Dossier 02

Page 1

DOSSIER DO SSIER

#02

Rumanzi bil-Malti u bl-Ingliż Il-Wiċċ l-Ieħor ta’ Ġorġ Peresso (Horizons)

Novelli bil-Malti u bl-Ingliż Għall-Glorja tal-Patrija!: Kapriċċi Patrijottiċi ta’ Aleks Farrugia (SKS Publishers)

Poeżija bil-Malti Tluq ta’ John Aquilina (Edizzjoni Skarta) Drama Żewġ Drammi: Appuntamenti/ Repubblika Immakulata by Simone Spiteri (Simone Spiteri)

Letteratura mhux Fittizja bil-Malti u bl-Ingliż Murder on the Malta Express: Who Killed Daphne Caruana Galizia? ta’ Carlo Bonini, Manuel Delia, John Sweeney (Midsea Books Ltd.)

Riċerka Ġenerali The Joannes Gennadius Maltese Treasure Trove in Athens ta’ Arnold Cassola (Malta University Press)

Riċerka Bijografika u Storjografika Ir-Redentur: History, Art and Cult of the Miraculous Effigy of Christ the Redeemer at Senglea, Malta ta’ Jonathan Farrugia (Midsea Books, Senglea Collegiate Chapter) Il-Premju għall-Aħjar Produzzjoni ta’ Ktieb Horizons għal The Unreality of Realism by Giuseppe Schembri-Bonaci

Il-Premju Poeta Lawreat John Aquilina

Il-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam talKotba u l-Letteratura Trevor Żahra

Il-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti  Lara Calleja

ktieb.org.mt
Il-lista tar-rebbieħa* ntgħażlet mill-Bord tal-Aġġudikazzjoni Indipendenti talPremju Nazzjonali tal-Ktieb 2020 bħala l-aħjar lista ta’ kotba ppubblikati fl-2019. Dawn il-kotba kollha jinsabu għall-bejgħ mingħand il-ħwienet tal-kotba lokali u mill-ħwienet online tal-pubblikaturi. *Ma ngħatawx premji fil-kategoriji tal-Poeżija bl-Ingliż u tat-Traduzzjoni. Ir-rebbieħa tal-edizzjoni tal-2020

EDITORJAL#WERREJ

LEJN TAMIET ĠODDA B’KAWTELA

Min jaf x’hemm lest għalina s-sena d-dieħla? Fejn konna nobsru x’kien hemm lest għalina meta staqsejna l-istess mistoqsija bħal daż-żmien sena? Iżda ejja ma neħlux hemm. Inħarsu ’l quddiem lejn tamiet ġodda b’kawtela, għax minkejja li x-xefaq beda jidher, għadu ’l bogħod. Fadal fażi kruċjali li matulha ma nistgħux nilludu ruħna u niddikjaraw rebħa ta’ gwerra li l-armi tagħha għadhom sħan u kkargati. Il-proċess fadallu aktar fażijiet u rridu nibqgħu ffukati, nisimgħu mill-appelli talawtoritajiet u nibżgħu għal xulxin.

Il-faċċata tat-tieni ħarġa ta’ DOSSIER tfakkar lill-mibki, iżda qatt minsi, Professur Oliver Friggieri. Apparti l-ħemel ta’ letteratura, li tagħti stampa ċara tal-kuxjenza nazzjonali f’deċennji differenti, Oliver jibqa’ mfakkar għas-sens uman u l-valuri sodi tiegħu.

Nistħajjel jgħid lil Sparky: “Kont naf li se nsibek hawn tistennieni.”

EDITUR: Melvic Zammit melviczammit@gmail.com

QARI TAL-PROVI: Daniela Attard Bezzina

Disinn: Stacy Grech design@unionprint.com.mt

Karikatura tal-faċċata: Robert Caruana

Reklamar: adverts@unionprint.com.mt +356 2590 0200

Stampar u Pubblikazzjoni: Union Print Co. Ltd Workers’ Memorial Building It-Tielet Sular, Triq in-Nofsinhar Il-Belt Valletta +356 2590 0200

BEJN IL-LINJI: Inbaħħru fil-Maltemp Stħarriġ dwar il-preżenza tan-nies fir-ristoranti u l-kafetteriji

ELOĠJU LIL OLIVER L-innu Dwar ‘l-omm ħelwa li nisslitna’ mil-lenti ta’ Friggieri Wied il-Qlejgħa

Armati sa snienhom... bil-pniezel u l-kuluri

L-eżitu tal-elezzjoni Amerikana u t-triq ’il quddiem L-Isport u l-Pandemija Ir-Realtà tal-2020

02 06 10 14
1
22 30 36 46
ĦARĠA NUMRU 2 - DIĊEMBRU 2020
M

Inbaħħru FIL-MALTEMP

, il-Kap tad-Dipartiment tal-Ekonomija fl-Università ta’ Malta

DR AARON GRECH, Chief Economist tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, u DR PHILIP VON BROCKDORFF, il-Kap tadDipartiment tal-Ekonomija fl-Università ta’ Malta, analizzaw l-andament ekonomiku ta’ Malta fl-aħħar kwart tas-sena, l-effetti tal-miżuri tal-Baġit għas-sena d-dieħla u l-isfidi li għandha l-amministrazzjoni tal-pajjiż biex tbaħħar f’dan il-maltemp ekonomiku.

BEJN IL-LINJI:
DR AARON GRECH, Chief Economist tal-Bank Ċentrali ta’ Malta
2
DR PHILIP VON BROCKDORFF

Dr Aaron Grech:

Wara li fit-tieni kwart tas-sena l-attività ekonomika f’pajjiżna, bħalma ġara f’pajjiżi oħra, ħadet l-akbar daqqa flistorja, fit-tielet kwart tas-sena bdew jinħassu sinjali ta’ rkupru ekonomiku.

Dan joħroġ ċar mill-indiċi tal-kundizzjonijiet tan-negozju li jiġbor il-Bank Ċentrali ta’ Malta. Dan l-indiċi jindika li għalkemm il-kundizzjonijiet ekonomiċi għadhom ’il bogħod minn dawk li kellna fl-2019 qabel il-pandemija, kien hemm titjib notevoli mqabbel mat-tieni kwart tas-sena. Sa tmiem Settembru, issentiment ekonomiku kien tjieb b’madwar 50% meta mqabbel ma’ Ġunju. Dan it-titjib l-aktar li nħass kien fost l-operaturi filmanifattura, li bdew jaraw żieda notevoli fl-ordnijiet minn barra minn Malta. Skont il-Eurostat, imqabbel mal-kwart ta’ qabel, ilġid nazzjonali madwar iż-Żona Ewro kiber bi kważi 13%. B’hekk il-kundizzjonijiet tad-domanda esterna kienu kważi reġgħu lura għal dawk li kienu fl-ewwel kwart tal-2020.

Dan kabbar ħafna l-aspettattivi tal-operaturi fl-oqsma tasservizzi, li sa Settembru kienu rkupraw ħafna mis-sentiment pożittiv li kellhom qabel. Iżda wara li s-settur turistiku kien beda jirpilja xi ftit f’Awwissu, f’Settembru l-emerġenza medika reġgħet waqqfet il-progress, tant li f’Ottubru s-sentiment fost l-operaturi fis-setturi tas-servizzi kien mar lura għal-livelli ta’ Lulju.

L-istess żviluppi kienu evidenti fil-qasam talwholesale u retail. Wara sinjali ta’ rkupru f’Awwissu, f’Settembru l-bejgħ reġa’ mar lura. Xorta kien hemm irkupru meta mqabbel ma’ Ġunju, iżda x-xejra ta’ titjib tidher li ppawsat.

Din l-inċertezza toħroġ ukoll meta

wieħed iħares lejn l-opinjonijiet tal-konsumaturi f’pajjiżna. Għalkemm il-familji Maltin u Għawdxin komplew ikunu pożittivi dwar il-futur, b’maġġoranza tbassar li l-qagħda finanzjarja tagħhom se titjieb fit-tnax-il xahar ta’ wara, xorta kien hemm tħassib fuq l-andament tas-sitwazzjoni ekonomika fit-tielet kwart.

B’kuntrast, fil-qasam tal-kostruzzjoni t-tielet kwart jidher li kien tajjeb. In-numru ta’ permessi kummerċjali ta’ bini żdied fuq is-sena ta’ qabel għall-ewwel darba minn Jannar ’l hawn. Anke fejn tidħol approvazzjoni ta’ permessi residenzjali kien hemm ftit titjib. Ferm aktar impressjonanti minn hekk kienet iż-żieda qawwija fix-xiri ta’ proprjetà residenzjali. Jidher li l-familji rrispondew tajjeb għall-miżura ta’ roħs fil-boll fuq xiri ta’ proprjetà.

B’riżultat ta’ dan, ir-rata ta’ tkabbir fid-depożiti tal-familji mal-banek naqset bi kważi terz meta mqabbel ma’ dak li kienet f’Ġunju. Dan jindika li l-konsum qed jerġa’ jibda jirpilja – żvilupp li huwa fundamentali biex id-domanda domestika ssostni t-tkabbir ekonomiku.

Forsi l-aktar fenomenu mhux mistenni fit-tielet kwart kien it-tnaqqis qawwi fir-rata ta’ qgħad u fin-numru ta’ dawk jirreġistraw għax-xogħol. Minn 4.5% f’Mejju, sa Settembru r-rata tal-qgħad kienet naqset għal 4%. Dan filwaqt li n-numru ta’ dawk jirreġistraw naqas minn aktar minn 4,400 għal ftit aktar minn 3,000. B’hekk kważi nofs dawk li kienu tilfu l-impjieg wara li faqqgħet il-pandemija issa ma għadhomx jirreġistraw.

Dan huwa rifless ukoll fl-istatistika ta’ dawk il-familji li qed jibbenefikaw mill-moratorju fuq id-dejn. Filwaqt li f’xhur preċedenti l-ammont ta’ dipendenza fuq il-moratorju kien qed jiżdied, f’Settembru kien osservat l-ewwel tnaqqis xahar fuq xahar. F’Awwissu kien hemm 7,207 familji li kienu ngħataw moratorju fuq €627 miljun, mentri sa tmiem Settembru l-ammont ta’ familji kien naqas għal 6,022 u d-dejn taħt moratorju kien €554 miljun. Ewro minn kull tmienja f’dejn reġa’ beda jitħallas, b’madwar 1,200 familja jiġu f’pożizzjoni li jerġgħu jibdew iħallsu d-dejn tagħhom. Mhux b’kumbinazzjoni li dan l-ammont ta’ familji huwa simili għat-tnaqqis li kien osservat finnumru ta’ dawk jirreġistraw għal impjieg.

Fejn jidħlu negozji wkoll joħroġ ċar l-element ta’ rkupru. Tant li l-ammont ta’ djun jibbenefikaw minn moratorju naqas bi kważi sittin miljun ewro. Fost l-oħrajn, kważi waħda minn kull sitt azjendi tal-wholesale u retail li kienet ingħatat nifs millbanek reġgħet bdiet tħallas id-dejn. Barra minn hekk, kompla jiżdied l-ammont ta’ negozji li applikaw għas-self garantit u b’imgħax sussidjat mingħand il-Bank Malti għall-Iżvilupp. Fil-fatt

Minn Melvic Zammit
3

sa tmiem Settembru dan kien awtorizza self ta’ €344 miljun, li huwa kważi nofs is-self li kien qal li lest jiggarantixxi l-Gvern.

Għalhekk filwaqt li l-pass ta’ rkupru ta’ ċerti elementi taddomanda esterna, l-aktar dak turistiku, ma żammx il-pass kif kien mistenni, kien hemm żviluppi oħrajn li għamlu tajjeb. Iddiversifikazzjoni tal-ekonomija Maltija għenet biex in-nuqqas ta’ turisti kien irrimedjat xi ftit b’żidiet għal setturi oħrajn, l-aktar dawk ta’ servizzi professjonali u ta’ informatika.

Dan jidher ukoll meta wieħed iħares lejn il-finanzi pubbliċi fix-xahar ta’ Settembru. Fil-fatt, għall-ewwel darba mindu bdiet l-imxija tal-coronavirus, id-defiċit fuq il-Fond Konsolidat kien simili għal dak fl-istess xahar sena qabel.

ID-DIVERSIFIKAZZJONI TAL-EKONOMIJA

MALTIJA GĦENET BIEX IN-NUQQAS TA’ TURISTI KIEN IRRIMEDJAT XI FTIT B’ŻIDIET GĦAL SETTURI OĦRAJN, L-AKTAR DAWK TA’ SERVIZZI PROFESSJONALI U TA’ INFORMATIKA.

Filwaqt li l-ispiża, speċjalment dik relatata mal-Covid-19, baqgħet ferm ogħla min dik fi snin preċedenti, id-dħul talGvern beda jerġa’ jirranka. Tant li f’Settembru 2020 id-dħul mill-income tax, mid-dwana, mill-VAT u mill-bolla kienu aħjar minn sena qabel.

Meta wieħed iħares lejn il-prospetti għall-aħħar kwart tal-2020, kif ukoll il-bidu tal-2021, hemm sinjali diversi. Mil-lat pożittiv, l-iżvilupp ta’ vaċċin issa huwa kkonfermat u dan mistenni jwassal għal normalizzazzjoni ta’ ħafna setturi ekonomiċi.

Hemm ukoll il-fattur “Brexit” li kapaċi jxekkel il-prospetti ta’ kummerċ, u għalhekk jittardja l-irkupru ekonomiku tarRenju Unit u tal-pajjiżi taż-Żona Ewro. Kontra dan, iżda, hemm ir-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali fl-Istati Uniti li mistennija twassal għal anqas diżgwid fil-kummerċ bejn iżżewg blokki u possibbilment anqas kunflitt maċ-Ċina.

Mil-lat domestiku, il-miżuri tal-Baġit għall-2021 mistennija jagħtu spinta ġdida lill-ekonomija Maltija flimmedjat. Skont stimi tal-Kummissjoni Ewropea, il-miżuri mħabbra jlaħħqu mat-2.2% tal-ġid nazzjonali, li huwa n-nofs tal-miżuri meħuda fl-2020. Dan minbarra l-effett ekonomiku fit-tul tal-pjan ta’ spiża kapitali fuq infrastruttura industrijali.

Dr Philip von Brockdorff:

Il-miżuri li tħabbru fil-Baġit 2021 ikomplu jagħtu serħan ilmoħħ għal numru ta’ ħaddiema u negozji milquta mill-effetti tal-pandemija. Fl-istess waqt jagħtu indikazzjoni ta’ dak li wieħed jistenna għall-ġejjieni bħala inizjattiva biex terġa’ tirpilja l-ekonomija.

Is-suppliment fuq il-pagi għal madwar 90,000 ħaddiem wassal biex nevitaw kriżi ekonomika u soċjali f’pajjiżna b’konsgwenzi ferm akbar. L-intervent tal-Gvern f’dan irrigward kien strumentali u serva ta’ shock absorber effettiv.

Il-Gvern ukoll issellef b’rata t’imgħax baxxa mill-Programm Ewropew SURE, biex ma jkabbarx id-defiċit fil-finanzi pubbliċi. Dan il-programm hu frott ta’ ħidma kordinata min-naħa talistituzzjonijiet Ewropej, inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew, biex nilqgħu għal din il-kriżi.

Kif kien mistenni, l-intervent min-naħa tal-Gvern biex isalva l-impjiegi ser iwassal biex id-defiċit fil-finanzi pubbliċi jitla’ għal madwar 9% tal-Prodott Domestiku Gross. Minn budget surplus malajr għaddejna għal budget deficit, iżda dan hu l-prezz li qed inħallsu biex nevitaw kriżi ferm akbar milli kellna s’issa.

Il-Gvern ma kellux alternattiva oħra. Hu minnu wkoll li d-dejn pubbliku ser jitla’ għal madwar 60 fil-mija tal-Prodott Domestiku Gross, iżda nemmen li dan hu livell li nistgħu nsostnu, speċjalment jekk l-ekonomija terġa’ tirplija b’mod gradwali fl-2021. Barra minn hekk, is-self ser jitħallas lura b’rata t’imgħax baxxa.

Hu previst li l-attività ekonomika tiċkien b’madwar tmienja fil-mija tal-Prodott Domestiku Gross dis-sena. Dan hu tnaqqis sostanzjali u hu dovut l-aktar għad-daqqa ta’ ħarta li ħadna fit-turiżmu u fl-avjazzjoni, kif ukoll it-tnaqqis fir-retail, fil-konsum, u l-investiment b’mod ġenerali.

Madankollu rridu niftakru fejn konna qabel il-pandemija. L-ekonomija kienet qed tirreġistra tkabbir ekonomiku ta’ madwar 7% bħala livell medju. Dan ifisser li b’mod ġenerali, it-tkabbir wassal għal ġid akbar (wealth creation). Għalhekk dawk il-familji, is-self-employed u negozji li daħlu fil-kriżi kkawżata mill-pandemija b’ċerta saħħa finanzjarja eventwalment jistgħu joħorġu minn din il-kriżi bl-anqas ħsara possibbli.

Dan l-argument ma jgħoddx għal kulħadd, naturalment, u naħseb li l-pandemija se tħalli numru ta’ vittmi ekonomiċi fost ħaddiema, self-employed u negozji. Dan hu inevitabbli

4
BEJN IL-LINJI:

iżda jiġri f’kull ċiklu ekonomiku. L-importanti hu li noħorġu minn din il-kriżi kemm jista’ jkun malajr biex nevitaw numru akbar ta’ vittmi ekonomiċi.

