Dossier 01

Page 1

DOSSIER DO SSIER #01

PRIVATE WEALTH | FUNDS & ASSET MANAGEMENT | INSURANCE & REINSURANCE FINANCIAL INSTITUTIONS | CAPITAL MARKETS | FINTECH & BLOCKCHAIN financemalta.org Your structuring opportunities start here

EDITORJAL#WERREJ

Fil-MUMENT TAL-PROVA

Qed ngħixu fost l-aktar żminijiet diffiċli. Għandna għadu. Nafu x’jismu. Iżda m’aħniex narawh. Ma nafux fejn ser jattakka u sa fejn ser iwassal. Il-Covid-19 ħalla mhux biss għexieren ta’ eluf bla ħajja, iżda ħarbat l-andamenti ekonomiċi u magħhom ġab problemi li għalissa ma nistgħux nibdew nikkwantifikawhom għax abbli l-istampa għadha ferm lura milli tibda tingħaqad. Iżda tal-fehma li l-akbar ħsara li għamel dan il-virus hija fuq is-saħħa mentali ta’ kull wieħed u waħda minna.

F’DOSSIER ser nittrattaw l-ekonomija fiċ-ċirkostanzi preżenti. Iżda fuq kollox ser nitkellmu wkoll ma’ min qed jiltaqa’ wiċċ imb wiċċ ma’ min qed iħoss il-morsa tagħfas fuqu f’dawn iż-żminijiet diffiċli. Ilkarikatura tal-faċċata tirrappreżenta dak li Malta, din il-mara sbejħa, qed iġġarrab bħalissa. Lil hinn milleffetti tal-imxija, fadlilna x’naqdfu f’ħarsien adegwat għall-ambjent, diskussjoni serja dwar l-abort u ħidma iżjed assertiva biex l-appelli għall-ugwaljanza bejn is-sessi ma jibqgħux biss fuq il-karta.

EDITUR: Melvic Zammit – melviczammit@gmail.com

QARI TAL-PROVI: Daniela Attard Bezzina

Disinn: Ryan Bezzina design@unionprint.com.mt

Karikatura tal-faċċata u f’paġna 3: Robert Caruana

Reklamar: adverts@unionprint.com.mt +356 2590 0200

Stampar u Pubblikazzjoni: Union Print Co. Ltd, Workers’ Memorial Building, It-Tielet Sular, Triq Nofsinhar, Valletta +356 2590 0200

02 12 18
22
1 BEJN IL-LINJI: L-EKONOMIJA TAN-NIES STATISTIKA - TAQBEL LI JIDĦOL L-ABORT FIL-PAJJIŻ? JONQOS
SENA DELIKATA GĦAS-SISTEMA EDUKATTIVA, GĦAT-TFAL U L-PAJJIŻ
IL-PRESIDENT
IL-KANĊELLERIJA
IŻJED NISA BIEX IDURU MAL-MEJDA
ĦIDMET MONSINJUR VICTOR GRECH
EMERITU MARIE LOUISE COLEIRO PRECA – WARA L-PRESIDENZA
FIL-PALAZZ TAL-INKWIŻITUR
ĠIMGĦAT
BOGĦOD MINN ELEZZJONI PRESIDENZJALI FL-ISTATI UNITI
30 32 42 48
ĦARĠA NUMRU 1 - SETTEMBRU 2020 M

L-EKONOMIJA TAN-NIES

l-viruses jikkaġunaw il-pandemiji. Iżda kull darba jiddettaw forma ġdida tad-dinja. Apparti t-telf tal-ħajjiet, l-imxija tal-Covid-19 ħalliet ħerba fuq is-saħħa mentali ta’ ħafna individwi u l-ekonomiji.

DR PHILIP

VON BROCKDORFF

, il-Kap tad-Dipartiment tal-Ekonomija fl-Università ta’ Malta

Ma’ DR AARON GRECH, Chief Economist tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, u DR PHILIP VON BROCKDORFF, il-Kap tad-Dipartiment tal-Ekonomija fl-Università ta’ Malta, ser nanalizzaw l-impatt fuq it-turiżmu, it-tbassir tal-aġenziji ta’ kreditu fuq l-andament tal-ekonomija lokali, l-effetti tal-pakketti finanzjarji fuq ir-rota ekonomika, u fuq kollox jekk il-gvern hux ser ikun kostrett li jżid taxxi ġodda biex jagħmel tajjeb għall-għajnuniet finanzjarji li qed jagħti fi żmien fejn ħafna setturi ma jafux fejn ser jagħtu rashom.

BEJN IL-LINJI:
DR AARON GRECH, Chief Economist tal-Bank Ċentrali ta’ Malta
2
I

Sa Frar li għadda, xahar qabel faqqgħet il-pandemija tal-Coronavirus, l-industrija tat-turiżmu f’Malta kienet għaddejja b’ritmu mgħaġġel. Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi li fi Frar ġew Malta kważi 146,000 turist – 21,000 turist aktar minn Frar tas-sena l-oħra. L-2020 mistennija tkun l-agħar sena għat-turiżmu madwar id-dinja, inkluż Malta, meta dan is-settur huwa wieħed mill-pilastri ewlenin tal-ekonomija.

AG: Is-settur turistiku huwa wieħed importanti għal pajjiżna, anke jekk Malta għandha ekonomija ferm diversifikata. Minbarra li jiġġenera dħul barrani, is-settur għandu firxa wiesgħa u jiggarantixxi d-dħul ta’ ħafna familji b’mod indirett. Flaħħar snin konna rajna l-ammont ta’ turisti jikber b’rati ferm għolja, tant li f’ħames snin kien

hemm żieda daqs fl-għoxrin sena ta’ qabel meħudin flimkien. Fl-aħħar seba’ snin in-numru ta’ turisti rdoppja għal kważi 2.8 miljun turist. Kien għalhekk li l-impatt talcoronavirus kien xokk qawwi. Din hija industrija li kienet qed tespandi b’mod qawwi biex tlaħħaq mad-domanda, u f’daqqa waħda spiċċat b’rati ta’ okkupanza baxxi ħafna. Fil-fatt statistika riċenti tal-Eurostat tindika li s-settur kellu 75% anqas attività f’Ġunju mqabbel ma’ Frar li għadda. Għalkemm pajjiżi barranin seta’ kellhom ftit vantaġġ fuq Malta għax għandhom turiżmu intern relattivament aktar qawwi minn f’pajjiżna, xorta jidher li kienu ftit dawk li marru għal btala. Dan jirrifletti l-fatt li f’kull pajjiż bħalissa hemm telf qawwi ta’ impjiegi, bir-rata ta’ qgħad madwar l-Unjoni Ewropea titla’ minn 6.5% għal 7.2% f’ħames xhur. Biex it-turiżmu jirpilja mhux biss irid ikun hawn soluzzjoni għall-problema medika, iżda trid ukoll tirkupra l-ekonomija Ewropea. Huwa għalhekk importanti l-pjan maqbul mill-Gvernijiet u l-Kummissjoni Ewropea li ser iwassal għall-akbar stimulu finanzjarju li qatt ingħata fl-istorja. Daqstant huwa importanti wkoll li fuq livell nazzjonali, kull gvern Ewropew, inkluż dak Malti, jibqa’ jsostni l-ekonomija permezz ta’ miżuri fiskali. Jekk il-qgħad jieqaf jiżdied u terġa’ tidħol il-kunfidenza, it-turiżmu jerġa’ jirpilja. Importanti li sakemm dan iseħħ, l-operaturi turistiċi jieħdu l-okkażjoni biex iħarsu mill-ġdid lejn il-mudell tal-operat tagħhom. Huwa importanti ħafna li jitjiebu l-ħiliet tal-ħaddiema ħalli nkunu nistgħu ntejbu l-prodott turistiku. L-investiment fil-lukandi jrid ikun sostnut b’investiment fit-tisbiħ tal-lokalitajiet u titjib fl-infrastruttura.

PvB: Meta wieħed jikkunsidra l-effetti diretti u indiretti, il-kontribut tat-turiżmu f’pajjiżna huwa ta’ madwar 17%. Evidenti li l-imxija wasslet biex dan is-setter jieqaf ħesrem għal numru ta’ xhur u kien biss wara Lulju li reġa’ fetaħ għat-turisti. Madankollu għadna ‘l bogħod ħafna milli nilħqu livelli li konna mdorrijin bihom. Għalhekk meta jkollok settur bħat-

Minn Melvic Zammit
3

turiżmu li jintlaqat daqshekk ħażin ifisser tnaqqis fl-attività ekonomika f’pajjiżna. Dan jissarraf f’nuqqas ta’ dħul għall-investituri u l-ħaddiema f’dan is-settur. Mhux biss. Setturi relatati mas-settur turistiku, bħall-akkomodazzjoni (apparti l-lukandi), ir-ristoranti, u l-ħwienet intlaqtu ħażin ukoll u għalhekk dan wassal biex il-Prodott Domestiku Gross jonqos sew, bil-konsegwenzi kollha li jirriżultaw meta l-konsum u l-investiment jonqos. Dan kollu jfisser tnaqqis fid-dħul għall-Gvern f’taxxi, bolol u VAT. Jekk din is-sitwazzjoni ttul, il-konsegwenzi fuq is-settur turistiku, l-ekonomija u l-finanzi pubbliċi jistgħu jkunu negattivi ħafna. L-ekonomija ma tistax tissostitwixxi settur daqshekk kbir bħat-turiżmu f’ħakka t’għajn.

L-argument li l-ekonomija m’għandhiex tibqa’ daqshekk dipendenti fuq it-turiżmu għax mhux sostenibbli hu validu iżda mhux realistiku fl-immedjat.

Il-mudell ekonomiku tagħna jiddependi ħafna fuq attività ekonomika li ma timxix neċessarjament fuq linji sostenibbli. Iżda kien dan l-istess mudell ekonomiku li wassal biex insostnu l-ispiża fuq pensjonijiet, servizzi soċjali oħra, saħħa u edukazzjoni, u nfiq infrastrutturali. Jekk dan ilmudell jinbidel u nħaddnu mudell fejn is-sostenibbiltà hi prijorità, dan irid jieħu ż-żmien tiegħu biex jitwettaq u x’aktarx iwassal għal tkabbir ekonomiku ferm anqas milli konna mdorrijin qabel l-imxija. Naturalment l-effetti fuq impjiegi kien ikun devastanti kieku ma tteħdux il-miżuri fejn il-Gvern iggarantixxa wage supplement lill-ħaddiema f’setturi milquta ħażin. Il-mistoqsija tiġi waħedha: sakemm jista’ l-Gvern jibqa’ jsostni din l-għajnuna?

Ir-rata tal-okkupanza bħalissa fis-settur tat-turiżmu hija ta’ bejn 10 u 20%. Wieħed jifhem għalhekk it-tħassib ta’ min investa f’dan is-settur u l-konsegwenzi jekk din is-sitwazzjoni ttul. L-ebda negozju ma jista’ jsostni pożizzjoni bħal din, minkejja l-għajnuna kollha li qed tingħata mill-Gvern, dment li ma tinstabx soluzzjoni medika fis-sena 2021.

Pajjiżi oħra li jiddependu mit-turiżmu għandhom l-istess livell ta’ okkupanza u għaddejjin ukoll minn diffikultajiet kbar. Id-differenza hi li fil-każ ta’ pajjiżi bħall-Portugall,

4
BEJN IL-LINJI:

il-livell ta’ qgħad qed jgħolli rasu u dan hu ta’ tħassib għall-Unjoni Ewropea fejn spikkat in-nuqqas ta’ azzjoni kollettiva fir-rigward tal-miżuri restrittivi li ttieħdu minn stati individwali. Dan wassal biex ħafna turisti Ewropej jaqtgħu qalbhom milli jivvjaġġaw. Jidher li din is-sitwazzjoni se tkun parzjalment rimedjata f’Ottubru iżda fl-opinjoni tiegħi, il-Kummissjoni Ewropea kellha tkun ferm aktar proattiva biex għall-anqas tinsisti mal-Istati Membri biex ikun hemm aktar kordinament dwar il-miżuri li ttieħdu s’issa.

PvB: Kollox jiddependi minn sa meta se tinstab soluzzjoni medika. Jekk soluzzjoni tinstab is-sena d-dieħla, possibbilment fl-ewwel xhur, naħseb li r-rota ekonomika tibda ddur f’setturi bħat-turiżmu u l-ivvjaġġar. Għalhekk mhux eskluż li nilħqu livelli ta’ tkabbir ta’ madwar 4 jew 5% fl2021, iżda qed ngħixu f’mument ta’ inċertezza u dment li din l-inċertezza tibqa’ huwa impossibbli li tagħmel previżjonijiet.

L-AĠENZIJI TA’ KREDITU mhumiex ipinġu stampa daqshekk negattiva dwar l-andamenti ekonomiċi għal pajjiżna. Kif tinterpreta l-previżjonijiet?

AG: Il-Bank Ċentrali jżomm djalogu kontinwu mal-aġenziji ta’ kreditu, u l-istampa li qed jindikaw hija bbażata fuq analiżi rigoruża u serja. Ta’ min ifakkar li dawn l-esperti minbarra li jsegwu lil Malta jkunu qed isegwu pajjiżi simili, u għalhekk ikunu ferm aktar f’pożizzjoni li jinterpretaw dak li qed jiġri f’Malta f’kuntest aktar wiesa’.

Bħala Bank Ċentrali aħna wkoll nagħmlu l-proġettazzjonijiet tagħna permezz ta’ mudelli ekonometriċi li żviluppajna maż-żmien, anke bl-għajnuna ta’ akkademiċi u ekonomisti barranin. It-tbassir tagħna jsir bi djalogu mal-Bank Ċentrali Ewropew, u allura jgħaddi minn proċess ta’ review rigoruż. Fl-aħħar tbassir li għamilna wrejna li filwaqt li l-Prodott Domestiku Gross ser jonqos din is-sena, ħafna minn dan it-telf ser ikun irkuprat matul l-2021.

Aktar importanti minn hekk, aħna nistmaw li mhux ser ikun hemm l-istess daqqa fl-impjiegi bħal dik fil-Prodott Domestiku Gross.

Dan ifisser li l-qgħad ser jibqa’ taħt il-5% u s-sena d-dieħla jkun qrib l-4%. Aħna qed inbassru li d-dħul tal-familji ser jonqos b’madwar 1%, u dan it-telf ikun irkuprat totalment sa nofs l-2021. Barra minn hekk qed inbassru li l-għoli talħajja ser ikun taħt il-1% għal sentejn konsekuttivi, u din mistennija tkun xi ħaġa pożittiva għal dawk li jiddependu minn benefiċċji, fosthom il-pensjonanti.

Aktar milli nħarsu lejn previżjonijiet, huwa ferm aktar importanti li jkollna direzzjoni ekonomika fuq bażi sostenibbli u jitfasslu miżuri li jgħinu biex ikollna tkabbir ekonomiku konsistenti mal-Programm ta’ Rkupru u Reżiljenza li minnu Malta se tingħata fondi Ewropej. Dan il-programm huwa rilevanti ħafna iżda għandna nibdew minn issa biex ninvestu aktar fl-ekonomija diġitali u fil-Green Deal, u fl-istess waqt insaħħu l-produttività fis-setturi ekonomiċi kollha, speċjalment fis-settur tal-manifattura li jista’ jkollu sehem kritiku f’ekonomija aktar reżiljenti għal xokkijiet ekonomiċi.

Il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema, il-pensjonanti u l-kwalità tal-ħajja, inkluż fl-aspett ambjentali, jistgħu jitjiebu biss jekk inkomplu nsaħħu l-ekonomija permezz ta’ miżuri li għadni kif semmejt. L-isfida se tkun it-trasformazzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli u aktar reżiljenti. Din mhix se tkun triq faċli, speċjalment wara snin ta’ tkabbir ekonomiku straordinarju, u mhux eskluż li jkun hemm xi skossi ekonomiċi u soċjali. Madankollu hi triq li rridu ngħaddu minnha.

Kif tinterpreta l-miżuri tat-TLIET GĦAJNUNIET FINANZJARJI li ħabbar fl-aħħar xhur il-Gvern? Liema miżuri tinterpreta bħala l-aktar effettivi?

AG: L-ekonomisti tagħna analizzaw bir-reqqa l-miżuri li ħabbar il-Gvern. Din hija funzjoni li hija meħtieġa mill-Bank Ċentrali Ewropew, u anke sa ċertu punt mill-Fond Monetarju Internazzjonali.

Mill-istimi tagħna jidher li l-miżuri li introduċa l-Gvern ser ikunu tejbu l-ġid nazzjonali bi 3%. Dan ifisser li naqqsu l-impatt ekonomiku tal-COVID-19 b’terz.

Filwaqt li ma hemmx dubju li skemi bħall-COVID-19 Wage Supplement kellhom impatt ferm pożittiv fuq l-impjiegi u l-vouchers sostnew il-konsum, il-mudelli tagħna juru li

5

BEJN IL-LINJI:

l-aktar li ħallew effett ekonomiku kienu l-miżuri ta’ likwidità. Dawn jinkludu l-posponiment tat-taxxi, il-moratorju fuq id-dejn eżistenti, u s-self garantit u b’imgħax sussidjat. Flimkien dawn il-miżuri ammontaw għal nofs is-sostenn lill-ġid nazzjonali. Fil-fatt huwa mbassar li kellhom effett darba u nofs is-sussidji li ngħataw lill-kumpaniji u l-familji.

Wieħed irid jifhem li l-moratorju waħdu naqqas l-ispiża tal-kumpaniji bi kważi €170 miljun f’imgħax, u dan minbarra l-posponiment tar-ripagament tad-djun. It-taxxi posposti jammontaw għal tal-anqas €200 miljun oħra, filwaqt li d-dejn garantit sussidjat ser jisboq is-€700 miljun. Din hija likwidtà addizzjonali li flimkien tammonta għal aktar minn biljun ewro fuq medda ta’ disa’ xhur.

Dan kollu seta’ jseħħ għax il-Gvern kien likwidu biżżejjed li jgħaddi mingħajr dħul għal perjodu limitat, filwaqt li l-banek għandhom likwidità biżżejjed biex ikunu ta’ sostenn għan-negozji. Il-Bank Ċentrali pparteċipa b’mod attiv biex l-awtoritajiet regolatorji internazzjonali jħallu l-banek jagħtu moratorju, fassal id-direttivi neċessarji filwaqt li assista b’mod attiv il-likwidità permezz ta’ programmi tal-Bank Ċentrali Ewropew.

PvB: Naħseb li l-miżuri kollha kienu importanti, iżda bla dubja l-wage supplement kellu l-impatt li jevita kriżi ekonomika u soċjali li kienet titfa’ l-pajjiż f’sitwazzjoni allarmanti. Dan s’issa ġie evitat iżda minn issa ’l quddiem kollox jiddependi mill-istrateġija u l-miżuri li l-Gvern ser jadotta fil-politika ekonomika tiegħu biex insostnu l-irkupru tal-ekonomija, filwaqt li nittamaw li tinstab soluzzjoni medika kemm jista’ jkun malajr.

Ta’ min isemmi wkoll li l-miżura biex ażjendi privati ma jħallsux taxxi għal perjodu indefinit għenet biex ittaffi l-problema ta’ likwidità. Hemm miżuri oħra li ttieħdu bħal fuq kontijiet tad-dawl u kirjiet. Madankollu dawn il-miżuri għandhom ikunu temporanji.

Jista’ l-Gvern ikompli jiffinanzja programmi finanzjarji mingħajr taxxi ġodda fil-futur?

AG: Il-fattur ewlieni li wieħed irid jikkunsidra huwa l-likwidità. Kieku f’pajjiżna ma hawnx tfaddil, u għandna bżonn fondi barranin, kieku wieħed ikollu jkun kawt ferm. Iżda sa issa għadna ferm ’il bogħod minn din is-sitwazzjoni. Fil-fatt sa issa, minkejja li l-Gvern żied is-self, kien ftit biss li ġie ffinanzjat mill-pubbliku. Il-maġġorparti tal-istokks ġodda nxtraw mill-banek, u dawn xorta fadlilhom likwidità f’livelli ferm għoljin.

Biex nagħti indikazzjoni,

sa minn meta bdiet il-pandemija d-depożiti tal-familji mal-banek żdiedu b’aktar minn nofs biljun ewro.

Ħafna mill-miżuri li qed jieħu l-Gvern huma temporanji. Il-Covid-19 Wage Supplement mhix bħall-introduzzjoni ta’ benefiċċju soċjali ġdid – jiġifieri spiża li se tibqa’ għal dejjem. Tant hu hekk li aħna qed inbassru li f’sena, id-defiċit ser jonqos b’aktar minn 5%. Qed nantiċipaw li l-piż tad-dejn nazzjonali ser jibqa’ taħt is-60% anke fis-snin li ġejjin. Il-mudelli tagħna jindikaw li sakemm l-ekonomija terġa’ tirpilja, ilGvern jista’ jkompli jiffinanzja l-programm finanzjarju. Huwa importanti li, bħala pajjiż, ikollna ħaddiema u investimenti produttivi biex nibqgħu kompetittivi u nattiraw aktar investiment biex l-ekonomija Maltija tibqa’ tikber b’ritmu tajjeb. Fl-istess waqt, il-Gvern irid jibqa’ juri responsabilità fiskali biex meta tgħaddi din il-pandemija nerġgħu nibdew naraw titjib fil-qagħda finanzjarja tal-Gvern.

