lilna l-bnedmin.
4 MARZU/APRIL 2013
Ġieli smajt blEaster Island?
Waqt li aħna nkunu qed niċċelebraw l-Għid il-Kbir b’xi ikla mal-familja, nies oħra jibqgħu għaddejjin bilħidma tagħhom normali. Wieħed minn dawn in-nies kien l-esploratur Olandiż Jacob Roggeveen li skopra gżira fl-oċean Paċifiku propju nhar Ħadd il-Għid, lura fl-1722. Din il-gżira – li Jacob taha l-isem ta’ Easter Island – hija waħda milliktar artijiet iżolati. L-eqreb gżira tinsab mhux inqas minn 2075 km ‘il bogħod! Easter Island hija l-iktar magħrufa għall-Moai - statwi kbar ħafna u maħduma b’sengħa kbira. B’kollox, f’din il-gżira nsibu 887 Moai u sal-lum l-istudjużi għadhom ma jafux kif dawn l-istatwi tant tqal (kull waħda tiżen xi sittax-il tunnellata!) inġarru safejn qegħdin illum.
Il-Gross
Time ine Mach
y karol DE BONO
X’laqam dan hux? Gross…ġejja mill-kelma ‘grosso’ li tfisser ‘kbir’. Imma tgħid għalxiex kienu jgħiduli hekk? Ħa naħseb ftit. Eh iva! Ngħidilkom il-verità, żaqqi kont inħobbha ħafna u, mażżmien, bdejt nitqawwa mhux ħażin u żaqqi kibret ħafna! Imma għalkemm kont magħruf b’dan il-laqam, in-nies kienu jġibuli rispett kbir. Jien Carmelo Mifsud Bonnici, professur tal-liġi kriminali, kif ukoll politiku. Twelidt ġewwa Bormla. Missieri u ommi kien jisimhom eżatt bħall-ġenituri ta’ Ġesù Kristu…Giuseppe u Maria. Għalledukazzjoni tiegħi attendejt fil-Liċeo u anke fl-Università ta’ Malta. Minn hawn, studjajt il-liġi u ggradwajt fl-1922. Kont involut f’waħda mill-ewwel għaqdiet tal-istudenti fl-Università, il-Comitato Permanente Universitario. Meta kont president ta’ din l-għaqda, kont wieħed minn dawk li organizzaw l-istrajk talistudenti fl-1919. Fl-1922, ingħaqadt ma’ wieħed mill-partiti politiċi ewlenin ta’ Malta f’dak iż-żmien, u ġejt elett fil-parlament tliet darbiet. F’dawn iż-żminijiet, ħadt ukoll diversi karigi bħal dik ta’ Ministru tal-Finanzi. Kont nargumenta ħafna favur id-drittijiet tal-Maltin f’pajjiżhom stess. Kont tant nikkritika bis-saħħa, li darba anke spiċċajt qattajt ftit żmien il-ħabs taħt arrest! Imma qatt ma qtajt qalbi. Fl-1938 sirt professur tal-istorja tal-liġi u sentejn wara professur tal-liġi kriminali. Matul ħajti kont ukoll inqatta’ ħafna ħin nikteb fuq diversi suġġetti, b’mod speċjali fuq suġġetti mill-istorja ta’ Malta u fuq il-ġustizzja. Kont editur u fundatur ta’ diversi gazzetti, bħallgazzetta “il-Poplu”. Xi kitbiet li kkontribwejt fihom huma “Lord Byron in Malta” u “Pinto de Fonseca” li jitkellem dwar il-famuż granmastru Manuel Pinto. Dan l-aħħar qaluli li t-tfal tiegħi li huma l-President Emeritus Ugo Mifsud Bonnici u l-Prim Imħallef Emeritus Giuseppe Mifsud Bonnici ħarġu ktieb li fih ġabru ħafna mill-kitbiet tiegħi.
Nagħlaq dawn il-kelmtejn tiegħi billi nagħmlilkom dejjem kuraġġ! Dak li temmnu fih, dak li tridu tilħqu fil-ħajja tagħkom, ibqgħu iġġieldu għalih! Kulħadd kapaċi għal xi ħaġa fil-ħajja. Mela agħmlu dak kollu li tistgħu biex dak li kapaċi tagħmlu, tagħmluh sew! Saħħa!
5
Taf lil xi ħadd li dejjem jiġri bil-mobile bla charge? Jew inkella dejjem ifittex plakka għax se taqagħlu l-battery tal-laptop? Qatt iltqajt ma’ xi ħadd li ma jiħux l-affarijiet bis-serjetà? Darba Ġesù ried iwassal messaġġ simili. y JOSEPH bonnici
Tkunx iblah! Festa tat-tieġ: Minn dak li nafu dwar il-festi tat-tieġ ta’ żmien Ġesù, nistgħu nieħdu biss idea ta’ x’kien isir. L-għarusa, li ma tissemmiex fil-parabbola, kienet titlaq mid-dar tal-ġenituri tagħha u tmur id-dar tal-għarus akkumpanjata mixxebbiet sħabha. L-imsiebaħ: Jistgħu jkunu msiebaħ tal-fuħħar li jimtlew biż-żejt ħalli taqbad il-ftila jew anki torċi magħmula minn zokk tal-injam b’xi drapp imxarrab biż-żejt marbut miegħu. Kellhom l-iskop li jdawlu d-dalma tal-lejl. Ġej l-għarus: Kultant ma tkunx l-għarusa li tasal tard, imma l-għarus. Kif? Kemm l-għerusija u wkoll l-għarus iridu jfakkruna fil-Messija li għandu jiġi. Imma l-ħin u d-data mhumiex magħrufin u għalhekk għandna nkunu dejjem ippreparati għallmiġja tiegħu. Talbu: ... u ma rċevew xejn mingħand ix-xebbiet l-oħra li ma ridux jissugraw li jispiċċaw mingħajr żejt huma wkoll! Dan iġibilna quddiem għajnejna verità kbira: kull wieħed u waħda minna rridu nagħtu t-tweġiba tagħna għall-istedina li jagħmlilna Alla u ma nistennewx li jwieġeb għalina ħaddieħor. Ma nafkomx: Din hija tweġiba iebsa li tfisser ‘Ma rridx li jkolli xejn x’naqsam magħkom!’ 6 MARZU/APRIL 2013
Tabilħaqq kienu mistednin, imma kienu aljenati wisq…
Kienu ġew mistiedna għal festa ta’ tieġ. Kellhom idawlu t-triq għall-wasla tal-għarus bl-imsiebaħ tagħhom. Imma l-għarus iddawwar. Għaddiet siegħa, għaddew sagħtejn, tlieta ... iż-żejt kien qiegħed jonqos ftit ftit meta, għall-ħabta ta’ nofsillejl, instemgħet l-għajta li ġej l-għarus. Ix-xebbiet bdew ilestu ruħhom. Ħamsa minnhom żiedu ż-żejt fl-imsiebaħ mill-kontenituri li kienu ġabu magħhom. L-oħrajn, ta’ boloh li kienu, ma setgħux jagħmlu dan. Inqabdu fuq sieq waħda. Talbu lil sħabhom. Imma ma setgħux jgħinuhom. Setgħu biss jiġru lejn ir-raħal biex jixtru iktar. U ttardjaw. Waslu lura meta l-festa tat-tieġ kienet ġa bdiet u l-bieb kien magħluq sewwa. Ħabbtu kemm felħu, imma minn ġewwa semgħu l-kelmiet: “Jiddispjaċini, ma nafkomx!” “Kif ma tafniex? Konna mistednin għall-festa tat-tieġ!” Tabilħaqq kienu mistednin, imma kienu aljenati wisq ... u tilfu l-opportunità! Addattata minn Mattew 25, 1-13
BIEX NIFHMU AĦJAR: Fi żmien Ġesù kien hemm id-drawwa li l-għarajjes jiġu akkumpanjati għad-dar il-ġdida tagħhom. Grupp ta’ xebbiet kien jieħu dwal biex jurihom it-triq. Dawn kienu jiltaqgħu fit-triq u jistennew il-wasla tal-korteo tal-għarajjes. Fil-parabbola jissemmew bħala għaqlin dawk ix-xebbiet li ġabu magħhom ħażna ta’ żejt għax kienu jafu li seta’ jinħlielhom waqt li qed jistennew u ma jkunux jistgħu jsibu jixtru.