Il-Gvern irid jibda mill-aktar fis ifassal pjan ta’ kif juża l-fondi minn dak li jissejjaħ Next Generation EU. L-ammont hu ta’ 327 miljun ewro f’forma ta’ grant bil-għan li jgħinna nirkupraw kemm jista’ jkun malajr.

Il-Kummissjoni Ewropea bħalissa qed tlesti l-leġiżlazzjoni biex tissellef il-fondi ta’ dan il-programm u biex tipprovdi l-qafas ta’ kif kull Stat Membru ser japplika għal dawn il-fondi. Hu ċert li dawn il-fondi jridu jintuzaw għal inizjattivi marbuta mal-Green Deal u l-qasam diġitali iżda wkoll biex nindirizzaw riformi ekonomiċi u soċjali skont dawk li jissejħu Country Specific Recommendations.

Dawn il-fondi żgur li se jagħtu nifs ġdid lill-ekonomija tagħna f’mument ta’ prova. Mill-banda l-oħra, ma nistgħux ninsew issetturi ekonomiċi li wasslu għal tkabbir ekonomiku straodinarju tul dawn l-aħħar snin. Qed nirreferi għal setturi bħat-turiżmu

u l-avjazzjoni. Dawn ukoll għandhom jingħataw l-attenzjoni kollha biex l-attività ekonomika f’dawn is-setturi terġa’ taqbad ir-ritmu li konna mdorrijin bih.

L-għan ewlieni għandu jkun li nibnu ekonomija aktar reżiljenti u aktar produttiva. B’reżiljenza qed infisser li l-mudell ta’ tkabbir ekonomiku għandu jiffoka fuq attività ekonomika li jwassal għal tkabbir ekonomiku aktar sostenibbli. Dan ifisser aktar effiċjenza fis-setturi ekonomiċi li għandhom iwasslu għal tkabbir ekonomiku.

Dan hu kruċjali għaliex minħabba żviluppi li jistgħu jirriżultaw minħabba l-effetti tal-Covid-19 u dak li fl-ekonomija jissejjaħ ċ-ċiklu ekonomiku, hemm pressjoni biex l-UE jkollha politika fiskali konsolidata li hi koerenti u konsistenti maċċiklu ekonomiku tal-istess Unjoni.

Numru ta’ Stati Membri qed jinsistu għal riforma fil-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir, iżda jekk dan iseħħ jista’ jwassal għal aktar konsolidament fil-politika fiskali biex iċ-ċiklu ekonomiku jkun indirizzat b’mod aktar effettiv.

Fiċ-ċirkostanzi fejn Malta għandha dejn pubbliku skont dak aċċettat mill-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir, kull pass li jwassal għal konsolidament fiskali fuq livell Ewropew (introduzzjoni ta’ taxxi fuq livell Ewropew) jista’ jkollu effetti negattivi għalina u jaffettwa l-kompetittività fl-operat tal-ekonomija tagħna.

Fl-opinjoni tiegħi rridu nilqgħu għal kull eventwalità. Din hija r-raġuni għall-enfasi fil-pjani tagħna fl-irkupru ekonomiku biex insaħħu l-produttività fis-setturi ekonomiċi li jridu jwasslu għal tkabbir ekonomiku.

Irridu nifhmu li l-istess programm ta’ għajnuna Next Generation EU li se jgħin l-irkupru ekonomiku ta’ pajjiżna, u li hu programm temporanju, jista’ jiżviluppa fi programm permanenti li ta’ bilfors ikollu jikkumplimenta l-politika fiskali nazzjonali, mhux ta’ pajjiżna biss iżda tal-membri kollha taż-Żona Ewro. Dan sabiex l-UE tilqa’ aħjar għaċ-ċiklu ekonomiku jew meta l-attività ekonomika tal-UE tintlaqat ħażin. Malta trid dejjem tfittex l-interessi tagħha.

5
L-INTERVENT TAL-GVERN PERMEZZ TAS-SUPPLIMENTI TAL-PAGI SERVA TA’ SHOCK ABSORBER EFFETTIV.

IL-VAĊĊIN GĦANDU JWASSAL GĦAL IKTAR NIES MADWAR L-IMWEJJED TAR-RISTORANTI U L-KAFETTERIJI

IŻDA MHUX FL-ISTESS LIVELLI TA’ QABEL IL-PANDEMIJA

Stħarriġ tal-opinjoni pubblika li sar mill-espert talistatistika Dott. VINCENT MARMARA jitfa’ dawl fuq l-attività ekonomika firristoranti, il-kafetteriji, il-ħwienet u l-akkomodazzjoni - qabel il-pandemija, waqt ilpandemija (fis-sajf, fil-ħarifa u fix-xitwa) u wara li jkun disponibbli l-vaċċin.

6

Evidenti l-impatt drastiku fuq is-setturi msemmija, iżda jidher li mal-wasla tal-vaċċin l-attività ekonomika għal dawn is-setturi, minkejja li mhux fl-istess livelli ta’ qabel il-pandemija, ser terġa’ titjieb. Meta mistoqsija kemm-il darba kienu jmorru f’ristorant qabel ilpandemija, il-Maltin wieġbu medja ta’ kważi tliet darbiet fix-xahar (2.92). Fis-sajf din niżlet għal ftit aktar minn darba fix-xahar (1.68). Id-disponibilità tal-vaċċin jidher li ser twassal biex il-Maltin jerġgħu jiffrekwentaw ir-ristoranti bħalma kienu jagħmlu qabel il-pandemija

(2.62). L-istess jista’ jingħad għall-kafetteriji, il-ħwienet tal-ħwejjeġ u taż-żraben u l-użu tat-trasport pubbliku.

Minkejja li mhux fl-istess livelli ta’ qabel ilpandemija, il-Maltin jidher li ser jerġgħu jżidu d-doża tas-safar – dan wara xhur li matulhom il-bagalji baqgħu merfugħin. Mit-tweġibiet jidher li l-irġiel qed juru aktar ħeġġa li jsiefru wara l-introduzzjoni tal-vaċċin, b’dawk li għandhom iktar minn 66 sena ikunu l-inqas nies li wieġbu li sejrin għal btala.

2.92 5 4 3 2 1 0 7
Ristoranti (fix-xahar)
Kafetteriji (fix-xahar) Ħwienet tal-ħwejjeġ u ż-żraben (fix-xahar) Btala barra l-pajjiż (fis-sena) Trasport pubbliku (fil-ġimgħa) 1.68 1.84 2.62 4.93 2.08 2.35 4.38 2.09 0.9 1.10 1.93 1.14 0.48 0.24 0.93 0.39 0.10 0.17 0.27 Ħarifa/Xitwa 2020 Meta l-vaċċin ikun disponibbli Qabel il-pandemija tal-Covid-19 Sajf 2020 L-istudju sar f’Settembru permezz tat-telefown, b’kampjun ta’ 600 persuna fost il-popolazzjoni ta’ persuni li għandhom iżjed minn 16-il sena. L-istħarriġ għandu margin of error ta’ +/- 4% u confidential interval ta’ 95%.

IL-Politika ta’ koeżjoni fid-dawl Tal-Baġit Ewropew li jmiss

F’

dawn l-aħħar jiem iddibatTitu fuq livell Ewropew kien iddominat middiskussjonijiet dwar l-approvazzjoni tal-Baġit Ewropew multiannwali, jiġifieri għas-seba’ snin li ġejjin.

Baġit li jinkludi €1.923 biljun f’dak li huwa l-Baġit proprju, flimkien ma’ strument addizzjonali li għandu l-għan li jgħin l-ekonomija Ewropea tegħleb l-isfidi li ġabet magħha l-coronavirus – b’valur ta’ €750 biljun, magħruf bħala Nextgeneration EU.

Baġit li għadu mifni f’kontroversja, hekk kif wara li ngħelbu l-aktar ostakli li kienu maħsuba diffiċli – jiġifieri ftehim fuq livell tal-Kunsill Ewropew u ftehim bejn l-istess Kunsill u l-Parlament Ewropew, meta ġejna biex noqorbu għall-voti finali, kellek il-Polonja u l-Ungerija li heddew blużu tal-veto għaliex ma ridux li l-Unjoni ddaħħal klawsoli li jorbtu t-tqassim talfondi mal-osservanza tas-saltna tad-dritt.

Naturalment, triljun ewro f’fondi jippermettu lill-Unjoni tolqot bosta aspetti iżda jekk wieħed jagħsar fid-dettall, naraw ċerti oqsma li huma fiċ-ċentru tal-

8
minn Jesmond Saliba

Il-fondi ta’ koeżjoni fl-aħħar snin kienu kruċjali għal Malta, kif ukoll għal bosta pajjiżi oħra, biex l-ekonomija kibret u ħolqot impjiegi ta’ kwalità. Iżda ċertament li issa se jkunu fundamentali fis-snin li ġejjin.

Jekk nagħtu ħarsa lejn is-sitt snin li ġejjin, l-UE se tkun qed tiffoka fuq ħames elementi fil-kuntest tal-Politika ta’ Koeżjoni.

L-EWWEL: Il-kunċett ta’ Smarter Europe, jiġifieri investiment favur aktar innovazzjoni, diġitalizzazzjoni, trasformazzjoni ekonomika u appoġġ aktar b’saħħtu lill-intrapriżi żgħar u medji.

IT-TIENI: Il-qasam ambjentali. L-Ewropa trid pożizzjoni ta’ leadership fil-qasam ambjentali u fil-ġlieda kontra l-bidla filklima, fid-dawl tal-Ftehim ta’ Pariġi u l-impenji b’saħħithom li ħadet il-Kummissjoni attwali fit-tnaqqis tat-tniġġis u l-ġlieda kontra l-bidla fil-klima.

IT-TIELET: Ewropa aktar magħquda. Investiment kontinwu filkonnessjonijiet bejn l-erba’ rkejjen tal-kontinent, mhux biss millat ta’ trasport iżda anke networks diġitali.

IR-RABA’: Ewropa soċjali. Pern tal-politika Ewropea fejn hawnhekk qed immissu ma’ bosta proġetti soċjali, li jfisser investiment filqasam tas-saħħa, l-inklużjoni soċjali, titjib fil-kwalità tal-impjiegi, fil-ħiliet, u l-ġlieda – li hija għal qalb l-Unjoni – biex jonqos ilqgħad – dak l-ewwel u qabel kollox – iżda b’attenzjoni partikolari fuq iż-żgħażagħ, billi nafu li sfortunatament ir-rata ta’ żgħażagħ mingħajr impjieg tista’ tgħid fkull pajjiż, inkluż Malta, tkun sostanzjalment akbar mill-medja tal-bqija tal-popolazzjoni.

IL-ĦAMES: Ewropa aktar qrib taċ-ċittadini. Settur li jinkludi proġetti li jgħinu żoni lokali jiżviluppaw b’mod sostenibbli kif ukoll proġetti ffukati fuq l-aktar żoni li forsi tul iż-żminijiet ma gawdewx mill-prosperità ekonomika li sħubija fl-Unjoni Ewropea ġabet magħha.

ambizzjonijiet Ewropej. Qed nitkellmu fuq elementi bħad-diġitilizzazzjoni, bi programmi importanti bħal Digital Europe, ir-riċerka u l-innovazzjoni, permezz ta’ Horizon Europe u l-ġlieda kontra l-bidla fil-klima – fil-kuntest talGreen Deal Ewropew.

Fid-dawl ta’ dan kollu, hemm element li jibqa’ fundamentali fil-ħidma tal-Unjoni Ewropea: il-politika ta’ koeżjoni. Din se tibqa’ l-pern ta’ kif se jitqassmu l-fondi taħt programmi ewlenin, fosthom il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni.

Il-fondi ta’ koeżjoni fl-aħħar snin kienu kruċjali għal Malta, kif ukoll għal bosta pajjiżi oħra, biex l-ekonomija kibret u ħolqot impjiegi ta’ kwalità. Iżda ċertament li issa se jkunu fundamentali fis-snin li ġejjin.

Pajjiżna, wara li rreġistra surplus flaħħar snin, ma kellux triq oħra ħlief li jidħol għal defiċit qawwi biex ikun jista’ jagħti l-inċentivi meħtieġa minħabba l-isfidi ekonomiċi li ġabet magħha l-pandemija tal-coronavirus.

Fid-dawl ta’ dan, l-ispazju ta’ manuvra għall-awtoritajiet huwa aktar limitat u għaldaqstant, l-aċċess għallfondi Ewropej se jkun jiswa mitqlu deheb fl-ippjanar strateġiku tas-snin li ġejjin.

Niftakru li għas-seba’ snin li ġejjin, Malta nnegozjat pakkett ta’ kważi €2 biljun mill-Unjoni Ewropea, li minnhom €842 miljun jaqgħu taħt il-fondi ta’ koeżjoni, li se jippermettu t-tnedija ta’ aktar proġetti li jsaħħu l-kompetittività iżda wkoll it-tessut soċjali ta’ pajjiżna.

9

Eloġju lil Oliver

Oliver, għażiż Oliver, din hija l-ewwel darba li qed nindirizzak b’ismek. Naf li kont tiddejjaq ħafna għax kont insejjaħlek Prof. Kull darba li kont tinsisti li nsejjaħlek b’ismek kont inkun mejjet biex infakkrek li int kont tagħmel l-istess lil dawk li għallmuk minkejja li biż-żmien studjajt u ħdimt daqshom u forsi anki aktar minnhom. Int stess kont għidtli dan. Imma llum se nsejjaħlek b’ismek, kif dejjem xtaqt.

B’liema kappell se nsellimlek? Bħala eks student tiegħek? Bħala xi ħadd li qed jipprova jimxi warajk flistess triq illi mxejt int? Bħala kollega? Jew forsi għandi nsellimlek bħala ċittadin, bħalek, ta’ dan in-nazzjon li tant ħabbejt, tant ħdimt għalih u tant inkwetak? Int dejjem qist lilek innifsek l-ewwel nett bħala ċittadin komuni, raġel miexi għal għonq it-triq bħal Karlu Manju, dejjem iħuf, idur u jiddiskuti mal-kelb, jew aħjar dejjem

10
minn Dott. Immanuel Mifsud

jiddjaloga miegħu nnifsu u jirraġuna biex joħroġ l-ideat li huma tant profondi bi kliem sempliċi u biex jaqsam ma’ min jiġi sempliċità profonda ħafna.

F’dawn l-aħħar jiem, ħafna, inkluż jien, tellgħu filwiċċ il-memorji li għandhom tiegħek. Ħafna minna ftakarna sentenzi sħaħ minn dak li kont tgħidilna. Fost ilħafna talenti tiegħek kien hemm din il-kapaċità li żżomm

lin-nies jisimgħu anki jekk ma jaqblux miegħek. Aktarx għax waħda mill-affarijiet li tispikka fik, Oliver, hija l-fidi. M’iniex nalludi għall-fidi reliġjuża biss, imma għall-fidi li dejjem tesprimi f’pajjiżek u fil-poplu tiegħek, fil-qawwa tal-għarfien u fuq kollox il-qawwa tal-letteratura. Dejjem ċert minn dak li tgħid u dejjem elokwenti meta tlissnu. U sadattant, dejjem tħajjar u tħeġġeġ lis-semmiegħa, lill-istudenti tiegħek, biex jgħidu tagħhom, ukoll biex

11
Ritratt: George Scintilla

imeruk. Madankollu għalija mhix ħaġa faċli nitkellem fuqek, wisq aktar f’din l-okkażjoni tal-lum wara l-ħafna kliem sabiħ li ntqal fuqek dawn l-aħħar jiem minn nies li kienu eqreb tiegħek. U, terġa’, huwa aktar diffiċli titkellem dwar xi ħadd li l-kliem jildu ma’ kull nifs li jieħu, kull pass li jagħti. Minkejja l-passjoni li għallimtna biha, u din l-ossessjoni li għandek bil-kelma u l-insistenza li tgħaddi l-istess qawwa lilna, mhux l-istudenti kollha tiegħek waslu fejn xtaqthom inti. Għaldaqstant, Oliver, se jkolli nuża kliemek stess biex ngħid, jew aħjar ngħidlek, xi ħaġa dwarek għax hekk intlabt li nagħmel.