L-esperjenza turina li jekk il-gvernijiet jirrikorru biss għal żidiet fit-taxxi biex itejbu l-qagħda fiskali, dawn jistgħu jkollhom l-effett mixtieq għal żmien qasir, iżda fl-aħħar mill-aħħar ixekklu l-attività ekonomika, li terġa’ twassal għal qagħda finanzjarja ħażina tal-Gvern. Jekk ser isiru bidliet fit-taxxi jkun aħjar li dan iseħħ għal raġunijiet ekonomiċi u soċjali, bħal ngħidu aħna biex nikkumbattu l-bidla fil-klima. Huwa importanti li jkun hemm razzjonalizzazzjoni fl-operat tal-Gvern, u trazzin fl-ispiża. Pereżempju, inċentivi u programmi biex inaqqsu d-dipendenza fuq benefiċċji soċjali huma importanti għaliex iwasslu biex aktar nies jaħdmu u jinħoloq aktar ġid.

PvB: Kull miżura għandha tkun temporanja, inkella huwa inevitabbli li l-Gvern idaħħal taxxi ġodda. Is-sena d-dieħla se tkun kruċjali u dment li l-Covid-19 tkun taħt kontroll, bilmod il-mod l-ekonomija tista’ terġa’ taqbad ritmu li jwassal biex il-Gvern ma jkollux għalfejn ikompli jagħti l-wage supplement. Minflok, il-prijorità għandha tkun fuq miżuri biex jgħinu t-tkabbir ekonomiku.

6

Malta bħala Ċentru Internazzjonali

għat-Teknoloġija u l-Innovazzjoni

Fl-2019, il-Gvern Malti bi ftehim mal-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija, waqqaf l-entità Tech.mt, bil-għan ewlieni li tippromwovi lil Malta bħala ċentru ewlieni għal teknoloġiji innovattivi.

Il-Gvern Malti qed jistinka sabiex ikun minn ta’ quddiem f’dan is-settur, b’viżjoni diġtali maħsuba sabiex tkattar l-iżvilupp u t-tkabbir ekonomiku. Għal dan il-għan Tech.mt hija mpenjata biex tassigura li Malta tkun pożizzjonata bħala destinazzjoni attraenti biex tattira l-innovazzjoni ekonomika u talent -oqsma tal-Cloud Computing, Internet of Things, Distributed Ledger Technology, Intelliġenza Arti ċjali, Blockchain u teknoloġiji oħra innovattivi.

Il-mandat ta’ Tech.mt huwa li jassisiti l-ekosistema diġitali biex tistabbilixxi lilha nni sha bħala kontributur ewlieni għall-prodott gross domestiku ta’ pajjiżna. Tech.mt hija strumentali biex l-industrija tat-teknoloġija lokali tilħaq il-livell li jmiss, hekk kif se tkun qed tassigura li l-kumplament tad-dinja tinnota l-potenzjal b’saħħtu li s-settur tat-teknoloġija f’Malta għandu x’jo ri sfond ta’ andament ekonomiku b’saħħtu u stabbiltà nanzjarja.

Imfassla fuq l-oqsma ewlenin tat-teknoloġija u l-innovazzjoni, Tech.mt mhux biss għandha l-għan li televa l-istatus ta’ Malta l-qasam tat-teknoloġija fuq pjattaforma lokali u internazzjonali, iżda wkoll li tħeġġeġ sinerġija bejn il-Gvern, l-industrija u l-akkademja.

Sabiex verament timmaterjalizza l-viżjoni ta’ Malta li ssir ċentru internazzjonali għal teknoloġiji innovattivi, Tech.mt bniet l-istrateġija tagħha fuq erba’ pilastri ewlenin: il-promozzjoni, l-innovazzjoni, it-talent u l-assistenza. Fuq dawn il-pilastri Tech.mt qed twettaq il-missjoni tagħha li tipprovdi l-mezzi neċessarji sabiex negozji lokali stabbiliti l-qasam tat-teknoloġija jkunu jistgħu jesportaw il-prodotti u s-servizzi tagħhom, lwaqt li investituri barranin jistgħu bl-istess mod jistabbilixxu intrapriżi teknoloġiċi ġodda f’Malta. Qed naraw li nassistu wkoll startups tat-teknoloġija lokali u nressquhom lejn inċentivi sabiex verament jirnexxu.

Tech.mt qed ti oka wkoll fuq opportunitajiet għal studenti li qed jistudjaw suġġetti l-qasam tat-teknoloġija sabiex ikomplu javvanzaw ir-riċerki tagħhom.

Il-promozzjoni huwa l-pilastru ewlieni li fuqu twaqqfet Tech.mt biex permezz ta’ komunikazzjoni e ettiva u rabtiet b’saħħithom ma’ partijiet interessati kemm l-kamp lokali u dak internazzjonali, tistabbilixxi pożizzjoni vibranti u ċara l-qasam tat-teknnoloġija u l-innovazzjoni. Permezz ta’ parteċipazzjoni attiva f’simpożji u eri lokali u internazzjonali, Tech.mt to ri pjatatforma lil kumpaniji tat-teknoloġija lokali sabiex jesponu x-xogħol tagħhom u jirnexxu bil-għan li jespandu l-operat tagħhom.

L-innovazzjoni huwa pilastru ieħor li permezz tiegħu Tech.mt taspira li tesponi professjonisti l-qasam tat-teknoloġija għal teknoloġiji innovattivi u tixpruna riċerka akkademika bil-għan aħħari li tkun ippreżentata lil udejnzi ta’ kwalità u -aħħar mill-aħħar timmaterjalizza f’soluzzjonijiet innovattivi.

It-talent – Tech.mt qed tassigura komunikazzjoni e ettiva kemm ma’ istutuzzjonijiet edukattivi lokali u anki internazzjonali sabiex jiġu identi kati oqsma ta’ kollaborazzjoni li permezz tagħhom ikunu jistgħu jibbene kaw kemm l-istudenti u anki l-akkademiċi, u sabiex ikun attirat iktar talent ta’ kwalità lejn xtutna. Tech.mt qed taħdem mill-qrib ma’ istituzzjonijiet akakdemiċi lokali biex tifhem aħjar kif suġġetti relatati max-Xjenża, Teknoloġija, Inġinerija, u l-Matematika (STEM) jistgħu jsiru aktar attraenti biex jintgħażlu bħala l-bażi għal karriera t-teknoloġija, u anki sabiex jiġu kkunsidrati oqsma ġodda ta’ speċjalizzazzjoni l-qasam tat-tekonoloġija diġitali u kreattiva.

Assistenza – Tech.mt hija kommessa wkoll li tikkontribwixxi permezz ta’ riċerka rigoruża u rapporti interessanti fuq is-settur u biex tkun ta’ gwida għal kumpaniji eżistenti tat-teknoloġija, kif ukoll investituri prospettivi biex ikompli jiżviluppaw in-negozju tagħhom.

Trid tkun taf iktar dwar Tech.mt jew għandek bżonn ta’ assistenza mit-tim tagħna? Ikkuntattjana fuq techmt.info@tech.mt

https://tech.mt/

@Tech.mtMalta @TechmtMalta Tech.mt tech.mtMalta Techmt.Contact@tech.mt
Dana
CEO - Tech.mt Tech.mt hija strumentali biex l-industrija tat-teknoloġija lokali tilħaq il-livell li jmiss, hekk kif se tkun qed tassigura li l-kumplament tad-dinja tinnota l-potenzjal b’saħħtu li s-settur tat-teknoloġija f’Malta għandu x’joffri fi sfond ta’ andament ekonomiku b’saħħtu u stabbiltà finanzjarja. AVVIŻ BI ĦLAS
Farrugia,

Lenti fuq id-Dipartiment tad-Dwana

Is-seba’ s-snin tal-abbundanza

Fl-2017, id-Dwana daħħlet €309.3 miljun f’taxxa, fl-2018 daħħlet €316.5 miljun u s-sena li għaddiet daħħlet €336.3 miljun. Fuq perjodu ta’ seba’ snin, bejn l-2012 u l-2019, mid-Dipartiment tad-Dwana ġiet irrappurtata żieda ta’ €197.3 miljun, żieda ta’ kważi 150%.

8

“Il-figuri msemmija kienu possibbli li jintlaħqu mhux biss minħabba ż-żieda fir-ritmu ekonomiku, iżda l-isforzi tad-Dipartiment biex isaħħaħ il-mekkaniżmi tiegħu ta’ infurzar qed iħallu l-frott; u r-rata ta’ osservanza mill-operaturi ekonomiċi Maltin żdiedet sew,” qal id-Direttur Ġenerali tad-Dwana, Joseph Chetcuti intervista ma’ DOSSIER .

Stqarr li għadu kmieni wisq biex wieħed jara jekk fl-2020 hux se nkomplu fuq din ix-xejra. “Iċ-ċirkostanzi tal-pandemija ser ikollhom impatt fuq l-erarju mid-Dwana, anke għaliex iddaħħlu miżuri ta’ sostenn fiskali lill-operaturi ekonomiċi. Sa mill-bidu nett tal-pandemija, id-Dipartiment tad-Dwana introduċa pakkett ta’ għajnuna.”

Fakkar li sa Ottubru 2020, ingħata ħelsien mill-ħlas tad-Dazju ta’ Importazzjoni u Taxxa Fuq il-Valur Miżjud fuq ammont kbir ta’ prodotti li l-importazzjoni tagħhom kienet, jew hi, intiża għal sptarijiet u djar tal-anzjani. Il-lista tinkludi apparat mediku, għodod mediċi, mediċini, ilbies protettiv, ventilators, termometri, sodod u kull ħaġa oħra meħtieġa fi sptar; u ngħata differiment ta’ xahrejn minn kull ħlas tat-taxxa tas-sisa.

Għalkemm Brexit daħal fis-seħħ mill-1 ta’ Frar, in-negozju bejn Malta u r-Renju Unit ma ġiex affettwat mill-ewwel. Dan għaliex bħalissa ninsabu f’perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ 11-il xahar biex l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit idaħħlu fis-seħħ it-tariffi li jibdew mill-bidu tas-sena dieħla.

Negozjati bejn l-UE u r-Renju Unit dwar eżenzjoni ta’ tariffi

Is-Sur Chetcuti qal li għadhom għaddejjin negozjati bejn iż-żewġ naħat li jwasslu għal forma ta’ eżenzjoni tat-tariffi fuq prodotti importati jew esportati bejn l-UE u r-Renju Unit. “Wieħed jittama li jkun hemm forma ta’ ftehim kummerċjali mill-aktar fis. Dan ikun jaqbel għaż-żewġ partijiet.”

Mill-1 ta’ Jannar tas-sena d-dieħla, il-passiġġieri li jaslu mir-Renju Unit mhux ser ikunu jistgħu jgħaddu aktar mill-Blue Channel. Din hija linja riservata biss għall-passiġġieri li jaslu minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea. Iridu jibdew jgħaddu mill-Green Channel jekk ma jkollhom xejn x’jiddikjaraw lid-Dwana, jew jgħaddu mir-Red Channel jekk ikollhom oġġetti x’jiddikjaraw. Dan ser iwassal għal kju itwal ta’ nies, anke għaliex f’ċirkostanzi normali kienu jgħaddu madwar 2,240 passiġġier kuljum minn u lejn ir-Renju Unit.

Direttur Ġenerali tad-Dwana

Fejn jidħol l-infurzar, isSur Chetcuti qal li d-Dwana qed tkun iżjed effiċjenti. Fil-fatt, kull sena, id-Dwana qed tirreġistra rekord fuq ieħor ta’ qbid, b’tali mod li:

• Fl-2013 inżammu 910,000 oġġett kontrafatt, u wara żieda kull sena, fl-2019 il-figura telgħet għal 3,040,000 oġġett;

• Fl-2013 ġew miżmuma 1,300 flixkun xorb alkoħoliku tal-kuntrabandu, u wara żieda reġistrata kull sena, fl-2019 il-figura telgħet għal 12,600 flixkun;

• Fl-2013 ġew interċettati kważi 29 miljun sigarett tal-kuntrabandu. Fl-2019 ġew interċettati kważi 56 miljun sigarett;

• Fl-2013 ġew interċettati 4 kilogrammi droga. Fl-2016 sar investiment fl-ewwel scanner, segwit fl-2018 minninvestiment fit-tieni scanner. Dawn ħallew il-frott għax fl-2016 inqabdu 26 kilo, fl-2017 459 kilo, fl2018 16,100 kilo u fl-2019 753 kilo.

• Fl-2013 inqabdu €600,000 fi flus mhux iddikjarati lid-Dwana. Fl2019 ġew interċettati miljun ewro u nofs.

9

what a great combination

your Firm Benefiting from Membership to FinanceMalta

Membership advantages include: Company listing on our website • Participate in webinars & podcasts • Opportunities to showcase your firm • Business networking & educational events • Complimentary passes to some of Europe’s most important events • Opportunity to take part in road shows, press briefings & workshops • Access to market intelligence reports & branded marketing materials • Thought leadership articles featured on our website & quarterly newsletter • FinanceMalta - Garrison Chapel, Castille Place, Valletta VLT1063 - Malta | info@financemalta.org | tel. +356 2122 4525 | fax. +356 2144 9212

more information on: www.financemalta.org Effective | Secure | Skilled Find us on: FinanceMalta FinanceMalta FinanceMaltaYT FinanceMalta@

FinanceMalta is the public-private initiative set up to promote Malta as an International Financial Centre.

“Biex jilqa’ għal din iż-żieda fl-influss ta’ passiġġieri, id-Dipartiment tad-Dwana qed isaħħaħ il-preżenza tiegħu fis-sala tal-wasliet fl-ajruport. Id-Dipartiment investa wkoll f’luggage screening module ġdid li se tgħinna nanalizzaw il-bagalji talpassiġġieri qabel jintefgħu fuq iċ-ċinga biex jinġabru millpassiġġieri. Dan se jgħin fil-ħidma biex nieħdu stampa iżjed ċara minn qabel ta’ x’fihom il-bagalji u għalhekk neżaminaw biss dawk li jqanqlu suspett. L-ajruport se jkun qed ikabbar il-parti tal-ħruġ tal-passiġġeri.”

Id-Dwana kompliet issaħħaħ il-ħidma tagħha kontra l-evażjoni tat-taxxa u tad-dazju u s-sisa waqt li tkompli tgħasses ilfruntieri mill-importazzjoni ta’ oġġetti illegali. Is-Sur Chetcuti qal li bħala Dipartiment, id-Dwana kienet waħda mill-aktar entitajiet governattivi li applikaw b’suċċess għal kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea. Fost oħrajn, inxtara scanner van mobbli, b’investiment ta’ €864,000, li jintuża f’diversi stazzjonijiet; inxtara n-Nuctech Scanner għall-Freeport, b’investiment ta’ żewġ miljun ewro; u fl-istess sena nxtraw tmint iklieb, b’investiment ta’ €350,000. Is-sena li għaddiet sar xogħol infrastrutturali fuq kumpless ġdid f’Ħal Luqa, li ġabar fih l-Intelligence Unit, ir-Risk Management Unit, l-Anti-Money Laundering Team u l-Enforcement Unit, b’investiment ta’ €70,000. Din is-sena nxtara luggage scanner van.

“Mis-sena d-dieħla se nibdew naħdmu fuq proġett kbir, stmat li jiswa €5 miljun, biex tinbena Scanning Facility fil-Port il-Kbir. Dan jirreplika l-istess investiment li sar fil-Port Ħieles,” qal is-Sur Chetcuti b’ton ta’ sodisfazzjon.

Id-Direttur Ġenerali tad-Dwana żied jgħid li din is-sena se jinxtraw żewġ x-ray machines għall-ajruport, b’investiment ta’ €236,000 u fi ftit tal-jiem oħra se jiġi inawgurat il-Canine Compound, f’Ħal Far, b’investiment ta’ ftit iżjed minn miljun u mitt elf ewro.

Tisħiħ fil-ħidma kontra l-evażjoni tat-taxxa u tad-dazju u s-sisa
ID-DWANA KIENET WAĦDA MILLAKTAR ENTITAJIET GOVERNATTIVI LI APPLIKAW B’SUĊĊESS GĦAL KOFINANZJAMENT MILL-UNJONI EWROPEA. 11

BL-ISTATISTIKA JISMA’ KIF

IĦABBAT IL-POLZ TAL-POPLU

Iħalli l-istatisika u l-metodi xjentifiċi jwassluh biex jifhem u jagħraf xi jħoss, x’jaħseb u x’jagħżel il-poplu meta affaċċjat b’mistoqsijiet diretti u drabi oħra ta’ natura sensittiva. Magħruf li r-riżultati tal-elezzjonijiet, permezz talistħarriġ tal-opinjoni pubblika u l-kalkoli xjentifiċi, iġibhom żewġ. Dan l-aħħar sar wiċċ familjari wkoll b’rabta mal-COVID-19. In-nies tfittxu ħafna biex tagħraf x’inhi r-rata tal-infezzjonijiet minn persuna għal oħra.

“Meta taħdem fuq l-istatistika xjentifika u sondaġġi trid tinsa l-opinjoni tiegħek, bl-għan ewlieni jkun li tibqa’ leali lejn il-polz tal-poplu. Il-missjoni tiegħek hija li twassal l-istatisika b’mod sempliċi lill-poplu u li tgħolli l-livell tar-riċerka xjentifika f’Malta,” stqarr l-istatistiku DOTT. VINCENT MARMARÀ.

Din id-darba, sondaġġi kkummissjonati minn DOSSIER u li saru minn Dott. Marmarà jitfgħu dawl fuq l-interess talMaltin fil-politika, jekk jaqblux li l-abort jidħol fil-pajjiż, u kemm-il quddies semgħu fix-xahar qabel il-pandemija. U fuq kollox jafu min kien l-ewwel President tar-Repubblika?

12

L-GĦAJTA KONTRA L-ABORT ITTARRAX

Attitudni b’saħħitha tal-Maltin kontra l-abort kienet riflessa meta kważi 82 persuna minn kull mija wieġbu “LE” meta mistoqsijin jekk jaqblux li f’Malta jidħol l-abort, waqt li 18 minn kull mija wieġbu li jaqblu.

Taqbel li jidħol l-abort fil-pajjiż?

L-inqas distakk kien irreġistrat fost żgħażagħ ta’ bejn is-16 u l-25 sena. Waqt li kważi 54% ta’ din il-faxxa wieġbu “LE”, ftit iktar minn 46% wieġbu “IVA”. Iżda kuntrarjament għal dan, fil-kumplament tal-faxex, l-għajta kontra l-introduzzjoni ttarrax. Iktar minn 96% tal-faxex li għandhom bejn is-56 u l-65 sena u minn 66 sena ’l fuq wieġbu li ma jaqblux mal-introduzzjoni tal-abort.

iva
L-istħarriġ juri li hemm distakk
16-25 26-35 36-45 46-55 56-65 66+ 46.3% 53.7% 26.5% 73.5% 20.9% 79.1% 18.9% 81.1% 2.8% 97.2% 3.6% 96.4% 100.0% 80.0% 60.0% 40.0% 20.0% 0.0% Iva Le 13
le 81.9%
18.1%
minimu bejn kif jaħsbuha n-nisa u l-irġiel; iżda waqt li kienu 5% biss tal-persuni li għandhom livell ta’ edukazzjoni primarja li wieġbu li jaqblu mad-dħul tal-abort fil-pajjiż; kważi 36% tal-persuni li għandhom edukazzjoni terzjarja wieġbu fl-affermattiv.

Jidher li l-pensjonati huma l-aktar faxxa li tinteressahom il-politika. Isegwu warajhom dawk li għandhom bejn is-46 u l-65 sena. Żgħażagħ ta’ bejn is-16 u l-25 sena kienu l-aktar li esprimew apatija. Il-faxex ta’ bejn is-26 u l-45 sena wkoll ma tantx esprimew entużjażmu għall-politika. Dr Marmarà jinnota li l-apatija fost l-elettorat hija riflessa fis-sondaġġi li saru fl-aħħar xhur, fejn madwar 25% tal-elettorat jgħidu li ‘ma jivvutawx’ jew ‘għadhom indeċiżi jekk jivvutawx’ li kellha ssir elezzjoni.

Apatija politika

tinteressak il-politika minn 1 sa 5?

Mill-istħarriġ irriżulta wkoll li l-persuni li għandhom edukazzjoni terzjarja huma l-inqas nies li għandhom interess fil-politika, waqt li l-persuni li għandhom livell ta’ edukazzjoni primarja għandhom l-iżjed interess fl-isfera politika.