ĦSIEB: Id-dinja mimlija nies li qishom vjaġġatur li jitla’ fuq ferrovija bla ma jaf minn fejn se jitlaq u fejn se jasal. U ma jafux li fi tmiem il-vjaġġ għandhom appuntament importanti li ma jistax imurilhom għalih ħaddieħor. Imma ħadd ma jaf x’ħin hu dan l-appuntament. Ċerti biss li se jseħħ. L-għaref joqgħod attent u jħejji ruħu. Jaf li darba biss tista’ tiġih tajba ... jew ħażina!
7
L-intervista:
Don Luciano Gambino jaħdem f’ħabs bħala kappillan għall-priġunieri. Jgħix bħala dawl għal dawk li sabu ruħhom fid-dalma tal-lejl. Għalfejn għażilt li tgħix f’ambjent daqshekk diffiċli? Fhimt li hawn ġew hawn nies li żbaljaw għal diversi raġunijiet. Anke dawk li waqgħu l-iktar fil-baxx jistgħu jerġgħu jaraw id-dawl. Kellek tbati xejn biex tkun aċċettat? Għall-ewwel stħajjilt li kienu se jibagħtuni nsaqqi! Imma tabilħaqq, fil-ħabs sibt rispett kbir lejn is-saċerdot, għax jafu li dan għamel għażla. Jirrispettawni anke l-musulmani, għax jafu li qiegħed hawn għalihom. Nibnu ħbiberiji tassew sbieħ. X’tista’ tagħmel għal dawn il-persuni minn barra l-ħabs? Kultant jiġu jfittxuni jew jisimgħu l-quddiesa fil-parroċċa tiegħi l-familjari tal-priġunieri u jitolbuni xi għajnuna li nista’ noffrilhom. Jidhru affarijiet żgħar, imma għal min hu fit-tbatija, jfissru ħafna.
‘Il-Ħajja Hi Issa’
Claudio Baglioni, fl-1985, ħareġ diska mhux tas-soltu. Kien jisimha La vita è adesso, Il-ħajja hija issa, biex juri li issa huwa ż-żmien it-tajjeb biex ngħixu sewwa. Huwa fl-affarijiet żgħar ta’ kuljum li niskopru s-sens tal-eżistenza, li tieħu dawl anke meta xi ħaġa tmur ħażin, għax ‘il-vjaġġ qatt mhu se jintemm, anke jekk xi ħolma tmur ħażin’. U allura tajjeb li ngħixu bil-għerf, mingħajr ma naħlu ż-żmien. Ma nħallux ‘jum jgħaddi biex niskopru lilna nfusna’, għax kulħadd huwa ‘iben ta’ sema sabiħ’ u l-ħajja hija issa!
Riflessjoni
Il-kelmiet li ta’ min inżommu f’moħħna llum huma stennija u attenzjoni. Min jistenna jkun attent, jiġifieri moħħu hemm għal dak li se jiġri. Min jistenna jishar, jiġifieri jibqa’ mqajjem, ma jaljenax rasu. Il-persuna attenta u moħħha hemm għandha dan l-identikit: – Taf li għandha dmirijiet xi twettaq u tipprova tagħmilhom mill-aħjar li tista’; – Jekk tiżbalja, tfittex li tqum u tkompli għax taf li l-importanti huwa li tibqa’ miexja; – Għandha għajnejha miftuħin biex tagħraf min hemm maġenbha u x’qed jiġri madwarha; – Kuljum tiddeċiedi liema hi l-iktar ħaġa importanti li trid titwettaq u tagħmilha mingħajr tnikkir.
8 MARZU/APRIL 2013
Suppliment dwar il-Papa Franġisku
Habemus Papam… Żgur li ma ninsa qatt l-għajjat ta’ ferħ li xtered fost il-folla hekk kif ħarġet l-ewwel ftit daħna bajda miċ-ċumnija. Fi ftit sekondi, il-pjazza nfexxet f’għajjat ta’ “Viva l-Papa”, u kull min kellu xi bandiera beda jxejjirha u jaqsam il-ferħ man-nies fil-madwar. Minkejja li ma tantx stajna niftehmu minħabba li konna ġejjin minn pajjiżi differenti, il-ferħ kien jinħass tassew! Insemmi biss tliet mumenti li l-aktar impressjonawni: il-kant spontanju tas-Salve Regina mill-folla sakemm stennejna l-Habemus Papam, il-“buona sera” fl-ewwel tislima tal-Papa Franġisku u fl-aħħarnett, ilmument ta’ skiet li kien hemm meta l-folla ta’ għexieren ta’ eluf, talbet għall-Papa, fuq xewqa tiegħu stess.
9
y robert ALOISIO
Fit-28 ta’ Frar li għadda, il-Papa Benedittu XVI kien l-ewwel Papa li rriżenja wara kważi 600 sena! Kien ilu Papa kważi tmien snin. Minkejja li meta ntgħażel huwa kien diġà anzjan, kellu 78 sena, u kien ibati minn problemi ta’ saħħa, huwa qeda dmiru mill-aħjar li seta’ b’imħabba kbira lejn il-Knisja li tagħha kien ir-ragħaj għal kważi tmien snin. F’April li ġej, il-Papa Emeritus Benedittu XVI, jekk Alla jrid, jagħlaq 86 sena. Is-soltu, bil-Malti ngħidu, “Imut Papa u jagħmlu ieħor”. Iżda f’dan il-każ il-Papa ma mietx u għamlu ieħor xorta! Il-ħajja tal-Knisja tkompli u ma tiqafx mal-mewt ta’ Papa, kbir kemm ikun kbir. Liema kien l-iktar Papa li dam imexxi? L-iktar Papa li dam kien il-Beatu Piju IX li għamel 32 sena, mill1846 sa l-1878. Meta għażluh Papa kellu 54 sena u miet ta’ 86 sena. Dan kien il-Papa li kellu jaħrab minn Ruma, xandar id-Dommi tal-Infallibiltà u talKunċizzjoni u sejjaħ l-ewwel Konċilju Vatikan. Warajh jiġi l-Papa Ġwanni Pawlu II li għamel 26 sena, mill-1978 sal-2005. Min kien l-inqas Papa li dam? Għalkemm ħafna jaħsbu li l-inqas Papa li dam kien Ġwanni Pawlu I li dam 33 ġurnata (Settembru 1978), fil-fatt kien hemm oħrajn li damu inqas minnu. L-inqas wieħed li dam kien Stiefnu II li lanqas laħqu kkonsagrawh għax miet wara 10 MARZU/APRIL 2013
jumejn li ġie elett b’attakk ta’ puplesija, nhar is-26 ta’ Marzu tas-sena 752. Veru li Papa qatt ma jista’ jieħu żball? Iva, imma skont fhiex! Il-Papa, flimkien mal-Isqfijiet, huwa fid-dmir li jħares lill-Insara minn kull tagħlim żbaljat u jiżguralhom li jkunu jistgħu jistqarru l-fidi vera bla ebda żball. Biex jaqdi dan id-dmir, Ġesù Kristu ta lir-rgħajja talInsara l-kariżma tal-infallibiltà f’dak li għandu x’jaqsam mal-fidi u l-morali. Meta jintgħażel Papa ġdid? Mhux qabel ma jgħaddu ħmistax -il jum wara l-mewt ta’ Papa u mhux iktar minn għoxrin jum wara, iridu jitlaqqgħu
l-konklavi. Papa Benedittu XVI ta permess li l-Konklavi jistgħu jitlaqqgħu inqas minn 15-il jum wara r-riżenja, jekk il-kardinali eletturi jkunu laħqu waslu kollha. Min jagħżel il-Papa ġdid? Il-kardinali. Iżda mhux ilkardinali kollha, iżda dawk biss li m’għalqux it-tmenin sena. Għalhekk l-uniku kardinal Malti, Prospero Grech, ma jistax jivvota għax għandu 86 sena. Fejn jivvutaw il-Kardinali għall-Papa ġdid? Fil-Kappella Sistina fil-Vatikan. Imma ma jgħixux hemm, iżda f’dar kbira u sempliċi fil-Vatikan stess, jisimha Dar Santa Marta. Hemm ikunu maqtugħin għal kollox mid-dinja ta’ barra