Darba inti ktibt, li Oliver nistgħu naħsbu li huwa warda mingħajr isem li tinħasad minn bidwi aljenat. Ridt tgħidilna, dakinhar, li tant int insinifikanti li bik u mingħajrek konna se nkunu l-istess. Il-Ħadd li għadda, Oliver, ismek kien fil-paġna ta’ quddiem tal-gazzetti kollha, b’ittri kbar u wiċċek kien hemm ukoll, aktarx iħares dritt f’għajnejna. Ara, il-bnadar tniżżlu mezzasta u qegħdin nagħmlulek din il-festa, kif jgħidu l-Maltin ta’ ċerti nħawi, f’San Ġwann, fejn l-imsiebaħ għandhom ftila u ċ-ċnieser idaħħnu l-inċens. Int bżajt ukoll li Oliver nota muta, imma mur għoddhom dawk il-versi mimlijin kelmiet li int rassejt kemm flaħt u fl-istess waqt ħallejthom jintreħew ħilsin. Anki f’dak il-post fejn fjuri ma jikbrux

INT DEJJEM QIST LILEK INNIFSEK L-EWWEL NETT BĦALA ĊITTADIN KOMUNI, RAĠEL MIEXI GĦAL GĦONQ IT-TRIQ BĦAL KARLU MANJU, DEJJEM IĦUF, IDUR U JIDDISKUTI MAL-KELB, JEW AĦJAR DEJJEM JIDDJALOGA MIEGĦU NNIFSU U JIRRAĠUNA BIEX JOĦROĠ L-IDEAT LI HUMA TANT PROFONDI BI KLIEM SEMPLIĊI U BIEX JAQSAM MA’ MIN JIĠI SEMPLIĊITÀ PROFONDA ĦAFNA. 12
Oliver Friggieri mal-kelb tiegħu Sparky

spiċċaw itennu kliemek. Tiftakar? Pellegrin devot kemm trid, imma triqtek qatt ma tliftha, u stajt imxejt fil-kwiet jew dritt flimkien ma’ Ċerbru: aft sew ’il fejn trid tmur u ’l fejn ridt tasal. Int Oliver, le, m’intix petala tal-imgħoddi imma fjura sħiħa li għadha friska u hekk se tibqa’. Qablek kien hemm poeti li ma ta kashom ħadd u ħadd ma jaf x’jisimhom aktar. Niftakrek titħassarhom u tweġġaħhom waqt il-lezzjonijiet. U warajk, se jkun hemm ħafna aktar bħalhom. Int, għallkuntrarju, jafu bik bosta: kollegi, kittieba, studenti, u fuq kollox – l-aktar importanti – ċittadini li isimhom ma tafux imma huma jafu tiegħek, għax tkellimt bil-lingwa tagħhom int u tuża dik partikolari tiegħek. U, Oliver, anki l-politiċi hawn illum. Ma rawkx dubbiena fitta jew dudu li jitgħaffeġ bla ħsieb, bla ’nkwiet ta’ xejn, b’indifferenza. Għal darba, ħa jkolli ngħidlek Oliver, għal darba mort żmerċ. M’intix dak li bżajt jew ħsibt li jaħsbu fuqek. U fl-aħħar nett, serraħ rasek li r-razza tiegħek, bis-saħħa ta’ nies bħalek, mhijiex se tkun estinta.

F’dawn l-aħħar tlitt ijiem, ħafna iżżewk ħajr ta’ dak kollu – tal-ħafna – li tajthom. Kif taf int, biex nuża frażi li tgħidha l-ħin kollu lil min ikun jisimgħek anki jekk qatt ma jkun sema’ b’dak li qed tgħidlu, fi tmiem ta’ ċelebrazzjoni d-drawwa hi li

jqum xi ħadd u jiżżi ħajr lil dak li jkun. U llum, Oliver, dak li qegħdin nagħmlu.

Imma qabel nagħlaq, irrid nirringrazzja lilek Sinjura Eileen u lilek Sinjura Sara. Aħna ħadnielkom lil Oliver. Anki llum fil-funeral tiegħu. Tul ħajtu kellkom taqsmuh magħna u nħoss li jekk il-poplu se jibqa’ grat lejn Oliver bħala kittieb, ħassieb u ċittadin – u dwar dan m’għandi ebda dubju – huwa xieraq ukoll li jkun grat lejkom talli aċċettajtu li sal-lum stess Oliver ma jkunx tagħkom biss. Grazzi Sara. Grazzi Eileen.

U issa, Oliver, aktarx li nistgħu mmorru lkoll, kif xtaqtna int, sal-bar tal-kantuniera, nixorbu l-poeżija tiegħek sa ma niskru b’dak kollu illi nsiġt matul iż-żmien. Persważ li se nkomplu llegilgu dan il-grokk għal sekli, hekk jew hekk illejla, kif għamilt mindu qbadt il-pinna f’idek u mlejt isswaba’ kollha linka, se tħallas int. Għax hekk, hekk biss, ikun poeta.

Grazzi Oliver

13
25 ta’ Novembru 2020
Immanuel Mifsud Il-membri kollha tad-Dipartiment tal-Malti fl-aħħar jum ta’ Therese Borg bħala segretarja fl-4 ta’ Frar 2020. Oliver u Therese jinsabu fejn xulxin, bħalma kienu l-uffiċċji tagħhom. Sikwit Oliver kien jersaq inkiss inkiss lejn l-uffiċċju tagħha biex jara tistax tgħinu jsolvi xi problema teknika fil-kompjuter.
mil-lenti ta’ Friggieri L-innu dwar ‘L-OMM ĦELWA LI NISSLITNA’ L-INNU MALTI GĦADU ATTWALI. ANKE LI KIEKU QDIEM, XORTA GĦANDU JIBQA’ HEMM GĦAX HUWA WIRT MISSIRIJIETNA. 14
minn Melvic Zammit

Sibt il-bieb tal-uffiċċju tal-Professur

Oliver Friggieri mbexxaq. Ħabbatt u ttawwalt. It-tbissima tiegħu bħal tefgħet nifs fil-kamra imballata bilkotba u bil-karti.

Ħdejn il-laptop magħluq kellu ktieb miftuħ f’paġna bil-manuskritt ta’ Dun Karm blewwel verżjoni tal-Innu Malti miktub fil-25 ta’ Novembru, 1922. Dan kien xahar qabel il-verżjoni riveduta finali, fis-27 ta’ Diċembru tal-istess sena.

It-tbissima tal-Professur Friggieri minn wara l-iskrivanija stednitni npoġġi bilqiegħda. Qrali l-ewwel verżjoni finali. “Għalkemm hemm diversi differenzi, il-ħsieb oriġinali huwa aktarx l-istess. Il-fatt li fl-ewwel verżjoni l-Innu Malti huwa magħmul minn żewġ strofi ta’ erba’versi minflok żewġ strofi ta’ tliet versi jista’ jindika li kien hemm problema dwar liema versi kienu joqogħdu malmelodija ta’ Robert Samut (għal xi raġuni hekk kien jiktbu kunjomu dan). Dun Karm innifsu esprima dan it-tħassib minħabba li l-mużika nkitbet qabel il-versi,” qal Friggieri.

Waqt li rranġa n-nuċċali tond fuq imnieħru u mess kemm kemm xagħru abjad, qalli: “Il-kliem u l-frażijiet essenzjali huma dejjem l-istess: ‘omm’, ‘ħelwa’, ‘oħla’, ‘libbist’, ‘ħares’, ‘ħarist’, u l-bqija.”

Spjegali kif għamel snin twal jiġbor il-poeżiji ta’ Dun Karm bit-Taljan u bil-Malti. Fittex flarkivji pubbliċi u ekkleżjastiċi, kollezzjonijiet privati, kotba, gazzetti, rivisti, fuljetti, santi u karti volanti. Ikkonsulta ġabriet sħaħ ta’ manuskritti ta’ Dun Karm, fosthom żewġ pitazzi li kien fihom għażla wiesgħa ta’ poeżiji bil-Malti u bit-Taljan bilkorrezzjonijiet u bid-dati.

Iżda qatt ma sab l-Innu Malti fost dawn ilġabriet kollha, li fihom poeżiji ripetuti, kemm bilpinna kif ukoll bit-typewriter. “Dan jista’ jindika l-fatt li minħabba li l-Innu kien ilu jiġi stampat bħala innu magħruf, Dun Karm ma ħassx il-bżonn

li jikkupjah jew jagħmel l-hekk imsejħa ‘bella copia’ tiegħu.” Meta mal-Prof. Joseph M. Brincat fisser ix-xewqa li jsib il-manuskritt tal-Innu Malti, dan qallu li kien jaf persuna li kellha fotokopja tiegħu kif miktub minn Dun Karm b’idejh. Din il-persuna kienet Ann Gingell Littlejohn, li tatu fotokopja tal-ewwel verżjoni. Qalli, “M’hemm l-ebda dubju li din il-kopja tal-manuskritt hija riproduzzjoni awtentika tal-oriġinali li ma jistax jinstab.”

Wara t-tibdil li sar fl-Innu Malti, l-ewwel rappreżentazzjoni tiegħu saret fit-Teatru Manoel, il-Belt, fis-27 ta’ Diċembru 1922. Min hemm ’il quddiem beda jindaqq f’okkażjonijiet diversi u ma damx ma sar espressjoni popolari tas-sentiment Malti.

Fl-1941 ingħata għarfien uffiċjali, iżda ma kienx rikonoxxut bħala l-Innu Nazzjonali għaliex il-ħakkiema qalu li kien hemm Innu Nazzjonali wieħed biss għal Malta, bħalma kien hemm fil-kumplament tal-Imperu, jiġifieri l-‘God Save the King’.

L-Innu Malti kien jindaqq, imma ma kienx jingħata unuri formali bħalma hu s-salut militari. Kien biss meta Malta saret indipendenti, fil-21 ta’ Settembru 1964, li l-innu ġie rikonoxxut filKostituzzjoni bħala l-Innu Nazzjonali.

Kemm kemm iħarrek idejh, il-Professur Friggieri spjega li l-ġrajja li turi kemm l-Innu Malti kompla jsir popolari hi dik li seħħet waqt partita futbol f’Marzu tal-1945 meta t-tim Jugoslav Hajduks ġie Malta biex jilgħab numru ta’ logħbiet, inkluż kontra Malta. Mill-emozzjoni ta’ kif irrakkonta din il-ġrajja, stħajjiltutu qiegħed filgrawnd dakinhar stess.

“Xħin ħarġu l-plejers fil-grawnd, il-banda daqqet il-‘God Save the King’ u l-Innu Jugoslav. Imma l-banda ma daqqitx l-Innu Malti. F’mument imqanqal, il-Maltin qamu bilwieqfa u kantaw l-Innu Malti.”

15

Il-Kwistjoni tal-Lingwa, jġifieri t-tilwima ħarxa bejn il-Malti u t-Taljan, u wara bejn it-Taljan u l-Ingliż, wasslet lil Dun Karm jikteb l-Innu b’ebda kelma ta’ nisel ‘barrani’ biex juri li l-Malti ma kellux bżonn jissellef minn ilsna oħrajn.

Il-Prof. Friggieri nnota wkoll li Dun Karm seta’ deher bħala Mizzjan (Nazzjonalist, peress li n-Nazzjonalisti xtaqu li Malta tingħaqad mal-Italja, għaliex kienu jemmnu li l-gżira tagħmel parti mill-Italja) meta kiteb bit-Taljan, jew inkella Stricklandjan meta kiteb bil-Malti.

“Dun Karm ċaħad kull pożizzjoni partiġġjana biex għażel pożizzjoni Maltija, nazzjonali, ’il fuq mill-partiti.” Hu u jqalleb għal xi dettalji oħrajn, ilProf. Friggieri qalli li l-kliem li juża Dun Karm, ngħidu aħna ‘jaħkimha’, ‘ħniena’ u ‘sid’ għandhom aktar minn tifsira waħda. Dawn il-kelmiet “qodma” għadhom jinftiehmu llum il-ġurnata. “‘Jaħkimha’ tfisser ‘jiggvernaha’, ‘imexxiha’; ‘ħniena’ tfisser ‘rispett’, ‘ġustizzja’, ‘apprezzament’; u ‘sid’ hija l-persuna li tħaddem l-impjegati. Dan ifisser li l-Innu Malti għadu attwali. Anke li kieku qdiem, xorta waħda għandu jibqa’ hemm għax dan huwa wirt missirijietna.”

Meta Malta kienet ser issir Repubblika fl-1974, il-Parlament kellu jiddiskuti diversi emendi għallKostituzzjoni tal-Indipendenza tal1964. Skont din il-Kostituzzjoni, biex tkun emendata l-klawsola dwar l-Innu Malti kienet meħtieġa maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti tal-Kamra kif ukoll referendum. Blemendi kostituzzjonali tal-1974 ġie deċiż li maġġoranza sempliċi kienet biżżejjed biex jitbiddel l-Innu Malti.

Friggieri qal li fl-istorja tal-innijiet nazzjonali Ewropej, is-sekli dsatax u

għoxrin għandhom importanza kbira. Huma ż-żmien meta diversi pajjiżi kitbu innu ġdid, għall-ewwel darba, jew adottaw innu minn xi melodija antika jew popolari. “Hemm sett żgħir ta’ temi fihom ukoll: talba lil Alla, sejħa għat-taqbida, tifħira lill-pajjiż.”

Sikwit l-innu jieħu forma ta’ talba lil Alla, bħall-innu Britanniku ‘God Save the Queen’ (jew ‘God Save the King’ skont min ikun hemm fuq ittron), li l-eqdem kopja li teżisti talkliem tiegħu tmur lura sal-1745.Listorja tal-Innu Nazzjonali Franċiż, ‘La Marseillaise’, tkompli ssaħħaħ l-idea li l-innu nazzjonali mhux biss jista’ jkun il-prodott ta’ kunflitt politiku jew rivoluzzjoni, iżda jista’ jinkiteb minn kull tip ta’ ċittadin.

‘La Marseillaise’ inkiteb f’lejl wieħed biss fl-1792, waqt irRivoluzzjoni Franċiża, minn raġel li kien kaptan tal-inġenji? inġinerija? u mużiċist dilettant. Fl-istess ġranet li Franza u l-Awstralja żgur l-Awstralja hux? Mhux l-Awstrija forsi daħlu fi gwerra, is-sindku ta’ Strażburgu talab li jkollu kanzunetta marzjali li tkun tista’ titkanta mit-truppi Franċiżi. L-awtur ta’ ‘La Marseillaise’ bagħatlu l-kompożizzjoni tiegħu. L-innu ntgħoġob u nxtered. Minħabba l-popolarità li kiseb, ma damx aktar minn tliet snin (mill-1792 sal-1795) biex ġie rikonoxxut uffiċjalment.

Għall-kuntrarju, ‘God Save the Queen’ ġie meqjus bħala l-Innu Nazzjonali fl-1825, għalkemm kien ilu minn nofs is-seklu 18 iservi bħala l-innu Britanniku.

“Id-data meta jkun sar Innu Nazzjonali tindika li l-pajjiż ikun laħaq livell għoli ta’ kuxjenza tiegħu nnifsu bħala poplu li jsawwar nazzjon,” qal Friggieri.

16 ID-DATA META JKUN SAR INNU NAZZJONALI TINDIKA LI L-PAJJIŻ IKUN LAĦAQ LIVELL GĦOLI TA’ KUXJENZA TIEGĦU NNIFSU BĦALA POPLU LI JSAWWAR NAZZJON.

*Dawn it-temi, inkluż il-pubblikazzjoni tal-ewwel Innu Malti, jinsabu fil-ktieb ‘L-Istorja tal-Innu Malti, Kif Sar u Xi Jfisser’, miktub mill-Professur Oliver Friggieri u ppubblikat mill-Klabb Kotba Maltin.

Lil din l-omm ħelwa li nisslitna, il-gżira

Li bl-isbaħ sema u l-oħla ġmiel libbist, Ħares, Mulejja, f’din is-sigħa kbira, Ħanin, kif lilha dejjem Int ħarist.

Agħti, kbir Alla, id-dehen lil min jaħkimha; Gedded fil ħidma s-saħħa lil ħaddiem; Rodd il għaqal u l-ħajr għal ġih ta’ isimha; Seddaq il għaqda fil-Maltin u s-sliem.

L-ewwel verżjoni, oriġinali, tal-Innu Malti bid-data 25 ta’ Novembru 1922, bl-ortografija antika. Taħt il-poeżija, fil-manuskritt, hemm il-firma C. Psaila u d-data tal-25 ta’ Novembru 1922

Ann Gingell Littlejohn tat fotokopja tal-manuskritt lil Oliver Friggieri, bid-data 13 ta’ Ottubru 2014, u kitbitlu din l-istqarrija:

“Jien, Ann Gingell Littlejohn, niddikjara solennement li ġie f’idejja u fil-pussess tiegħi manuskritt ta’ Dun Karm bit-titlu Innu Nazzjonali, iffirmat Prof. C. Psaila, bid-data 25 ta’ Novembru 1922. Iż-żewġ strofi kienu miktubin fuq karti ta’ pitazz.

Dawn huma ċ-ċirkustanzi li wasslu għas-sejba ta’ dan ilmanuskritt. Xi ġurnata bejn is-snin 1991 u 1993 kont qiegħda d-dar taz-zija paterna, Ineż De Giorgio, neè Amato-Gauci (19062002), ngħinha tiżbarazza l-kxaxen.

Ilmaħt karta safranija, ftaħtha u kellha fuqha l-kitba fuq imsemmija.

Meta għamilt paragun ma’ manuskritti ta’ Dun Karm fillibrerija tal-Università deherli li l-kaligrafija kienet l-istess. Għal ħafna snin ma kontx naf x’sar mill-manuskritt li kont rekkintu xi mkien, flimkien ma’ fotokopji tiegħu.

Nhar il-Ħadd 12 ta’ Ottubru 2014, tajt spint, fittixt sew u tfaċċaw żewġ fotokopji tal-manuskritt minn qiegħ il-kexxun fl-istudju tiegħi, iżda mhux il-manuskritt oriġinali. Jiena lesta nieħu ġurament li l-fotokopji huma riproduzzjoni awtentika taloriġinali li ma jistax jinstab.”