LIVELL TA’ EDUKAZZJONI RIŻULTAT

Mara Raġel 17.9% 82.1% 18.4% 81.6% 100.0% 80.0% 60.0% 40.0% 20.0% 0.0% Iva Le Taqbel li jidħol l-abort fil-pajjiż? Primarja Sekondarja Postsekondarja 5.0% 95.0% 9.0% 91.0% 19.2% 80.8% 100.0% 90.0% 80.0% 70.0% 60.0% 50.0% 40.0% 30.0% 20.0% 10.0% 0.0% 35.6% 64.4% Terzjarja
(1 – “ma tinteressani xejn” u 5 – “tinteressani ħafna”) ETÀ RIŻULTAT 16-25 2.1 26-35
46-55
TOTAL
Kemm
2.4 36-45 2.5
2.9 56-65 2.7 66+ 3.3
2.7
14
Primarja 2.9 Sekondarja 2.8 Postsekondarja 2.7 Terzjarja 2.4 TOTAL 2.7

mill-bankijiet tal-knejjes

Attwalment sitta minn kull għaxra wieġbu li qabel il-pandemija ġeneralment kienu qed jattendu għallquddies. Iż-żgħażagħ ta’ bejn is-16 u l-35 sena u l-adulti ta’ bejn is-46 u l-55 sena kienu l-iżjed żewġ setturi mis-soċjetà li wieġbu li ma marrux għall-quddies. Persuni ta’ bejn is-36 u l-45 sena u ta’ iżjed minn 56 sena kienu l-aktar li wieġbu li marru jisimgħu quddies qabel bdiet l-imxija f’Marzu li għadda.

Huma biss 50.6% li jafu li Sir Anthony Mamo kien l-ewwel President ta’ Malta. Waqt li 43% wieġbu li ma kinux jafu min kien l-ewwel President, il-kumplament semmew l-ismijiet tal-eks Prim Ministru George Borg Olivier u Dom Mintoff. Oħrajn semmew lil Anton Buttigieg u Agatha Barbara li rispettivament kienu t-tieni u t-tielet president ta’ dan il-pajjiż.

16-25 26-35 36-45 46-55 56-65 66+ 66.7% 33.3% 57.4% 42.6% 35.8% 64.2% 54.7% 45.3% 26.4% 73.6% 13.3% 86.7% 100.0% 80.0% 60.0% 40.0% 20.0% 0.0% Iva Le 39.8% 60.2% Total Ġeneralment kont tmur tisma’ quddies qabel l-imxija tal-covid-19? NOFS PAJJIŻ MA JAFX MIN KIEN L-EWWEL PRESIDENT TIEGĦU Min kien l-ewwel President tar-Repubblika ta’ Malta? 16-25 26-35 36-45 46-55 56-65 66+ Total Sir Anthony Mamo 25.9% 26.5% 31.3% 60.4% 70.8% 78.3% 50.6% Ma nafx 68.5% 66.2% 56.7% 32.1% 25.0% 19.3% 43.1% George Borg Olivier 0.0% 1.5% 3.0% 5.7% 0.0% 1.2% 1.8% Anton Buttigieg 0.0% 1.5% 3.0% 1.9% 1.4% 1.2% 1.5% Agatha Barbara 0.0% 1.5% 4.5% 0.0% 0.0% 0.0% 1.0% Dom Mintoff 3.7% 0.0% 0.0% 0.0% 0.0% 0.0% 0.5% Sir Temi Zammit 0.0% 1.5% 0.0% 0.0% 0.0% 0.0% 0.3% Pawlu Boffa 0.0% 1.5% 0.0% 0.0% 0.0% 0.0% 0.3% Alfred Sant 1.9% 0.0% 0.0% 0.0% 0.0% 0.0% 0.3% Ugo Mifsud Bonnici 0.0% 0.0% 0.0% 0.0% 1.4% 0.0% 0.3% Ċensu Tabone 0.0% 0.0% 0.0% 0.0% 1.4% 0.0% 0.3% George Abela 0.0% 0.0% 1.5% 0.0% 0.0% 0.0% 0.3% Total 100.0% 100.0% 100.0% 100.0% 100.0% 100.0% 100.0% L-erba’ mistoqsijiet
permezz
15
saru bejn is-7 u s-16 ta’ Settembru,
tat-telefown, b’kampjun ta’ sitt mitt persuna fost il-popolazzjoni ta’ persuni li għandhom iżjed minn 16-il sena. L-istħarriġ għandu margin of error ta’ +/- 4% u confidential interval ta’ 95%.

Qawmien ekonomiku: nibdew min-negozji ż-żgħar

Ebda diskors ekonomiku fl-Ewropa ma jista’ jitbiegħed mill-ekosistema tan-negozji ż-żgħar u medji. Aktar minn 95% tan-negozji Ewropej meqjusin SMEs li jfisser li mill-manifattura sas-servizzi kollha offruti, u magħhom l-impjiegi, marbutin ilkoll man-negozji ż-żgħar.

Id-diskussjoni dwar kif se nkomplu nimxu ’l quddiem b’modi ġodda u li jġibu inqas dannu għal saħħitna u għall-ambjent ta’ madwarna ma bediex ilbieraħ tant li l-Unjoni Ewropea kienet bdiet taħmi strateġija mibnija fuq qalba industrijali u proċess intiż ta’ diġitalizzazzjoni. Ġara iżda li faqqgħet pandemija u l-agħar seħħ. Waqfet il-ħajja. It-toroq żvujtaw u r-rota waqfet iddur bil-konsegwenza ta’ telf imdaqqas u inċertezza.

Issa mhux talli ridna naraw kif in-negozji Ewropej jibdew jikkompetu aħjar f’suq globali aħrax, talli qabel xejn ridna naraw li nerġgħu nkebbsu fihom il-fiduċja. Dak li nsistejna fuqu sa minn qabel is-sajf sab post filPjan ta’ Rkupru Ekonomiku għall-Ewropa. Minflok ma n-negozji ġew sfurzati jbiddlu l-operat f’salt u minn jeddhom, rajna l-ewwel li nagħtu l-għodod finanzjarji f’għotjiet u self biex iħallu t-telf warajhom, isalvaw xogħol il-ħaddiema tagħhom, u jkollhom il-kapaċità li jħarsu ’l quddiem.

Laqatni s-sens t’adattament li rajt. Ħafna rrivoluzzjonaw l-operat biex kisbu preżenza diġitali u pprovdew is-servizz xorta. Il-ftuħ tal-ekonomija ħaduh b’kawtela u ma beżgħux jinvestu f’mezzi primarjament diġitali biex żiedu s-sigurtà, serrħu ras il-klijenti imma baqgħu għaddejjin.

Il-politika trid tindokra dan is-sens intraprenditorjali responsabbli. L-appoġġ Ewropew fil-ħlas tal-pagi juri għan soċjali; jonqos issa li nkebbsu l-innovazzjoni f’dawn l-intrapriżi u ma nħallux l-għarfien tagħna jkompli jiżloq lejn il-Lvant u l-Punent.

Għal min se jonqos milli jiżviluppa l-lat diġitali tal-operat se tkun diffiċli jsalva fit-tul. L-istrateġija li qed naħdem fuqha taħseb qabel xejn għat-taħriġ talħaddiema biex insaħħu l-ħiliet tagħhom.

It-triq ’il quddiem trid tkun imsejsa fuq l-użu sfiq tar-riżorsi biex inkomplu noħolqu, niżviluppaw u nibnu hawn fl-Ewropa u fil-gżejjer tagħna stess. Hekk jikber innegozju ż-żgħir b’kawża u effett.

AVVIŻ BI ĦLAS
16
DR LL.B., LL.D., LL.M. EUROPEAN & COMPARATIVE LAW (MELIT.) MEMBRU PARLAMENTARI EWROPEW
Malta A member of Reanda International WE FOCUS ON BUILDING MUTUALLY BENEFICIAL CLIENT RELATIONSHIPS What we do? Audit & Assurance Accounting and book-keeping Taxation Payroll & Outsourcing Business Plans & Consultancy Who we assist? Limited Liability Companies Partnerships Sole-Traders Business Start-Ups A3 Towers, Block A3, Level 12 Triq il-Kanonku M Bologna, Paola PLA 1211, Malta. T: (+356) 2123 5064 - E: robert@reandamalta.com www.reandamalta.com

Jonqos iżjed nisa biex iduru mal-mejda

F’laqgħa riċenti li saret bejn il-Kunsill għallIżvilupp Ekonomiku u Soċjali (l-MCESD) u l-Prim Ministru Robert Abela dwar l-effetti talCOVID-19 fuq l-andament soċjali u ekonomiku tal-pajjiż, spikkat id-dominanza tal-irġiel madwar il-mejda tat-taħditiet. L-unika mara li kienet preżenti għal din il-laqgħa kienet is-Supretendent tasSaħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.

Ir-ritratti li ċċirkolaw minn din il-laqgħa nessew għal mument l-imxija u l-ħerba tagħha u reġgħu qajmu mistoqsijiet dwar is-sehem tan-nisa madwar il-mejda tad-deċiżjonijiet. DOSSIER iħares mil-lenti ta’ erba’ nisa li fetħulha fuq l-ostakli u l-isfidi li għadha qed taffaċċja l-mara fl-2020.

Dott. Angele Deguara

Soċjologa

F’dawn l-aħħar xhur, isem u wiċċ Charmaine Gauci saru familjari ma’ kulħadd. Il-fatt li Prof. Gauci hija tabiba, professur u tokkupa kariga għolja fil-qasam tas-saħħa filwaqt li hija mara li għandha familja jirrifletti diversi affarijiet fuq is-soċjetà tagħna. Fosthom li Malta nbidlet xi ftit għax fil-passat ħafna nisa kienu jaslu sa infermiera fil-qasam tassaħħa.

Meta n-nisa jingħataw l-opportunitajiet biex jistudjaw, biex jidħlu fil-qasam tax-xogħol, f’oqsma tradizzjonalment iddominati mill-irġiel bħalma huma l-mediċina, ix-xjenza u l-amministrazzjoni pubblika, dawn jistgħu jagħmlu suċċess u jiksbu l-fiduċja li tixirqilhom. Fl-istess ħin għalkemm xi affarijiet inbidlu, ma ngħaġġlux wisq. Għalkemm teknikament in-nisa f’Malta llum għandhom iktar opportunitajiet, il-Professur Charmaine Gauci ma tirriflettix ix-xejriet

soċjali fejn jidħlu n-nisa u l-irġiel u l-esperjenzi tagħhom fil-ħajja pubblika u dik privata.

Għalkemm in-nisa daħlu fil-politika, qed isiru tobba, avukati u anke mħallfin, professuri u sewwieqa tal-karozzi tal-linja jew trakkijiet, l-affarijiet ma nbidlux drastikament. Ir-responsabbiltajiet

18

tal-familja, tfal u qraba xorta għadhom primarjament f’idejn in-nisa. Għalkemm hawn irġiel li joffru kontribut siewi fil-familja, il-mara baqgħet terfa’ l-ikbar piż anki meta jkollha impjieg. Ftit huma dawk in-nisa, imqabbla mal-irġiel li jokkupaw karigi għoljin f’oqsma pubbliċi, li jmexxu bordijiet, ażjendi jew organizzazzjonijiet, li huma rappreżentati fil-politika. Ftit huma dawk in-nisa li jistgħu jieħdu deċiżjonijiet ħielsa fuq ilħajja tagħhom bħalma jagħmlu l-irġiel li ħafna minnhom jafu li hemm il-mara tieħu ħsieb it-tfal jekk se jdumu x-xogħol, jekk għandhom laqgħa filgħaxija, jekk iridu jmorru l-Parlament kuljum, jekk iridu jsiefru.

L-ostakli li tiltaqa’ magħhom mara fil-ħajja pubblika kienu u għadhom jeżistu anke jekk forsi naqsu xi ftit u mhux dejjem jidhru.

Ir-responsabbiltajiet tal-familja mhumiex l-uniċi ostakli li jaffaċċjaw in-nisa f’soċjetà patrijarkali. F’dinja ddominata mill-irġiel, in-nisa jridu jistinkaw iktar biex jiksbu dak li l-irġiel jiksbu mingħajr wisq sforzi. In-nisa li jkunu f’kariga għolja jafu jsibu reżistenza minn irġiel li jkunu f’kariga inqas minn tagħhom u li jridu joqogħdu għad-deċiżjonijiet tagħhom. In-nisa jafu jsibu fastidju sesswali iktar milli jsibu l-irġiel, ikollhom inqas opportunitajiet għal promozzjoni u taħriġ inqas mill-irġiel, fost raġunijiet oħra għax min jimpjegahom jaħseb li jistgħu jitilqu jekk ikollhom it-tfal. In-nisa, b’mod ġenerali, jaqilgħu salarji inqas mill-irġiel madwar id-dinja kollha, u għalkemm qed jiggradwaw iktar mill-irġiel, għadhom mhux rappreżentati biżżejjed fil-ħajja pubblika.

F’soċjetà fejn fil-prattika għadu diffiċli għal ħafna nisa li jiksbu dak li l-irġiel jiksbu mingħajr tfixkil u ostakli, ikun qed jintilef ħafna potenzjal, ikunu qed jintilfu ħafna ħiliet u esperjenzi li n-nisa jistgħu jagħtu, ikunu qed jintilfu ħafna opportunitajiet li n-nisa jixtiequ jieħdu iżda jaqtgħu qalbhom għax ma jsibux biżżejjed strutturi ta’ appoġġ. Dan iċaħħad lin-nisa minn kapital ekonomiku, politiku u soċjali u millaċċess għall-poter u għall-privileġġi li ħafna rġiel għandhom sempliċiment għax huma rġiel u qatt ma kellhom għalfejn jiddeċiedu jaqilbux part-time jew le, jiqfux mix-xogħol għal xi żmien, jiħdux leave għax it-tfal ma jifilħux, jilbsux dak id-dublett għax forsi qasir wisq u joqogħdu jgħaddulhom il-kummenti. F’soċjetà fejn in-nisa għadhom jitqiesu bħala sekondarji, kulħadd ikun qed jitlef - mhux in-nisa biss.

REBECCA BUTTIGIEG

Opinjonista

Min jaf kemm-il darba staqsewni nsemmi min huma dawk in-nisa li jispirawni u li nammira. Fil-verità tgħoddhom fuq id waħda. Mhux għax m’hawnx nisa kapaċi, anzi xejn minn dan. Iżda pjuttost għax sfortunatament m’hawnx biżżejjed nisa f’karigi ta’ tmexxija li jistgħu jservu ta’ role models. Ninsabu fis-sena 2020 u filwaqt li għamilna progress f’ħafna oqsma tal-ħajja, in-nuqqas tan-nisa madwar ilmejda tad-deċiżjonijiet għadu problema kbira. Minkejja kull avvanz li għamilna, xorta waħda l-mara qiegħda tibqa’ żvantaġġata fil-konfront tar-raġel.

Xorta, b’xi mod, issib xi forma ta’ ostaklu, f’xi stadju partikolari, li jfixkilha milli tkompli tavvanza f’ħajjitha.

Ma nilludux ruħna. Dan insibuh anke f’Malta. Anke jekk kellna President tar-Repubblika mara. Anke jekk kellna u għandna ministri u membri parlamentari nisa. Anke jekk għandna membri tal-ġudikatura nisa. Avvanzi, mela le, iżda huwa avvanz adegwat? Huwa avvanz biżżejjed? Saret ħafna riċerka u jeżistu bosta teoriji dwar x’seta’ wassal għal din is-sitwazzjoni, iżda l-mistoqsijia hi: Issa x’ser nagħmlu? X’azzjoni ser tittieħed biex naraw li n-nisa ma jibqgħux lura u jkollhom siġġu madwar il-famuża mejda tad-deċiżjonijiet?

Is-sehem tan-nisa fil-proċess demokratiku u fil-gvern huwa kruċjali. Mhux biżżejjed li sempliċiment insemmgħu leħinna; jeħtieġ li nkunu parti mill-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Is-sistema u s-soċjetà attwali jagħmluha ferm aktar diffiċli biex in-nisa jokkupaw karigi ta’ tmexxija. Filwaqt li tul is-snin l-attitudnijiet tas-soċjetà lejn il-mudell tal-familja tradizzjonali nbidlu, l-ommijiet għadhom jitqiesu responsabbli mit-trobbija ta’ wliedhom. Minkejja li l-postijiet tax-xogħol qed joffru ħinijiet tax-xogħol flessibbli u kundizzjonijiet li huma dejjem aktar favur il-familja, in-numru ta’ missirijiet li jagħżlu li joqogħdu d-dar mal-familja minflok il-mara huwa żgħir wisq.

Biex is-sehem u l-interessi tan-nisa fis-soċjetà jistgħu jittejbu u jimxu ’l quddiem, irridu nifhmu s-soċjetà b’mod ħolistiku u aħjar, fejn in-nisa u l-irġiel jaħdmu flimkien bħala sħab ugwali.

L-ugwaljanza bejn is-sessi tħalli frott kbir fid-dinja tax-xogħol, mhux biss għax tikber l-ekonomija, iżda għax ħafna mid-deċiżjonijiet biex insolvu l-problemi li qegħdin niffaċċjaw hemm bżonn li jittieħdu bis-sehem tal-mara. Il-ġenerazzjoni tagħna kellha ħafna aktar opportunitajiet minn dawk li ġew qabilna. Issa f’idejna biex nużaw dawk l-opportunitajiet biex flimkien niksbu l-bidla li tant ilna nitkellmu u nisimgħu dwarha.

19

Nadia Abdilla Soċjologa

Evidentament, il-miżien tal-ideat, tal-proposti u l-esperjenzi għadu jxaqleb drastikament lejn il-ġeneru maskili.

Wieħed irid jirrikonoxxi l-progress sinjifikanti li għamlet Malta fl-aħħar snin biex il-mara terġa’ ssib postha fis-suq tax-xogħol u, bil-mod il-mod, qed jirnexxilha titla’ tarġa tarġa fil-karriera tagħha. Iżda l-pass li bih qed ikollha timxi mhuwiex wieħed mgħaġġel biżżejjed.

Riċerka riċenti turi kif f’Malta, bejn l-2013 u l-2018, in-numru ta’ rġiel f’pożizzjonijiet maniġerjali kien bil-wisq akbar minn dak tan-nisa. Għaldaqstant, il-mara tibqa’ mhux rappreżentata biżżejjed f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija, bħal karigi għolja fis-settur bankarju u finanzjarju, u lanqas fil-ħajja pubblika partikolarment fil-ħajja politika. Ir-riżultat ta’ dan kollu hu li kull deċiżjoni li tittieħed tkun qed tħalli barra l-element fundamentali tad-diversità fil-ħsieb.

Tibdiliet leġiżlattivi f’waqthom huma neċessarji biex iwittu t-triq għal bidla fil-kultura soċjo-politika patrijarkali, fil-mentalità u fl-imġiba u l-perċezzjoni tagħna lejn l-isterjotipi li bihom nikkategorizzaw lin-nisa u lill-irġiel. Il-konċentrazzjoni inekwa fis-setturi differenti tax-xogħol bejn in-nisa u l-irġiel hi problema persistenti u sakemm karigi partikolari jibqgħu riservati u ddominati mill-irġiel, in-nisa ser jibqgħu jżommu lura milli javvanzaw. Dan għal diversi raġunijiet, fosthom id-deċiżjonijiet marbuta mat-trobbija tat-tfal kif ukoll it-tqassim tal-ħin bejn il-karriera u x-xogħol bla ħlas tad-dar. Il-karriera m’għandhiex tiġi a skapitu tal-familja, u viċi versa. Iżda din din tal-aħħar mhix applikabbli sempliċiment għal ġeneru partikolari.

Li jiġi indirizzat l-istatus quo u jingħelbu l-ostakli li jtellfu lin-nisa kkwalifikati milli jitilgħu s-sellum u jipprogressaw, mhix biss importanti fiha nnifisha għaliex tippermetti aktar ugwaljanza iżda hemm ukoll gwadann soċjo-ekonomiku sostanzjali. Aktar rappreżentanza xierqa ta’ nisa f’pożizzjonijiet għolja tippermetti aktar perspettivi wesgħin, iżżid il-kreattività u l-innovazzjoni u tippermetti diskussjonijiet fuq temi speċifiċi li possibbilment ma jiġux inklużi meta jkollok rappreżentanza maskili biss. In-nuqqas ta’ rappreżentanza ma jsarraf xejn għajr telf ta’ valur, talent u għarfien, li jistgħu jiġu attwati biss f’ambjent soċjali fejn hemm ugwaljanza sħiħa. Studji juruna li meta kumpaniji investew il-ħin biex tiżdied ir-rappreżentanza femminili, dan issarraf fi frott ta’ tkabbir fl-attività ekonomika u fl-effettività tal-organizzazzjoni.

Sabiex ninstigaw il-bidla meħtieġa għal soċjetà aktar ġusta u ekwa rridu mhux biss inbiddlu l-istrutturi fejn in-nisa jkunu jistgħu jimxu bl-istess pass fuq il-pjan ekwu mal-irġiel fid-dinja tax-xogħol iżda wkoll dak soċjali f’sens wiesa’ u sħiħ.

20

Dott. Kimberley Grech Tabiba

Emmeline Pankhurst u Evaline Burkitt. Fl-għoxrinijiet stinkaw biex id-dublett u l-fardal jinbidlu wkoll f’qalziet u pinna. Tgħid dawn iħarsu lejn is-soċjetà tal-lum u jkunu kburin?

Huwa minnu li għamilna passi kbar. Illum il-mara ssibha f’diversi setturi tax-xogħol, saħansitra anke f’industriji ‘maskili’. Iżda, inti li int mara, tħoss li xorta tgħaddi mill-inugwaljanza diplomatika tal-2020? Qiegħda xxengel rasek. Iva, hekk hu.