u jibqgħu hemm lejl u nhar sakemm titlesta l-elezzjoni, bla ma jkollhom x’jaqsmu ma’ persuni jew oġġetti oħra. Lanqas ma jistgħu jidħlu ġurnalisti jew ikollhom aċċess għat-televixin, radju, internet jew ġurnali. X’jiġifieri “konklavi”? B’konklavi nifhmu l-elezzjoni ta’ Papa. Bdew jissejħu hekk wara d-dewmien li kien hemm biex intgħażel Papa bejn l-1268 u l-1271, kważi tliet snin. Dan wassal biex il-Papa Girgor X fit-Tieni Konċilju ta’ Lyons fl1274 iddikjara li l-kardinali iridu jissakkru fil-magħluq cum clave (bil-Latin għal “biċ-ċwievet”) u ma jitħallewx joħorġu qabel ma jkunu għażlu Papa! Qabel kienu jagħtuhom biss inbid, ħobż u ilma biex ma jdumux ma jagħżlu. Kif jintgħażel Papa? Il-kardinali eletturi jiktbu l-isem ta’ min jixtiequ fuq karti talvot apposta. Biex elezzjoni
tkun valida tkun meħtieġa maġġoranza ta’ żewġ terzi. Jekk wara tlett ijiem, b’erba’ votazzjonijiet kuljum, ma jiġi elett ħadd, ikun hemm jum ta’ mistrieħ u talb. Wara dan il-jum, isiru seba’ votazzjonijiet; u mbagħad, wara jum ieħor ta’ mistrieħ, sebgħa oħra. Jekk wara seba’ votazzjonijiet oħra jibqa’ ma jintgħażilx, l-iktar żewġ ismijiet li jkunu ġabu voti biss fl-aħħar votazzjoni jkunu eliġibbli għal votazzjoni oħra. Papa Benedittu XVI intgħażel wara erba’ skrutinji biss u hu maħsub li ġab madwar 95 vot minn 117-il vot. Il-Papa Ġwanni Pawlu II kien intgħażel wara tmien skrutinji u ġab 103 voti minn 109 voti. Min jiġi elett jista’ ma jaċċettax? Iva, ħadd ma jista’ jiġi sfurzat li jaċċetta. Wara l-elezzjoni, il-Kardinal Dekan jistaqsi bil-Latin lill-Papa elett: “Acceptasne electionem de te
canonice factam in Summum Pontificem?” (Taċċetta l-elezzjoni tiegħek bħala Papa?)” U min ikun jista’ jwieġeb li ma jaċċettax. Jista’ Papa ma jibdilx ismu proprju? Iva jista’, għalkemm minn wara s-sena 1000, tliet Papiet biss għamlu hekk, it-tliet Papiet rinaxximentali: Ġulju II (150313), Adrijanu VI (1522-23) u Marċell II (1555). L-ewwel Papa li kien bidel ismu kien Papa Ġwanni II li oriġinarjament kien jismu Merkurju u ma rahx xieraq billi kien isem ta’ alla pagan. Veru li L-Papa, hekk kif Jingħazel, jidħol fil-Kamra tad-Dmugħ? Iva. Din mhi xejn għajr isSagristija tal-Kappella Sistina, fejn hemm jilbes għallewwel darba l-paramenti Papali (l-ilbies ta’ Papa) biex bihom jidher fil-Loggia delle Benedizioni tal-Bażilika ta’ San
11
12 MARZU/APRIL 2013
Pietru. Tissejjaħ Kamra tadDmugħ għax mhux wieħed jew tnejn kienu l-Papiet li fiha bkew bil-kommozzjoni jew bil-piż tarresponsabbiltà tal-ħatra li ġew imsejħin għaliha.
aċċettat liberament, jista’ wkoll jiġi rinunzjat liberament. Billi l-Papat m’huwiex sagrament ma huwa lanqas neċessarjament ilpossessjoni permanenti ta’ min jokkupa dak l-uffiċju.
Veru li Papa ġdid ikollu tliet ilbiesi bojod minn fejn jagħżel? Iva veru: żgħira, kbira u tannofs. Ġrajja famuża hija dik ta’ Papa Ġwanni XXIII, li kien oħxon mhux ħażin. Iċ-ċerimonjier ħassu mifxul għall-aħħar meta ntebaħ li ma kellux libsa ta’ Papa tiġih. Il-ħajjat kien ħejja tliet ilbiesi iżda l-kbira kienet twila wisq u ż-żgħira dejqa ħafna. Biex ikisser it-tensjoni ta’ dak il-mument il-Papa, daħkan, qal: “Kulħadd riedni Papa barra l-ħajjat.” Iktar tard meta staqsewh kif ħassu meta sar Papa, wieġeb: “Kont qisni tarbija… mfisqija f’libsa bajda dejqa wisq għalija.”
Hemm xi kundizzjonijiet Għar-riżenja tal-Papa? Iva, hemm tlieta: Il-Papa irid jirrinunzja għall-uffiċju tiegħu bil-libertà kollha tiegħu u mhux għax imġiegħel minn xi ħadd li jisfurzah fiżikament jew iqiegħed fuqu pressjoni żejda. Irid ikollu ħakma sħiħa tal-fakultajiet mentali tiegħu biex jirriżenja.
Jista’ Papa jirriżenja? Iva, għalkemm tradizzjonalment il-Papiet baqgħu Papiet sa mewthom. Iżda għax il-Papat jiġi
Billi r-riżenja mhijiex att privat, il-Papa jrid jagħmilha magħrufa pubblikament. Bħal kull riżenja oħra ekkleżjastika, il-Papa jrid jissottommetiha bil-fomm jew bil-kitba quddiem mill-inqas żewġ xiehda. Il-Kulleġġ talKardinali mbagħad jagħraf il-fatt tar-riżenja u jgħaddi biex jimla l-post battal. Il-Papa ma għandu bżonn il-kunsens, permess jew
aċċettazzjoni ta’ ħadd biex jirriżenja. Bħalma l-ebda awtorità umana ma tikkonferma l-elezzjoni tiegħu, ħadd ma jaċċetta r-riżenja tiegħu. Huwa sempliċiment iħabbar l-abdikazzjoni tiegħu u meta din se sseħħ. Kemm kien hemm Papiet li rriżenjaw? Kien hemm għaxra li rriżenjaw, għalkemm l-ewwel ħamsa billi għexu fl-ewwel elf sena talKnisja hemm ċerti dubji storiċi dwarhom. Jidher li l-ewwel Papa li rriżenja kien Ponzjanu (230235) li kien eżiljat f’Sardinja waqt persekuzzjoni. Ponzjanu spiċċa biex għex iktar mis-suċċessur tiegħu! Iżda l-iktar Papa famuż li rriżenja kien San Ċelestinu V fl-1294, li qabel sar Papa kien eremita jgħix ġo għar. Wara li kkonsulta l-Kulleġġ tal-Kardinali u ddikjara li l-Papa jista’ jirrinunzja l-uffiċju tiegħu, għamel propju hekk u wara biss ħames xhur Papa reġa’ lura għall-ħajja ta’ eremita. L-aħħar Papa li rriżenja qabel Benedittu XVI kien il-Papa Girgor XII fl-1415. ✖ 13
Il-Papa Franġisku…
min hu?
13 ta’ Diċembru 1936 – Fi Buenos Aires jitwieled Jorge Mario. Huwa kellu jkun wieħed minn ħames aħwa. 1957 – Ta’ 21 sena jneħħulu pulmun minħabba infezzjoni. 1958 – Jibda n-novizzjat mal-Ġiżwiti u sentejn wara jieħu l-ewwel voti. 1960 – Jistudja l-Humanities ġewwa ċ-Chile. Mill-1961 sal-1970 – Jistudja l-filosofija u t-Teoloġija ġewwa s-Seminarju ta’ San Miguel fi Buenos Aires. Mill-1964 sal-1965 – Jgħallem illetteratura u l-psikoloġija fi skola sekondarja tal-Ġiżwiti Colegio de la Inmaculada f’Sante Fe. 1966 – Jgħallem l-istess suġġetti ġewwa Collegio del Salvador fi Buenos Aires 13 ta’ Diċembru 1969 – Jiġi ordnat saċerdot. 1973 – Jagħmel il-Professjoni Perpetwa bħala Ġiżwita. Mill-1973 sal-1979 – Iservi bħala Superjur Provinċjali tal-Ġiżwiti talArġentina u l-Uruguay. 1986 – Jispiċċa t-teżi tad-Dottorat ġewwa l-Ġermanja. 27 ta’ Ġunju 1992 – Ordnat Isqof Awżiljarju ta’ Buenos Aires 28 ta’ Frar 1998 – Maħtur bħala Arċisqof ta’ Buenos Aires 21 ta’ Frar 2001 – Jinħatar Kardinal millPapa Ġwanni Pawlu II 13 ta’ Marzu 2013 – Elett Papa filkonklavi li fih ħadu sehem 115-il Kardinal. Jieħu l-isem ta’ Franġisku għal San Franġisk t’Assisi, il-qaddis tal-foqra.