Dan l-artiklu kien ippubblikat fit-Torċa ta’ 9 ta’ Novembru 2014. Qiegħed nerġa’ naqsmu magħkom b’tifkira għażiża tal-Professur Oliver Friggieri.

17

L-AWTORITÀ MALTIJA

GĦALL-INNOVAZZJONI DIĠITALI B’MANDAT IKTAR wiesa’

L-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni

Diġitali stabbiliet ruħha bħala l-unika entità kompetenti f’pajjiżna li tiċċertifika t-teknoloġija. Għaldaqstant, il-pass naturali li kien imiss kien dak li jitwessa’ l-mandat tagħha.

Lura fl-2018, l-Awtorità twaqqfet bl-iskop li tiċċertifika t-teknoloġija f’sistemi li huma mibnija fuq ilpjattaforma tad-Distributed Ledger Technologies, jew kif inhi magħrufa aħjar, il-Blockchain.

L-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali hija parti minn kullana ta’ inizjattivi li ħa l-Gvern Malti sabiex pajjiżna jkun preparat sew għall-futur. Dan hekk kif kien hemm ir-realizzazzjoni li t-teknoloġija se ssir parti importanti mill-ħajja taċ-ċittadini.

Fatt li ħareġ ċar waqt l-eqqel tal-pandemija talCovid-19, fejn id-dipendenza fuq it-teknoloġija kibret b’rata fenomenali. Il-maġġoranza tal-entitajiet li ma kellhomx preżenza online kellhom jadattaw f’qasir żmien sabiex il-klijenti tagħhom ikunu moqdija filwaqt li jibqgħu relevanti.

Id-disponibbiltà ta’ servizzi online ġabet magħha tħassib fost l-utenti fuq l-użu tal-informazzjoni li kienu qed jissottomettu huma stess. Huwa hawnhekk fejn tidħol ir-relevanza tal-Awtorità Maltija għallInnovazzjoni Diġitali. Entità li hija l-unika waħda li tista’

tagħti assigurazzjoni fuq it-teknoloġija li qed tintuża, u b’hekk l-utent jista’ jserraħ rasu li t-teknoloġija hija affidabbli u ddisinjata biex tagħmel dak li verament suppost qiegħda tagħmel.

Hekk kif it-teknoloġija qiegħda tevolvi b’rata mgħaġġla, kien jagħmel sens li l-mandat tal-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali jitwessa’ sabiex ikopri kwalunkwe forma ta’ teknoloġija emerġenti. Wara Blockchain, l-Awtorità tinsab f’pożizzjoni li tiċċertifika wkoll sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali.

Din is-saħħa ngħatat lill-istess entità permezz t’Avviż Legali li għadda ftit ġimgħat ilu mill-Parlament Malti, hekk kif issa l-Awtorità tista’ toħloq programmi ta’ ċertifikazzjoni li jkopru kwalunkwe forma ta’ teknoloġija li hija riskjuża u kritika fin-natura tagħha.

Pajjiżna għandu Strateġija Nazzjonali għallIntelliġenza Artifiċjali mibnija fuq tliet pilastri: l-investiment, is-settur pubbliku u s-settur privat. L-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali qiegħda tikkordina numru ta’ proġetti pilota f’diversi setturi sabiex ikun evalwat kemm din it-teknoloġija tista’ tkun ta’ benefiċċju lis-soċjetà.

Iċ-ċertifikazzjoni ta’ dawn it-teknoloġiji tibqa’ waħda fuq bażi volontarja, bil-għan li l-innovazzjoni ma tkunx maħnuqa. Il-programm offrut mill-Awtorità huwa mmirat li jagħti garanzija lill-utent fl-użu tas-sistema.

AVVIŻ BI ĦLAS 18

Inti tbati bis-solitudni?

Sib lil min jisimgħek... ċempel 1772.

Filwaqt li fix-xahar ta’ Diċembru nkunu fuq ixxwiek biex niċċelebraw waħda mill-isbaħ festi liturġiċi tas-sena, it-twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, għal bosta persuni dawn ikunu jiem normali jew inkella agħar. Waqt li bosta familji jiltaqgħu u jqattgħu dan iż-żmien ta’ festi flimkien b’xi ikla tajba jew xi festin, hemm bosta persuni, fosthom ħafna anzjani, li jew m’għandhom lil ħadd, jew sfortunatament sfaw abbandunati saħansitra minn dawk qrib tagħhom.

Servizz utli li qed jingħata mill-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) huwa l-linja ta’ sapport 1772. Din hija linja telefonika ġdida għall-għajnuna li tnediet aktar kmieni din is-sena. Fi żminijiet bħal dawn, ilFondazzjoni tħoss li għandha tkun minn ta’ quddiem nett b’servizz ġdid bilgħan li tindirizza l-problema kbira tas-solitudni li attwalment qed tinħass sew, minn għadd konsiderevoli ta’ persuni li jgħixu waħedhom jew li huma maqtugħin mill-qraba tagħhom.

Fuq din il-linja telefonika jċemplu għall-għajnuna wkoll persuni li għandhom problemi ta’ saħħa mentali, li jaqsmu mal-professjonisti bosta stejjer dwar kif il-pandemija tal-Covid-19 qed iżżid il-livell ta’ ansjetà, u persuni li għaddejjin minn dipressjoni li qed jgħidu li f’dawn iż-żminijiet qed iħossu li l-kundizzjoni tas-saħħa mentali tagħhom sejra lura.

Professjonisti li jwieġbu t-telefonati joffru gwida u solliev lil dawn il-persuni li jċemplu fuq din il-linja u, fejn meħtieġ, jipprovdu wkoll it-tagħrif mitlub jew jirreferu lil dawk li jċemplu għal aktar għajnuna.

Il-Fondazzjoni tappella lil dawk li jħossuhom waħedhom biex jagħmlu użu mil-linja 1772 fejn se jsibu s-sapport li jinħtieġu minn persuni dedikati li jagħtu sehemhom b’tant dedikazzjoni.

AVVIŻ BI ĦLAS 19

Kreattività u reżiljenza lil hinn mid-diżabilità

Mhux faċli. Ġranet bħal dawn ikolli aptit nidħol fis-sodda u ma noħroġx. Ma nkunx naf fejn se nagħti rasi u bħal donni naħseb li fis-sodda se nsib soluzzjoni. Dan huwa ħsieb li nnissel spiss bid-dmugħ f’għajnejja b’rabta mal-limitazzjoni li toħloqli l-kundizzjoni medika li tagħha kelli dijanjożi f’dawn l-aħħar snin. Bħalissa għaddejja minn proċess fejn qed nipprova ninvesti fi proprjetà, iżda għandi diffikultà biex naċċessa loan mill-bank minħabba l-assigurazzjoni. Nifhem ir-raġunar wara dan kollu, imma lili xorta waħda toħloqli sfida. Il-verità hi li s-soluzzjoni mhux se nsibha minn ġos-sodda, imma jkolli bżonn inkun mal-emozzjonijiet tiegħi. Ikolli bżonn nifhem, ngħarbel u nanalizza l-informazzjoni li diġà għandi.

Dan huwa biss episodju wieħed millħajja li sirt ngħix mill-2018 ’l hawn. Biex neħodkom ftit lura, fil-21 ta’ Marzu ta’ dik issena, jien u dieħla għax-xogħol, ħassejt uġigħ kbir f’sidri. Wara li spiċċajt l-Emerġenza u eżaminawni għal diversi possibilitajiet, it-tobba għarfu li kelli l-arterja prinċipali mċarrta u li kelli bżonn operazzjoni kumplessa fil-qalb u f’din l-arterja b’mod urġenti. Ir-riskji kienu għoljin iżda għażliet ma tantx kelli; minkejja r-riskji, l-operazzjoni għaddiet b’wiċċ il-ġid.

20
minn Samantha Pace Gasan

Wara dan l-episodju, fl-2019 ikkonfermawli dijanjożi ta’ kundizzjoni rari, Marfan Syndrome - kundizzjoni li tista’ tħalli impatt fuq diversi organi. Fil-fatt, sentejn wara rċivejt l-aħbar li kelli bżonn nerġa’ ngħaddi minn intervent mediku simili, iżda din id-darba dan l-intervent ħallieni b’nuqqas ta’ vista minn għajni l-leminija.

Qabel l-ewwel inċident kont tfajla impulsiva, libera, bi ftit biżgħat. Illum ikolli nistqarr li ngħix b’aktar ansjetà minn qatt qabel. Minkejja li ħadd ma jaf kif se tiżvolġi l-ħajja, ilħsibijiet dwar il-futur tiegħi ma jiqfux. L-aktar ħsibijiet li jqabbduni ansjetà mhumiex ġejjin mill-aspett mediku iżda mill-isfidi psikoloġiċi u soċjali. Ma twelidtx b’diżabilità, u allura ma nafx ngħix b’diżabilità. Il-ħajja għallmitni l-valur tal-edukazzjoni, ix-xogħol u, aktar minn xejn, li nimpenja ruħi biex nagħmel l-aħjar li nista’. Issa sibt ruħi f’pożizzjoni kompletament differenti.

Tafu intom, bħal donnu hawn ġerarkija li permezz tagħha jiġi determinat fejn hu postok fis-soċjetà, skont minn liema grupp soċjali tifforma parti. Qabel dan it-tieni episodju, kont qed naħdem fuq riċerka dwar il-ħajja talpersuni b’diżabilità fil-kuntest tal-Covid-19, li laqqgħetni mal-kunċett tal-abilitaiżmu (ableism). F’termini sempliċi, l-abilitaiżmu huwa t-twemmin internalizzat, imsejjes fuq suppożizzjonijiet u sterjotipi, li xi kapaċitajiet huma aħjar minn oħrajn. Essenzjalment huwa dak li jwassal għaddiskriminazzjoni u l-inġustizzji soċjali. Apparti l-perspettiva tas-soċjetà lejn persuni b’diżabilità, dan it-twemmin huwa wkoll internalizzat mill-persuni b’diżabilità nfushom. Huwa għalhekk li qed insib l-isfidi psikoloġiċi l-aktar diffiċli.

Kif diġà għedt, ħajti sa ftit aktar minn sentejn ilu m’għexthiex bħala persuna b’diżabilità. Għaldaqstant, l-ewwel u l-akbar sfida tiegħi nemmen li hi dik relatata mal-impjieg. Dejjem tajt importanza lill-karriera u l-aspirazzjonijiet tiegħi, u allura l-ewwel ħsibijiet meta rrealizajt li mhux qed nara minn għajn waħda kienu relatati ma’ dan l-aspett ta’ ħajti. Ma stajtx inħares lejn il-mowbajl sew, aħseb u ara kemm kont se naħdem minn fuq il-laptop għal ġranet sħaħ.

Aktar ma beda jgħaddi ż-żmien, u bl-għajnuna ta’ kollegi u ħbieb u servizzi governattivi, bdejt nesplora modi ġodda kif nista’ nikkomunika – fosthom permezz tat-teknoloġija aċċessibbli. Minkejja dan, xorta waħda kont ansjuza nerġa’ nirritorna għax-xogħol wara l-operazzjoni. Bżajt li mhux se nkun kapaċi nerġa’ nkun produttiva, u allura li kont se nitlef il-valur tiegħi. Kellu jkun ta’ fuqi li jimbuttani biex nerġa’ nidħol fir-rutina bil-mod.

Minn dak iż-żmien għaddew biss tliet xhur. Illum erġajt naħdem sigħat daqskemm kont naħdem qabel, u probabbli qed nikkontribwixxi b’mod aktar kreattiv, minħabba l-impatt

li kellha fuqi din l-esperjenza ġdida. Hekk hu, l-esperjenzi u l-għarfien li jġibu magħhom persuni b’diżabilità jew persuni minn kwalunkwe grupp soċjali ieħor kapaċi jwasslu għal aktar soluzzjonijiet kreattivi u innovattivi fuq il-post taxxogħol, speċjalment għaliex biex jaslu fejn jixtiequ, persuni b’diżabilità jkollhom jaħsbu f’modi differenti kif jistgħu jagħmlu dan.

Huma l-pożittività u t-tama li nara soċjetà aħjar li jimmotivawni nibqa’ għaddejja minkejja l-isfidi li naffaċċja f’ħajti; iżda huma l-kreattività u r-reżiljenza li jgħinuni nibqa’ niġġieled kontra kull kurrent. L-istorja tiegħi ma naqsamhiex mal-pubbliku biex xi ħadd jitħassarni, anzi naqsamha bilgħan li bħala persuna b’diżabilità nuri kif aħna wkoll nistgħu nibqgħu noħolmu, u nilħqu dak li naspiraw għalih. Minkejja li anke waħedna kapaċi naslu, irridu nkomplu naħdmu biex nagħrfu u nibdlu dan it-twemmin internalizzat li fuqu nagħmlu diversi assunzjonijiet dwar il-persuni b’diżabilità.

21
Mhux faċli. Ġranet bħal dawn ikolli aptit nidħol fissodda u ma noħroġx. Ma nkunx naf fejn se nagħti rasi u bħal donni naħseb li fis-sodda se nsib soluzzjoni.

Wied il-Qlejgħa

Wied ilQlejgħa, magħruf minn uħud bħala Chadwick

Lakes, huwa wieħed mill-widien li jwieżnu l-ilma tax-xita li minn Wied Liemu taħt Ħad-Dingli jwassluh sasSalini. Tant huwa wied importanti, li meta kien hawn is-Servizzi Ingliżi, l-Inġinier Oswald Chadwick għamel numru ta’ lqugħ biex l-ilma ma jibqax sejjer jiġri u jintrema l-baħar, imma jinġema’ wara l-ilqugħ matul ilwied. U filwaqt li l-ilma seta’ jintuża mill-bdiewa, kien jgħin ukoll biex jinxtorob mill-art biex jisqi l-ilma talpjan li l-bniedem jiddependi ħafna minnu.

Iżda bil-mod il-mod dan il-wied waqa’ f’telqa kbira. Telqa li mhux biss fniet lilu, imma wkoll il-bijodiversità kollha li jħaddan. Matul is-snin, wara kull ilqugħ, imtela bil-ħamrija li nġarret mill-ilmijiet, tant li naqas sewwa l-ilma li dawn kienu jaħżnu. U bil-firxa ta’ aktar bini filmadwar, il-wied beda jilqa’ ġo fih ilma mniġġes mit-toroq li jfuru bl-ilma minn fuq il-bjut taddjar li ma għandhom l-ebda bir jew ġiebja biex jaħżnuh.

It-telqa ta’ dan il-wied, li wkoll kien iħaddan fih numru ta’ speċi ta’ flora u fawna indiġena Maltija, kompliet tikber tant li wasslet biex issaħħa tal-ilma li jgħaddi mill-wied mimli naqal u ħamrija, waqqgħet u fetħet numru ta’ selħiet tal-ħitan tas-sejjieħ tal-għelieqi, li wasslu biex ukoll ikomplu jferrgħu u jżidu l-ħamrija ġol-wied. Fost sforzi għal aktar siġar f’pajjiżna, fil-wied tħawlu numru ta’ siġar barranin – Awstraljani –bħal akaċja, ewkaliptus u kaswarija, li llum saru invażivi u qed joktru, jixterdu u jinfirxu mingħajr kontroll, jikkompetu u jieħdu post speċi indiġeni

22
Alfred E. Baldacchino, ikkwalifikat fl-ippjanar u l-immaniġġjar tal-ambjent

Maltin, u saħansitra jbiddlu l-ekosistema tal-wied. F’telqa bħal din, il-qasab infirex bla kontroll, ikompli joħnoq il-bijodiversità Maltija.

Barra minn hekk, speċi oħra li jinġiebu minn barra minn Malta biex jinbiegħu fil-ħwienet sabu ruħhom ukoll fil-wied. Tant sabu ambjent tajjeb li nfirxu sewwa matul il-wied, jeqirdu l-ispeċi Maltin. Fost l-ispeċi invażivi nsibu s-siġra tar-riġnu, il-każwarina, u dan l-aħħar it-tuffieħ ir-riħ.

Għal uħud dan ma kienx biżżejjed, għaliex parti minn ilqugħ tkisser biex ikun jista’ jsir l-off-roading. U aktar minn hekk, xi individwi mingħajr ebda rispett lejn il-ħarsien tal-ispeċi indiġeni Maltin, u għal raġunijiet li jafuhom huma biss, telqu numru ta’ ċkala ħamra tal-ilma ħelu f’partijiet tal-wied. Dawn il-krustaċi Amerikani jiżdiedu mgħaġġel u jieklu speċi oħra bħal ngħidu aħna żrinġijiet, imrieżep, xgħat talħanfus tal-ilma u anki dawk taċ-ċikku ġwiebi. Kif ukoll jagħmlu l-ħut tal-ilma ħelu li jintefgħu fil-wied ta’ spiss u l-fekruna tal-ilma ħelu tad-dabra ħamra li xi kultant xi ħadd jitfa’ hemm ukoll. U l-ispeċi indiġeni Maltin, bi

IR-RESTAWR QED ISIR FUQ STUDJI XJENTIFIĊI PROFESSJONALI, BILGĦAN LI MHUX BISS ISSIR ĦSARA MILLANQAS, IMMA WKOLL LI L-BIJODIVERSITÀ LI DARBA KIENET ISSALTAN F’DAN IL-WIED TERĠA’ TIEĦU R-RUĦ U TERĠA’ SSALTAN B’MOD NATURALI F’PAJJIŻNA. “ ” 23

sforzi kbar, jippruvaw ikomplu joktru fl-ambjent tagħhom li darba kienu jgawdu bla xkiel. Tant li kemm iż-żrinġ kif ukoll l-marżepp, u insetti oħra li jgħixu fl-ilma, naqsu u naqsu sewwa.