Illum il-mara titqies iktar bħala ‘magna’ effiċjenti li kapaċi tiffunzjona kullimkien.

Ix-xogħol għall-mara ma jiqafx mal-iskrivanija tal-kumpanija, iżda jkompli minn mal-bieb tad-dar. Mhux hi riedet tmur għax-xogħol? Mhux hi riedet karriera? Mela jkollha tlaħħaq ma’ kollox. M’hemmx lok li tkun għajjiena jew ma tiflaħx. Għaliex il-ħtiġijiet tad-dar ma jieqfu qatt.

Allura din mhijiex kapaċità? Kapaċità fuq il-post tax-xogħol u kapaċità li tieħu ħsieb familja fl-istess ħin? Iżda xorta ma nitqisux kapaċi daqs l-irġiel, għax għall-irġiel u s-soċjetà Maltija jibqa’ ‘dak li hu mistenni mill-mara’.

Meta jkun wasal iż-żmien għal promozzjoni jew interviews, l-irjus il-kbar jiddiskutu: “X’taħseb minn dak? X’kapaċi joffri?” ... “Smajt li dik interessata għal din il-pożizzjoni wkoll.” F’dan il-ħin jaqa’ s-skiet. Mistoqsijiet iqumu bħal “Miżżewġa?”

“Għandha tfal?” “Ser taħseb għat-tfal?” Fhimtuni.

F’riċerka elaborata li saret is-sena li għaddiet fil-Ġermanja, fl-Awstrija u fl-Iżvizzera, minn O’Becker et al, instab li minn 9,000 applikazzjoni għal xogħol part-time kien hemm differenza ta’ 15% bejn nisa miżżewġa bi tfal ta’ età adolexxenti u dawk in-nisa miżżewġin mingħajr tfal li ġew mgħajta għal interview. Dan għaliex għal min iħaddem, ‘ir-riskju’ tal-fertilità u t-tqala huwa fattur li kapaċi joħloq inugwaljanza f’opportunitajiet ta’ xogħol.

U xi ngħidu għall-fattur sesswali? Ħafna jiddejqu jqajmu dan is-suġġett, iżda nkunu qegħdin nitfgħu t-trab taħt ittapit jekk dan ma nittrattawhx. Kemm-il darba l-mara kellha tgħaddi minn kummenti dispreġjattivi fuq il-persuna tagħha fuq il-post tax-xogħol u jiġu skużati bħala ‘ċajta’. Kieku dawn il-kummenti jsiru lejn l-irġiel, ikunu aċċettabbli? Xi ngħidu għall-qlajjiet foloz biex insibu raġuni għaliex mara rnexxielha tilħaq f’kariga għolja minflok raġel?

Ġurnata fost l-oħrajn, inzertajt smajt konverżazzjoni bejn żewġt irġiel bil-ġlekk pulit u b’Malti elokwenti. “Xi jridu iktar dawn in-nisa? Mhux diġà tajniehom biżżejjed? Dalwaqt jitilgħu fuq rasna!”

Xejn kbir. Rispett u ugwaljanza onesta.

21

SENA DELIKATA GĦAS-SISTEMA EDUKATTIVA, GĦAT-TFAL

U GĦALL-PAJJIŻ ”

F’Marzu, l-iskejjel ta’ Malta għalqu l-bibien tagħhom biex l-esperjenza umana tat-tagħlim, kif konna mdorrijin ngħixuha, inbidlet għal waħda virtwali; esperjenza ġdida għal ħafna msieħba tal-proċess edukattiv li, minn banda, urietna kemm nistgħu nkunu versatili fl-att tat-tagħlim, iżda mill-banda l-oħra wasslet għal ħafna weġgħat, fosthom nuqqas ta’ tagħlim u sfidi soċjo-emozzjonali. Xhur wara, il-pandemija għadha magħna u l-iskejjel fetħu mill-ġdid il-bibien tagħhom; ftuħ li filwaqt li huwa mgħarraf mill-uġigħ ta’ dawn l-aħħar xhur, ma nistgħux ngħidu li huwa ħieles mir-riskju tal-infezzjoni.

IL-PROFESSUR

CARMEL BORG, il-Kap tadDipartiment tal-Arti, Komunitajiet Miftuħa u l-Edukazzjoni tal-Adulti, fl-Università ta’ Malta, jitkellem fost oħrajn dwar kemm din is-sena skolastika li għadha kemm bdiet hija delikata għassistema edukattiva, għat-tfal u għall-pajjiż. Bla tlaqliq stqarr li żelqiet kbar u deċiżjonijiet ħżiena jafu jkunu daqqa mortali għal ħafna tfal.

Lura għax-xhur li għaddew, ma’ stejjer pożittivi ta’ tagħlim effettiv u edukazzjoni produttiva fid-djar, bosta kienu dawk li rrakkuntaw stejjer ta’ tbatija fil-familja minħabba nuqqas ta’ xogħol, dħul baxx,

L-IMXIJA U L-ISKEJJEL:
22

ŻELQIET KBAR U DEĊIŻJONIJIET ĦŻIENA JAFU JKUNU DAQQA MORTALI

GĦAL ĦAFNA TFAL.

mard, operazzjonijiet li ma sarux jew mewt fil-familja, u kirjiet, kontijiet u djun li ma setgħux jitħallsu. F’dawn iċ-ċirkustanzi u oħrajn, li ħafna minnhom ġew ħabta u sabta fuq il-familji, it-tfal batew minnuqqas ta’ rutina, mill-iżolament soċjali, mill-firda fiżika tal-akbar ħbieb u miċċaħda tal-għeżież tagħhom.

“Tfal ansjużi, neqsin millkonċentrazzjoni u l-motivazzjoni, uħud diżorjentati, frustrati, imdejqin u ma jafux x’se jaqbdu jagħmlu b’ħinhom. Ħafna mlew il-ħin b’sigħat twal itektku fuq ilkompjuter, b’għalliema jirrappurtaw li xi tfal baqgħu reqdin wara lejl imkaħħlin mat-teknoloġija,” stqarr imħasseb ilProfessur Borg.

Imsakkrin fi djarhom, ħafna tfal ġew dipendenti fuq il-ħin u r-riżorsi talfamilja. L-akkademiku qal li huwa fatt

empiriku, applikabbli għall-kuntest lokali, li parti mis-suċċess akkademiku tat-tfal hija marbuta mal-kapital ekonomiku, soċjali u kulturali tal-ġenituri. “Tfal li ġejjin minn ambjenti umli, b’diffikultajiet fit-tagħlim, subien aktar minn bniet, huma fost it-tfal li l-aktar jispikkaw fl-istatistika ta’ nuqqas ta’ suċċess akkademiku. Filwaqt li l-pandemija affettwat lit-tfal kollha, il-marda kiddet l-aktar lit-tfal li dejjem batew minħabba limitazzjonijiet edukattivi kbar fl-ambjent tad-dar; limitazzjonijiet li jvarjaw minn spazji żgħar, neqsin mill-privatezza jew mill-kumditajiet ideali għat-tagħlim, sa nuqqas ta’ teknoloġija u internet għaġġiel, u ġenituri li ma jridux jew ma jistgħux jgħinu lil uliedhom.”

Tfal li flimkien ma’ familthom jgħixu f’kuntesti diffiċli u periferali għas-soċjetà, bħal djar fqar u ambjenti mifnija bi

• F’ittra miftuħa, iffirmata minn 1,500 membru tar-Royal College of Paediatrics and Child Health (RCPCH) tar-Renju Unit, il-firmatarji, ilkoll speċjalizzati fis-saħħa u l-kura tat-tfal, talbu għall-ftuħ tal-iskejjel. Skont dawn l-ispeċjalisti, l-għeluq fittul tal-iskejjel jista’ jwassal għat-telf ta’ ġenerazzjoni ta’ tfal u żgħażagħ.

• Il-firmatarji ddeskrivew bħala gravi l-ħsara għas-saħħa u l-benesseri tat-tfal, kawża tal-għeluq tal-iskejjel. Il-pedjatri jsostnu li l-akbar impatt tal-pandemija qegħdin iħossuh it-tfal u l-familji fil-bżonn; dawk li r-riżorsi tagħhom huma limitati, u l-aktar dipendenti fuq l-appoġġ talistituzzjonijiet speċjalizzati fl-oqsma differenti tal-wens uman.

• L-ispeċjalisti fakkruna li l-iskejjel huma ferm aktar minn siti tattagħlim. Permezz tal-istituzzjonijiet edukattivi, it-tfal jingħataw appoġġ ħolistiku li jinkludi l-ikel, li fil-każ ta’ Malta jlaħħaq il-mijiet ta’ studenti, u diversi servizzi ta’ ġid għassaħħa u l-iżvilupp ta’ eluf ta’ tfal. L-ispeċjalisti, li għandhom kuntatt kontinwu u dirett mat-tfal u l-familji tagħhom, jappellaw lill-awtoritajiet kompetenti biex irażżnu l-pandemija, għax jekk dan ma jsirx, il-problemi soċjo-ekonomiċi li kienu magħna qabel l-imxija se jkomplu jiżdiedu, u l-inugwaljanzi strutturali se jkomplu jinfirxu.

23
Il-Professur Carmel Borg

problemi ta’ saħħa mentali u diversi forom ta’ abbuż, huma fost l-aktar milquta mill-pandemija. “Għal dawn it-tfal, is-sigħat fl-iskola joffru wens temporanju mill-flaġelli li jiffaċċjaw fil-kuntesti soċjali li jimirħu fihom. L-għeluq tal-iskejjel mhux biss għarraq soċjalment u emozzjonalment lil dawn it-tfal, iżda wassal għal bruda totali u skartar milliskola fuq skala ħafna akbar min-normal. Uħud minn dawn l-istudenti għebu mir-radar edukattiv,” ilmenta l-Professur Borg.

Filwaqt li s-suċċess akkademiku huwa marbut mal-kwalità edukattiva tad-djar tagħna, il-progress edukattiv huwa wkoll dipendenti fuq il-kwalità edukattiva offruta mill-iskejjel u s-servizzi li jappoġġjawhom. Il-Professur Borg qal li riċerka internazzjonali, flimkien ma’ rapporti ta’ ġenituri u tfal Maltin, jindikaw li l-kwalità tal-edukazzjoni virtwali li l-ulied irċevew, minn Marzu sa tmiem is-sena skolastika li għaddiet, kienet tvarja minn tajba ħafna sa relattivament fqira. Ġenituri ta’ tfal b’diżabilità u/jew b’diffikultajiet fit-tagħlim kienu fost l-akbar kritiċi tas-servizz li wliedhom irċevew mill-iskejjel.

L-akkademiku qal li dawk l-iskejjel li offrew servizz virtwali ta’ kwalità baqgħu leali għall-prinċipji u prattiċi li jirrispettaw l-inklużjoni. Stqarr li dawn jinkludu: l-impenn li l-iskola toffri l-aħjar edukazzjoni bi tweġiba għall-kunċett ta’ edukazzjoni bħala dritt tat-tfal kollha, huma x’inhuma ċ-ċirkustanzi soċjali, ekonomiċi u kulturali tagħhom; l-insistenza taliskola li ssarraf il-prinċipji inklużivi f’pedagoġiji li jirrispettaw id-diversità; komunità edukattiva li tara li t-tfal jintlaħqu mhux biss akkademikament iżda wkoll soċjalment u emozzjonalment, fost aspetti oħra tal-iżvilupp; skola li żżomm kuntatt b’saħħtu mad-djar tal-ulied; skola li toffri opportunitajiet għall-ħolqien ta’ komunitajiet ta’ prattika li jinkludu lill-ġenituri bħala protagonisti tat-tagħlim ta’ wliedhom; skola b’tolleranza żero għall-iskartar; komunità edukattiva li tapprezza l-importanza taliżvilupp professjonali kontinwu, li jwieġeb għallbżonnijet attawali tal-għalliema u ta’ dawk kollha li jservu lill-iskola; skola li taħdem qatigħ biex twennes lill-professjonisti li joffru appoġġ lill-għalliema u

l-istudenti, biex ikunu jistgħu jilħqu lit-tfal b’mod effiċjenti u effettiv, f’kull ċirkustanza; u istituzzjoni edukattiva li tamministra b’mod demokratiku, bi xrieki li jiffukaw fuq l-operat varju tal-iskola, millkurrikulu għall-politika edukattiva.

Il-Professur Borg qal li għandna biżżejjed riċerka preCOVID biex iddawwalna dwar il-fatt li skejjel virtwali tajbin iħabbtuha sew ma’ skejjel kif nafuhom tradizzjonalment. Iżda, żied jgħid, l-istess riċerka twissina li l-ambjenti virtwali li jlaħħqu firriżultati akkademiċi ma’ dawk miksubin minn skejjel tradizzjonali, mhumiex ħafna, u li fil-maġġoranza tagħhom, l-ambjenti virtwali ma jwasslux għallistess riżultati akkademiċi ta’ skejjel tradizzjonali.

Huwa qal li l-analiżi tar-riċerka l-aktar riċenti tikkonkludi li l-edukazzjoni remota, li ħafna tfal esperjenzaw minn Marzu sal-aħħar tas-sena skolastika, kienet anqas effettiva u laħqet anqas studenti. Fi kliem ieħor, żied jgħid il-Professur Borg, il-progress tat-tfal f’dawn l-aħħar xhur, bħal dejjem, u b’mod ġenerali, kellu ħafna x’jaqsam mal-kwalità tal-edukazzjoni remota u l-ħajja edukattiva fid-dar, bi studenti li kienu qegħdin jieħdu tagħlim remot ta’ kwalità baxxa u appoġġ fqir mid-dar jieqfu juru

24

progress edukattiv. Qal li l-istess riċerka tbassar li fost l-aktar tfal li se jbatu fissena skolastika kurrenti hemm dawk li se jgħaddu minn settur edukattiv għal ieħor, ngħidu aħna mill-Primarja għasSekondarja.

Il-Professur Carmel Borg qal li r-ritorn tat-tfal fl-iskejjel minn dan ix-xahar mhux se jkun avveniment normali. Aktar mis-soltu, l-iskejjel se jiffaċċjaw tfal li se jkun waqgħu lura akkademikament, f’oqsma bażiċi u kruċjali tal-proċess edukattiv. Stqarr li din is-sitwazzjoni titlob assessjar robust fuq livell ta’ skola ġenerali u klassijiet partikolari. Konvint aktar minn qatt qabel li t-tfal kollha għandhom jiġu assessjati għat-tagħlim, b’mod formali jew informali, qabel ma tibda l-esperjenza kurrikulari ta’ din issena. “Konvint ukoll li jrid jiżdied isservizz personalizzat; servizz li jaqdi l-bżonnijiet personali tat-tfal. Żgur li żarbuna waħda ma tistax tlibbes kull

sieq.”

“Aktar minn qatt qabel, l-iskejjel iridu jwieġbu b’attenzjoni, kura u mħabba għall-istat emozzjonali ta’ kull membru tal-iskola, studenti u professjonisti. F’dan il-kuntest, tajjeb li kull skola tikkomunika mal-familja tagħha kif se twennes is-saħħa mentali ta’ kulħadd, u x’passi se tieħu biex tevita l-istigma u l-bullying marbut mal-marda, jekk l-imxija titfaċċa fliskola.”

Lil hinn mill-protokolli, il-Prof. Borg qal li l-iskola trid tħejji qafas ta’ ħidma biex twieġeb għaddiversità akkademika. Jinnota li internazzjonalment, insibu varjetà sħiħa ta’ reazzjonijiet. Numru ta’ skejjel bdew is-sena skolastika b’materjal mis-sena l-oħra. Oħrajn qegħdin jagħtu xogħol miżjud biex jiġi żgurat li l-pedament li fuqu se jibnu din issena jkun tassew sod. Qal li hemm min waqqaf kumitati, b’ġenituri u membri fil-komunità mitlubin joffru l-ħidma edukattiva tagħhom taħt id-direzzjoni tal-għalliema esperti. Oħrajn kienu drastiċi u ddeċidew li jirrepetu s-sena. Enfasizza li l-mazz għandu jitħalla f’idejn l-iskejjel u l-imsieħba kollha li jiffurmaw il-komunità tal-iskola.

L-akkademiku qal li din is-sena skolastika “hija sena delikata ħafna għas-sistema edukattiva, għat-tfal u għall-pajjiż. Żelqiet kbar u deċiżjonijiet ħżiena jistgħu jkunu daqqa mortali għal ħafna tfal. Il-Unesco qiegħda tisħaq li l-iskejjel għandhom iservu ta’ oasi, fejn il-ġid komuni jisseddaq u l-komunità edukattiva tixxettel. Kliem stilla li għandu jiggwidana f’mument li daqskemm għandu sfidi jista’ jkun produttiv,” temm jgħid il-Professur Borg.

• Minn kmieni f’Ġunju, madwar 20 pajjiż reġgħu fetħu l-bibien taliskejjel tagħhom. Dawn ingħaqdu ma’ pajjiżi bħall-Iżvezja u t-Tajwan, li qatt ma għalqu l-iskejjel. Xi skejjel imponew restrizzjonijiet kbar fuq l-istudenti. Oħrajn ħallew lit-tfal jilagħbu mingħajr xkiel. Uħud imponew l-ilbies tal-maskra, filwaqt li oħrajn ħallew l-għażla f’idejn l-iskola. Xi skejjel għalqu minnufih, hekk kif wasal l-ewwel każ; oħrajn baqgħu miftuħin, anke meta fissiti edukattivi tfaċċaw numru ta’ każijiet, b’dawk morda u dawk li ġew f’kuntatt dirett magħhom, studenti u għalliema, jinżammu kwarantina.

• Skont Otto Helve, pedjatra Finlandiż speċjalizzat fil-mard infettiv, huwa inevitabbli li l-marda titfaċċa f’xi skejjel. Għalhekk, filwaqt li hemm qbil ġenerali li semestru ieħor ta’ tagħlim mid-dar mhuwiex fl-aħjar interess akkademiku u soċjoemozzjonali tat-tfal, importanti li nkunu konxji li ebda protokoll ma jista’ jiggarantixxi l-ħarsien assolut mill-imxija, u li r-riskju li l-istudenti jxerrdu l-marda mhuwiex żero.

• L-aħbar it-tajba li qegħdin ixerrdu pedjatri bħal Otto Halve hija li, b’tibdil fir-rutina tal-iskola, ilbenefiċċji tal-attendenza huma akbar mir-riskji. Dan dejjem jekk nimxu mal-pariri tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (il-WHO) u nżommu rata baxxa ta’ infezzjoni fil-komunità, filwaqt li nsaħħu s-sorveljanza u s-sistema ta’ identifikazzjoni, biex niżolaw b’effiċjenza l-infezzjoni u kull min jiġi f’kuntatt magħha.

25

Ser jinfetħu HUBS

biex jiġu aċċessati l-korsijiet online Opportunitajiet ġodda ta’ tagħlim għall-adulti
Is-sena li għaddiet mat-8,600 student adult ħadu xi kors jew ieħor minn lista ta’ madwar 400 kors. Din is-sena, flimkien mal-korsijiet tradizzjonali, ġew introdotti numru ta’ korsijiet online. Aleks Farrugia, Direttur għatTagħlim tul il-Ħajja fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni, stqarr li d-domanda kienet tali li, “Kellna nżidu ma’ dawn il-korsijiet u f’Ottubru qed nimmiraw li nniedu korsijiet oħrajn online biex inkomplu nlaħħqu mad-domanda li hemm.”
26
Aleks Farrugia, Direttur għat-Tagħlim tul il-Ħajja fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni

“Forsi ftit jirrealizzaw li l-provvista ta’ Tagħlim tul ilĦajja, jew kif inhuma l-aktar magħrufa - il-korsijiet talLifelong Learning, illum huma istituzzjoni li tħabbatha mal-popolazzjonit tal-MCAST u l-Università”, qal is-Sur Farrugia.

Żied jgħid li l-inizjattiva li jkun hemm numru ta’ korsijiet ta’ tagħlim għall-adulti online kienet ilha tberren f’moħħ idDipartiment tal-Edukazzjoni. Iżda l-pandemija u l-għeluq taliskejjel f’Marzu li għadda ħaffew il-proċess.

“Fuq medda ta’ tlett ijiem qlibna numru kbir ta’ korsijiet online biex l-istudenti jkunu jistgħu jkomplu l-korsijiet li kienu bdew. B’kollox qlibna mal-200 kors, tajna taħriġ lil aktar minn mitt edukatur u mat-3,000 student adult fl-użu tat-teknoloġija għat-tagħlim, u waqqafna helpdesk għall-edukaturi u l-istudenti, li għal 12-il siegħa kuljum kien qed jipprovdi l-assistenza meħtieġa. Dan kien esperiment li rnexxa sew u l-istħarriġ li għamilna mal-istudenti u l-edukaturi wera li kien hemm rata għolja ta’ sodisfazzjon. Kienet ukoll esperjenza li tgħallimna ħafna minnha.”

Id-Direttur għat-Tagħlim Tul il-Ħajja qal li minn din issena akkademika, il-korsijiet online m’għadhomx miżura ta’ emerġenza, iżda parti integrali mil-lista ta’ korsijiet li jiġu offruti.