16 MARZU/APRIL 2013
Villas Miserias! Jgħidu li t-tango huwa “ħsieb ta’ niket li tista’ tiżfnu”. Jekk dan huwa minnu, ħafna nies fl-Arġentina jistgħu jiżfnu s-sena kollha! Jiżfnu l-isfortuna tagħhom. Drogi, vjolenza, mard, faqar: immaġina kwalunkwe problema u ssibha hemm fl-isqaqien dojoq tal-villas miserias, id-djar tal-miżerja, jekk tista’ ssejħilhom djar, il-favelas ta’ Buenos Aires. “Iżda bħalissa nħossuna ferħanin”, jistqarr Padre Toto, “għax Padre Jorge sar Papa u issa l-foqra għandhom ħabib Ruma.” Tfajla żgħira bid-dmugħ f’għajnejha, Jessica Araujo tirrakkonta kif f’Novembru li għadda kellha: “L-Ewwel Tqarbina ta’ ibni Max. Jiena kont ħriġt tqila bih meta kelli
15-il sena: biddilli ħajti, kelli nħalli l-iskola. U hawn jiġi dan ir-raġel, liebes ilbies komuni: ġie b’tal-linja għax ma rajt l-ebda karozza kbira pparkjata barra. Imbagħad meta libes l-ilbies ta’ qassis għaraftu: Padre Jorge ġie jagħtih l-ewwel tqarbina.” Hemm eluf ta’ foqra li jistgħu jirrakkuntaw l-esperjenzi tagħhom. Iqisu lill-Papa jew aħjar lil Padre Jorge bħala wieħed minnhom, persuna spiritwali mingħajr frilli u ċerimonji. Il-missjoni tiegħu kien jagħmilha f’toroq li bil-lejl anke l-pulizija kienet tibża’ tagħmel ronda fihom. Iżda hu ma kien jibża’ lanqas mit-theddid fuq ħajtu minn min imexxi d-droga fit-triq, speċjalment il-paco, magħmula mill-fdalijiet tal-kokaina u li tinbiegħ lit-tfal. Jorge kien iqaddes, jgħammed, iżewweġ, jagħmel evening classes, jagħmel ħarġiet għat-tfal, partiti tal-futbol,
L-Arġentina L-Arġentina huwa t-tieni l-akbar pajjiż tal-Amerika Latina. L-isem ta’ dan il-pajjiż ingħata mill-konkwistaturi Spanjoli meta x-xniegħa ġriet li f’din l-art hemm muntanji tal-fidda. Dan l-isem intuża għall-ewwel darba fl-1602 f’poeżija bl-isem: “La Argentina y conquista del Rio de la Plata”. L-Arġentina huwa pajjiż mill-isbaħ imżejjen bil-muntanji Andes fil-punent u l-oċean Atlantiku fin-naħa tal-lvant. Ilpajjiż għandu kobor ta’ 2,780,400 km2 u hu maqsum fi 23 provinċja. Il-belt kapitali hija Buenos Aires. Il-lingwa uffiċjali tal-pajjiż hija l-Ispanjol. Fil-pajjiż kulħadd jista’ jħaddan it-twemmin li jixtieq iżda l-maġġoranza tal-pajjiż tħaddan it-twemmin kattoliku. Illum dan il-pajjiż qed jifraħ bl-għażla li għamlu l-kardinali fl-aħħar konklavi fejn il-Kardinal Jorge Mario Bergoglio ntgħażel bħala l-Papa tal-Knisja Kattolika.
jagħti għajnuna medika, jagħmel petizzjonijiet biex jinstallaw l-elettriku, u kċejjen għall-foqra. Fil-bidu meta sar Arċisqof kien hemm biss sitt qassisin jgħinu. Issa hemm 24 għax baqa’ jgħinhom bil-fatti u fit-triq. Baqa’ jiċċelebra l-quddies għall-prostituti fi Plaza Constitution, iżur il-morda bl-AIDS, u baqa’ f’kuntatt malfamilji tad-desaparecidos, dawk li sparixxew, bit-tama li għallinqas “il-verità teħlisna”. Iżda kif qal Papa Franġisku, il-Knisja mhijiex xi NGO, u dan kollu tagħmlu għal Ġesù u f’isem Ġesù. Darba Bergoglio kien staqsa lillfoqra ta’ dawk l-inħawi: “Il-Knisja hija post għat-tajbin biss?” U kollha weġbuh: Le!! “Hemm post ukoll għall-ħżiena?” U wieġbu: Iva!! “Inkeċċu lil xi ħadd għax midneb? Le, bil-maqlub, nilqgħuh b’imħabba. U għaliex? Għax Ġesù għallimna hekk”.
Papa
Franġisku
Papa Franġisku, imwieled Jorge Mario Bergoglio fis-17 ta’ Diċembru 1936, huwa l-266 Papa u l-Papa attwali tal-Knisja Kattolika, elett nhar it13 ta’ Marzu 2013. Franġisku huwa l-ewwel Papa Ġiżwita, l-ewwel wieħed mhux mill-Ewropa wara iktar minn millennju, u l-ewwel wieħed millkontinent Amerikan. Mill-1998 salelezzjoni tiegħu bħala Papa, huwa kien Arċisqof ta’ Buenos Aires, fl-Arġentina, u kien inħatar kardinal fl-2001. Bin ħaddiem tal-ferrovija, Mario José u Regina María mwielda Sívori, Jorge Mario Bergoglio huwa wieħed minn ħames ulied. Meta kien żgħir kien imur inaddaf ġo fabbrika biex jgħin lill-familja. Studja l-kimika f’żgħożitu u għamel żmien jaħdem bħala inġinier kimiku. Kien ikellem tfajla li kien sar jafha mill-grupp ta’ ħbieb li magħhom kien imur jiżfen. Huwa ggradwa millUniversità ta’ Buenos Aires u ġab Masters fil-Kimika. Iżda ta’ 22 sena, wara li kellhom ineħħulu pulmun minħabba infezzjoni, iddeċieda li jidħol is-seminarju f’Villa Devoto u daħal malĠiżwiti, jew is-Soċjetà ta’ Ġesù, fil-11 ta’ Marzu 1958. Bergoglio ggradwa fil-Filosofija mill-Colegio Maximo San Josè f’San Miguel fejn għallem illetteratura u l-psikoloġija fil-Colegio de la Immaculada f’Santa Fe u l-Colegio del Salvador fi Buenos Aires. Huwa kien ordnat saċerdot fit-13 ta’ Diċembru 1969. Kompla jistudja u sar Professur tat-Teoloġija u Majjistru tan-novizzi. Milquta mill-ħiliet amministrattivi tiegħu, is-Soċjetà
18 MARZU/APRIL 2013
ta’ Ġesù ħatret lil Bergoglio bħala Provinċjal għall-Ġiżwiti Arġentini fl-1973. Matul id-dittatura militari Arġentina li fiha ġew ittorturati u nqatlu madwar 30,000 ruħ, Bergoglio għamel minn kollox biex bil-moħbi jsalva qassisin u ċittadini minn idejn it-torturaturi u huwa rrispettat ħafna mill-hekk imsejħa “ommijiet ta’ Plaza de Mayo”, li ma qagħdux lura milli jikkritikaw il-kompliċità tal-ġerarkija Kattolika mar-reġim Arġentin. Wara seba’ snin Provinċjal tal-Ġiżwiti, Bergoglio ntbagħat bħala Rettur fis-Seminarju ta’ San Miguel fl-1980 fejn reġa’ beda jgħallem. Wara li lesta d-dottorat tiegħu fil-Ġermanja huwa mar lura f’pajjiżu u serva bħala direttur spiritwali f’ Cordoba. Fl-1998 inħatar Arċisqof ta’ Buenos Aires. Fil-21 ta’ Frar 2001 Bergoglio nħatar bħala Kardinal mill-Papa Ġwanni Pawlu II. Bħala kardinal, Bergoglio ħadem f’numru ta’ pożizzjonijiet amministrattivi fil-Kurja Rumana u serva bħala membru f’numru ta’ Kongregazzjonijiet. Lin-nies tal-Arġentina kien talabhom biex ma jmorrux Ruma biex jiċċelebraw il-ħatra tiegħu ta’ Kardinal, iżda minflok jagħtu l-flus lill-fqar. F’Ruma “ffesteġġja” kważi waħdu. Il-bijografija tiegħu fisSala Stampa tal-Vatikan kienet l-iqsar waħda, nofs paġna kollox. Bħala kardinal, Bergoglio kien magħruf għall-umiltà u l-impenn tiegħu għall-ġustizzja soċjali. Il-ħajja sempliċi hija xhieda tal-umiltà tiegħu. Huwa kien jgħix f’appartament żgħir minflok fil-Palazz tal-Isqof, kien juża t-trasport pubbliku flok il-karozza bix-xufier tiegħu, u jsajjar l-ikel tiegħu huwa stess. Fl-2001 ssorprenda lill-istaff tal-Isptar Muñiz Hospital ta’ Buenos Aires, meta talabhom buqar ilma, u ħasel u bies riġlejn il-morda bl-AIDS b’sinjal ta’ mħabba lejhom, u qal lill-ġurnalisti li “s-soċjetà tinsa lill-foqra u lill-morda”. F’Settembru