Għalhekk kienet aħbar tajba meta tnieda l-proġett għar-restawr tal-wied immexxi mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma (Energy and Water Agency) bl-għajnuna ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea. Diġà tneħħa ammont kbir ta’ ħamrija li kienet qed tifga partijiet minn dan il-wied. Ittieħdu passi wkoll dwar is-selħiet li kien hemm fil-ħitan tas-sejjieħ. Is-siġar invażivi li kienu ħadu rajhom f’idejhom ukoll qed jiġu mneħħija. Dawn mhux lakemm jitneħħew għaliex wieħed irid joqgħod attent fejn jintremew, inkella jkun qed jagħmlilhom pjaċir u jerġgħu jikbru f’postijiet ġodda fejn jintremew. U mhux hekk biss, għaliex uħud minnhom malajr jerġgħu jnibbtu jew itellgħu. U dawn iridu jkunu mneħħija matul il-ġimgħat biex jiġu eliminati kollha, l-aktar is-siġra tar-riġnu u t-tuffieħ ir-riħ.

Anki s-siġar indiġeni Maltin tannixxigħat sejrin igawdu. Numru minn dawn is-siġar, bħal luq, fraxxnu, ulmu,

u sebuqa, sejrin jitħawlu fl-ambjent naturali tagħhom u jieħdu post dawk invażivi. U ta’ min ifaħħar il-ħsieb li dawn l-għarsiet ġodda ta’ siġar Maltin li sejrin jitħawlu huma mnissla minn siġar li jikbru f’Malta u ma ġewx importati minn barra. B’hekk ikun żgurat li ma jinġibux speċi aljeni jew mard minn barra, li jistgħu jagħmlu ħsara lill-bijodiversità Maltija, u li l-għaġna ġenetika tas-siġar indiġeni Maltin ma tiġix imniġġsa, kif ukoll li jsir użu bil-għaqal tal-fondi u jintużaw bl-aktar għajnuna possibbli u ma jintefqux barra minn Malta.

Ir-restawr qed isir fuq studji xjentifiċi professjonali, bil-għan li mhux biss issir ħsara mill-anqas, imma wkoll li l-bijodiversità li darba kienet issaltan f’dan il-wied terġa’ tieħu r-ruħ u terġa’ ssaltan b’mod naturali f’pajjiżna.

Hekk għandhom isiru l-afffarijiet, u mhux bħalma jsir minn oħrajn li jiftaħru bin-numru ta’ siġar importati filwaqt li jsejħulhom indiġeni Maltin.

24 aebaldacchino@gmail.com

Open Source Software

pen Source Software (OSS) huwa software b’liċenzja li tippermetti lill-utenti jaċċessawh u jimmodifikawh. Ħafna proġetti Open Source huma miżmuma fuq GitHub fejn tista’ taċċessa r-repożitorji u tinvolvi ruħek fil-komunità tal-proġett. Impjegati u start-ups imbagħad jużaw is-software għad-distribuzzjoni u xogħol kollaborattiv tagħhom. OSS qiegħda taħt liċenzja speċifika li tagħmilha disponibbli għal kulħadd. Applikazzjoni Open Source hija disponibbli liberament għax xejn ma jwaqqaf lill-iżviluppatur milli jitlob kopja tas-software u fl-istess ħin jippermetti r-ridistribuzzjoni tas-software u s-source code tiegħu.

XML Open Source C++

PHP

Hemm ħafna tipi differenti ta’ proġetti Open Source, bħal libreriji Open Source, software jew plug-ins, iżda hemm element komuni fihom kollha: software b’xejn. Open Source Software ma jfissirx neċessarjament li s-software huwa pprovdut mingħajr ħlas iżda l-aċċess għas-source code mhuwiex ristrett. Firefox, Chrome, OpenOffice, Linux u Android huma eżempji popolari ta’ software Open Source, filwaqt li Microsoft Windows probabbilment hija l-aktar sistema operattiva fejn is-sors huwa ristrett u popolari fissuq illum. L-oppost tas-software Open Source huwa closed software, li għandu liċenzja li tirrestrinġi l-utenti u żżomm l-aċċess għas-source code.

Linux huwa software Open Source għaliex kulħadd jista’ jikseb kopja tas-source code b’xejn. GIMP huwa software li jintuża għall-manipulazzjoni tal-immaġni u għall-editjar talimmaġni u huwa wieħed mill-aqwa għodod Open Source fid-dinja u dan sar popolari għax huwa faċli ħafna biex tużah. Jagħmilha wkoll faċli biex toħloq grafika ġdida u elementi taddisinn u tista’ tieħu l-affarijiet għal-livell li jmiss billi tniżżel plug-ins maħluqa mill-komunità wiesgħa ta’ Open Source ta’ GIMP. Il-mudell ta’ żvilupp ta’ Open Source huwa l-proċess li l-komunità ta’ Open Source tuża biex tiżviluppa s-software

tagħha. Huwa ppubblikat bħala source code li jista’ jarah u jista’ jiġi modifikat minn kulħadd u jista’ jiġi użat b’xejn.

Pereżempju, is-sistema operattiva Android għandha verżjoni hacked tal-Linux tagħha. Is-sistemi operattivi mobile u tad-desktop ta’ Apple huma t-tnejn ibbażati fuq OpenBSD, sistema operattiva Open Source oriġinarjament maħruġa minn BSD Unix. Hemm kollaborazzjoni miftuħa li tista’ twessa’ l-perspettiva tad-disinn għal firxa wiesgħa ta’ prodotti, minn apparat mobbli għal kompjuters desktop. Prattiċi ta’ Open Source jistgħu jwasslu wkoll għal iffrankar sinjifikanti, peress li ħafna offerti ta’ Open Source li huma disponibbli għallkonsumaturi mingħajr ħlas jiddependu fuq donation models.

Kif rajna f’dan l-artiklu, Open Source huwa mudell li jissodisfa l-ħtiġijiet tas-suq b’modi totalment ġodda u innovattivi. Dan ilmudell huwa eżempju perfett ta’ kollaborazzjoni aktar organika u naturali li tippromovi t-tagħlim b’mod irħis.

Dan l-artiklu tħejja billi nġabru diversi sorsi online disponibbli pubblikament.

Segwina fuq: eskills.org.mt jew Facebook: www.facebook. com/ESkillsMalta; www.facebook.com/CodeEUMalta/ jew fuq Twitter: https://twitter.com/eSkills_Malta jew ibagħtilna email fuq: info.eskills@eskills.org.mt

</> {...} JS
25 AVVIŻ BI ĦLAS
O
Il-muniti tal-milleżmi tal-1972 Il-wiċċ ta’ quddiem tal-muniti tal-1986/1991 Is-serje ta’ karti tal-flus tal-1989

Il-LIRA MALTIJA

Fis-16 ta’ Mejju 1972, il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħareġ l-ewwel serje ta’ muniti deċimali bbażata fuq il-Lira Maltija, li f’dak iż-żmien kienet bejn wieħed u ieħor l-ekwivalenti għal-Lira Sterlina. Kull Lira kienet tinqasam f’100 ċenteżmu, filwaqt li kull ċenteżmu kien jinqasam f’10 milleżmi.

9 MUNITI U 3 KARTI TAL-FLUS

Fil-bidu, inħarġu 8 muniti, li kienu l-50 ċenteżmu, l-10 ċenteżmi, il-5 ċenteżmi, iż-2 ċenteżmi, iċ-ċenteżmu, il-5 milleżmi, it-3 milleżmi u ż-2 milleżmi. Fil-15 ta’ Jannar 1973, imbagħad, inħarġu 3 karti tal-flus, sewwasew il-Lira, il-5 Liri u l-10 Liri. Munita oħra, dik tal-25 ċenteżmu, ġiet varata f’Ġunju tal-1975 sabiex tfakkar it-twaqqif tar-Repubblika ta’ Malta fi ħdan il-Commonwealth li seħħ fit-13 ta’ Diċembru 1974. Din kienet l-ewwel munita li bdiet turi

Fid-19 ta’ Mejju 1986 daħlet fis-seħħ serje ġdida ta’ 7 muniti. Dawn huma l-Lira, il-50 ċenteżmu, il-25 ċenteżmu, l-10 ċenteżmi, il-5 ċenteżmi, iż-2 ċenteżmi u ċ-ċenteżmu. Il-wiċċ ta’ quddiem tagħhom juri għażla ta’ fawna u flora, filwaqt li l Ma ġewx maħruġa muniti tal-milleżmi bħala parti minn din is-serje, għalkemm il-5 milleżmi, Apparti minn dawn, ġew prodotti wkoll il-karti tal-flus taż-2 Liri, tal-5 Liri, tal-10 Liri u tal-20 Lira. Dawn kienu jinkludu ritratt tal-E.T. Agatha Barbara, il-President tar-Repubblika ta’ Malta

Fl-1989, fl-okkażjoni tal-25 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza, inħarġet serje ġdida ta‘ karti tal-flus li ħadu post dawk tal-1986. F’din is-serje naraw l-allegorija ta‘ Malta minflok Barra minn hekk, il-muniti tal-1986 reġgħu ġew maħruġa fl-1991 sabiex isiru bl-emblema l-ġdida tar-Repubblika ta‘ Malta li kienet ġiet imżanżna fl-1988. Din turi verżjoni araldika tal-bandiera Maltija b’kuruna ta’ swar b‘5 torrijiet u bil-frie

Il-milleżmi li nħarġu fis-serje tal-1972 tneħħew formalment miċ

IL-QALBA GĦALL-EWRO

DIVERSI ĦARĠIET

jgħoddu u setgħu jiġu aċċettati bħala ħlas sal-31 ta’ Jannar 2008.
L-Ewro ħa post il-Lira Maltija bħala l-munita uffiċjali ta’ Malta b’rata fissa ta’ kambju ta’ 0.4293 kull Ewro mill-1 ta’ Jannar 2008. Il-karti tal-flus u l-muniti tal-Lira Maltija baqgħu
Minn żmien għal żmien kienet tinħass il-ħtieġa t’aktar muniti f
tant
l-1972 u l-2007 ġew varati 52 ħarġa b’kollox. Id-disinji rispettivi
għalkemm is-sena kienet tiġi
© 2020 Publishing
iċ-ċirkolazzjoni,
li bejn
kienu jinżammu l-istess,
aġġornata.
L-emblemi tar-Repubblika ta’ Malta tal-1974 (xellug) u tal-1988 (lemin)

L-MCA tieħu rwol ewlieni fil-BEREC

Mill-2009 ‘l hawn, il-Body of European Regulators for Electronic Communications, magħrufa aħjar bħala BEREC, bdiet taħdem lejn l-applikazzjoni effettiva fl-Unjoni Ewropea tar-regolamenti fuq servizzi elettroniċi talkomunikazzjoni li jittrattaw fost oħrajn ittelefonija fissa u mobbli kif ukoll l-Internet. L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) hija membru sħiħ tal-BEREC u matul dawn l-aħħar ħdax il-sena pparteċipat b’mod attiv fix-xogħol ta’ din l-organizzazzjoni.

Dan l-impenn kompla jissaħħaħ aktar minn qatt qabel hekk kif il-Kap Eżekuttiv tal-MCA, is-Sur Jesmond Bugeja, ġie elett biex iservi bħala Viċi Chair fil-Bord tar-Regolaturi tal-BEREC għas-sena 2021.

Bħala l-entità indipendenti mwaqqfa biex tassigura t-twettiq tar-regolamenti tas-settur tat-telekomunikazzjoni b’mod armonizzat għallbenefiċċju taċ-ċittadini Ewropej, BEREC hija magħmulha minn rappreżentanti għolja talawtoritajiet regolatorji nazzjonali minn kull stat membru tal-Unjoni Ewropea, bħalma hija l-MCA. Hija tassisti lil dawn l-awtoritajiet u lill-Kummissjoni Ewropea fl-implimentazzjoni tar-regolamenti, kif ukoll tipprovdi pariri esperti lill-Parlament u lill-Kunsill Ewropew fil-każ ta’ direttivi u regoli ġodda fis-settur diġitali.

28 AVVIŻ BI ĦLAS

Fl-ambitu tal-kompiti tagħha, il-BEREC tistabbilixxi linji gwida li regolaturi u l-industrija huma tenuti li josservaw, tirrapporta dwar suġġetti tekniċi, kif ukoll tagħti rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Il-BEREC torganizza l-attività tagħha abbażi tal-prijoritajiet strateġiċi ewlenin hekk kif stabbiliti mid-Direttivi, u talloka kompiti lil working groups differenti, li huma magħmula minn esperti tekniċi nominati minn kull awtorità regolatorja nazzjonali. Madwar erbgħin persuna fi ħdan l-MCA jipparteċipaw b’mod dirett filħidma tal-BEREC.

Bħala BEREC Vice-Chair għall-2021, is-Sur Bugeja se jkun qed jassisti liċ-Chair Belġjan, Michel Van Bellinghen, fit-twettiq tal-programm estensiv u ambizzjuż ta’ xogħol għas-sena d-dieħla u se jkun qed jipparteċipa f’interazzjonijiet uffiċjali malistituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u stakeholders oħrajn. Il-ħatra tiegħu saret mir-rappreżentanti tal-pajjiżi l-oħra kollha tal-Unjoni Ewropea wara elezzjoni interna fi ħdan il-BEREC.

Is-Sur Bugeja laqa’ din il-ħatra b’sodisfazzjon. “Din hi l-ewwel darba li l-MCA u Malta se jkunu qed jokkupaw kariga daqshekk importanti fil-BEREC. Hija sfida li nilqgħu b’sens ta’ responsabbiltà, b’impenn u b’determinazzjoni. Inqis din il-ħatra bħala sinjal tal-fiduċja tal-kollegi tagħna fl-Ewropa, għax-xogħol li qed tagħmel l-Awtorità kemm fl-isfera regolatorja lokali kif ukoll f’dik internazzjonali.”

Il-pandemija tal-Covid-19 għallmitna nagħrfu iżjed minn qatt qabel l-importanza li għandhom issistemi tal-komunikazzjoni elettroniċi. Il-konnettività kienet essenzjali sabiex fi żminijiet li ġabu magħhom ħafna restrizzjonijiet, tinżamm ċerta kontinwità filħajja ta’ kuljum permezz tal-mezzi ta’ komunikazzjoni bħall-broadband u t-telefonija.

F’dan ir-rigward, il-BEREC għandha rwol kruċjali biex tkompli ssaħħaħ il-kapaċitajiet diġitali talEwropa sabiex din tkun f’pożizzjoni tilqa’ sfidi attwali u futuri, bħall-kriżi Covid-19. Dan tagħmlu billi tassigura li jinżamm u jiġi implimentat qafas regolatorju modern li jippromovi l-kompetizzjoni, l-investiment kontinwu u l-innovazzjoni fis-settur talkomunikazzjonijiet elettroniċi li huwa ta’ bażi għal żvilupp f’setturi diġitali oħra.

Minħabba dan, il-programm ta’ xogħol tal-BEREC għas-sena 2021 jiffoka ħafna fuq il-promozzjoni tal-konnettività veloċi, it-tisħiħ ta’ swieq diġitali sostenibbli u miftuħa, u s-salvagwardja taddrittijiet tal-konsumaturi tas-servizzi elettroniċi talkomunikazzjoni. Dan permezz ta’ ‘l fuq minn erbgħin proġett jew attività li jkopru firxa wiesgħa ta’ suġġetti. F’laqgħa li saret ftit tal-ġranet ilu, il-BEREC assenjat lisSur Bugeja numru ta’ attivitajiet li se jkollu l-kompitu li b’mod dirett jissorvelja t-twettiq tagħhom.

Waħda mill-attivitajiet tikkonċerna r-reviżjoni tarRoaming Regulation. Il-Kummissjoni Ewropea hija mistennija li tippubblika l-proposta leġiżlattiva tagħha għar-reviżjoni ta’ dan ir-regolament li tant kien ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini Ewropej billi assigura li dawn iħallsu rati bħalma jħallsu f’pajjiżhom meta jkunu roaming f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea. Il-BEREC mistennija titlob opinjoni formali mill-Kummissjoni fuq dawn il-proposti l-ġodda bil-għan li tassigura li jingħata l-input tekniku neċessarju sabiex dawn irregolamenti jibqgħu adatti għaċ-ċirkostanzi tal-lum.

Aspett ieħor assenjat huwa l-opinjoni talBEREC fuq abbozzi ta’ rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Kummissjoni dwar l-aċċess talinfrastruttura tal-komunikazzjoni. Din l-inizjattiva tinvolvi l-aġġornament tal-istrumenti eżistenti sabiex jirriflettu b’mod aħjar l-iżviluppi leġiżlattivi, regolatorji, ekonomiċi u teknoloġiċi. Se ssir ukoll evalwazzjoni u aġġornament ta’ linji gwidi interni adottati mill-BEREC fl-ambitu tal-analiżi kompetittiva tas-swieq, b’din l-attività wkoll titpoġġa taħt ilportafoll tas-Sur Bugeja.