Spjega li bil-għan li jintlaħqu persuni li mhumiex intiżi jew m’għandhomx aċċess għat-teknoloġija diġitali, ser jinfetħu hubs fil-komunità biex jingħataw taħriġ dwar l-użu talkompjuter u l-mowbajl. Ser ikun hemm numru ta’ kompjuters li ser ikunu disponibbli għat-tagħlim.

“Kemm jista’ jkun irridu li l-aċċess għat-tagħlim ikun miftuħ għal kulħadd, anke b’sens ta’ ġustizzja soċjali, u allura rridu naraw kif inkissru l-ħitan li jnaqqsu l-aċċess tal-persuni għall-edukazzjoni.”

Is-Sur Farrugia qal li l-għan aħħari huwa li l-parteċipazzjoni tal-adulti fl-edukazzjoni tlaħħaq minn tal-inqas il-15%. “Din mhix mira biex nidhru sbieħ fl-istatistika Ewropea; ngħid għalija ma nimpressjonax ruħi b’daqshekk. Il-mira tagħna hi b’mod speċjali li nagħtu opportunità lil min għal raġuni jew oħra ma kellux, li nsewwu żbilanċ soċjali permezz taledukazzjoni, li niftħu bibien ta’ opportunitajiet ġodda. Matul l-għeluq tal-iskejjel tgħallimna aħjar kif nużaw it-teknoloġija tal-informazzjoni għal dan il-għan - issa rridu nkomplu nibnu fuq dak li nkiseb.”

IL-KORSIJIET ONLINE M’GĦADHOMX MIŻURA TA’ EMERĠENZA, IŻDA PARTI INTEGRALI MIL-LISTA TA’ KORSIJIET LI JIĠU OFFRUTI. 27
ZECCHINO 41/4 scudi Malti: Zekkin 1 zecchino 41/4 scudi deheb 2 zecchini 81/2 scudi deheb 4 zecchini 17 scudi deheb 10 zecchini 421/2 scudi deheb 12 zecchini 51 scudi deheb SCUDO Malti: Skud 1 scudo fidda 2 scudi fidda 5 scudi deheb 10 scudi deheb 20 scudi deheb PICCIOLO 1/6 grano Malti: Dinier 1 picciolo 1/1440 scudo ram 3 piccioli 1/720 scudo ram GRANO 1/20 taro Malti: Ħabba 1 grano 1/240 scudo ram 21/2 grani (1/2 cinquina) 1/96 scudo ram jew fidda 5 grani (cinquina) 1/48 scudo ram jew fidda 10 grani (carlino) 1/24 scudo ram jew fidda TARO 1/12 scudo Malti: Rbajja' 1 taro 1/12 scudo ram jew fidda 2 tari 1/6 scudo ram jew fidda 4 tari 1/3 scudo ram jew fidda 3 tari 1/6 scudo fidda

IL-FLUS FI ŻMIEN L-ORDNI TA’ SAN ĠWANN

Bħala Ordni Sovran, Il-Kavallieri ta’ San Ġwann kellhom il-jedd li jipproduċu l-flus tagħhom. Fil-fatt, matul il-268 sena li damu jaħkmu fuq il-Gżejjer tagħna, il-munita (currency) ewlenija li kienet tiċċirkola f’Malta kienet l-iscudo (Malti: skud) maħruġa mill-istess Ordni.

KIF JINQASAM L-ISCUDO?

Bid-differenza tas-sistema deċimali tal-ewro, l-iscudo kien jinqasam fi 12-il-taro (pl: tari). It-taro kien jinqasam f’20 grano (pl: grani), u l-grano kien jerġa' jinqasam f’6 piccioli (sing: picciolo).

Fl-istess waqt, sabiex jiffaċilitaw l-għadd t’ammonti kbar ta’ flus, l-Ordni kellu wkoll denominazzjoni ogħla mill-iscudo. Din kienet tissejjaħ zecchino (pl: zecchini) u kienet ekwivalenti għal 4 scudi u 3 tari.

KEMM -IL TIP TA’ MUNITA KIEN HAWN?

Bl-istess mod li llum għandna diversi muniti u karti tal-flus ta’ valur differenti, l-Ordni kien jipproduċi muniti ta’ valur differenti sabiex jiffaċilita t-transizzjonjiet. B’kollox, l-Ordni ħareġ xejn anqas minn 25 denominazzjoni differenti matul il-268 sena li dam f’Malta. L-aktar munita ta’ valur għoli kienet it-12-il zecchino, filwaqt li l-anqas waħda kienet il-picciolo.

KELLHOM XI LAQMIJIET PARTIKULARI?

Dawk il-muniti li kienu jintużaw l-aktar fil-ħajja ta’ kuljum kellhom ismijiet partikulari. Fost dawn insibu l-5 u l-10 grani li kienu magħrufa bħala cinquina u carlino, rispettivament.

GĦALIEX INSIBU METALLI DIFFERENTI?

Fil-maġġoranza tal-każi, dawn il-muniti kellhom il-valur reali tal-ammont li jirrappreżentaw. Għaldaqstant, il-muniti ta’ ċertu valur kienu jkunu magħmula mid-deheb u mill-fidda, filwaqt li d-daqs bejn denominazzjoni u oħra kien ivarja għax kien jirrifletti l-valur tagħhom fil-piż.

© 2020 Publishing zecchini scudi
6 tari 1/2 scudo fidda 8 tari 2/3 scudo fidda 15 tari 11/4 scudi fidda 16 tari 11/3 scudi fidda 30 tari 21/2 scudi fidda

Għadu jiltaqa’ ma’ persuni li jabbużaw mid-droga u ma jfittxux l-għajnuna

Malli l-pjaga tad-droga bdiet terfa’ f’pajjiżna, Dun Victor Grech kien minn tal-ewwel li ntebaħ li se tkun problema kbira.

Il-Monsinjur Grech spjega li, “Erbgħin sena ilu għidt li filpajjiż daħlet id-droga u jekk ma noqogħdux attenti se nfuru biha. Dak iż-żmien ma kien hawn xejn – la kien hawn programmi preventivi u lanqas programmi riabilitattivi. Jien ħadt ħsieb li ndaħħalhom.”

Malli fis-snin tmenin laħaq Direttur tal-Caritas, Dun Victor ried jiżviluppa programmi biex

jilqa’ għall-problema. Dar diversi pajjiżi bħall-Irlanda, l-Istati Uniti, l-Ingilterra, l-Italja u l-Ġermanja u wasal għall-konklużjoni li l-mudell Irlandiż u dak Taljan kienu l-aħjar għal Malta. Ħa xi ideat minnhom u ħareġ b’mudell kompletament għall-Maltin.

Dun Victor Grech qal li, “Fl1984 kont daħħalt f’Malta l-ewwel programmi preventivi fl-iskejjel. Imbagħad wara, fil-85, ftaħt l-ewwel riabilitazzjoni fil-Furjana – l-ewwel ċentru ta’ riabilitazzjoni għax ħassejt li l-problema kienet imdaqqsa però ser tikber.”

l-aħħar snin il-problema tad-droga f’pajjiżna kompliet tikkarga, b’ħafna aktar vittmi jaqgħu għan-nassa ta’ min japprofitta ruħu minn dan is-suq illegali. Fost ilprofessjonisti li għal snin twal ħadmu spalla ma’ spalla ma’ min spiċċa mitluq mal-kurrent minħabba t-teħid tad-droga
30
F
– Dun Victor Grech.

(Ritratti: tvm.com.mt)

Monsinjur Grech stqarr li mas-snin il-problema kompliet tinfirex fil-pajjiż. Qal li minn irqajja’ żgħar, illum m’hawnx toqba f’Malta fejn ma jkunx hemm tentazzjonijiet għażżgħażagħ biex jistimulaw ruħhom bid-droga.

Minkejja li ma baqax iservi bħala Direttur tal-Caritas, għadu jiltaqa’ ma’ persuni li jabbużaw mid-droga li jwebbsu rashom u ma jfittxux l-għajnuna.

Dun Victor Grech qal li, “Ma jkunux iridu li jidħlu fi programm ta’ riabilitazzjoni għax jgħidlek ‘din il-problema nsolviha waħdi u meta rrid jien – din hija problema tiegħi u ħadd ma jindaħalli, la l-familja u lanqas ħadd.’”

Dun Victor stqarr li m’għandu l-ebda bakketta maġika għal din il-pjaga soċjali. Qal li kieku kellu kien jużaha iżda jemmen

li biċ-ċentri u s-servizzi li toffri l-Caritas, il-vittmi tal-vizzji għandhom l-opportunità biex jerġgħu jibdew jagħmlu sens minn ħajjithom u jikkontribwixxu għall-ġid tas-soċjetà.

Baqa’ jsaħħar il-folol warajh – jesprimi xewqa għal Knisja aħjar

Il-kariżma, it-taħditiet u l-omeliji ta’ Monsinjur Grech baqgħu jiġbdu l-ammirazzjoni tal-ħafna li jfittxu li jsegwu l-quddies tiegħu. Wara li serva bħala Direttur tal-Caritas għal kważi 40 sena, illum għadu qalb il-komunità, jifhem u jagħder lill-imġarrab.

Appena rfisna fil-knisja tal-parroċċa tal-Ibraġ, il-Ħadd filgħodu, sibna kongregazzjoni tisma’ b’attenzjoni l-quddies iċċelebrata mill-Monsinjur Victor Grech. In-numru tan-nies, speċjalment qabel l-imxija tal-Covid-19, ma jirriflettix l-apatija riflessa fl-aħħar riżultati taċ-ċensiment tal-quddies u ta’ stħarriġ li sar mill-Knisja f’Diċembru tal-2017 li wera li mal40% biss tan-nies jattendu l-quddies kull nhar ta’ Ħadd.

X’jaħseb Monsinjur Victor Grech dwar dan? “Irridu ntuhom xi ħaġa li n-nies iħossu li qed tagħmlilhom il-ġid. Iħossu li dak il-bniedem li qed ikellimhom huwa l-bniedem li jafhom millqrib. Li huwa viċin tagħhom. Bniedem li qed iħoss it-tbatijiet u l-problemi tagħhom,” stqarr Dun Victor.

Bosta huma dawk li mhumiex mill-parroċċa tal-Ibraġ, iżda li jagħżlu li jisimgħu l-quddiesa tal-Monsinjur Grech.

“Bħalissa qed tfakkarni meta l-Mulej Ġesù deher lil San Franġisk u qallu biex jirriformalu l-Knisja. San Franġisk ħaseb li Alla ried minnu li jirriformalu l-Knisja ta’ San Damjan, iżda ma kienx hekk. Jirriforma l-Knisja billi jressaq il-Kelma t’Alla; billi hu - Franġisku - jgħix din il-Kelma t’Alla u jippritkaha bleżempju tiegħu. U jien naħseb l-ikbar riforma hekk tkun – li aħna naċċettaw dan il-mandat, ngħixuh ġo fina u nkunu xhieda tiegħu quddiem in-nies,” qal Dun Victor.

Żied jgħid li l-Knisja m’għandhiex tkun maqtugħa minn dak li jiġri fil-pajjiż. Stqarr li meta serva bħala Direttur talCaritas kien joħroġ riċerki biex jgħin lill-Gvern jitfa’ dawl fuq it-tbatijiet tan-nies u l-problemi soċjali li jridu jiġu indirizzati biex il-ġid li qed jinħoloq jasal ukoll għand in-nies li qegħdin fit-trufijiet.

“Għad hawn nies li, iva, għadhom jieħdu l-loqom li jaqgħu minn fuq il-mejda tal-ġid komuni li għandna. U meta ngħidu ġid komuni, fih suppost jidħol kulħadd u mhux jeskludi ċerti nies. Iva, għad hawn nies li jbatu biex jgħixu ħajja dinjituża,” qal Dun Victor Grech.

Għad hawn nies li, iva, għadhom jieħdu l-loqom li jaqgħu minn fuq il-mejda tal-ġid komuni li għandna.
31

GĦANDNA PROBLEMI SOĊJALI MOĦBIJA

BB’ħidmitha tarka għall-ġustizzja soċjali u l-inklużività, ilPresident Emeritu Marie Louise Coleiro Preca baqgħet tħabrek b’mod volontarju fis-settur soċjali anke wara t-terminu presidenzjali li ntemm ftit aktar minn sena u nofs ilu. Hija ċ-chairperson tal- FONDAZZJONI GĦALLĠID TAS-SOĊJETÀ, IL-MALTA TRUST FOUNDATION u THE EMANUEL CANCER RESEARCH FOUNDATION . It-tliet fondazzjonijet jikkonċentraw fuq setturi li jolqtu mill-qrib lit-tfal, iż-żgħażagħ u l-familji.

32

Isservi wkoll fil-kariga ta’ President tal-Bord tad-Diretturi tal- FONDAZZJONI NAZARETH - li twaqqfet minn Dun Anġ Seychell 25 sena ilu u llum tmexxi tlett idjar li joffru ambjent ta’ familja għal persuni b’diżabilità diversa - kif ukoll President ta’ EUROCHILD, network ta’ madwar mitejn organizzazzjoni li jaħdmu mat-tfal f’35 pajjiż fl-Ewropa.

“Għandna problemi soċjali moħbija. Il-faqar materjali u l-esklużjoni soċjali għadhom magħna, minkejja li pajjiżna għadda minn snin ta’ prosperità finanzjarja,” qalet Il-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca.

Stqarret li jiddispjaċiha li għandna nies li jħarsu lejn min hu fqir u vulnerabbli bħallikieku ġab il-faqar u/jew il-gwaj b’idejh. “Ħadd ma jagħżel li jkun fqir. Jekk ma jkollniex policies effettivi li jqisu t-twettiq tal-ġustizzja soċjali bħala fundamentali, minkejja l-ġid li nistgħu noħolqu, f’pajjiżna ser nibqgħu naffaċċjaw l-isfidi talfaqar, tal-vulnerabbiltà u tal-inugwaljanzi.”

Dr Coleiro Preca qalet li l-faqar jintiret jekk ma jkunx indirizzat. Dan nafuh mir-riċerka xjentifika, iżda jispikka mill-esperjenzi reali.

“Il-problema tal-faqar fost it-tfal tinkwetani wisq. Jekk ma ninvestux fit-tfal biex nassiguraw li ma jibqgħux fil-faqar u fi ċrieki ta’ vulnerabbiltà u f’sitwazzjoni żvantaġġjata, ser ikollna parti millġenerazzjonijiet futuri b’potenzjal li ma jkunx żviluppat b’mod sħiħ, b’konsegwenza li ma jbatux biss l-individwi u l-familji, iżda s-soċjetà kollha.”

Żiedet tgħid li l-inugwaljanzi jwasslu għal tensjoni soċjali u t-telf tal-armonija fil-komunitajiet, żieda filkriminalità u żieda fil-problemi ta’ saħħa mentali u l-abbuż minn sustanzi.

Dr Coleiro Preca qalet li f’dan il-kuntest ta’ faqar u esklużjoni soċjali, tinkwetaha r-rata tal-illitteriżmu u l-assenteiżmu fl-iskejjel. “Il-pandemija ma għenitx, anzi mbeżżgħa li tista’ tkun kaġun għal żieda f’dawn irrati. Tfal u żgħażagħ qaluli li kien hemm minn sħabhom li qatt ma rawhom online għal-lezzjonijiet. X’sar minnhom dawn it-tfal?”staqsiet imħassba.

Sfidi li jridu jiġu indirizzati “immedjatament”

Il-President Emeritu appellat biex il-politiċi, Maltin u Ewropej, jassiguraw li l-oqsma ekonomiċi u soċjali jimxu id f’id. “Jeħtieġ li l-awtoritajiet u l-politiċi jagħrfu aktar li l-ekonomija qiegħda hemm għan-nies, u mhux innies għall-ekonomija. Jeħtieġ li jkun hemm aktar bilanċ fil-mod kif l-awtoritajiet jikkonċentraw l-għajnuniet

33
L-ekonomija qiegħda hemm għan-nies, u mhux in-nies għall-ekonomija.

Il-pandemija wrietna li ħadd ma jista’ jgħix għal rasu mingħajr ma jaħseb f’ħadd.

finanzjarji fi żminijiet ekonomiċi diffiċli. Il-ġustizzja soċjali trid tieħu prijorità fl-aġenda nazzjonali, bħalma tieħu l-ekonomija. Irridu nkejlu mhux biss l-ekonomija, iżda wkoll ilbenesseri tan-nies. Dan huwa l-aqwa kejl biex jiġi determinat is-suċċess tal-policies u l-inizjattivi li jidħlu fis-seħħ.”

Dr Coleiro Preca qalet li l-inizjattivi tajbin li jittieħdu m’għandhiex issirilhom biss evalwazzjoni ekonomika iżda wkoll soċjali. Iddeskriviet l-introduzzjoni taċ-ċentri taċchildcare bħala waħda pożittiva. “Iżda meta tevalwaha, kienet xprunata mill-perspettiva ekonomika biss. F’temp ta’ ftit snin infetħu aktar minn mitt ċentru ta’ childcare f’Malta u Għawdex. Filwaqt li tajjeb li jkun hemm il-kwantità għal aktar aċċessibilità u biex aktar ġenituri f’pajjiżna jkunu jistgħu jagħmlu parti mid-dinja tax-xogħol, irridu wkoll inħarsu lejn il-kwalità tal-esperjenzi li t-tfal qed jgħaddu minnhom f’dawn iċ-ċentri. Ir-riċerka turina li l-esperjenzi bikrin jaffettwaw

l-iżvilupp tal-arkitettura tal-moħħ, li tipprovdi l-pedament għat-tagħlim, l-imġiba u s-saħħa. Hekk kif pedament dgħajjef jikkomprometti l-kwalità u s-saħħa ta’ dar, esperjenzi avversi kmieni fil-ħajja jistgħu jfixklu l-arkitettura tal-moħħ, b’effetti negattivi li jdumu sal-età adulta. Dan ifisser li l-edukazzjoni u kura bikrija ta’ kwalità tipproduċi benefiċċji fit-tul.”

Żiedet tgħid li għalhekk huwa essenzjali li jkollna nies professjonisti li jipprovdu esperjenzi ta’ kwalità għolja f’dawn iċ-ċentri. “Dawn iċ-ċentri ma jistgħux jibqgħu jitqiesu bħala ċentri fejn ‘babysitters’ jieħdu ħsieb it-tfal biex il-ġenituri jaħdmu. Hemm bżonn li l-impjegati fiċ-childcare centres jiġu rikonoxxuti bħala professjonisti f’xogħolhom billi jsibu toroq miftuħin biex ikomplu jitħarrġu, u li jwasslu għal kundizzjonijiet ta’ xogħol bħal ta’ għalliema f’livelli oħrajn. Dan il-bżonn jinħass ukoll fost l-għalliema tal-Kindergarten li sfortunatament għadhom ma jitqisux professjonisti bħall-kollegi tagħhom li jgħallmu fil-primarja.”

Stqarret li bħalissa għad m’għandniex pjan b’saħħtu biżżejjed biex inwittu t-triq għall-professjonalizzazzjoni talħaddiema fis-snin bikrin f’pajjiżna. “Hemm bżonn li jiġi indirizzat dan il-bżonn biex jiġi rikonoxxut is-sehem kruċjali li għandhom il-persuni li jaħdmu fiċ-ċentri taċ-childcare u

34

l-edukaturi fil-kindergarten. L-iżgħar ċittadini ta’ pajjiżna għandhom dritt għal esperjenzi ta’ kwalità għolja fledukazzjoni bikrija – iċ-ċavetta għas-suċċess fl-edukazzjoni u l-ħajja ta’ kull tifel u tifla.”

Għexieren ħabbtu l-bieb tal-Malta Trust Foundation

Fis-sehem tagħha bħala chairperson tal-Malta Trust Foundation, Dr Coleiro Preca qalet li għexieren ħabbtu l-bieb ta’ din il-fondazzjoni li serviet ta’ spalla għal familji u individwi li fiċ-ċirkostanzi sabuha diffiċli biex ilaħħqu malħajja wara li tiflu x-xogħol kawża tal-pandemija.

Fl-eqqel tas-sitwazzjoni, għadd ta’ voluntiera ngħaqdu mal-fondazzjoni u, bl-għajnuna sħiħa ta’ għadd ta’ negozji, ġie pprovdut ikel bażiku lil madwar elfejn familja, madwar 6,000 persuna. Terz tagħhom huma tfal li kienu qed ibatu anke l-ġuħ.

Dr Coleiro Preca qalet li l-pandemija ġabet dimensjoni oħra ta’ faqar. “Mhux biss dawk li kienu diġà vulnerabbli qabel il-pandemija ħassew aktar l-għafsa ta’ dan il-gwaj, iżda kellna esperjenzi ta’, fost oħrajn, koppji żgħażagħ li kienu qed jaħdmu t-tnejn u li sfaw bla impjieg u għaldaqstant ġew biss bi dħul bażiku u ma setgħux ilaħħqu mal-impenji finanzjarji li kellhom. Dawn koppji li kellhom ħajjithom ippjanata u bis-saħħa tax-xogħol kienu qed jagħmlu darhom, irabbu t-tfal u jgħixu komdi. Iżda f’daqqa waħda sabu ruħhom ma jistgħux ilaħħqu max-xiri tal-ikel.”