2012, fi Buenos Aires, Bergoglio ċanfar ukoll lil dawk is-saċerdoti li rrifjutaw li jgħammdu tfal ta’ single-mothers: “Ma nkunux ipokriti. Min jagħmel hekk ikun qed jifred lill-poplu t’Alla mis-salvazzjoni.” Huwa ħadem biex jiżdiedu s-servizzi soċjali u l-evanġelizzazzjoni flinħawi foqra tal-belt. Bħala Isqof ma qagħadx lura milli jitkellem fuq il-problemi ekonomiċi, soċjali u politiċi li hemm fl-Arġentina. Fl-omeliji u d-diskorsi tiegħu jisħaq li l-bnedmin huma lkoll aħwa u li l-Istat u l-Knisja għandhom jagħmlu kulma jistgħu biex kulħadd iħossu milqugħ, rispettat u aċċettat. Bergoglio qatt ma pprova jaħbi l-impatt politiku u soċjali tal-messaġġ tal-Vanġelu f’pajjiż li kien qed jipprova jqum minn kriżi ekonomika gravi. Ħajtu nbidlet nhar it-13 ta’ Marzu 2013, fis-7:06 pm meta miċċumnija tas-Sistina ħarġet daħna bajda u siegħa wara tħabbar li l-Papa l-Ġdid kien propju Jorge Bergoglio, l-ewwel Papa li għażel
l-isem Franġisku. Għażel dan l-isem f’ġieħ San Franġisk t’Assisi u f’ġieħ l-imħabba tiegħu lejn il-foqra. Il-Papa l-ġdid ħareġ fil-Loġġa liebes biss il-Libsa bajda mingħajr ebda tiżjin ieħor. Għamel ħin iċċassat lejn il-folla li laqgħetu b’entużjażmu kbir. Fl-ewwel indirizz tiegħu lillfolla huwa sellmilhom b’sempliċi “buonasera”, u qalilhom li l-kardinali sabuh “mill-aħħar tad-dinja”. Huwa talab għal u rringrazzja lill-Papa Emeritus Benedittu XVI. Qabel ta l-barka lill-poplu, il-Papa l-ġdid baxxa rasu u talab hu l-barka mingħand il-poplu. Barra l-Ispanjol, Papa Franġisku jitkellem tajjeb l-Ingliż, it-Taljan, il-Franċiż u l-Ġermaniż. Bħal ħafna Arġentini huwa dilettant tal-futbol u t-tim favorit tiegħu huwa tim żgħir Arġentin jismu San Lorenzo. Huwa jħobb iż-żifna tat-tango u kien jiżfinha meta kien żagħżugħ. Il-film favorit tiegħu huwa “Babette’s Feast”, film Daniż tal-1987. Iħobb il-poeżiji talpoeta Ġermaniż Friedrich Hölderlin. Il-pittura favorita tiegħu hija White Crucifixion ta’ Marc Chagall. 19
Il-Papa Franġisku għażel li jżomm l-istess arma u motto li kellu bħala isqof. Magħha se jiżdiedu biss iddisinji taċ-ċwievet u l-mitra flimkien ma’ lazz aħmar li jfissru l-ħatra tiegħu bħala Papa. Fuq sfond ċelest hemm l-arma tas-Soċjetà tal-Ġiżwiti, li tagħha hu membru l-Papa. Din turi t-tliet ittri ‘IHS’ li jfissru l-isem ta’ Ġesù, b’salib fuq l-ittra H u tliet imsiemer taħtha. L-istilla ta’ taħt tfakkarna fil-Verġni Marija filwaqt li l-pjanta li hemm maġenbha tirrappreżenta lil San Ġużepp. Dawn iż-żewġ simboli
L-infezzjonijiet tal-pulmun għadhom iġibu uġigħ ta’ ras… kemm għall-pazjenti kif ukoll għat-tobba. Minkejja l-kura avvanzata, min ikollu bżonn jidħol l-isptar b’infezzjoni ta’ dan it-tip għandu ċans ta’ 10% li jmut. Aħseb u ara fi żmien meta l-Papa Franġisku kien għad kellu 21 sena, fl1956 meta l-antibiotiċi kienu għadhom fil-bidu! Għalhekk minħabba infezzjoni serja, iż-żagħżugħ Jorge saritlu operazzjoni biex tneħħa l-pulmun il-marid - sforz biex l-infezzjoni ma tkomplix tinfirex. Jidher li kollox mar tajjeb għax illum il-Papa għadu f’saħħtu ta’ 76 sena! Għall-grazzja t’Alla, meta pulmun wieħed ma jibqax jaħdem, l-ieħor kapaċi jieħu ħafna mix-xogħol tiegħu. Filfatt, l-esperti jaħsbu li l-pulmun wieħed tal-Papa għandu kapaċità bejn 85 u 90% ta’ persuna b’żewġ pulmuni talistess età. Ma jidhirx li l-pulmun nieqes se jtellef lill-Papa fil-missjoni tiegħu! 20 MARZU/APRIL 2013
jorbtu flimkien id-devozzjoni talPapa lejn Marija u Ġużeppi. Il-motto tal-Papa huwa Miserando Atque Eligendo, li jfisser ‘ħares lejh bil-ħniena u għażlu’ u huma meħudin minn prietka ta’ San Beda dwar is-sejħa ta’ Ġesù lil San Mattew. Dawn il-kelmiet huma għeżież għall-Papa Franġisku għax ifakkruh fil-mument għażiż ta’ meta, fl-età ta’ sbatax-il sena, ħass il-preżenza qawwija ta’ Alla f’ħajtu. Dan il-mument wasslu biex jingħaqad mal-Ġiżwiti fil-ħajja reliġjuża tagħhom, fuq l-eżempju ta’ San Injazju ta’ Loyola.
minn hawn
u minn hemm
L-ikbar rota fid-dinja Arti, biċċa inġinerija jew ġennata? Student Olandiż, Wouter van der Bosch, bena l-ikbar rota (bicycle) fid-dinja bħala proġett tal-kors tal-arti tal-Universita’! L-aktar ħaġa li tispikka f’din ir-rota li tiżen 750 kilogramma hi r-rota kbira ta’ tractor li għandha quddiem. Ħafna mill-parts Wouter iddubbahom mingħand sħabu jew ħadimhom hu stess u allura l-proġett ftit swieh flus. Għalkemm l-għalliema kienu jgħidulu li mhux ħa jirnexxilu jsuqha, Wouter kien determinat u fl-aħħar irnexxielu joħloq rota li għalkemm hi ġganteska, xorta jista’ jsuqha. Meta tefa’ vidjo fuq youtube juri lilu nnifsu jsuq din l-invenzjoni sar famuż mill-ewwel tant li kiseb rekord mondjali u qed jirċievi stediniet biex jesebixxi r-rota tiegħu f’diversi pajjiżi.
y LAWRENCE fenech
Tellieqa bis-sodda Sport interessanti li ltqajt miegħu hu bed racing. Dan hu pprattikat bħala attivita’ biex jinġabru flus għall-karita’ f’xi bliet Ingliżi u Amerikani. Dan l-isport jinvolvi timijiet ta’ 6 persuni – 5 jimbuttaw is-sodda u wieħed riekeb. Kull tim irid jibni s-sodda tiegħu u jiddekoraha skont it-tema li tkun magħżula mill-organizzaturi. F’xi bliet it-tellieqa tkun qasira u tiddependi biss mill-veloċita’ imma hemm xi tlielaq fejn ir-rotta tkun ftit twila u tinkludi telgħa wieqfa u anke l-qsim ta’ xmara! Jingħata premju għal min jiġi l-ewwel fittellieqa u ieħor għat-tim li jkollu l-aktar sodda ddekorata sabiħ.