Barra minn hekk, huwa se jkun qed jissorvelja wkoll l-Istrateġija tal-Komunikazzjoni tal-BEREC li permezz tagħha l-BEREC tkun qed timplimenta miżuri biex tinforma liċ-ċittadini Ewropej u lil stakeholders oħra fuq aspetti varji trattati mir-regolamentazzjoni tas-settur tat-telekomunikazzjoni.

Permezz tal-ħidma tas-Sur Bugeja fir-rwol ta’ Viċi Chair, kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-MCA fil-working groups u strutturi oħra tal-BEREC, Malta se tkun qed tikkontribwixxi għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ regolamenti indipendenti, konsistenti u ta’ kwalità għolja fis-swieq diġitali, għall-benefiċċju tal-Ewropa u taċ-ċittadini tagħha.

29
AVVIŻ BI ĦLAS

Armati sa snienhom...

bil-pniezel
u l-kuluri
30 Hemm aktar minn 300 minn dawn il-pitturi – uħud minnhom saħansitra skoperti dan l-aħħar
minn

“For some must watch, while others sleep, so runs the world away.” Xi ħadd, xi darba, kiteb dan il-vers – meħud (mhux kelma b’kelma) minn Hamlet ta’ William Shakespeare – taħt pittura mdaqqsa li għamel fuq wieħed mill-ħitan tal-Main Guard, fil-Belt Valletta. Aktarx li qatt ma se nkunu nafu min kien, iżda żgur li b’dak il-vers ġabar il-qofol tal-funzjoni għassiesa ta’ din il-binja li għandha elf storja x’tirrakkonta permezz tal-pitturi li hu u sħabu ħallew warajhom fuq dawk il-ħitan.

Il-binja tal-Main Guard, li llum tinsab taħt il-ħarsien ta’ Heritage Malta flimkien mal-Palazz tal-Gran Mastru faċċata tagħha f’Misraħ San Ġorġ, aktarx li nbniet lejn il-bidu tas-seklu sbatax mill-Gran Mastru Alof de Wignacourt biex isservi bħala l-kwartieri tal-għassiesa tal-Palazz. Għal aktar minn 350 sena, sal-bidu tassnin 70 tas-seklu 20, il-binja baqgħet taqdi l-istess funzjoni, tant li l-ħakkiema Ingliżi tawha l-isem ta’ Main Guard li bih għadna nafuha llum. Taħt il-ħakma Ingliża, madankollu, il-faċċata tal-binja ma baqgħetx kif ħallewha l-Kavallieri għax l-Ingliżi bnewlha portiku bil-kolonni fuq stil neoklassiku akkademiku, kif għadna naraw sal-lum.

Kien ukoll fi żmien l-Ingliżi li tpittru l-mijiet ta’ kwadretti li lilhom hi ddedikata din il-kitba. Fil-parti l-kbira tagħhom, dawn il-kwadretti jinsabu f’dik li kienet l-Officers’ Mess, jiġifieri s-sala fejn is-suldati Ingliżi li xogħolhom kien li jgħassu l-Palazz kienu jieklu u jistrieħu waqt li jistennew il-ħin isir għax-xift li jmiss. Wieħed mill-modi kif issuldati kienu jqattgħu l-ħin kien billi jpittru xenetti fuq il-ħitan.

Kif spjegali Anthony Spagnol, Konservatur Anzjan ma’ Heritage Malta, hemm aktar minn 300 minn dawn ilpitturi – uħud minnhom saħansitra skoperti dan l-aħħar, waqt li għaddej ix-xogħol ta’ konservazzjoni u restawr fuqhom. U żgur li hemm oħrajn li huma moħbijin għal raġunijiet varji msemmija aktar ’l isfel.

Waħda mill-konservaturi li qed jaħdmu bir-reqqa fuq il-proġett tal-pitturi tal-Main Guard

31

Kull intervent ivarja minn pittura għal oħra biex isir l-aħjar wieħed possibbli għal kull waħda

Il-pittura li turi l-inċident fejn suldat spiċċa korrut gravi jew mejjet

Mhux il-pitturi kollha huma datati, l-istess kif mhux kollha huma ffirmati, imma l-eqdem data li tidher hija dik tal-1814. Ħdejn ħafna mill-pitturi hemm numru, li jindika li kien hemm żmien meta l-pitturi kienu jiġu katalogati. Madankollu bejn numru u ieħor spiss hemm diversi numri neqsin, u l-katalgu nnifsu qatt ma nstab. Numru ta’ kwadretti jidher li saru millistess id – jew għaliex huma ffirmati jew għax għandhom karatteristiċi simili għal xulxin. Li hu żgur hu li biex saru l-pitturi ntużaw mezzi differenti – minn lapes għal linka għal akkwarelli, gouache u żejt.

Iżda x’juru dawn il-kwadretti, nistħajjilkom tistaqsu? Dawra mas-sala turina varjetà wiesgħa ta’ xogħlijiet li kull wieħed minnhom jesprimi emozzjoni, tifkira jew saħansitra l-karattru ta’ min pittru. Niltaqgħu fost oħrajn ma’ nisa blgħonnella u oħrajn bi lbies u pożi aktar senswali u seduċenti; qassisin u isqfijiet; suldati f’parati jew waqt xi ġlieda; xeni mpittrin b’ton sarkastiku li jxaqilbu lejn karikaturi; badges u uniformijiet militari; xena kbira tax-Xmara Nil datata 1884-5; wiċċ ta’ xitan jitbissmilna b’ħarsa mqarba; u fuq iċ-ċumnija tal-fuklar allegorija taż-żmien, fejn naraw xwejjaħ b’minġel li l-ponta tiegħu kienet twassal sa ħdejn arloġġ – mhux impitter imma reali, li maż-żmien tneħħa – u l-kwotazzjoni minn Shakespeare msemmija aktar ’il fuq.

32

Dan l-aspett ta’ taħlit bejn oġġetti reali u oġġetti mpittrin jirrepeti ruħu drabi oħra f’din is-sala. Hekk naraw, ngħidu aħna, pittura ta’ azzarin militari mdendel minn mal-fuklar, pittura ta’ kowt imdendel ma’ grampun reali, u pittura ta’ żewġ bnadar kbar b’arbli mdaħħlin f’ħoloq reali, kif imsemmi iktar ’l isfel.

F’żewġt ikmamar żgħar li jmissu malOfficers’ Mess hemm impittrin skeletri ta’ bnedmin, fosthom wieħed liebes iċ-ċoqqa ta’ patri u ieħor mimdud fuq wara ta’ armarju li jekk ma tkunx taf bih jaf jagħtik togħma li tibqa’ tiftakarha! It-tema ta’ mewt u skeletri tkun diġà ħadt dewqa tagħha qabel tgħaddi mill-Officers’ Mess għal dawn iż-żewġt ikmamar, għax impittrin ħdejn il-bieb hemm żewġ skeletri oħra, wieħed fuq kull naħa. Irraġuni għala tpittru dawn l-iskeletri kollha għadha mhix magħrufa.

Waħda mill-pitturi li jxaqilbu lejn karikatura

Ix-xogħol isir b’attenzjoni kbira biex ma ssirx riinterpretazzjoni tas-suġġett tal-pittura

NILTAQGĦU FOST OĦRAJN MA’ NISA BL-GĦONNELLA U OĦRAJN BI LBIES U POŻI SEDUĊENTI; QASSISIN U ISQFIJIET; U XENI LI JXAQILBU LEJN KARIKATURI. 33

L-OPPORTUNITÀ

Pittura oħra, li tirrakkonta ġrajja li għad trid tiġi mikxufa f’iżjed dettall, tinsab fl-indana tat-taraġ dejjaq li minnu s-suldati kienu jinżlu biex mill-Officers’ Mess isibu ruħhom direttament f’Misraħ San Ġorġ. Din ix-xena turi inċident, li seħħ tassew, fejn suldat kien nieżel it-taraġ mgħaġġel, tgerbeb, u spiċċa korrut gravi jew mejjet.

Bażikament, kif spjegali s-Sur Spagnol, il-pitturi jistgħu jinqasmu fi tliet kategoriji ewlenin: ix-xeni li juru r-rabta mal-ħajja militari; dawk li juru l-ħajja ta’ kuljum kif kienu jesperjenzawha s-suldati; u dawk li sempliċiment jesprimu l-gost tat-tpinġija. Dawn tal-aħħar huma xeni li min pittirhom ikkopjahom minn stampi u litografiji. Bis-saħħa ta’ riċerka li għaddejja bħalissa fuq il-pitturi tal-Main Guard, grazzi għallgħajnuna ta’ esperti fis-suġġett, qed isir magħruf ukoll liema kienu l-istampi u l-litografiji oriġinali li minn fuqhom saru l-kopji fuq il-ħitan. Pubblikazzjonijiet minn fejn setgħu ġew ikkopjati l-istampi jinkludu fost oħrajn The Graphic u The Illustrated London News.

L-aħħar pitturi li saru jmorru lura għall-1972, meta Adrian Strickland pinġa żewġ bnadar kbar b’tifkira ta’ tnejn oħra li kienu mwaħħlin mal-ħajt tassew, tant li fil-post għad hemm il-ħoloq li fihom kienu jidħlu l-arbli tagħhom. Strickland irrispetta l-kwadretti li kien hemm diġà fuq il-ħajt, billi pitter il-bnadar b’tali mod li jidhru għaddejjin minn taħt il-kwadretti.

S’issa jidher li l-valur tal-pitturi tal-Main Guard huwa aktar storiku milli artistiku. Kif qal is-Sur Spagnol, sal-lum ma hemm l-ebda indikazzjoni li f’dawn il-pitturi kienu involuti xi artisti prominenti. Madankollu kull min ħalla l-marka tiegħu fuq il-ħitan jidher li kellu ċertu potenzjal u inklinazzjoni lejn iddisinn u l-pittura.

Ma rridux ninsew lanqas li huwa aħna, illum, li qed inħarsu lejn dawn il-pitturi minn lat storiku. Dawk li pittruhom ma ħarsux lejhom bl-istess mod, tant li mhux l-ewwel darba li għattew pitturi eqdem biex fuq dawk l-istess spazji jagħmlu l-pitturi ġodda tagħhom u b’hekk jiddokumentaw il-preżenza tagħhom. L-etika tal-konservazzjoni f’dan il-każ titlob li sakemm ma tistax issalva wkoll dak li hemm fuq is-saff ta’ barra, ma tippruvax tikxef dak li hemm mistur fis-saffi ta’ taħt. Dan ifisser li l-pitturi kollha huma trattati bl-istess importanza u waħda ma tiġix salvata a skapitu ta’ oħra.

Ix-xogħol li qed isir fuq il-pitturi tal-Main Guard jikkonsisti f’konservazzjoni kif ukoll restawr. Filwaqt li l-konservazzjoni qed tieħu ħsieb il-waqfien tad-deterjorazzjoni bi proċessi li jvarjaw skont il-medium użat biex saret kull pittura, ir-restawr jikkonċentra fuq il-mod kif il-pitturi se jiġu ppreżentati lillpubbliku, b’attenzjoni kbira biex ma ssirx riinterpretazzjoni tassuġġett. Fi kliem ieħor, dan ifisser li jekk, ngħidu aħna, hemm parti minn pittura nieqsa, ir-restawratur ma jaqbadx u jpitter

34
META JKOLLOK
LI TARA MILL-QRIB LIR-RESTAWRATURI JAĦDMU FUQ DAWN IL-KWADRETTI, TAPPREZZA AKTAR IR-REQQA LI BIHA QED JAĦDMU.

il-parti n-nieqsa, lanqas jekk kultant ikollu dokumentazzjoni li turih kif kienet il-pittura oriġinali. Minflok, li jsir huwa dak li jissejjaħ “integrazzjoni newtrali”, biex ikun hemm indikazzjoni ċara tad-differenza bejn dak li għamel l-artist oriġinali u dak li sar fl-intervent tar-restawratur.

Meta jkollok l-opportunità li tara mill-qrib lir-restawraturi jaħdmu fuq dawn il-kwadretti, tapprezza aktar ir-reqqa li biha qed jaħdmu, gwidati minn studji xjentifiċi u storiċi profondi li saru fuq kull wieħed minn dawn ix-xogħlijiet. Fost aspetti oħra, tiġi studjata t-teknika ta’ kif saret il-pittura, issir investigazzjoni xjentifika bi dwal apposta li juru interventi preċedenti ta’ restawr, u jiġi dokumentat kull pass li jsir. Kif spjega s-Sur Spagnol, kull intervent ivarja minn pittura għal oħra biex isir l-aħjar wieħed possibbli għal kull pittura partikolari. Assolutament mhux il-każ li dak li jgħodd għal waħda jgħodd għal oħra wkoll.

Ta’ min jgħid ukoll li ċerti interventi li saru f’restawr preċedenti ma jistgħux jitneħħew, għax hemm il-possibbiltà li ssir aktar ħsara lill-pitturi. L-aħħar interventi ta’ restawr li saru aktarx li kienu dawk ta’ Emvin Cremona fis-snin 1944-45, kif tixhed plakka ċkejkna tal-injam imwaħħla fuq ħajt fl-Officers’ Mess.

Il-ħsieb aħħari ta’ Heritage Malta hu li x-xogħol fil-binja talMain Guard ikompli għaddej id f’id mal-proġett estensiv li qed isir fil-Palazz tal-Gran Mastru. Meta x-xogħlijiet jitlestew, il-Palazz ikun jista’ jitgawda fl-isplendur kollu tiegħu filwaqt li l-binja talMain Guard tibda sservi bħala ċentru ta’ interpretazzjoni għassiti kollha ta’ Heritage Malta fil-belt kapitali.

il-ħitan

35
Anthony Spagnol, Konservatur Anzjan ma’ Heritage Malta Eżempju ta’ xena li ġiet ikkopjata minn fuq stampa jew litografija Waħda mill-pitturi fuq tal-Officers’ Mess fil-Main Guard

OPINJONI

L-EŻITU TAL-ELEZZJONI AMERIKANA U

T-TRIQ ’IL QUDDIEM

L-elezzjoni ta’ din is-sena fl-Istati Uniti kienet waħda mill-iżjed turbulenti fl-istorja Amerikana, bejn minħabba l-karattru tal-President uxxenti Donald Trump u bejn minħabba ċ-ċirkostanzi kif żvolġew, speċjalment fl-isfond talpandemija Covid-19 u l-voti bil-posta.

Bħalma kien mistenni, Biden rebaħ il-vot popolari, iżda għalkemm mirbuħ ukoll minn Biden, il-kulleġġ elettorali kien ħafna iktar kompettitiv. Il-mod kif issir l-elezzjoni presidenzjali Amerikana huwa differenti minn kwalunkwe elezzjoni oħra, għaliex huma l-istati u l-eletturi tagħhom li jeleġġu lill-President u mhux il-poplu bil-vot dirett tiegħu. Fis-sena 2016, pereżempju, Hillary Clinton ġabet 2.8 miljun vot aktar minn Donald Trump, imma Trump rebaħ aktar stati u aktar eletturi u għaldaqstant kien hu li sar President.

Issib ħafna min jgħidlek li din sistema inġusta, u għalhekk huma ħafna tal-opinjoni li l-elezzjoni għandha ssir kif isiru elezzjonijiet oħrajn, b’min jirbaħ il-vot popolari jirbaħ il-Presidenza. Iżda għalkemm dejjem iqum dibattitu rigward dan is-suġġett, s’issa jidher li s-sitwazzjoni ser tibqa’ kif inhi, anke jekk numru ta’ stati għandhom leġiżlazzjoni li tgħid li l-eletturi ta’ dak l-istat għandhom imorru għand min iġib il-vot popolari. Dan għaliex l-istati li huma meqjusin bħala swing states, li daqqa jivvutaw naħa u daqqa jivvutaw oħra, għandhom pożizzjoni ferm vantaġġjuża u għaldaqstant ma jridux li jdaħħlu leġiżlazzjoni simili għal stati oħrajn: jippreferu li s-sistema tibqa’ kif inhi, u li huma jingħataw aktar poter u aktar attenzjoni minn stati oħra.

Il-kulleġġ elettorali u l-voti bil-posta

Il-kulleġġ elettorali ħiereġ mill-istorja Amerikana, fejn insibu li fis-sena 1787 kien sar kompromess waqt il-konvenzjoni kostituzzjonali bejn l-istati li kienu kkunsidrati Free States u dawk li kienu kkunsidrati Slave States. Biex l-istati li kellhom numru kbir mill-popolazzjoni tagħhom skjavi ma jkunux żvantaġġjati, u għaldaqstant parti mill-popolazzjoni tal-iskjavi tgħodd bħallikieku kienu nies li jistgħu jivvutaw u mhux proprjetà (bħalma kienet tikkunsidrahom il-liġi dak iż-żmien), twieled il-kulleġġ elettorali. Minn dakinhar ’l hawn, is-sistema baqgħet relattivament l-istess.