F’dan l-istess perjodu, il-fondazzjoni qassmet ikel lil madwar 24 organizzazzjoni u għaqdiet volontarji, inkluż lill-fondazzjonijiet Richmond, St Jeanne Antide u Foodbank Lifeline, kif ukoll lill-YMCA, Little Sisters of the Poor, Millennium Chapel, Caritas u lid-djar tal-anzjani tal-Knisja.

Faħħret il-kollaborazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet, il-parroċċi u l-Kunsilli Lokali. “Ilkoll qamu għall-okkażjoni – xempju ta’ ġenerożità u solidarjetà. Apparti l-komunità tan-negozju - li minkejja li għal xi wħud minnhom il-profitti naqsu drastikament, xorta raw kif għamlu biex jgħinu – kien hemm ukoll bosta qlub ġenerużi li resqu ’l quddiem biex b’mod volontarju kkontribwew b’risq tant familji u individwi li kellhom bżonn, u wħud għad għandhom bżonn, l-għajnuna.”

Il-President Emeritu qalet li l-pandemija wrietna li ħadd ma jista’ jgħix għal rasu mingħajr ma jaħseb f’ħadd. “Il-pandemija wrietna li fil-ħajja jitfaċċaw sfidi mhux mistennija u li għaldaqstant hemm bżonn li nkunu reżiljenti u miftuħa għal tibdil li saħansitra ma jkunx pjanat fit-tul.”

Malta li kull wieħed u waħda minna nixtieq li ngħixu fiha.

- Nemmen li kull waħda u wieħed minna, li ngħixu fuq dawn il-gżejjer u rridu l-ġid lil għajrna, nixtiequ l-paċi u l-prosperità. Iżda l-paċi u l-prosperità jiġu, fost affarijiet oħra, billi:

- Nassiguraw li l-ugwaljanza tirrenja f’kull sitwazzjoni. L-ugwaljanza tal-ġeneru teħtieġ tkun il-mod naturali kif naħsbu u nwettqu. Jeħtieġ li n-nisa f’dan il-pajjiż, jiehdu l-spazju taghhom fil-livelli kollha u diversi ta’ tmexxija. Irridu ngħelbu l-isfida tal-kultura patrijalkali li għadna ngħixu fiha. B’hekk ikollna opportunità aħjar li ngħelbu l-abbuż u l-vjolenza, li jxekklu bil-kbir il-potenzjal soċjo-ekonomiku tan-nisa;

- Naħdmu biex l-ekonomija u d-dinjità tal-bniedem ikunu marbutin flimkien u għaldaqstant neqirdu l-prekarjat u l-esplojtazzjoni;

- Il-ħarsien tal-ambjent fil-kuntest ta’ saħħet uliedna ikun prijoritarju fl-aġenda nazzjonali. Għandu jsir kull sforz biex inħarsu l-kampanja li fadal u li jiġu assigurati spazji ħodor u siguri għat-tfal fil-qalba tal-komunitajiet tagħna;

- L-inklużjoni ma tistax tibqa’ sempliċiment kelma għad-dizzjunarju jew inkella f’liġijiet li ma jiġux infurzati, b’policies effettivi;

- Il-meritokrazija għandha tkun ir-riga li biha nimxu ’l quddiem u nassiguraw li kulħadd igawdi d-drittijiet tiegħu;

- Il-ġustizzja trid issir u tidher li qed issir bisserjetà;

- Is-sens ta’ etika u r-rispett lejn xulxin, għandhom ikunu l-valuri fundamentali li jkunu l-gwida f’dak kollu li naghmlu; u

- L-għaqda u s-solidarjetà huma valuri li jekk se nitilfuhom kompletament ser nitilfu ruħna u l-identità li dejjem iddistingwietna.

35

L-AwtoritÀ TAx-xandir

B’GĦERUQ ANTIKI IŻDA QED TIĠĠEDDED U TEVOLVI

Id-29 ta’ Settembru jaħbat id-59 sena mit-twaqqif talAwtorità tax-Xandir. Din hija waħda mill-ftit awtoritajiet imwaqqfin bil-Kostituzzjoni ta’ Malta u għalhekk ilfunzjoni tagħha hija waħda awtonoma u indipendenti minkejja perċezzjoni jew kritika li jkollha f’mumenti partikolari, l-aktar meta tinqala’ xi kontroversja fix-xandir f’Malta. Il-funzjoni kostituzzjonali tal-Awtorità hija msejsa fuq l-imparzjalità fi programmi tar-radju u t-televiżjoni, iżda hemm aspetti oħa li jiġu trattati fl-Att dwar ix-Xandir.

Dott. Joanna Spiteri, Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tax-Xandir, bdiet id-diskursata hekk: “Ix-xandir huwa mera tas-soċjetà minn fejn joriġina u filwaqt li xandir politiku jirrifletti d-demokrazija tal-pajjiż, xandir ta’ kwalità jirrifletti l-kultura u l-edukazzjoni tas-soċjetà.”

Spjegat li fid-dawl ta’ dan, l-Awtorità bdiet taħdem fuq pjan biex mhux biss tara li l-provdituri tas-servizzi tax-xandir ikunu qed isegwu l-leġiżlazzjoni tax-xandir, iżda tara wkoll li dawk li qed jagħtu servizz ikunu qed jagħtu servizz tajjeb, ġust, akkurat u ta’ kwalità.

“Wara studju li għamlet fuq il-midja lokali, l-Awtorità qed tippjana sensiela ta’ proġetti biex tħarreġ lill-industrija. Qed tħoss li m’għandhiex tkun biss ir-regolatur iżda katalista fixxandir u tkun ukoll l-aġent tal-bidla.”

36
(Ritratti: Alan Saliba)

Ix-xandir huwa mera tas-soċjetà minn fejn joriġina u filwaqt li xandir politiku jirrifletti d-demokrazija tal-pajjiż, xandir ta’ kwalità jirrifletti l-kultura u l-edukazzjoni tas-soċjetà.

Bla tlaqliq qalet li l-bżonn ta’ taħriġ lil min diġà qiegħed fl-industrija huwa ċar u għalhekk din hija waħda mill-isfidi talAwtorità li ser tkun qed taħdem fuqhom. Spjegat li l-Awtorità minn żmien għal żmien torganizza eżerċizzji ta’ taħriġ, blaktar riċenti jkun l-użu tal-lingwa Maltija fix-xandir billi kritika li spiss nisimgħu hija kemm il-livell tal-lingwa fix-xandir qed imur lura.

L-Awtorità wkoll qed tippjana li tqarreb esperti barranin, akkademiċi jew nies li jaħdmu fil-qasam, mal-produtturi Maltin biex filwaqt li jagħrfu l-limitazzjonijiet u d-diffikultajiet tas-suq Malti, jaħdmu biex jiġġieldu kontra sfida bħal din bl-għan aħħari jkun titjib fil-kwalità.

“L-isfida għall-Awtorità hija biex innies li jaħdmu fl-industrija tħajjarhom jattendu għal eżerċizzji bħal dawn u jagħrfu li minkejja l-iskeda mimlija li jkollhom fil-ġurnata, it-tagħlim irid jagħmel parti mir-rutina.”

Bħal kull regolatur, l-Awtorità taxXandir, filwaqt li tħares lill-istakeholders tagħha u tara li apparti li jaderixxu mal-liġi joffru servizz ta’ kwalità, għandha wkoll ir-responsabbiltà lejn il-konsumatur talmidja.

Dott. Spiteri qalet li bħal kull regolatur ieħor, l-Awtorità timplimenta l-liġijiet li huma elenkati fl-Att dwar ix-Xandir u numru ta’ leġiżlazzjonijiet sussidjarji oħra. Dawn jidħlu ferm aktar fid-dettall mill-Kostituzzjoni u jittrattaw materji bħal reklamar, protezzjoni tal-minuri u protezzjoni ta’ nies vulnerabbli.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità spjegat li l-konsumatur u l-provditur tas-servizzi jridu jifhmu li s-sehem tar-regolatur mhuwiex li joħnoq l-industrija talmidja, iżda li jara li bħal kull provditur ta’ servizz ieħor għandu l-obbligi u r-responsabbiltajiet lejn il-konsumaturi li jsegwuh. Għalhekk l-Awtorità tara li l-kontenut li qed jiġi pprovdut jaderixxi mal-leġiżlazzjoni tax-xandir u dan mhux qed jiġri biss f’Malta iżda wkoll f’pajjiżi oħra Ewropej li jimxu ma’ qafas regolatorju ta’ xandir.

• Il-kwalità fix-xandir tista’ tinqasam f’setturi differenti: ir-riċerka filprogrammi, l-iskript u l-lingwa li tintuża, il-lingwa tax-xandir li tintuża bħal framing, dawl, awdjo, x’tip ta’ parteċipazzjoni tintuża fil-programmi, l-iskedar u t-taħlita tal-ġeneri talprogrammi.

• L-Awtorità għandha aktar minn sempliċi aspett regolatorju. Għandha responsabbiltà għalliċenzjar ta’ stazzjonijiet tar-radju jew televiżjoni, stazzjonijiet tar-radju talkomunità, stazzjonijiet tas-satellita jew servizzi oħra.

Dott. Joanna Spiteri ilha Kap Eżekuttiv talAwtorità tax-Xandir għal dawn l-aħħar erba’ snin. Fl-2014 kisbet id-Dottorat fil-Media mill-Università ta’ Stirling fl-Iskozja. Ir-riċerka tagħha kienet tittratta l-imparzjalità fi programmi tal-aħbarijiet u ta’ ġrajjiet kurrenti.

37

IL-BŻONN TA’

TAĦRIĠ LIL MIN DIĠÀ QIEGĦED FLINDUSTRIJA HUWA ĊAR U GĦALHEKK DIN HIJA WAĦDA MILL-ISFIDI TALAWTORITÀ LI SER TKUN QED TAĦDEM FUQHOM.

Awtorità li tmur lil hinn mill-politika

Filwaqt li l-Kostituzzjoni hija ffukata biss fuq l-aspett politiku talAwtorità, l-Awtorità nnifisha tmur lil hinn mill-politika, kif fil-fatt jindika l-Att u leġiżlazzjoni sussidjarja oħra. Iżda anke fis-sehem tagħha fis-soċjetà, l-Awtorità twettaq dmirha biex kull ċittadin ikollu livell kemm jista’ jkun tajjeb ta’ xandir.

Żiedet li fil-fatt fl-aħħar xhur l-Awtorità nediet rapport dwar il-kwalità fix-xandir televiżiv u numru ta’ rakkomandazzjonijiet bil-għan li ttejjeb ilkwalità fix-xandir.

Spjegat li hemm numru ta’ sfidi li l-Awtorità se tkun qed tidħol għalihom fis-snin li ġejjin, fosthom proposti ta’ tibdil fil-leġiżlazzjoni biex ikun hemm konsolidazzjoni tal-Att, u dan anke wara l-fatt li se tkun daħlet id-Direttiva Ewropea. Impenn ukoll ta’ taħriġ lix-xandara f’diversi setturi fosthom ittkomplija ta’ taħriġ fl-użu tal-ilsien Malti fix-xandir, taħriġ biex ix-xandara joffru prodott ta’ kwalità mil-lat estetiku u tekniku, kif ukoll bħala prodott riċerkat u maħsub tajjeb.

Dott. Spiteri, li hi wkoll għandha esperjenza fil-ġurnaliżmu, qalet li sfida oħra tal-Awtorità hija li tara li l-ġurnaliżmu jkun imsejjes fuq il-fatti u l-akkuratezza u dan anke fid-dawl li ż-żieda ta’ aħbarijiet fuq il-midja soċjali tat lok għal żieda ta’ fake news.

Kompliet tgħid li l-Awtorità tara wkoll li jiġu indirizzati nuqqasijiet li hemm fix-xandir, pereżempju d-diskrepanza fir-rappreżentazzjoni tannisa u l-irġiel fi programmi ta’ diskussjoni u ġrajjiet kurrenti. Għaldaqstant bħalissa qed isir xogħol biex jitfasslu linji gwida aġġornati bil-għan li din irrappreżentanza tersaq aktar lejn l-ugwaljanza fix-xandir.

Lejn regoli li jipproteġu lill-konsumatur

Dott. Spiteri qalet li partijiet mill-Att dwar ix-Xandir ser ikunu qed jinbidlu b’Direttiva dwar is-Servizzi Awdjo-Viżivi u dan se jkun ifisser bidliet kemm firregolamentazzjoni tax-xandir kif ukoll bidliet fl-implimentazzjoni tagħhom. Din hija Direttiva Ewropea li ser tkun qed tidħol f’kull pajjiż membru tal-UE. Żiedet tgħid li din se ġġib bidliet l-aktar minħabba li se tkopri servizzi ġodda ta’ xandir li s’issa ma kinux regolati.

“B’dan il-mod l-Ewropa qed tara li jkun hemm level playing field mifrux kemm fuq servizz awdjo-viżiv lineari, kif ukoll online u on demand. Ilbażi ta’ dawn ir-regoli huma li jipprovdu protezzjoni lill-konsumaturi talmidja, inkluż partikolarment lill-minuri, is-servizzi jkunu aktar aċċessibbli, tipproteġi l-valuri Ewropej, u se ġġib ukoll l-introduzzjoni aktar sistematika ta’ litteriżmu fil-midja kif ukoll il-promozzjoni ta’ programmi Ewropej.”

Stqarret li konvinta li bir-rieda tajba ta’ kulħadd, kemm tal-leġiżlatur li se jaħdem fuq il-liġi, kemm tal-provdituri ġodda tas-servizzi tal-midja kif ukoll provdituri oħrajn li ilhom jaħdmu mal-Awtorità, “fiż-żmien li ġej ser ikollna qafas regolatorju li jkun qed iħares l-interess pubbliku u jkollna xandir li jimmira lejn kwalità aħjar.”

38

Min aħna?

Il-Bank Malti ta’ Żvilupp (MDB) twaqqaf lejn l-aħħar tal-2017 mill-Gvern biex jappoġġja l-iżvilupp soċjoekonomiku ta’ pajjiżna, billi jidħol biex jikkontribwixxi għal finanzjament f’dawk l-oqsma fejn is-swieq finanzjarji jżommu lura kif ukoll billi jgħin lill-ekonomija f’mumenti ta’ attività aktar kajmana.

L-MDB mhux bank fis-sens tradizzjonali: huwa jidħol f’dawk is-setturi fejn għal raġunijiet differenti, il-banek tradizzjonali mhumiex lesti li jipprovdu s-self meħtieġ, aktarx għaliex ir-ritorn li jkunu jistgħu jiksbu fuq proġett partikolari jista’ ma jiġġustifikax ir-riskju li jkunu qed jidħlu għalih.

Għalhekk, l-ghan tal-MDB huwa li jaħdem u jikkollabora mal-banek kummerċjali u jżomm kuntatt dirett mal-komunità kummerċjali biex jifhem fejn hemm dawn in-nuqqasijiet, x’inhuma l-isfidi li għandhom innegozji u kif jistgħu jingħataw l-għajnuna meħtieġa.

jkomplu joperaw u jikbru minkejja l-isfidi tal-pandemija. IlCGS qed tgħin biex meta n-negozji jmorru biex jissellfu millbanek, huma jintalbu ferm anqas garanziji, jingħataw rati tal-imgħax b’sussidji ogħla u anke jingħataw moratorji fuq ħlasijiet li jridu jagħmlu fuq kapital u imgħax.

Sa mit-tnedija tal-CGS, kien hemm parteċipazzjoni qawwija mill-imprendituri biex jibqgħu sodi f’dan iż-żmien ta’ sfida. Sal-lum, grazzi għall-garanzija tal-MDB, in-negozji Maltin u Għawdxin issellfu mal-€285 miljun. Grazzi għallappoġġ tal-banek kummerċjali li qed jimplimentaw din l-iskema mal-MDB, il-Bank għadu qed jilqa’ applikazzjonijiet ġodda.

B’din l-għajnuna, kienu mħarsa aktar minn 400 negozju u 15,000 impjegat.

€285 MILJUN

F’LIKWIDTÀ LIN-NEGOZJU

PERMEZZ TA’ DISA’ BANEK

L-għajnuna lil hinn mill-COVID-19

Ir-rwol tal-MDB mhux restritt għal għajnuna fil-kuntest tal-kriżi, iżda għandu skemi oħra li jgħinu lill-imprendituri fil-proġetti varji li jkollhom. Miżura importanti u ta’ suċċess – li għadha miftuħa wkoll – hija l-SME Invest Scheme, li tgħin lin-negozji żgħar, fosthom dawk li għadhom jibdew, billi ssaħħaħ l-aċċess tagħhom għall-finanzjament millbanek għal investimenti ġodda. Kważi 50 negozju diġà sselfu €22.6 miljun biex jagħmlu investimenti ġodda grazzi għal din l-iskema.

Appoġġ lir-riġenerazzjoni ekonomika ta’ pajjiżna

Filwaqt li l-MDB inħoloq bl-għan li fuq tul ta’ żmien jgħin it-tkabbir ekonomiku ta’ Malta b’mod sostenibbli u inklussiv, aktarx li ħadd ma seta’ jobsor li r-rwol tiegħu se jkun tant kruċjali wara biss sentejn. L-imxija tal-coronavirus tat daqqa qawwija lil bosta negozji f’pajjiżna. Grazzi għall-Iskema ta’ Garanzija tal-COVID-19 (CGS), l-MDB qed jipprovdi injezzjoni li tlaħħaq is-€780 miljun f’likwidità lis-sidien ta’ negozji biex jiġu megħjuna

Il-Bank jinvesti wkoll fi skemi oħra li jappoġġjaw l-għanijiet tiegħu, bħal għajnuna lill-proġetti kbar fuq skala nazzjonali, fosthom fil-qasam tal-infrastruttura u s-sostenibbiltà, kif ukoll appoġġ lil dawk l-istudenti li jridu jkomplu jistudjaw wara li jiksbu kwalifiki fuq livell terzjarju. Dwar dan tal-aħħar, kważi mitt student gawdew b’total ta’ €4.2 miljun f’self minn skema ta’ €5.5 miljun permezz talistrument “Further Studies Made Affordable”.

Aktar tagħrif www.mdb.org

BANK MALTI TA’
nappoġġjaw it-tkabbir sostenibbli ta’ pajjiżna GĦAJNUNA LIL 400+ NEGOZJU IMĦARSA 15,000+ IMPJIEG AVVIŻ BI ĦLAS
ŻVILUPP

OPINJONI Virus li l-armamenti ġabhom jidhru ġugarelli

Il-virus wasslilna numru ta’ tagħlimiet. L-ewwel waħda hija li l-bniedem m’għandux ibagħbas man-nisġa ekoloġika mingħajr ma jaħseb fit-tul x’ser jkunu l-effetti ta’ dan ittbagħbis. Nafu li dan il-virus twelled f’Wuhan, fiċ-Ċina, fejn numru ta’ annimali minn kull parti tad-dinja kienu magħluqa mħalltin fuq xulxin, f’suq mingħajr ebda kundizzjonijiet sanitarji.

użata li qed twassal għal bdil fil-klima, il-bniedem qatt ma wasal għal ftehim iżda dan il-virus naqqas dan il-ħruġ ta’ gass.

Is-saħħa ta’ din il-virus, fil-ftit xhur talgħajxien tiegħu, wasslet biex għal numru ta’ xhur, kontra r-rieda għamja tal-bniedem, twaqqaf ħafna mit-trasport fuq l-art, fuq il-baħar u anke fl-ajru. Tant li studjużi xjentifiċi sabu li d-dijossidu tal-karbonju (CO2) fl-arja naqas.

Dan in-nuqqas kollettiv ta’ trasport wassal biex anke xi annimali bdew jidhru aktar qrib ilbniedem. Anke hawn Malta rajna dniefel qrib ix-xtut tagħna. Kellna wkoll numru ta’ fkieren talbaħar li biedu fuq xtutna ramlin, bħal kif qatt ma għamlu qabel.

Alfred E. Baldacchino, ikkwalifikat fl-ippjanar u l-immaniġġjar tal-ambjent

Fost l-annimali kien hemm xadini, għasafar, friefet il-lejl, ħut, kukkudrilli, sriep, gremxul, fkieren, klieb, ħnieżer, pangolini, żibetti, badgers, rospi u oħrajn, kollha jistennew il-qatla fuq il-post biex jinbiegħu.

Tagħlima oħra li wieħed ma jistax iwarrab hija li matul il-firxa mgħaġġla tal-virus, numru kbir ta’ nies ingħalqu f’darhom, kemm bħala mezz biex ma jaħkimhomx dan il-virus u anke minħabba l-biża’. U forsi dan iż-żmien wassal lill-bniedem biex jifhem u jagħraf kif iħossuhom l-annimali magħluqa fiż-zoos, għal skopijiet kummerċjali wkoll, mingħajr il-possibbiltà li jiġru, jimirħu ħielsa u joktru fl-ambjent naturali tagħhom.

Ma naħsibx li hawn mingħadu ma semax bil-Covid-19. Veru li hawn min ma jeħdux bis-serjetà u saħansitra hawn min, anke xi politiċi, li jaħsbu u jgħidu li dan huwa xi ħrafa.