21
minn hawn u minn hemm
Dar mhux tas-soltu! Bratislav Stojanovic, raġel ta’ 43, għamel dawn l-aħħar 15-il sena jgħix ġewwa qabar f’ċimiterju fisSerbja, fir-raħal ta’ Nis! Il-qabar huwa vojt u kien ta’ familja li spiċċat madwar mitt sena ilu. Bratislav jgħid li issa jħossu dera u li l-qabar fejn jgħix huwa niexef u sħun. “Għandi xi lampi u l-ħwejjeġ personali tiegħi. Mhuwiex palazz
22 MARZU/APRIL 2013
iżda huwa aktar komdu mit-triq.” Huwa spiċċa jgħix f’dan il-qabar wara li kien tilef id-dar tiegħu minħabba l-ħafna dejn li kien għamel u li ma rnexxilux iħallas. “Kont nibża’ fil-bidu, imma issa drajt. Issa sirt nibża’ iktar millħajjin milli mill-mejtin.” Huwa qal li kull meta jkun irid joħroġ millqabar, jiċċekkja jekk ikunx hemm xi
y FRANKLIN balzan
ħadd fil-madwar, inkella jaħseb li jista’ joqtol lil xi ħadd bil-qatgħa li jagħtih! Qal ukoll li bosta raħħala huma qalbhom tajba miegħu u jġibulu xi ħaġa tal-ikel jew xi ħwejjeġ. “U jekk immut bil-lejl,” qal Bratislav b’nofs ċajta, “tal-inqas inkun fil-post it-tajjeb.”
Għal naqra! Asterojda kbira daqs ‘swimming pool’ tal-Olimpjadi għaddiet viċin id-dinja nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Frar, f’distanza ta’ 27,700 km ‘biss’, l-eqreb oġġett ta’ dan id-daqs li qatt għadda minn ħdejn id-dinja. Wieħed seta’, għall-ħabta tattmienja u nofs ta’ filgħaxija ta’ dakinhar, jara minn Malta dan il-fenomenu permezz ta’ tromba tajba jew ta’ teleskopju.
L-asterojda, imlaqqma Asteroid 2012 DA14, għaddiet b’veloċita’ ta’ 7.8km/s (28,000 km/siegħa) minn ħdejn id-dinja. Hija kienet ilha tiġi segwita minn Frar tal2012 mill-Astronomi Spanjoli tas-’Sema Sagru’. Din l-asterojda ddur max-xemx kull 368 ġurnata - perjodu simili għad-dinja li ddur max-xemx kull 365 ġurnata iżda ovvjament għandha orbita
Oriġini Taljani
ferm differenti minn dik tad-dinja! Mill-osservazzjonijiet tagħhom, l-astronomi kienu f’pożizzjoni li jikkalkolaw it-trajjettorja talasterojda u bassru li fil-15 ta’ Frar din kellha tgħaddi tant qrib taddinja. Għallinqas skont l-esperti, din l-asterojda m’għandhiex terġa’ tiġi qrib id-dinja qabel tal-inqas tletin sena oħra.
Jorge Mario huwa wieħed mill-ħames ulied ta’ Mario Jose Bergoglio, mwieled fil-provinċja ta’ Asti, fir-reġjun tal-Pjemonte, u Regina Maria Sivori, imwielda fi Buenos Aires, minn familja ta’ oriġini Taljana. Mas-sittin fil-mija talpopolazzjoni Arġentina għandhom oriġini Taljana. L-immigrazzjoni mill-Italja lejn l-Arġentina sabet il-qofol tagħha bejn l-1880 u l-1920, u dan minħabba taqlib soċjali u ekonomiku. Imma fil-każ tal-familja Bergoglio, Maria Elena, oħt il-Papa, tgħid hekk: “Kien minħabba l-faxxiżmu li missieri emigra.” Il-familja ta’ missierhom ma kellhiex xi ħajja faċli, imma qatt ma naqsuhom l-affarijet bżonnjużi. Hi tgħid li d-dar kienu jitkellmu bl-Ispanjol, imma l-ġenituri dejjem rabbew lil Jorge Mario u ‘l ħutu f’imħabba kbira lejn l-Italja. Kien ma’ ħutu, li l-missier kien jitkellem bit-Taljan, u s-suġġett kien ħafna drabi jkun fuq l-ideoloġija faxxista. 23
NOEL vassallo y adrian VELLA
Ġieli smajna l-espessjoni li iktar ma trid togħla ’l fuq, iktar trid tinżel ’l isfel. Hija espressjoni li nużawha rigward il-virtù tal-umiltà, imma nżommu f’moħħna l-qasam tal-arkitettura. Ma jistax jonqos li dan il-fattur kellu jintuża fir-rigward tal-Petronas Twin Towers, li jinsabu fi Kuala Lumpur, fil-Malasja. Dawn iż-żewġ torrijiet, li bejn l-1998 u l-2004, kienu l-itwal binjiet fid-dinja, sakemm it-tul tagħhom inqabeż mit-Taipei 101, fit-Taiwan, huma xogħol tal-arkitett Cesar Pelli (mill-Istati Uniti, imma mwieled fl-Arġentina). Sabiex jirrispetta l-kultura Islamika tal-Malasja, l-arkitett għażel li jibni dawn iż-żewġ torrijiet fuq l-għamla ġeometrika ta’ stilla bit-tmien ponot (magħmula minn żewġ kwadranti li jaqsmu ’l xulxin), simbolu prominenti Islamiku. L-ippjanar ta’ dawn iż-żewġ torrijiet beda f’Jannar tal-1992.
Bla dubju, aspett importanti li wieħed kellu jagħti kas tiegħu, kien ir-riħ. Saru għadd ta’ testijiet u simulazzjonijiet. U qabel ma dawn iż-żewġ torrijiet telgħu f’għoli ta’ 452 metru, ix-xogħol tal-bini, li beda fl-1 ta’ Marzu 1992, kien jikkonsisti fi skavar ta’ 30 metru taħt il-livell tal-art, bi tħejjija għallpedamenti. Il-Petronas Towers ġew inawgurati minn Mahathir bin Muhammed, Prim Ministru talMalasja, fl-1 ta’ Awwissu 1999. It-torri hekk imsejjaħ Tower 1 (tan-naħa tal-Punent) jospita
Xabbatur:
Tista’ timmaġina lil xi raġel imdendel mal-Petronas Towers mingħajr ebda rbit jew apparat ta’ sigurtà? Tista’ tifhem kif bniedem jista’ jkollu l-kuraġġ jixxabbat u jiggranfa ma’ ħitan għoljin mingħajr biża’ li jaqa’ u jkollu mewt żgura?
24 MARZU/APRIL 2013
l-kwartieri ġenerali tal-kumpanija li jġibu isimha, Petronas (Petroliam Nasional Berhad), kumpanija talgvern fl-industrija taż-żejt u l-gass. F’dan l-istess torri, insibu wkoll numru ta’ kumpaniji sussidjarji tagħha. L-uffiċini f’Tower 2 huma mikrija lil għadd ta’ kumpaniji oħra; hekk fost oħrajn insibu l-Bloomberg, il-Boeing, l-IBM, ilMicrosoft u r-Reuters. Ta’ min wieħed jgħid li taħt it-torrijiet insibu s-Suria KLCC, kumpless ta’ ħwienet, u d-Dewan Filharmonik Petronas, li hi sala għall-kunċerti, is-sede tal-Orkestra Filarmonika tal-Malasja.