Kunċett ieħor li ġej mill-istorja Amerikana huwa dak ta’ voti bil-posta. Għaliex hemm permess biex ikun hemm voti bil-posta? Jekk inħarsu lura f’dan ir-rigward naraw li dan il-kunċett daħal minħabba li kien ikollok suldati li qegħdin jiġġieldu u li allura jinsabu ’l bogħod minn darhom. Għaldaqstant dawn is-suldati kienu jingħataw l-opportunità li jivvutaw permezz ta’ dawk li jsejħulhom mail in ballots. Naturalment, minħabba li din is-sena kellna l-pandemija tal-Covid-19, kellek ħafna aktar nies minn qabel li użaw dan il-metodu biex jivvutaw, b’ħafna minnhom ikunu Demokratiċi.

minn Dott. Brendan Zerafa
36

Dan għaliex filwaqt li l-kampanja ta’ Biden iffukat fuq il-voti bil-posta u ġabet l-argument li n-nies aħjar jivvutaw bil-posta biex iħarsu saħħithom, Trump u l-kampanja tiegħu ġabu l-argument li bil-voti bil-posta jista’ jkun hemm frodi elettorali.

Meta nħarsu lejn it-turnout totali nsibu li Biden ġab l-akbar ammont ta’ voti fl-istorja Amerikana, u li l-prestazzjoni ta’ Trump ta’ din is-sena kienet tajba biżżejjed ukoll biex iġġib it-tieni l-akbar ammont ta’ voti fl-istorja Amerikana. Għaldaqstant nistgħu ngħidu li ż-żewġ kampanji għamlu suċċess bil-modi differenti tagħhom.

Għaliex bqajna nistennew u battalji legali

Il-voti li jaslu bil-posta jieħdu aktar ħin biex jiġu proċessati. Allura lejlet l-elezzjoni spiċċajna b’sitwazzjoni fejn kellek lil Donald Trump qiegħed ħafna minn quddiem għaliex kellek ħafna voti Demokratiċi li kienu għadhom ma ġewx magħduda. Kien għalhekk li Trump beda jsejjaħ biex jieqfu jingħaddu dawn il-voti bil-posta, għaliex kieku ġara hekk kien jispiċċa hu r-rebbieħ.

Biss dan ma sarx, u wara li Biden baqa’ jżid il-voti tiegħu u saħansitra qabeż lil Trump f’erba’ stati li huma kkunsidrati swing states (jiġifieri Wisconsin, Michigan, Pennsylvania u Georgia), rajna li Trump beda jiftaħ diversi kawżi legali biex jipprova jannulla diversi voti li waslu wara d-data tal-elezzjoni. Apparti hekk, kien hemm kawżi wkoll li fihom ġew allegati nuqqasijiet fil-mod kif l-aġenti Repubblikani ma setgħux iħarsu sew lejn kif kienu qegħdin jingħaddu l-voti.

Jidher li l-ebda kawża ma kellha tibdil li jista’ jkollu impatt fuq ir-riżultat elettorali, u infatti l-media Amerikana qed tikkaratterizza l-kawżi mill-kampanja ta’ Trump bħala kawżi kemxejn longshot. B’dawn il-fatti quddiem għajnejna, ma nkunux żbaljati jekk il-kawżi ta’ Trump insejħulhom frivoli.

It-triq ’il quddiem

Hija mistoqsija li kulħadd qed jagħmel bħalissa: L-amministrazzjoni ta’ Joe Biden kif ser tkun, min ser ikun hemm fiha, u x’politika ser ikollha? Huma ħafna li qed jistennew li Biden jadotta politika viċin ħafna ta’ Barack Obama (li hu serva bħala Viċi President tiegħu). Ma jkunx sejjer żbaljat min jistenna hekk.

Madankollu rridu ninnutaw li biex iwettaq il-bidliet li jixtieq, Biden għandu bżonn kemm maġġoranza fil-Kamra tar-Rappreżentanti kif ukoll fis-Senat. Fil-Kamra tar-Rappreżentanti ser ikollu l-maġġoranza neċessarja, imma fis-Senat s’issa jidher li kollox huwa bilanċjat. Interessanti l-fatt li minħabba r-regoli speċjali ta’ kif isiru l-elezzjonijiet fl-istat ta’ Georgia, ser ikollna żewġ runoff elections fil-5 ta’ Jannar tas-sena d-dieħla. Biex ikollhom maġġoranza fis-Senat (permezz tal-casting vote tal-Viċi President li ser tkun qed tippresjedi s-Senat), id-Demokratiċi jridu jirbħu dawn iż-żewġ elezzjonijiet f’dan l-istat tradizzjonalment Repubblikan imma li Biden irnexxielu jirbaħ din is-sena.

Jekk ikollu dawn il-maġġoranzi, Biden ikun jista’ jwettaq diversi bidliet. Fis-settur tas-saħħa, pereżempju, insibu li Biden irid ikompli jibni fuq il-polza tal-assigurazzjoni li daħħal Obama. Ma rridux ninsew li l-Amerka għandha sistema differenti għallaħħar minn dik Ewropea. Hemmhekk jekk ma jkollokx assigurazzjoni ma tinqediex. Huwa għalhekk li Obama kien daħħal polza tal-assigurazzjoni ġdida permezz tal-Affordable Care Act. Iżda għalkemm din is-sistema wriet titjib ċar, għal ħafna xorta ma kinitx biżżejjed u għaldaqstant għandek numru ta’ politiċi fil-Partit Demokratiku li qed jimbuttaw is-sistema Medicare for All (Medicare hija polza oħra tal-assigurazzjoni li sservi lill-anzjani Amerikani). Biden, madankollu, ma jidhirx li ser jimxi f’dik id-direzzjoni. Fejn tidħol l-immigrazzjoni, imbagħad, nistennew li l-politika ta’ Trump tiġi mormija fl-intier tagħha, u anke li jkun hemm moviment biex immigranti li ilhom jgħixu fl-Istati Uniti għal numru ta’ snin issa jkunu jistgħu jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom.

Jekk min-naħa l-oħra nħarsu lejn il-politika barranija, nistennew li Biden ikun miftuħ iżjed għall-multilateraliżmu, meta Trump kien aktar iħares lejn l-unilateraliżmu. Iżda hawnhekk it-tibdil jista’ ma jkunx kemm wieħed jixtieq, anke għaliex il-politika barranija Amerikana għandha influwenza kbira miċ-ċivil Amerikan. Għaldaqstant, għalkemm fil-passat kellek ħafna presidenti li ħarsu lejn il-multilateraliżmu (fosthom Bill Clinton u Barack Obama), xorta waħda l-Amerka minn wara l-Gwerra Bierda ’l hawn nistgħu ngħidu li bdiet miexja aktar lejn l-unilateraliżmu.

37

POLITIKA LI TISMA’ DIRETT MINGĦAND IL-BDIEWA U R-RAĦĦALA ”

Il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet talAnnimali organizza laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-bdiewa u r-raħħala nhar it-Tlieta 24 ta’ Novembru f’Malta u nhar ilĠimgħa 27 ta’ Novembru f’Għawdex. Dan kien eżerċizzju fejn inkomplu nisimgħu direttament mingħand il-bdiewa u r-raħħala nfushom dwar ilbżonnijiet u d-diffikultajiet tas-settur, bil-ħsieb li tkun tista’ tkompli titfassal politika li tagħmel lis-settur agrikolu aktar sostenibbli u li tpoġġi l-interessi tal-bdiewa u r-raħħala fiċ-ċentru tagħha.

Dawn il-laqgħat jikkumplimentaw il-ħidma kontinwa tal-Gvern, li qed jaħdem bis-sħiħ biex is-settur agrikolu jkompli jissaħħaħ u hekk tikber l-importanza u l-istima li jixraqlu dan is-settur. Dan għaliex nemmnu li s-settur agrikolu għandu potenzjal qawwi, speċjalment fl-ekonomija ta’ pajjiżna. L-għan ta’ dawn il-laqgħat kien li l-bdiewa u r-raħħala jsemmgħu leħinhom, jiġi diskuss ilprogress li sar fl-implimentazzjoni tal-politika nazzjonali tal-agrikoltura, is-servizzi offruti millMinisteru, kif jistgħu jiġu mħajra bdiewa żgħażagħ biex jaħdmu fis-settur agrikolu, u x’għajnuniet u investimenti jixtiequ jimplimentaw fiż-żmien li ġej li jistgħu jiġu ffinanzjati minn fondi Ewropej.

38 AVVIŻ BI ĦLAS

Waqt il-laqgħat, il-bdiewa u r-raħħala spjegaw ilpreokkupazzjonijiet tagħhom filwaqt li ġew diskussi diversi suġġetti fosthom l-importanza tal-estensjoni ta’ New Water, id-diffikultajiet li jiffaċċjaw fuq permessi ta’ żvilupp millawtoritajiet konċernati, il-bżonn li l-bdiewa jkunu koperti b’polza t’assigurazzjoni f’każ ta’ sena ħażina jew ħsarat, u għajnuna akbar fil-mili tal-applikazzjonijiet għall-fondi Ewropej, fost punti oħrajn. F’dawn il-laqgħat spikkat il-preżenza ta’ diversi koperattivi u NGOs fis-settur. Uħud minnhom, bħallKoperattiva tal-Produtturi tal-Ħalib, saħqu fuq l-importanza li l-bdiewa għandhom jingħaqdu f’organizzazzjonijiet sabiex jimmassimizzaw l-opportunitajiet li toffri l-Unjoni Ewropea u l-fondi disponibbli għal dawn l-organizzazzjonijiet. Koperattivi oħrajn, bħal dik tan-naħal, saħqu dwar l-importanza li skemi futuri għall-għajnuna minn fondi tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu aktar aċċessibbli għal dan is-settur tant importanti. Fost punti oħra interessanti li ġew diskussi kien hemm proposti li

ġew direttament mingħand il-bdiewa, fosthom idea ta’ smart farming, li titwaqqaf ditta lokali ta’ prodotti ffriżati, kif ukoll proposta bħal skema li tinċentiva l-bdiewa biex jaqilbu minn metodi konvenzjonali għal agrikoltura organika u li din tista’ tħajjar żgħażagħ jidħlu fis-settur.

Dawn il-laqgħat ta’ konsultazzjoni, li saru b’kollaborazzjoni mal-MEUSAC, kienu suċċess kemm għall-attendenza numeruża ta’ bdiewa u raħħala li attendew kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, kif ukoll għal-livell ta’ diskussjoni matura u proposti interessanti mressqa minn dawk preżenti. Fid-dawl ta’ dawn il-laqgħat kif ukoll fid-dawl tar-Riforma fil-Politika Agrarja Komuni għall-perijodu tal-2021 sal-2027, il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali se jkompli din il-politika li jisma’ dirett mingħand il-bdiewa u r-raħħala billi se jkun qed jorganizza laqgħat individwali ma’ koperattivi ta’ setturi agrikoli differenti matul is-sena l-ġdida.

Bjorn Azzopardi huwa d-Direttur għall-Iżvilupp ta’ Politika u l-Implimentazzjoni tal-Programmi (PDPID) fi ħdan il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali (MAFA)

39
il-laqgħat jikkumplimentaw il-ħidma kontinwa tal-Gvern li qed jaħdem bis-sħiħ biex is-settur agrikolu jkompli jissaħħaħ u hekk tikber l-importanza u l-istima li jixraqlu
is-settur.
Dawn
dan
AVVIŻ BI ĦLAS

Is-settur tat-teknoloġija ta’ Malta wera reżiljenza qawwija matul l-2020, kemm fl-infrastruttura kif ukoll f’termini bilValur Gross Miżjud. Hija waħda mit-tliet industriji li lokalment esperjenzaw tkabbir matul din is-sena tant turbulenti, peress li l-investiment fl-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp ma waqafx matul il-pandemija. Bla dubju, hemm tama u aspettattiva li l-2021 se tkun sena bil-kontra ta’ din is-sena. Din il-bidla lejn ittrasformazzjoni diġitali se tkompli u Tech.mt se tibqa’ impenjata li tkun involuta b’mod proattiv fil-ġenerazzjoni tal-momentum.

Il-produttività fis-settur tat-teknoloġija f’Malta rat l-akbar żieda matul dawn l-aħħar għaxar snin, li tirrifletti l-pedament qawwi tas-settur kif ukoll l-attrazzjoni ta’ Malta inkluż: ilħaddiema kwalifikati f’dan is-settur; istituzzjonijiet edukattivi b’saħħithom; infrastruttura robusta tat-telekomunikazzjoni, u diversi inċentivi li jkomplu jsaħħu l-attrazzjoni ta’ Malta. Din issena kienet waħda ta’ riskju, mhux biss għall-adattament għallpandemija, iżda wkoll għall-adattament għal futur aktar diġitali.

Żieda fl-istudju diġitali fost is-soċjetà, flimkien ma’ żviluppi kontinwi fis-settur tal-ICT, wasslu għal titjib sinjifikanti filValur Gross Miżjud (GVA). Meta tqabbel il-GVA għall-ICT fl-2019 mal-2020, kien hemm żieda ta’ 6.5% matul it-tielet kwart tal2020. Din iż-żieda seħħet minkejja li ffaċċjat pandemija globali. Ittrasformazzjonijiet diġitali tas-sistema ekonomika kkontribwew għall-momentum tas-sistema nnifisha li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja u l-valur tal-prodotti u s-servizzi. Minkejja li qed jiffaċċja sfidi ġodda, il-GVA baqa’ jiżdied, u huwa prova tar-reżiljenza tassettur tat-teknoloġija. Il-produttività fis-settur teknoloġiku, inklużi ħaddiema b’ħiliet f’dan il-qasam tax-xogħol, tikkontribwixxi għal din iż-żieda fil-Valur Gross Miżjud fejn Malta tkompli tikber aktar

L-għan tagħna huwa li niġġeneraw il-momentum tas-settur tat-Teknoloġija f’Malta

b’saħħitha kontra kull ostaklu. Meta jitqabbel it-tielet kwart tal2019 ma’ dak tal-2020, wieħed għandu jinnota wkoll żieda ta’ 14.4% fl-indiċi tas-servizz fir-rigward tas-servizzi fl-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni.

Malta ħadmet kontinwament biex tistabbilixxi oqfsa regolatorji ġodda f’konformità mal-iżvilupp ta’ dan is-settur. F’dawn l-aħħar snin, kienu fis-seħħ tliet strumenti leġiżlattivi biex ifasslu l-aspett regolatorju ta’ dan is-suq, fosthom l-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali (MDIA), l-Awtorità Arranġamenti u Servizzi Teknoloġiċi Innovattivi (ITAS) u l-Awtorità tal-Assi Finanzjarji Virtwali (VFAA). Li jkun hemm qafas ta’ edukazzjoni b’saħħitha f’dan il-qasam kif ukoll qafas regolatorju sod ikompli jimbotta lil Malta biex tippożizzjona ruħha bħala ċentru eċċellenti u innovattiv għat-teknoloġija diġitali f’dan issettur li dejjem jiżviluppa.

Matul is-snin, Malta wriet li hija reżiljenti u kapaċi tirnexxi u tikber minkejja li qed tiffaċċja kwistjonijiet globali. Hemm potenzjal enormi għas-settur tat-teknoloġija lokali peress li m’hemm l-ebda dubju li l-futur huwa diġitali. Malta tinsab f’pożizzjoni tajba biex tkompli ssaħħaħ dan is-settur, u Tech.mt se tibqa’ kruċjali biex tiżgura li t-teknoloġija u l-pjattaformi diġitali jintużaw bl-aħjar mod possibbli, filwaqt li tiġi żgurata ekonomija li tkun ibbażata fuq ir-reżiljenza diġitali u l-innovazzjoni diġitali.

tech.mt

techmt.contact@tech.mt Tech.mtMalta tech-mt @tech.mtmalta @TechmtMalta

40 AVVIŻ BI ĦLAS

INĦARSU

‘L QUDDIEM GĦAŻ-ŻMIEN LI ĠEJ

F’dawn iż-żminijiet straordinarji, jeħtieġ li l-azzjonjiet tagħna jkunu daqstant eċċezzjonali lejn min l-aktar li għandu bżonn l-għajnuna. L-ikbar prijorità teħtieġ li tkun ir-ruħ soċjali tagħna u r-rieda li ħadd ma jitħalla barra mis-suċċess ekonomiku.

Dan il-Milied se jkun differenti minn dawk kollha li niftakru flistorja riċenti. Fejn qatt kellna staġun tal-festi fejn l-appell kien biex ma niltaqgħux?

F’dawn iż-żminijiet straordinarji, jeħtieġ li l-azzjonjiet tagħna jkunu daqstant eċċezzjonali lejn min l-aktar li għandu bżonn l-għajnuna. L-ikbar priorità teħtieġ li tkun ir-ruh soċjali tagħna u r-rieda li ħadd ma jitħalla barra mis-suċċess ekonomiku. Minbarra li ma titħalla barra ebda persuna, irridu niżguraw li ma nitfgħux fil-ġenb lil dawk is-setturi li jikkontribwixxu lejn l-iżvilupp ħolistiku tagħna.

Proprju għalhekk li ninsab kburi bil-ħidma li qed tiġi mwettqa mill-Fond Socjali u għall-Iżvilupp Nazzjonali (NSDF). Din l-aġenzija tal-Gvern tikkontribwixxi lejn proġetti kbar ta’ importanza nazzjonali u tassisti fi proġetti ta’ interess pubbliku u li jgħinu fis-setturi tal-edukazzjoni u riċerka, fl-aspetti soċjali, fl-innovazzjoni, fil-ġustizzja, inizjattivi ta’ xogħol, l-ambjent u s-saħħa pubblika, fost oħrajn.