Uħud minn dawn l-annimali ġew mill-Afrika, mill-Amerika, mill-Asja, u qatt ma kellhom il-possibbiltà li b’mod naturali jiltaqgħu ma’ xulxin. Il-kundizzjonijiet fis-suq għamluha faċli li virus fuq speċi li fis-selvaġġ kellha kontrolli naturali fuqu, beda jaqbeż fuq speċi oħrajn qribu li kienu ġew minn partijiet oħra tad-dinja u hekk ma kellhom l-ebda kontroll naturali biex iwaqqfuh. Ma għandniex xi ngħidu li dan, waqt li biddel l-għaġna ġenetika tiegħu, qabeż ukoll fuq il-bniedem. U minn fuq il-bniedem f’Wuhan, infirex mad-dinja kollha, saħansitra f’pajjiżna.

Dan minkejja twissijiet, sa mill-2007, li l-kummerċ f’kultura li hija mġewħa għall-ikel ta’ annimali eżotiċi huwa bomba li tisplodi fi żmien fil-qrib.

Dan il-virus ma jidhirx bl-għajnejn, iżda tant huwa b’saħħtu li l-armamenti sofistikati u qerrieda tal-bniedem għamilhom ġugarelli tattfal. U minkejja snin twal ta’ laqgħat u taħditiet biex jikkontrolla l-ħruġ ta’ gassijiet mill-enerġija

Wieħed ma jistax ma jsemmix il-kliem ta’ Papa Franġisku, meta fl-Enċiklika tiegħu Laudato Si widdeb lill-bniedem li, “Il-qawwiet ekonomiċi jissoktaw jiġġustifikaw is-sistema dinjija tallum, fejn fuq quddiem hemm l-ispekulazzjoni u l-kilba ta’ gwadann finanzjarju... Hekk jidher kif it-tħassir ambjentali u t-taħsir uman u etiku huma marbuta sew ma’ xulxin... Għalhekk illum kull ħaġa li hi dgħajfa, bħall-ambjent, tispiċċa m’għandhiex min jiddefendiha kontra l-interessi ta’ suq meqjus bħala l-alla tagħna, liema interessi jsiru huma r-regola assoluta.”

Il-mentalità tal-bniedem li jaħseb li mhux parti minn din in-nisġa ekoloġika, u li wasslet għall-ħolqien ta’ dan il-virus, wasslitu biex qed iħallas sewwa għal għemilu. Il-messaġġ qawwi ta’ dan il-virus huwa li Ommna, id-dinja tagħna lkoll, ma għandha bżonn lil ħadd biex issalva lilha nnifisha, lanqas lil dik l-ispeċi li taħseb u tgħid li hija l-aktar speċi intelliġenti fuq din il-pjaneta.

Jekk il-bniedem mhux se jara, jifhem, jixtarr u jomgħod dan it-tagħlim, allura se jkompli jħaffer b’rata aktar mgħaġġla l-qabar tiegħu stess.

AEBALDACCHINO@GMAIL.COM 40

LEJN KWALITÀ

TA’ ĦAJJA AĦJAR

Titjib l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema; Salvati madwar 25,000 impjieg waqt il-COVID-19 b’intervent mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi; Fi 3 snin, madwar 80% tal-Manifest Elettorali mwettaq jew stadju avvanzat; Djalogu b’saħħtu -MCESD, mar-rappreżentanti tal-ħaddiema u min iħaddem; Lejn Xandir Nazzjonali ta' iktar kwalità u aċċessibiltà;

Assistenza mill-Aġenzija MEUSAC l-mili ta applikazzjonijiet għall-Fondi Ewropej; Kordinazzjoni ħolistika għall-futur ibbażat fuq Żvilupp Sostenibbli.

AVVIŻ BI ĦLAS

IL-KANĊELLERIJA TAS-SEKLU 19 TINBENA MILL-ĠDID FIL-PALAZZ TAL-INKWIŻITUR

IL-PALAZZ

TAL-INKWIŻITUR

li jinsab fil-qalba tal-Birgu huwa wieħed mill-ftit binjiet tax-xorta tiegħu li rnexxielu jsalva matul iż-żminijiet. Bosta binjiet bħalu madwar l-Ewropa u l-Amerika t’Isfel inqerdu sforz il-filosofija antiklerikali li nħolqot wara r-Rivoluzzjoni Franċiża.

Dettall tar-rikostruzzjoni li qed issir fil-Kancellerija

42
(Ritratti: Pierre Balzia - Heritage Maltaa)

IS-SEJBA TA’ PJANTI ANTIKI

Madwar erba’ snin ilu, waqt li kien qed jagħmel riċerka flArkivju Sigriet tal-Vatikan f’Ruma, il-Professur William Zammit iltaqa’ ma’ dokumenti relatati ma’ dan il-Palazz. Fosthom kien hemm pjanti li xeħtu dawl fuq l-għamara li kienet mogħnija biha l-Kanċellerija fl-1700.

“Ġeneralment, il-pjanti jittrattaw il-binja iżda f’dan il-każ, għall-ewwel darba, qed naraw it-tqassim tal-għamara talKanċellerija kif kienet fl-1700. L-Inkwiżitur Giacinto Ferrero di Messerano ppreżenta dawn il-pjanti biex jiġġustifika s-somma li ntefqet għal dan il-proġett,” spjega Kenneth Cassar, Kuratur ta’ Heritage Malta.

43
Pjanta tal-Kanċellerija tal-1700

IL-KANĊELLERIJA?

Issa li kellha t-tagħrif kollu biex tifforma stampa kompluta, kien opportun li Heritage Malta tvara x-xogħol tal-konservazzjoni, ir-restawr u r-rikostruzzjoni ta’ din il-kamra.

Il-funzjonijiet ewlenin talKanċellerija kienu li sservi bħala Tribunal tal-każi ċivili u tar-Reverenda Fabrica di San Pietro. Kienet isservi wkoll bħala arkivju għad-dokumentazzjoni kollha li kienet tinħoloq minn dawn iż-żewġ tribunali.

“Normalment l-Inkwiżitur kien iservi bħala mħallef tat-tribunal spiritwali. Iżda kellu wkoll impenji oħra, fosthom li jservi bħala Delegat Appostoliku li jirrappreżenta lill-Papa u l-interessi talVatikan. Infatti, il-Palazz tal-Birgu nbena b’dan il-mod biex jaqdi dawn iż-żewġ funzjonijiet primarji.”

Dak kollu li kien imdawwar bih l-Inkwiżitur kien rappreżentazzjoni talawtorità u tal-poter tiegħu. Għalhekk kien hemm bżonn li kollox jinżamm f’ċertu kobor u eleganza.

“Il-binja nnifisha, id-dekorazzjonijiet u l-għamara li jżejnuha, l-ammont u l-kwalità ta’ nies li jaħdmu fiha, u saħansitra minn kemm bogħod jinġiebu l-ingredjenti li jiġu servuti fl-ikel millkċina tal-Palazz, kollha kienu mezz li bih l-Inkwiżitur jikkonferma s-saħħa li kellu.”

L-Inkwiżitur ma kienx jaħdem waħdu f’dan il-Palazz iżda kellu dipartiment sħiħ ta’ uffiċjali biex jassistuh f’xogħlu. Ma’ dawn kellu wkoll persuni oħra li kienu responsabbli miż-żamma talPalazz u mill-kċina.

“Dawn in-nies li kienu jaħdmu miegħu kienu magħrufa bħala ‘il-familja

X’KIENET
Kenneth Cassar, Kuratur ta’ Heritage Malta
44
Dehra antika tal-Kanċellerija

Dettall mill-armarji li qed jerġgħu jinbnew

tal-Inkwiżitur’, jew inkella l-‘ippatentati’, għax kellhom privileġġi speċjali meta tqabbilhom ma’ nies oħra fil-pajjiż. Fosthom, kellhom iddritt li jżommu fuqhom xi armi biex jipproteġu l-Inkwiżitur kif ukoll eżenzjonijiet minn xi taxxi,” qal Kenneth Cassar.

Iżda l-iktar ħaġa importanti kienet li dawn kienu jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni diretta talInkwiżitur. “B’hekk, jekk dawn jew xi membri tal-familja tagħhom jagħmlu offiża ta’ natura ċivili, minflok jiġu ġġudikati fil-Castellania talOrdni ta’ San Ġwann bħal ħaddieħor, kienu jidhru quddiem l-Inkwiżitur, u dan kien jagħti s-sentenza. Dawn il-każi kienu jsiru f’din ilKanċellerija.”

Is-Sur Cassar żied jgħid li t-Tribunal tarReverenda Fabrica di San Pietro kien jieħu ħsieb każi li kienu jinqalgħu fuq legati u flus li jitħallew lill-Knisja biex jinbena l-Vatikan.

Mal-wasla tal-Franċiżi, l-Inkwiżizzjoni ntemmet minn Malta u kien hemm il-periklu li d-dokumenti li kien hemm fil-Palazz jintilfu kollha. Madanakollu, bis-saħħa ta’ Ignazio Debono li kien l-aħħar Kanċillier tat-Tribunal tal-Inkwiżizzjoni f’Malta, u bis-saħħa tal-Isqof Vincenzo Labini, l-arkivji tat-Tribunal Ċivili u tat-Tribunal tar-Reverenda Fabrica di San Pietro ġew salvati flimkien mad-dokumenti l-oħra kollha tal-Inkwiżizzjoni. Illum dawn jinsabu fl-Arkivji tal-Katidral tal-Imdina.

Il-binja nnifisha, id-dekorazzjonijiet u l-għamara li jżejnuha, l-ammont u l-kwalità ta’ nies li jaħdmu fiha, u saħansitra minn kemm bogħod jinġiebu l-ingredjenti li jiġu servuti fl-ikel mill-kċina tal-Palazz, kollha kienu mezz li bihom l-Inkwiżitur jikkonferma s-saħħa li kellu.

45

Id-direzzjoni tal-proġett imexxieha l-Kuratur u f’din il-kamra ġie deċiż li l-ewwel nevalwaw l-elementi li jsawruha. Wara nippruvaw nagħtuha l-perspettiva tas-seklu 18.

IR-RIKOSTRUZZJONI

Il-Konservatur ta’ Heritage Malta, Anthony Spagnol, spjega li f’intervent ta’ konservazzjoni u restawr hemm ammont ta’ suġġettività, speċjalment fir-restawr. Fil-konservazzjoni hemm prassi fissi li jridu jiġu segwiti, inkella tista’ tinħoloq aktar ħsara. “Mis-suġġettività, imbagħad, trid tasal għal dak li hu oġġettiv,” stqarr is-Sur Spagnol.

“Id-direzzjoni tal-proġett imexxiha l-Kuratur u f’din il-kamra ġie deċiż li l-ewwel nevalwaw l-elementi li jsawruha. Wara nippruvaw nagħtuha l-perspettiva tas-seklu 18.”

“Waqt id-dokumentazzjoni inizjali, hekk kif bdejna nistudjaw l-istat kurrenti tad-dekorazzjonijet ta’ din il-kamra, sibna li fil-freġju li hemm fil-parti ta’ fuq kien għad hemm ammont konsiderevoli ta’ xogħol oriġinali. Min-naħa l-oħra,

kien hemm biss frammenti tal-oriġinali fil-partijiet t’isfel talħitan fejn jintlaħqu faċilment.”

Spjega li skont dokumenti li nstabu, fis-snin għoxrin u sittin tas-seklu 20 saru xi interventi fuq id-dekorazzjonijiet murali ta’ din il-kamra. Jidher li min għamel dan ix-xogħol ma kellux sensittività għall-idjoma barokka li xi darba kellhom u għalhekk ipprova jirranġa kif għoġob lilu. Dan wassal biex intilef l-istil barokk li d-dekorazzjonijiet kienu jirriflettu.

Il-konservatur qal li dan il-palazz għadda minn bosta tibdiliet matul is-snin. L-Inkwiżituri nfushom wettqu ħafna interventi fuq il-binja. Meta din bdiet isservi bħala residenza għas-suldati Ingliżi, saru wkoll xi arranġamenti biex jadattaw il-binja għallħtiġijiet tagħhom. Fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, din il-kamra u t-tnejn l-oħra ta’ quddiemha nbidlu fi knisja tal-patrijiet Dumnikani wara li dawn tilfu l-kunvent u l-knisja tagħhom waqt

46

Qabel sar ir-restawr fuq wieħed miż-żewġ anġli

l-attakki. Kien Vincenzo Bonello li ħadem bis-sħiħ biex din ilbinja tingħaraf bħala binja storika u tieħu l-prestiġju ta’ Mużew.

Il-viżjoni kuratorjali għal dan il-palazz hi li jerġa’ jinħoloq l-ambjent li kien hemm fi żmien l-Inkwiżituri. Il-Kanċellerija hija parti integrali mill-mod kif kien jippreżenta ruħu u kif kien jagħmel xogħlu l-Inkwiżitur, u għalhekk huwa essenzjali li ssir rikostruzzjoni kemm jista’ jkun preċiża ta’ dak li kien hemm f’dak il-perjodu.

“Issa hemm żewġ ħsibijiet. Jiena bħala konservaturrestawratur stajt niddeċiedi li nneħħi ż-żebgħa żejda li tpoġġiet fuq id-dekorazzjonijiet oriġinali fis-snin għoxrin u sittin u nħalli l-frammenti li fadal, u dak prinċipju li jgħodd. Iżda peress li ġie deċiż li ssir rikostruzzjoni, allura dawk il-frammenti reġgħu tlibbsu l-libsa tal-bidu tas-seklu 18, din id-darba b’mod professjonali, mingħajr ma nnaqqsu jew inżidu xejn magħhom.”

Permezz ta’ ritratti li ttieħdu qabel sar ir-restawr, Spagnol seta’ juri aħjar l-interventi skorretti li kienu saru fuq dawn id-dekorazzjonijiet. Fosthom kien hemm ix-xogħol li sar fuq ix-xagħar u l-wiċċ taż-żewġ anġli fil-parti t’isfel tal-kamra u l-għenieqed tal-frott fil-freġju tal-parti ta’ fuq.

“Naturalment, qabel isiru r-restawr u r-rikostruzzjoni, jeħtieġ li ssir il-konservazzjoni li l-għan tagħha hu li ttawwal kemm jista’ jkun il-ħajja tal-oġġett. F’dan il-każ, ngħidu aħna, kellna nikkonsolidaw l-istrati preparatorji li fuqhom tpittru dawn id-dekorazzjonijiet peress li kien hemm ammont ta’ degradazzjoni. Jekk ma nagħmlux hekk, maż-żmien iddekorazzjonijiet jistgħu jintilfu.”

Flimkien ma’ Brian Caruana, li jassisti fil-laboratorju talpittura, Spagnol ilu jaħdem fuq din il-kamra minn Marzu. Sadanittant, il-mastrudaxxi ta’ Heritage Malta qegħdin jibnu kopja tal-armarji li kien hemm fil-kamra fl-1700, biex ikompli jinħoloq l-ambjent oriġinali tal-Kanċellerija.

Brian Caruana Anthony Spagnol, Konservatur ta’ Heritage Malta Restawr tad-dekorazzjonijiet
47

OPINJONI

Ġimgħat bogħod mit-tiġdid jew l-eliminazzjoni ta’ Trump

Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, iż-żewġ poteri maġġuri kienu l-Unjoni Sovjetika u l-Istati Uniti. M’hemm l-ebda dubju għaldaqstant li kull min kien isir President tal-Istati Uniti waqt ilGwerra Bierda kien meqjus bħala ‘Il-Mexxej tad-Dinja Ħielsa’.

Il-polz tal-poplu Amerikan

Jekk wieħed iħares lejn il-polls tal-opinjoni pubblika bħalissa, isib li l-kandidat tal-Partit Demokratiku Joe Biden jinsab fuq quddiem fit-tiġrija għall-White House.

Hemm żewġ raġunijiet għala s-sitwazzjoni tinsab kif inhi bħalissa. L-ewwel waħda hija l-Covid-19 u l-effetti tagħha fl-oqsma tassaħħa u l-ekonomija. L-għajta tal-President Trump għal din l-elezzjoni kienet ser tkun l-ekonomija b’saħħitha li kellha l-Amerka. Iżda fid-dawl ta’ ħafna telf ta’ impjiegi dan l-argument sar irrelevanti.

Mill-banda l-oħra, fejn tidħol is-saħħa rridu nispjegaw li l-Amerka m’għandhiex sistema ta’ saħħa differenti minn dik Ewropea. Fl-Ewropa mdorrijin li jekk jinqalagħlek xi ħaġa, tmur l-isptar u tinqeda. Iżda minħabba li fl-Istatit Uniti l-isptarijiet huma kollha mmexxija mill-privat, biex tingħata l-kura li jkun hemm

Ma jfissirx li s-sitwazzjoni dejjem ser tibqa’ kif inhi. Anzi ċ-ċans huwa li ’l quddiem jaf ikollna dinja b’numru ta’ qawwiet oħra. Tul dawn l-aħħar ftit snin, jekk rajna pajjiż li għamel passi ta’ ġgant f’dan ir-rigward, bla dubju huwa ċ-Ċina. Il-President Trump tal-Istati Uniti dan jafu sew, u din hija waħda mir-raġunijiet għala beda Gwerra Kummerċjali maċ-Ċina.

bżonn irid ikollok xi forma ta’ assigurazzjoni. Jekk ma jkollokx, ma tinqediex. Madwar tletin miljun ċittadin Amerikan m’għandhomx assigurazzjoni, u għaldaqstant dawn in-nies jekk jiġu bżonn operazzjoni, anke jekk din tkun id-differenza bejn ħajja u mewt, ikollhom jew jiddejnu flejjes kbar jew inkella jibqgħu mingħajrha. Dan il-kunċett rajnieh ukoll waqt il-Covid-19 fejn kellek diversi nies li talli ngħataw kura għall-Covid-19 spiċċaw riedu jħallsu eluf ta’ dollari. Is-sitwazzjoni talCovid-19 kixfet il-qagħda fis-settur tas-saħħa fl-Istati Uniti, xi ħaġa li probabbilment l-ebda mexxej ma ried jiffoka fuqha. It-tieni kwistjoni li rridu nżommu f’moħħna hija li l-avversarju ta’ Trump fl-2020 huwa Joe Biden, persuna li twieldet fil-klassi tal-ħaddiema, u mhux Hillary Clinton bħall-2016, li kienet ikkunsidrata aktar bħala parti mill-establishment politiku Amerikan. Fl-2016, Trump rebaħ l-elezzjoni għaliex rebaħ tliet stati fir-reġjun tal-Mid West li s-soltu jmorru għand id-Demokratiċi. F’Michigan, Pennsylvania u Wisconsin għandek ħafna nies li ġejjin mill-klassi tal-ħaddiema li ħassewhom

minn Dott. Brendan Zerafa
48

bħal donnhom waqgħu lura, wara li l-globalizzazzjoni laqtet lill-istati tagħhom u ħafna fabbriki mxew għal postijiet oħrajn. Għaldaqstant ir-retorika ta’ Trump fuq kif kien ser iġib aktar xogħol lejn dawn l-istati, u fuq kif ma kienx ser iħalli aktar xogħlijiet jimxu lejn il-Messiku u lejn iċ-Ċina, ħadmet ferm ma’ dawn in-nies. Hawnhekk toħroġ l-importanza tal-kandidatura ta’ Joe Biden għaliex huwa twieled fi Scranton, Pennsylvania, għex l-ewwel snin ta’ ħajtu f’dawn il-komunitajiet u b’hekk jista’ jirrelata ħafna magħhom.

L-alternattiva li qed joffru d-Demokratiċi

fl-Istati Uniti jappartjenu għall-Partit Demokratiku, filwaqt li r-Repubblikani għandhom sieq fuq quddiem fejn jidħlu l-bojod, l-akbar razza fl-Amerka. Il-mod kif inhuma magħmula l-partiti jinfluwenza l-pożizzjoni tagħhom fuq is-saħħa li għandhom il-pulizija fl-Amerka. Ilna żmien naraw diskrepanza bejn kif jiġu trattati nies ta’ karnaġġjon skur u nies oħrajn mill-pulizija fl-Amerka. Fil-25 ta’ Mejju ta’ din is-sena, il-breaking point kien il-qtil ta’ George Floyd, li miet wara li pulizija mhux talli arrestah, iżda żammu taħt irkopptu għal tul ta’ ħin bil-konsegwenza li qatlu. Dan wassal għal diversi protesti fl-ibliet Amerikani. Filwaqt li l-Partit Demokratiku jrid jindirizza din is-sitwazzjoni, il-Partit Repubblikan - li jqis lilu nnifsu bħala l-partit tal-liġi u l-ordni - qed jagħti prijorità lill-pulizija u mhux neċessarjament lill-azzjonijiet tagħhom.