Mhux qed nitkellem dwar Spider Man li s-soltu narawh f’xi film jew Komik, iżda fuq Alain Robert. Alain Robert huwa magħruf għall-mod kif jixxabbat ma’ bini magħruf madwar id-dinja. Dan ilbniedem għandu l-kapaċità jiġbed l-attenzzjoni ta’ ħafna nies meta bla avviż ta’ xejn
jaqbad jixxabbat ma’ xi bini għoli famuż bħalma huma l-Petronas Towers. Mingħajr ma trid, li kieku kellek tara lil dan il-bniedem fl-azzjoni, tgħid li dan tilef rasu u li qed jagħmel affarijiet tal-ġenn, iżda le! Għalih dan hu mod kif juri l-kapaċitajiet tiegħu. Tista’ tgħid li huwa ma juża xejn
Barra d-dehra sabiħa tagħhom minn barra – m’għandniex xi ngħidu spettakolari matul il-lejl – huma ta’ attrazzjoni turistika għall-fatt li għadd ta’ persuni li jżuru l-belt, jieħdu l-okkażjoni li jitilgħu fuq l-observation deck, fis86 sular, għoli ta’ 360 metru. Ta’ attrazzjoni wkoll, huwa s-skybridge, il-pont fuq żewġ livelli, li jgħaqqad il-41 u t-42
sular taż-żewġ torrijiet. Is-skybridge – l-ogħla pont ta’ żewġ livelli fiddinja – jinsab f’għoli ta’ 170 metru u huwa twil 58 metru. Minħabba li fir-riħ qawwi, bini għoli jiċċaqlaq, is-skybridge huwa magħmul b’tali mod li jisslajdja ’l ġewwa u ’l barra miż-żewġ torrijiet u dan biex ma tiġrilu ebda ħsara. Bħala sapport, il-pont għandu żewġ saqajn li minnaħa t’isfel huma marbuta mad-29 sular taż-żewġ torrijiet. ✖
Fil-Petronas Twin Towers hemm 32,000 tieqa.
Qabel ma nbnew it-torrijiet, flinħawi fejn hu mibni dan ilkumpless kien hemm korsa tat-tlielaq tażżwiemel.
Bħala parti millpedamenti saret l-ikbar tefgħa ta’ konkrit fl-istorja tal-Malasja: 13,200 metru kubu ta’ konkrit ġew mitfugħa f’perjodu ta’ 54 siegħa għażżewġ torrijiet.
In-numru ta’ nies jaħdmu fit-torrijiet Petronas ilaħħaq 10,000 persuna.
Fil-bini tat-tieni torri ġie nnutat li kienu qed jiddevjaw b’25 millimetru. Biex ipattu għal dan, is-16-il sular l-ieħor kellhom jiġu mmejla 20 millimetru fuq in-naħa l-oħra.
biex jixxabbat ħlief par climbing shoes u basket żgħir bi ftit trab tal-ġibs li jżomm madwar qaddu. Billi l-awtoritajiet normalment ma jagħtux permess biex wieħed jixxabbat mal-bini, Robert ma javża lil ħadd b’dak li jkun se jagħmel. Huwa jibda jixxabbat hekk kif ikun se
jibda jisbaħ u ħafna drabi jispiċċa jkun diġà dalam sa ma jasal sal-quċċata. Iżda xi jkun ħa billi jkun għamel din il-biċċa xogħol ta’ strapazz kbir? Apparti s-sodisfazzjon personali jkun hemm jistennih ukoll il-ħabs għax hekk kif jinżel il-pulizija jarrestawh. Dan għaliex huwa illegali li
wieħed jixxabbat malbini. Fil-fatt Alain Robert spiċċa arrestat bosta drabi f’diversi pajjiżi. Huwa xxabbat ma’ bosta bini magħruf fosthom: Petronas Towers fi Kuala Lumpur, Sydney Opera House, it-Torri Eiffel f’Pariġi u l-Empire State Building fi New York. Alain
Robert għandu kapaċità u stamina unika li tagħmlu kapaċi jiddendel anke mal-aktar ħitan weqfin billi jdaħħal subgħajh fi xquq u daħliet li jkun hemm filbini. Minħabba din l-abbiltà straordinarja Alain Robert huwa magħruf bħal “The Human Spider” jew “The French Spider Man”. 25
y daniel MICALLEF
Tobba jitkellmu mal-pazjenti u jeżaminawhom, oħrajn jirranġaw it-testijiet, oħrajn jiktbu n-noti, infermiera jilqgħu n-nies, jassistu lill-pazjenti u jagħtu l-mediċini; porters jieħdu pazjenti għall-iscans; technicians jieħdu testijiet tal-qalb… kollox kien miexi bil-ħeffa… bħas-soltu! Però, kellha tkun telefonata minn vann li żżid daqsxejn iktar il-ġenn kollu u tiġbor tim għal iktar azzjoni! Kienet telefonata mill-ambulanza.
l-Emerġenza
24/7 Waqt li l-isptar ikun miftuħ il-ħin kollu, huwa d-dipartiment talemerġenza li jkun għaddej “gass mal-pjanċi” lejl u nhar. L-emerġenza jkun hemm infermiera lesti biex jilqgħu it-telefonati min-numru 112, jagħtu pariri u jekk ikun hemm bżonn jibagħtu ambulanza. Fuq l-ambulanza, pazjent ikun jista’ jibda jingħata xi kura, imma jekk il-pazjent ikun f’qagħda serja, ikun hemm ħafna komunikazzjoni maddipartiment tal-emerġenza fl-isptar ħalli kollox ikun lest għall-pazjent meta dan jasal. Resus Il-każ tagħna jinvolvi inċident li kellu Jamie, xufier żagħżugħ. Maddaqqa, Jamie sofra diversi ġrieħi u beda jitlef ħafna demm. Għalhekk, l-emerġenza, qabeż il-kju kollu u ddaħħal f’kamra apposta: il-kamra tar-resus fejn isir kulma hu possibbli biex Jamie “jingħata l-ħajja millġdid”. Hemm sab tim lest biex jgħinu: min jieħu l-ECG tal-qalb, min jieħu l-istorja ta’ x’ġara, min jitkellem mal-qraba, min jinforma lill-qassis, min jieħu d-demm, min jagħti d-drip u min jirranġa scans ħalli l-ksur jiġi identifikat u jekk hemm xi ħsara fl-organi jittieħed ħsieb mill-ewwel. 26 MARZU/APRIL 2013
Jamie sofra tiċrita fil-fwied, organu li wieħed jista’ jitlef ħafna demm minnu, waqt li kiser ukoll għadma kbira mill-qasba ta’ siequ. Prijoritajiet Fl-emerġenza, din il-kelma hi importanti ħafna. Għalxejn it-tim jieħu ħsieb il-ksur ta’ Jamie jekk in-nifs jew il-qalb ma jkunux qed jaħdmu sew. Għalhekk, it-tim juża sistema biex jieħu ħsieb li l-iktar affarijiet importanti ma jinqabżux. Fiha, l-ewwel jiġi ċċekkjat il-pajp tannifs, imbagħad il-pulmun, imbagħad il-qalb u ċ-ċirkolazzjoni, imbagħad ilmoħħ u fl-aħħar l-organi u l-partijiet l-oħra tal-ġisem. B’din is-sistema jiżdied iċ-ċans li l-pazjent joħroġ mill-isptar qawwi u sħiħ! Minbarra li jissejħu tobba speċjalisti skont fejn tkun il-problema, f’każijiet daqshekk ikkumplikati, ikun hemm ħafna komunikazzjoni ma’ dipartiment li jieħdu ħsiebu l-anestetisti imma
ma semmejtulkomx fil-ħarġa li għaddiet: id-dipartiment tal-kura intensiva, jew kif nafuh aħjar, l-ITU. Jamie kellu bżonn jgħaddi xi jiem f’dan id-dipartiment fejn kellu numru mdaqqas ta’ tobba u infermiera jieħdu ħsiebu, biex meta rkupra biżżejjed seta’ jittieħed għal operazzjoni fuq l-għadma li kiser f’siequ. Triage Waqt li każ serju bħal t’hawn fuq jaqbeż kull kju, il-maġġoranza tannies li jidħlu l-emerġenza jgħaddu mit-’triage’, kelma Franċiża, li tfisser “tagħżel”. Il-kelma, kienu bdew jużawha t-tobba fl-Ewwel Gwerra Dinjija. Huma kienu jifirdu lill-feruti fi tliet kategoriji: dawk li probabbli jmutu, isir x’isir; dawk li probabbli jgħixu, isir x’isir; u dawk li kura immedjata għandha ċans tagħmel differenza pożittiva għall-ġid tagħhom. F’Malta wkoll, dawk li jippreżentaw l-emerġenza jinqasmu fi tliet kategoriji, skont
kemm tkun gravi s-sitwazzjoni biex dawk li għandhom bżonn kura immedjata jinqdew l-ewwel. Waqt li ħadd ma jieħu gost jistenna, iddipartiment tal-emerġenza mhux ħanut li jimxi skont il-kju: ikollu jimxi skont l-urġenza tal-każijiet! Sigriet: kif tiffranka l-kju Forsi ħafna jistaqsu għalfejn xi drabi n-nies idumu jistennew l-emerġenza. Parti mirraġuni tinsab f’dawk li jmorru l-emerġenza għal problemi li setgħu jissolvew barra mill-isptar. Jekk ikollok ftit deni, ilwejt sieqek, qabditek is-sogħla, irremettejt ftit, jew għandek problema li ilha fuqek ġimgħat, m’għandekx għalfejn tiġri sal-emerġenza… L-emerġenza qegħda biss għal problemi serji! L-ewwel mur għand it-tabib tal-familja jew fiċċentru tas-saħħa. Wisq probabbli tkun tista’ tieħu kura minn hemm; jekk le t-tabib jista’ jirreferik l-emerġenza hu stess.
CPR (Hands-Only) Ejja nimmaġinaw li qiegħed miexi l-Belt u fit-triq, tara wieħed raġel jaqa’. X’tagħmel? Jekk ma jkunx hemm periklu għalik u r-raġel ma jweġibx x’ħin tipprova tqajmu, sejjaħ għall-għajnuna. Jekk ma jkun hemm xejn jidher jagħlaq il-pajp tan-nifs mill-ħalq u jidher mhux jieħu nifs, ċempel 112, jew sejjaħ lil min jagħmel hekk. Imbagħad tkun tista’ tibda dak li jissejjaħ CPR. Għalkemm hawn min isemmi ‘the kiss of life’, studji juru li l-bews, jew aħjar in-nefħ tal-arja mhux l-iktar importanti f’dawn il-mumenti, barra li forsi tista’ titqażżeż… L-iktar importanti hu li sa ma tiġi l-ambulanza tagħfas fin-nofs tas-sider f’fond ta’ xi 5 ċentimetri madwar mitt darba kull minuta. Dan l-aħjar titgħallmu sew minn xi kors talewwel għajnuna, imma jekk trid issir taf iktar u tiltaqa’ ma’ nies li salvaw b’din it-teknika, żur is-sit: www.bhf.org.uk/handsonlyCPR. 27
y WARREN busuttil
Il-band ‘Fun’
Timmaġinaha li jkollok band blisem ta’ ‘Ice-Cream’, ‘Lolipop’ jew ‘Table’? Jew immaġina l-iktar isem bla sens u agħtih lill-aqwa band rock li hawn bħalissa. Jekk din ma tgħaddilekx minn rasek, imma hekk kienu ser isemmu l-band tagħhom Nate Ruess, Andrew Dost u Jack Antonoff! Imma ħarġu bl-isem ‘Fun.’... madankollu, kif ġie dan l-isem? Waqt li l-membri tal-band kienu qed jiċċajtaw bejniethom ħarġu bl-idea li jsemmuha ‘Fun’, fittxew dan l-isem fuq Google u raw li ma kien hawn l-ebda band fid-dinja b’dan l-isem. Iżda ftit wara kellhom ibiddluh mal-ewwel! Band Svediża bl-isem ta’ ‘Fun’ ukoll talbithom b’email ibiddlu l-isem tagħhom. Għalhekk semmewha ‘Fun.’… Żiedu biss it-tikka fuq wara! Tant sar popolari dan l-isem li l-ewwel websajt li titla’ fuq Google meta
28 MARZU/APRIL 2013
tfittex il-kelma ‘fun’ hi propju dik tal-band minn New York. Madwar sentejn ilu Nate Ruess, il-leadsinger tal-band, xtaq li jiltaqa’ mal-producer Jeff Bhasker. Iltaqgħu ġewwa bar f’lukanda biex jgħidu kelma fuq il-mużika… u kien hemm fejn beda kollox! Basher kien immeraviljat bl-entużjażmu ta’ Ruess biex jgħaqqad flimkien il-ġeneru tal-hip-hop ma’ dak electronic, kif għamlu fis-snin sebgħin il-band Queen u Electric Light Orchestra. Marru lejn id-dar ta’ Jeff u dan semmagħlu xi diski li kien kiteb għal Beyoncé. Ispirat minnhom, Ruess ħareġ bil-chorus għal ‘We are Young’. Reuss beda jkanta d-diska u Bhasker jikteb il-mużika għaliha… f’kemm ilni ngħidlek irrekordjaw din id-diska fi studjo u fi ftit ġimgħat saret l-iktar diska li ġie mibjugħa b’total ta’ 1.2 miljun kopja u ‘l fuq minn 300,000 top-download f’seba’ ġimgħat.
Din id-diska kienet l-ewwel single għall-album tant popolari tagħhom “Some Nights”, isem li ntuża għal diska oħra popolari li ħarġet f’Ġunju tal-2012. Fi Frar 2013, il-mużika ta’ Fun. kienet mistennija li tirbaħ numru ta’ Awards bħala l-mużika tas-sena. Infatti “We are Young” rebħet il-Grammy Awards bħala d-”Diska tas-Sena” u l-band rebħet il-premju għal “L-Aħjar artist ġdid fix-xena mużikali”.
almanakk Marzu Fis-6 ta’ Marzu 1475, twieled Michelangelo Buonarroti. Ma kienx biss pittur, imma wkoll skultur, arkitett u poeta. Ħalla wirt artistiku kbir warajh, fosthom is-saqaf talKappella Sistina fil-Vatikan u l-istatwa ta’ David ġewwa Firenze.
Fiċ-ċinema
Wieħed raġel innota li kien hemm kelb fis-sala taċ-ċinema qed jara film b’attenzjoni kbira. - Ħabib, tassew li l-kelb tiegħek qed isegwi l-film? - Iva! Li jgħaġġibni hu li qed jogħġbu, avolja ma ħax grazzja mal-ktieb minn fejn meħud!
Fil-11 ta’ Marzu 1969, Levi Strauss beda jbiegħ il-bellbottomed jeans, qliezet bilparti ta’ isfel wiesgħa.
Fl-14 ta’ Marzu 1914, Henry Ford ħabbar is-sistema ġdida li biha kien se jibda jipproduċi l-karozzi: ilproduction line. Biha, il-ħin biex tintrama karozza tnaqqas minn tnax-il siegħa għal 93 minuta!
Ċajta Kultant Fil-klassi
Elena, studjajtha l-lezzjoni talġografija tal-ġimgħa li għaddiet? Iva, ser. Tajjeb! Fejn qiegħda l-Ingilterra? F’paġna sitta u tletin, ser!
F’ristorant
Wejter, sibt lighter fil-platt! Grazzi ħafna sinjur! Almenu baqa’ nies onesti f’dal-pajjiż!
April
Fil-15 t’April 1865 miet Abraham Lincoln, President tal-Istati Uniti, wara li ntlaqat minn tiri ta’ arma tan-nar sparati minn John Wilkes Booth f’teatru.
Fl-1 t’April 1748, instabu l-fdalijiet ta’ Pompeii, il-belt fl-Italja li kienet mirduma waqt splużjoni tal-vulkan Vessuvju. Fid-29 t’April 1997, astronawti Russi u Amerikani għamlu l-ewwel passiġġata flimkien fl-ispazju.
fil-ħarġa li jmiss TOMORROW: L-Avvenutra ta’ Gianluca
Marvel: Phase 2 L-istorja ta’ Gilbert
www.facebook.com/Xehda