Hemm diversi kuntrasti bejn il-Partit Repubblikan ta’ Trump u l-Partit Demokratiku ta’ Biden. Filwaqt li d-Demokratiċi huma partit taċ-ċentru xellug, ir-Repubblikani huma partit taċ-ċentru lemin. Tajjeb jekk niftakru li l-politika Amerikana hija miġbuda iżjed lejn il-lemin, u għaldaqstant dak li fl-Ewropa huwa kkunsidrat xi ħaġa ċentrista, fl-Amerka kapaċi jkun ikkunsidrat xellug estrem. Jekk nibdew mill-identità tal-partiti, naraw li Donald Trump għamel lill-Partit Repubblikan Partit Nazzjonalist. Anke l-kunċett ta’ Amerka l-Ewwel huwa indikattiv ħafna tal-messaġġ li jrid iwassal Trump. Dan narawh ukoll fil-politika barranija ta’ Trump, fejn il-prijorità tiegħu dejjem kienet li jżomm l-Amerka iżolata minn ħafna kwistjonijiet li hu ma jarax bħala kwistjonijiet importanti. Imbagħad meta jkun hemm kwistjoni li tolqot lill-Amerka, rajna wkoll li Trump jidħol għaliha bir-ras u b’ċerta forza. Mill-aspett ekonomiku, minħabba li Trump huwa wkoll negozjant, dejjem kien favur politika li tagħmilha aktar faċli għan-negozji biex ikomplu jinvestu. Allura ra li jnaqqas il-piż fuq il-kbir, ħalli dan ikun jista’ jinvesti iżjed u jkun hemm dak li jissejjaħ trickle down economics, fejn il-flus mingħand il-kbir jinżlu għand iż-żgħir permezz tal-investiment. Id-Demokratiċi hawnhekk huma aktar inklinati li jgħidu li l-ekonomija taħdem minn isfel għal fuq u mhux minn fuq għal isfel. Xi jfisser dan? Huma jippreferu jagħtu għajnuna liż-żgħir u lill-ħaddiem biex dan ikollu aktar x’jonfoq. Għalhekk, għad-Demokratiċi għandhom ikunu dawk fl-istrata ta’ isfel nett li jiggwadanjaw l-aktar mit-tkabbir ekonomiku, u mhux in-negozjanti jew dawk li qegħdin fuq in-naħa ta’ fuq.

Id-Demokratiċi huma wkoll ħafna aktar inklużivi mir-Repubblikani u dan huwa effett ukoll tal-presidenza ta’ Barack Obama (2009 u l-2017). Il-maġġoranza tal-minoritajiet

L-eżitu tal-elezzjoni

F’Jannar u Frar li għadda, kieku kellek tistaqsi lil diversi opinjonisti x’jaħsbu dwar l-eżitu tal-elezzjoni, kienu jgħidulek li qed jistennew li jirbaħ Trump. L-istorja llum inbidlet għax id-distakk bejn iż-żewġ kandidati żdied. Ma jfissirx li t-tiġrija hija mitmuma, għaliex il-kulleġġ elettorali jagħmilha possibbli li kandidat jitlef il-vot popolari b’miljuni ta’ voti iżda jirbaħ xorta (kif ġara fl-2016), u allura l-għajnejn kollha ser ikunu fuq dawk l-istati li huma kkunsidrati bħala swing states jiġifieri stati li daqqa jivvutaw naħa u drabi jivvutaw oħra. Barra minn hekk, din is-sena ser ikollok ħafna nies li ser jivvutaw bil-posta minħabba l-imxija, u ġeneralment il-voti bil-posta jingħaddu aktar tard minn voti oħrajn.

Għaldaqstant jaf ikollna sitwazzjoni fejn jidher li qed jirbaħ Trump fil-bidu iżda mbagħad ir-riżultat idur favur Joe Biden, b’konsegwenzi xejn sbieħ jekk Trump jiddikjara lilu nnifsu rebbieħ mill-ewwel. Dan biex ma nsemmux id-diżgwid li nqala’ mal-mewt tal-Imħallef tal-Qorti Suprema Ruth Bader Ginsburg li hija meqjusa bħala Mħallef Liberali. Trump u r-Repubblikani jridu jimlew is-siġġu tagħha qabel jibda t-terminu ġdid ta’ President, filwaqt li d-Demokratiċi jridu li jintuża l-istess kejl ta’ erba’ snin ilu, jiġifieri li f’sitwazzjoni hekk ikun il-President il-ġdid li jinnomina l-Imħallef.

Huwa għalhekk li din l-elezzjoni hija verament importanti għall-futur Amerikan: għaliex hemm ċans li mhux biss tkun qed tivvota għall-eżekuttiv (il-Presidenza) iżda wkoll għall-ġudikatura (l-Imħallfin).

Dott. Brendan Zerafa jsegwi l-politika Amerikana.

49

INTERVISTA mal-Ministru Edward Zammit Lewis

Min hu l-Ministru Edward Zammit Lewis?

EDWARD ZAMMIT LEWIS huwa l-Ministru responsabbli mid-dekasteri tal-Ġustizzja, l-Ugwaljanza, u l-Governanza. Dan wara li fil-15 ta’ Jannar ta’ din is-sena il-Prim Ministru Robert Abela fdani b’dawn iddekasteri tant importanti. Għandi 47 sena, u minkejja li ma nikkunsidrax lili nnifsi kbir ħafna fl-età, xorta waħda nħossni wieħed mill-iktar Ministri ‘antiki’ ta’ dan il-Gvern.

Lura fl-2013 ikkontestajt l-ewwel elezzjoni ġenerali tiegħi, fejn ġejt elett b’suċċess, bl-eks-Prim Ministru Joseph Muscat jagħżilni biex nifforma parti mill-kabinett tiegħu mill-ewwel ġurnata bħala Segretarju Parlamentari. Sena wara inħtart Ministru għat-Turiżmu, kariga li żammejt sal-2017. Wara ġejt maħtur ukoll bħala Ministru għall-Ugwaljanza u l-Affarijiet Ewropej, biex issa qed inservi fl-irwol kurrenti ta’ Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza,u l-Governanza.

50 AVVIŻ BI ĦLAS

Għaliex daħal fil-politika?

Jiena dħalt fil-politika għaliex dejjem emmint li huwa l-Partit Laburista li jista’ jagħti ugwaljanza u ġustizzja soċjali f’pajjiżna, fejn bin il-ħaddiem jista’ jimxi ‘l quddiem permezz ta’ poltika ta’ mobilità soċjali effettiva.

Tista’ tgħid li jien ma dħaltx fil-politika iżda trabbejt fiha, u involvejt ruħi minn età żgħira. Għalkemm ġej minn familja Laburista, ħadd qabel ma kien ikkontesta elezzjoni. Missieri kien qrib ferm l-eks-deputat Laburista, llum mejjet Gontran Borg u wara l-eks-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Alfred Sant.

Minn età żgħira wrejt ukoll interess fil-politika, hekk kif ġejt elett bħala President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti, waqt li meta kont għadni student Universitarju kont diġà elett f’Kunsill Lokali.

Bħala Avukat umilment nemmen li lħaqt ċertu suċċess speċjalment fil-kamp tal-liġi ċivili u kostituzzjonali.

Madanakollu, s-sejħa għall-politika kienet qedha hemm, u nemmen li servejt rwol integrali minn dak li wettaq il-Partit Laburista lura fis-sena 2013.

X’jaħseb li huma l-kisbiet politiċi tiegħu?

Nista’ ngħid li l-kisbiet politiċi tiegħi kienu erbgħa:

1 – Fis-sena 2013 huwa daħħal programm ta’ residenza f’pajjiżna wara li dan kien twaqqaf mill-Partit Nazzjonalista fil-Gvern, hekk imsejjħa ‘Global Residence Programme’, li kien importanti ferm għall-ispinta ekonomika li kien ħa l-pajjiż dak iż-żmien.

2 – Meta kont Ministru tat-Turiżmu, komplejt inkabbar in-numru tal-Ministru Karmenu Vella u qtajt għal kollox l-istaġjonalità fis-settur turistiku minn pajjiżna.

3

– Bħala l-Ministru responsabbli mis-settur tal-films f’pajjiżna, irnexxielu jkollna l-aħjar sena li qatt kellha Malta f’dan is-settur, b’investiment annwali dirett ta’ €105 miljun.

4 – Bħala l-Ministru risponsabbli mill-Ġustizzja, matul din is-sena għamilt riformi kostituzzjonali u istituzzjonali f’pajjiżna bla preċedent fi żmien rekord.

Fatt Kurjuza Dwaru

Jiena nemmen li soċjalment persuna ċajtier ħafna, u dilettant kbir tal-mużika tas-snin tmenin.

Kif ihobb jirrilassa EZL?

Inħobb nirrilassa ma’ persuni ħbieb verament qrib tiegħi, fejn hemmhekk inħossni ninqata’ għal kollox mill-politika. Inħobb inżur xi restaurant tajjeb, u nqata ħafna ħin ta’ kwalità speċjalment ma’ binti Lucia.

Min hi l-mara ta’ EZL?

Il-mara tiegħi hija n-Nutar Pubbliku, d-Dottoressa Elena Farrugia. Għalkemm għandha l-professjoni Notarili tagħha u ċertament li ma tiddependix mill-politika, niddeskrivi lill-marti bħala persuna b’karattru sod, determinata, u iffukata fuq dak li tkun qedha tagħmel. Nikkunsidra lil marti bħala spalla soda, speċjalment fejn jidħol l-aspett organizzattiv tax-xogħol u l-kampanja politika tiegħi.

X’jghidilna EZL dwar it-tifla tieghu?

Inqis lil Lucia bħala l-mimmi t’għajnejja. Nipprova dejjem nagħtiha l-aqwa trobbija u valuri. Llum Lucia għandha ħmistax-il sena, u għandha karattru sodi u diġà taf fejn trid timxi fil-ħajja. Hi persuna akkademikament tajba ħafna, u bi ħiliet soċjali tajbin ferm.

51 AVVIŻ BI ĦLAS

Tliet siti ġodda ta’ Heritage Malta jistennewk iżżurhom

fil-fond u l-ħemda ta’ qiegħ il-baħar
52
Ritratti: Dipartiment għall-Wirt Kulturali ta’ Taħt il-Baħar fi ħdan Heritage Malta

Il-baħar. Deskritt mill-poeta nazzjonali Malti bħala żagħżugħ ta’ dejjem għax għalkemm minn fuqu “jgħaddu s-snin bil-mija, bl-eluf u bl-għaxart elef”, wiċċu qatt ma jixhed xjuħitu. Min jis-

ta’ qatt ikollu għarfien sħiħ tal-misteri kollha mistura taħt l-immensità ta’ dak

il-wiċċ? Tal-iġfna li għerqu, u n-nies li għebu, u l-ajruplani li mis-sema sabu ruħhom fil-qiegħ? Heritage Malta qed tagħmel ħilitha biex dak li tiskopri dwar wirt storiku f’qiegħ il-baħar madwar il-gżejjer tagħna tqarrbu lejn il-pubbliku billi tniedi siti marittimi ġodda u tagħmilhom aċċessibbli għalih.

Tliet siti ġodda f’qiegħ il-baħar dan l-aħħar ġew miżjuda mill-aġenzija nazzjonali għall-wirt kulturali mat-tnax li kellha diġà, biex b’hekk kompliet issaħħaħ qasam tal-wirt kulturali ta’ pajjiżna li qed jevolvi f’niċċa unika u mfittxija qatigħ, mhux biss mit-turisti iżda wkoll mill-Maltin li qed jagħrfu dejjem aktar x’teżori imprezzabbli ħalliet warajha l-milja taż-żmien filfond ħiemed u kiesaħ taħt wiċċ l-ilma. Il-ħmistax-il sit ta’ Heritage Malta f’qiegħ il-baħar jikkumplimentaw lill-aktar minn 35 sit li għandha fuq l-art, filwaqt li wkoll xhieda tal-ħila tal-Aġenzija li tiftaħ il-kunċett ta’ aċċessibbiltà minn wieħed tradizzjonali għal dak imwieżen mit-teknoloġija u mezzi moderni oħra.

Bħat-tnax-il sit l-oħra ta’ taħt ilbaħar, it-tliet siti li tnedew mid-Dipartiment għall-Wirt Kulturali ta’ Taħt il-Baħar fi ħdan Heritage Malta għandhom ġrajjiet mimlijin intriċċi u eċċitament x’jirrakkontaw lil min iżurhom. Il-protagonisti ewlenin tagħhom huma tliet ajruplani li ġġarrfu u għerqu flibħra territorjali Maltin fit-Tieni Gwerra Dinjija jew ftit wara. Tnejn minnhom huma ajruplani militari Amerikani –B24 Liberator u Douglas A-1 Skyrider. L-ieħor huwa Ju88, ajruplan operat mil-Luftwaffe Ġermaniża.

53
It-tliet siti li tnedew għandhom ġrajjiet mimlijin intriċċi u eċċitament x’jirrakkontaw lil min iżurhom

Il-B24

Liberator, iddisinjat mill-Consolidated Aircraft ta’ San Diego, kien ajruplan tat-tip heavy bomber. Fil-fatt il-B24 kien l-aktar heavy bomber u l-aktar ajruplan militari Amerikan manifatturat, tant li matul it-Tieni Gwerra Dinjija ntuża b’mod estensiv fil-fergħat kollha tal-Forzi Armati Amerikani kif ukoll filforzi ta’ wħud mill-Alleati. Ħafna mill-bumbardamenti mill-ajru fejn ġew attakkati territorji fl-Ewropa tal-Punent saru b’ajruplani B24 Liberator.

Il-ġrajja tal-B24 Liberator li llum huwa wieħed mis-siti ta’ Heritage Malta laħqet il-qofol tagħha f’Mejju tal-1943, meta Reggio Calabria ġiet attakkata repetutament mill-ajru. Fis-6 ta’ Mejju l-bumbardamenti komplew jiħraxu, b’xejn inqas minn ħamsin ajruplan B24 jitilqu mill-Afrika ta’ Fuq u jixħtu 110 tunnellati ta’ bombi fuq il-belt Taljana, partikolarment fl-inħawi tal-port.

Wieħed minn dawn l-ajruplani ġratlu ħsara fil-magni u għalhekk, wara li xeħet il-bombi kollha, l-ekwipaġġ qatagħha li jipprova jniżżel l-ajruplan Malta billi dak iż-żmien fi gżiritna spiss kienu jinżlu għall-kenn ajruplani bil-ħsara fi triqthom lura minn Sqallija jew l-Italja. Wara li fallew it-tentattivi biex l-ajruplan jitniżżel filmitjar ta’ Ħal Luqa, il-B24 spiċċa fil-baħar. Malli r-roti messew wiċċ l-ilma, l-ajruplan inqaleb

ta’ taħt fuq, żamm fil-wiċċ għal ftit minuti u mbagħad beda jegħreq, bid-denb jgħib l-ewwel. L-ekwipaġġ kien magħmul minn għaxra min-nies, li wieħed minnhom baqa’ qatt ma nstab filwaqt li d-disgħa l-oħra ġew salvati minn membri tarRoyal Air Force.

Il-fdalijiet tal-B24 Liberator instabu ħames snin ilu fuq roqgħa ramel f’fond ta’ 55 metru, daqs kilomteru u nofs fil-Lbiċ ta’ Marsaxlokk. Issejba saret bis-saħħa ta’ remote sensing survey u kienet segwita b’investigazzjoni fis-sit fl-2016 minn tim ta’ nies mill-Università ta’ Malta u l-Forzi Armati ta’ Malta. Is-sit ġie skavat fl2018 u fl-2019. L-istruttura tal-ġwienaħ tal-B24 Liberator għadha f’kundizzjoni tajba ħafna, iżda l-imnieħer saritlu ħsara kbira u l-kabina tal-pilota hi miftuħa beraħ.

54
Fdalijiet tal-B24 Liberator instabu fil-Lbiċ ta’ Marsaxlokk

Skyraider, min-naħa l-oħra, kien tip ta’ ajruplan Amerikan li ntuża għall-attakki mill-ajru bejn tmiem is-snin 40 u l-bidu tas-snin 90 tas-seklu 20. Kien ajruplan b’seat wieħed li gawda karriera twila mhux biss fi ħdan il-qawwiet tal-ajru u tal-baħar Amerikani iżda wkoll fil-flotta navali rjali tal-Gran Britannja u fil-qawwa tal-ajru Franċiża, fost oħrajn. Kien kapaċi jġorr ammont kbir ta’ bombi għal distanzi twal u għalkemm id-disinn u l-produzzjoni tiegħu ma ppermettewlux li jintuża matul it-Tieni Gwerra Dinjija, intuża ħafna fil-gwerra tal-Korea (1950 – 1953) u fil-gwerra tal-Vjetnam (1955 – 1975). Sakemm waslet fi tmiemha l-produzzjoni tad-Douglas Skyraider, kienu ħarġu b’kollox seba’ verżjonijiet tiegħu, b’total ta’ 3,180 ajruplan manifatturati.

Id-Douglas

Iżda kif sab ruħu f’qiegħ il-baħar id-Douglas A-1 Skyraider li Heritage Malta llum qed tistiednek iżżur? Dan l-ajruplan, li waqa’ lil hinn mill-kosta ta’ Birżebbuġa, ġie identifikat bħala dak bis-serial code 09236, li kellu lil-Logutenent Robert HL Reeb bħala pilota. Kien wieħed minn erba’ ajruplani li kienu jwasslu l-posta millmitjar ta’ Ħal Far lejn l-aircraft carrier USS Midway u lura. Il-USS Midway ġiet varata ġimgħa biss wara t-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija u kienet l-akbar bastiment fid-dinja sal-1955.

F’Diċembru tal-1947, meta l-aircraft carrier kienet ilha xahrejn fil-Mediterran, id-Douglas A-1 Skyraider ġratlu ħsara fil-magni ftit minuti wara li telaq minn Ħal Far fi triqtu biex iwasslilha l-posta. L-ajruplan ħabat mal-ilma kemxejn angolat u b’veloċità ta’ bejn 75 u 90 knot. Dam fil-wiċċ għal madwar minuta u nofs qabel ma għereq. Il-Logutenent Reeb irnexxielu joħroġ mill-kabina għal fuq id-dinghy ta’ emerġenza. Huwa ġie salvat minn helicopter li ntbagħat mill-USS Midway stess, f’dak li llum huwa meqjus bħala l-ewwel salvataġġ dokumentat minn helicopter fil-Mediterran.

Douglas Skyraider waqa’ lil hinn mill-kosta ta’ Birżebbuġa

55

Fir-rigward tal-Ju88, ma għandniex dettalji dwar il-ġrajja tal-ajruplan partikolari li nstab f’qiegħ ilbaħar lil hinn mill-kosta ta’ Wied il-Għajn, iżda għandna ħafna tagħrif dwar dan it-tip ta’ ajruplan u fejn u meta kien jintuża.

L-ajruplani Ju88 tal-qawwa tal-ajru Ġermaniża huma meqjusa fost l-aktar ajruplani versatili tat-Tieni Gwerra Dinjija. L-ewwel prototip tnieda f’Diċembru tal-1936 u mill-bidu nett ġibed l-attenzjoni fl-oqsma militari. Lejn tmiem l-1939, il-Ju88 daħal fis-servizz mal-Luftwaffe bħala medium range bomber. Ilproduzzjoni tiegħu kienet mifruxa fost 14-il fabbrika li sa tmiem il-gwerra bnew madwar 15,000 ajruplan ta’ dan it-tip. L-aktar mudell popolari kien il-Ju88 A-4, li kien jieħu ekwipaġġ ta’ erbgħa min-nies.

Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, Malta kienet l-unika bażi tal-Alleati bejn Ġibiltà u Lixandra u bil-wasla tal-Luftwaffe fi Sqallija, gżiritna saret mira ewlenija fil-bumbardamenti mill-ajru. Id-distanza qasira bejn Malta u Sqallija għamlitha faċli għall-ajruplani Ġermaniżi biex jattakkaw lil pajjiżna bosta drabi kuljum, u l-aktar ajruplan użat f’dawn l-attakki kien il-Ju88.

Illum inti tista’ żżur il-Ju88 li nstab f’fond ta’ 110 metri, wieqaf f’parti ramlija ta’ qiegħ il-baħar lejn ilMajjistral ta’ Wied il-Għajn. B’mod ġenerali, l-ajruplan għadu f’kundizzjoni tajba. Il-ħsara li għandu fin-naħa tad-denb taf tindika l-possibbiltà li l-ajruplan twaqqa’ minn ajruplan tal-Alleati.

Kif qal Noel Zammit, il-Kap Eżekuttiv ta’ Heritage Malta, “pajjiżna diġà hu rinomat għall-kwalità ta’ siti f’qiegħ il-baħar. Dawn it-tliet siti ġodda jikkonsolidaw il-pożizzjoni ta’ Malta fuq il-mappa għall-komunità tal-għaddasa internazzjonali.” Huwa fakkar ukoll li għat-tieni darba konsekuttiva, Heritage Malta qed tisponsorja għadsa f’waħda mis-siti l-ġodda għallgħaddasa lokali reġistrati mal-Aġenzija, bħala appoġġ lill-komunità lokali.

Fil-ħidma bla heda biex tidentifika u tiftaħ dawn is-siti, Heritage Malta ma kinitx waħedha iżda sabet kollaborazzjoni mill-Forzi Armati ta’ Malta, Transport Malta, l-Università ta’ Malta u s-Sovrintendenza talPatrimonju Kulturali, kif spjega l-Professur Timmy Gambin, il-Kap tad-Dipartiment għall-Wirt Kulturali ta’ Taħt il-Baħar fi ħdan Heritage Malta. “Flimkien se nkomplu naħdmu biex is-sena d-dieħla niftħu iktar siti,” wiegħed il-Professur Gambin.

56
Register Today on arms.com.mt ARMS Malta App Download Today!
YOUR PURPOSE IS YOUR BIGGEST ASSET www.cigroup.mt

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.