Proprju ftit tal-jiem ilu żort l-uffiċċju ta’ din l-aġenzija, fejn ħabbarna li fiż-żmien li ġej, se tkun qed tinvesti f’aktar proġetti nazzjonali għall-ġid tal-komunità kollha. Bis-saħħa ta’ investimenti li ħarġu minn dan il-fond, għaqdiet nongovernattivi bħalma hi l-Caritas gawdiet minn €1.5 miljun f’għotja diretta sabiex isir xogħol ta’ tkabbir u rinovazzjoni fil-faċilitajiet tagħha, fejn tkompli tilqa’ u tgħin lil dawk vulnerabbli fis-soċjetà.

Mill-fondi ddepożitati fil-Fond, tħabbru proġetti ta’ investiment ta’ madwar €91.5 miljun fl-oqsma tas-saħħa, tal-akkomodazzjoni soċjali, u tal-isport, fost oħrajn. Saru

investimenti ta’ madwar €950,000 f’cathsuites fl-isptar Mater Dei, kif ukoll rinovazzjoni ta’ diversi ċentri tas-saħħa u bereġ madwar Malta u Għawdex sabiex tingħata kura xierqa ta’ saħħa lil kulħadd. Ftit tal-ġimgħat ilu, tħabbar ukoll ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Fondazzjoni Puttinu Cares li seta’ jimmaterjalizza għax il-gvern seta’ jagħti s-sostenn tiegħu permezz tal-NSDF. Meta jiġi ffirmat il-konvenju għax-xiri tal-proprjetà, il-Fond se jgħaddi €5 miljun lill-Puttinu flimkien ma’ pagamenti oħrajn li se jagħmlu tajjeb għall-użu talappartamenti mill-familji tat-tfal li jirrekjedu l-kura fl-Ingilterra. Ngħiduha kif inhi: il-bniedem mhux bil-flus biss jgħix. Iżda dawn il-fondi għal min ikun jinsab f’sitwazzjoni ta’ mard jagħmlu differenza kbira. L-inqas ħaġa li bniedem li jkun għaddej minn diffikultajiet ta’ saħħa jkun jixtieq jaħseb fiha, hija problemi finanzjarji. Mhux biżżejjed ikollhom fuq moħħhom l-anzjetà kollha li jġib miegħu il-mard! Nifhmu pero li hemm diversi fatturi oħra li jikkontribwixxu għall-kwalità tal-ħajja. Għalhekk l-NSDF għadha kemm ikkonfermat investiment bla preċedent f’proġett ambjentali innovattiv taħt il-kunċett ta’ ‘Green & Blue Infrastructure’ fejn se tingħata għajnuna finanzjarja ta’ madwar €4 miljun sabiex jitwettqu proġetti ta’ urban greening f’żoni urbani fil-Mosta, il-Ħamrun u Ħal Qormi.

Ix-xewqa u l-impenn tiegħi għas-sena d-dieħla hu li nkomplu nwettqu ħidma favur l-iżvilupp tas-soċjetà Maltija. Se naħdem sabiex inkomplu niddedikaw fondi, ħin u ħsieb lil dawk l-oqsma li jelevaw lil min l-aktar li għandu bżonn u jirfinaw ħajjet kull ċittadin Malti u Għawdxi.

41 AVVIŻ BI ĦLAS
Alex Muscat Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet

Abbozz ta’ Liġi li jipproponi bidliet filkundizzjonijiet meħtieġa għad-divorzju

Il-Gvern jibqa’ kommess li jindirizza realtajiet diversi li l-poplu Malti u Għawdxi jaffaċċja ta’ kuljum. Waħda minn dawn ir-realtajiet hija relatata mal-familja, partikolarment l-emendi proposti fir-rigward tal-liġi tad-divorzju f’Malta. Fid-9 ta’ Diċembru, wara l-approvazzjoni talKabinett tal-Ministri, taħt id-direzzjoni tal-Prim Ministru u flimkien mal-kollega s-Segretarju Parlamentrari l-Onorevoli Rosianne Cutajar, ressaqna għall-ewwel qari l-Abbozz ta’ Liġi biex jemenda l-kundizzjonijiet sabiex wieħed ikun jista’ japplika għad-divorzju. Fl-10 ta’ Diċembru ġie ppubblikat l-Abbozz ta’ Liġi li jrid jemenda l-kundizzjonijiet marbuta mal-kisba tad-divorzju.

Din l-emenda fil-liġi tad-divorzju qed tipproponi li fejn il-partijiet ikunu diġà separati legalment, jiġifieri b’sentenza tal-Qorti jew b’kuntratt, m’għandu jkun hemm l-ebda perjodu ta’ żmien ta’ stennija sabiex persuna tkun tista’ tagħmel talba għad-divorzju.

Qed ikun propost ukoll li għall-ewwel darba jkun hemm distinzjoni fil-perjodi ta’ żmien għat-tressiq ta’ talbiet għal divorzju li jsiru b’mod konġunt u dawk li jsiru b’mod unilaterali.

L-emenda proposta tagħmel distinzjoni fittermini ta’ żmien ta’ stennija għall-kisba taddivorzju, bejn koppji li diġà jkunu separati legalment u dawk li ma jkunux għadhom jgħixu flimkien bħala koppja miżżewġa.

Min-naħa l-oħra, fejn il-partijiet ikunu biss separati de facto, u t-talba għal divorzju ssir miżżewġ partijiet flimkien mingħajr ħtieġa ta’ sentenza

42 AVVIŻ BI ĦLAS

tal-Qorti, l-istess partijiet, fid-data li jibdew ilproċeduri ta’ divorzju, iridu jkunu ilhom ma jgħixux flimkien bħala koppja miżżewġa għal minn tal-inqas sitt xhur mis-sena preċedenti.

Fejn, iżda, it-talba ssir minn parti waħda kontra l-oħra, il-partijiet, fid-data li jibdew il-proċeduri ta’ divorzju, iridu jkunu ilhom ma jgħixux flimkien bħala koppja miżżewġa għal mill-inqas sena mis-sentejn preċedenti.

Nisħaq fuq kemm kien importanti li dawn il-bidliet isiru, għaliex wara li smajna mill-poplu Malti u Għawdxi nnutajna kemm kien hemm ilbżonn tagħhom. Dawn il-bidliet kienu neċessarji u jirrispettaw il-ħajja privata tal-familja. Tajjeb insemmu li dawn l-emendi qed isiru proprju għaxar snin wara li d-divorzju ġie introdott f’Malta.

Nikkonkludi billi ntenni li riformi bħal dawn jikkonfermaw li dan il-Gvern huwa wieħed progressiv u li verament huwa l-Gvern tal-Libertajiet Ċivili. Nixtieq nirringrazzja lil kull min ħadem qatigħ kemm fuq l-Att oriġinali tad-Divorzju tal-2011 u kif ukoll fuq l-emendi li għadhom kemm ġew proposti. Mingħajr l-impenn tagħhom, dan il-kapitolu daqstant importanti ma kienx jissarraf fl-ewwel pass għal riformi favur il-libertajiet ċivili, li rajna u għadna naraw illum.

Inħares ‘il quddiem biex b’impenn, flimkien ma’ sħabi fil-Kabinett u taħt id-direzzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela, inkompli naħdem biex inwettaq ir-riformi meħtieġa. B’hekk inkunu qed nassiguraw li kull ċittadin Malti u Għawdxi jgħix f’soċjetà rispettabbli, denja u ugwali.

43 AVVIŻ BI ĦLAS
44 AVVIŻ BI ĦLAS
45 AVVIŻ BI ĦLAS
L-Isport u l-Pandemija IR-REALTÀ TAL-2020 46
minn
XEJN INQAS MINN 22 DIXXIPLINA SPORTIVA KELLHOM JIPPOSPONU JEW INKELLA JIKKANĊELLAW LOGĦOB LI KIEN IPPJANAT MINN MARZU TA’ DIN ISSENA ’L QUDDIEM.
Chris Falzon

Bħal f’kull qasam ieħor tal-ħajja, il-pandemija tal-Covid-19 kellha u għad għandha effett negattiv fuq l-isport inġenerali, effett li ser jibqa’ jinħass fix-xhur li ġejjin, jekk mhux aktar ukoll. Filwaqt li pajjiż

wieħed wara l-ieħor inqabdu fuq sieq waħda minħabba l-pandemija, l-attivitajiet sportivi spiċċaw vittmi ta’ virus li għalkemm ma jidhirx, niżżel lid-dinja għarkupptejha. Ma kenitx sorpriża meta l-Fond Monetarju Dinji wissa li d-daqqa fuq l-ekonomija globali tista’ tkun l-akbar waħda sa mill-Kriżi Ekonomika u Finanzjarja tal-1929 - 1934. Sal-aħħar ta’ Marzu 2020, numru kbir t’assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet kienu ssospendew l-attivitajiet sportivi tagħhom u filwaqt li l-organizzaturi tal-Olimpjadi ta’ Tokjo fil-bidu baqgħu jsostnu li l-Logħob Olimpiku ser isir xorta waħda fis-sajf, malajr kellhom jibdlu fehmithom meta diversi pajjiżi bdew iħabbru lockdown. Minbarra l-Olimpjadi, fis-sajf li għadda suppost kellha ssir l-aqwa kompetizzjoni Ewropea tal-futbol, l-EURO 2020, li iżda wkoll kienet posposta għas-sajf tas-sena d-dieħla.

Kien hemm xejn inqas minn 22 dixxiplina sportiva li kellhom jipposponu jew inkella jikkanċellaw logħob li kien ippjanat minn Marzu ta’ din is-sena ’l quddiem. U filwaqt li diversi pajjiżi kienu magħluqa, l-isportivi kellhom isibu mezzi ġodda kif jitħarrġu u jżommu fiżikament b’saħħithom sabiex ikunu ppreparati għal meta jirritornaw il-kompetizzjonijiet.

L-industrija sportiva globali kienet qed tiġġenera mal-$471 biljun sal2018, żieda ta’ 45% mill-2011, u sakemm faqqgħet il-pandemija kollox kien jindika li dalwaqt jintlaħqu l-$500 biljun. Biss il-pandemija bidlet kollox, mill-atleti għat-timijiet, mill-kampjonati għall-assoċjazzjonijiet, kif ukoll il-midja sportiva ħadet daqqa li ma kenitx qed tistennieha.

47

Fl-isport hemm tliet sorsi minn fejn jiġu ġġenerati l-flus: mill-bejgħ tad-drittijiet tal-midja, l-isponsors u r-reklamar, kif ukoll il-biljetti li jinxtraw għal-logħob. Malli l-pandemija tal-coronavirus bdiet tidħol fin fin u twaqqaf kull attività sportiva, it-tliet sorsi nixfu għalkollox. Il-midja ma setgħetx ixxandar logħbiet fantażma, ir-reklamar naqas drastikament, u l-flus iġġenerati mill-biljetti spiċċaw fixxa.

Ta’ kull ġimgħa konna nsegwu filmati differenti ta’ sportivi li l-kamra tal-ikel bidluha f’tennis court, li l-bitħa ttrasformawha f’ring tal-boxing, u li l-parapett għamluh grawnd tal-futbol żgħir. U f’nofs dan il-ġenn kollu, l-assoċjazzjonijiet u l-federazzjonijiet kienu qed iħabblu rashom dwar jekk jipposponux l-istaġun li kien għadu għaddej, inkella jwaqqfux kollox, bit-tama li jaslu żminijiet aħjar fejn l-isport tagħhom ikun jista’ jirritorna b’mod ‘normali’.

Ħarsa lejn l-isport lokali, żgur li fuq fomm kulħadd kienet id-deċiżjoni tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol li twaqqaf l-istaġun 2019/20, u finalment it-titlu ta’ champions jingħata lil Floriana FC. L-Evergreens kienu jinsabu fil-quċċata tal-klassifika meta l-logħob twaqqaf f’Marzu li għadda, biss id-deċiżjoni tal-MFA ma niżlitx tajjeb ma’ kulħadd. F’bidliet radikali li saru fuq il-format tal-kampjonat, ġie deċiż li mill-Kampjonat Premier ma jiġi relegat ħadd, filwaqt li l-ewwel żewġ timijiet li kienu fil-klassifika tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni ġew promossi. Dan wassal biex il-Kampjonat Premier spiċċa kompost minn 16-il tim għall-istaġun 2020/21, pjuttost numru esaġerat meta tqis iċċokon tal-gżira Maltija.

Dixxiplini oħra ddeċidew li jikkanċellaw il-kampjonati rispettivi tagħhom, b’assoċjazzjonijiet oħra jippremjaw lit-timijiet li kienu jinsabu fl-ewwel post meta kollox twaqqaf minħabba l-pandemija.

48 IL-KAMPJONAT PREMIER SPIĊĊA KOMPOST MINN 16-IL TIM GĦALL-ISTAĠUN 2020/2021, PJUTTOST NUMRU ESAĠERAT META TQIS IĊ-ĊOKON TAL-GŻEJJER MALTIN.

L-Assoċjazzjoni tal-Isport Akkwatiku ddeċidiet li xorta waħda żżomm il-Kampjonat tas-Sajf, b’restrizzjonijiet u miżuri li bidlu l-format ta’ kampjonat kif is-soltu mdorrijin bih. Għall-ewwel darba wara numru kbir ta’ snin, l-ebda tim ma seta’ jġib plejers barranin, u dan kellu effett fuq il-kwalità tal-logħob inġenerali. Biss kien hemm diversi żgħażagħ Maltin li ngħataw iċ-ċans jilagħbu fil-kampjonat. Finalment kienu San Ġiljan li rebħu l-Kampjonat tas-Sajf, filwaqt li aktar kmieni Sliema rebħu l-Enemed Cup 2020.

Fl-isport internazzjonali, l-akbar daqqa ta’ ħarta kienet il-posponiment tal-Olimpjadi ta’ Tokjo. Dawn kellhom isiru fis-sajf li għadda imma sal-aħħar ta’ Marzu kienet diġà ttieħedet id-deċiżjoni li jkunu posposti għall-2021. Għal dawk l-atleti li kienu qed iħossuhom flaqwa forma sa Marzu, l-aħbar kienet xokk qawwi għaliex fl-isport illum taf kif int u għada ma tafx. Għall-atleti li kienu qed jirkupraw wara li weġġgħu, id-deċiżjoni niżlet bħal balzmu għaliex dak kien ifisser li ser ikollhom aktar ċans jippreparaw għall-aqwa kompe-

49

tizzjoni dinjija. L-organizzaturi tal-Olimpjadi kellhom u għad għandhom biċċa wġigħ ta’ ras qawwija, għax filwaqt li għandhom aktar ċans sabiex jiffinalizzaw il-preparamenti kollha, issa żdidilhom il-ġenn tal-pandemija. F’Novembru li għadda, il-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, Thomas Bach, kien il-Ġappun biex isegwi l-preparamenti li qegħdin isiru u għamilha ċara li l-Villaġġ Olimpiku għandu jkun l-aktar post sigur mill-belt kollha ta’ Tokjo. Aktar minn hekk, ħeġġeġ lill-eluf t’atleti li ser jieħdu sehem fil-Logħob Olimpiku u Paralimpiku sabiex jieħdu l-vaċċin kontra l-Covid-19 qabel jivvjaġġaw lejn il-Ġappun.

Fil-futbol internazzjonali, wara li pajjiż wieħed wara l-ieħor beda jagħlaq u allura l-logħbiet ta’ kull ġimgħa kellhom jitwaqqfu, kull assoċjazzjoni riedet tara meta jkun l-aħjar perjodu li l-kampjonat ikompli. L-attenzjoni ntefgħet fuq l-aqwa ħames kampjonati fl-Ewropa: il-Premier League Ingliż, La Liga ta’ Spanja, is-Serie A tal-Italja, il-Bundesliga tal-Ġermanja u Ligue 1 ta’ Franza. Filwaqt li l-Assoċjazzjoni Franċiża tal-Futbol iddeċidiet li twaqqaf il-kampjonat u tagħti l-unur lil Paris Saint-Germain li kienu l-ewwel b’distakk sostanzjali ta’ 12-il punt fuq Marseille meta kien fadal għaxar logħbiet

IS-SENA 2020, GĦALKEMM KIENET MIMLIJA BL-INĊERTEZZI, BIŻGĦAT, SOSPENSJONIJIET U KANĊELLAMENTI, ŻGUR SER TIBQA’ WAĦDA MEMORABBLI GĦAT-TIM NAZZJONALI MALTI TAL-FUTBOL.

x’jintlagħbu, mhux l-istess jista’ jingħad għall-erba’ assoċjazzjonijiet l-oħra. Żgur li wieħed mill-fatturi prinċipali li minħabba fihom dawn l-assoċjazzjonijiet ma xtaqux li jwaqqfu l-kampjonat imma jlestuh mal-ewwel ċans li jiġihom, kien il-fattur ekonomiku. Diversi timijiet naqqsu l-pagi tal-plejers, klabbs oħra bagħtu lil diversi ħaddiema d-dar. Kull klabb u assoċjazzjoni kienu qed jaraw kif ser iwaqqfu l-emorraġija finanzjarja u, pereżempju, tim bħal Barcelona, li kien finanzjarjament b’saħħtu, spiċċa b’dejn ta’ aktar minn €97 miljun.

Minn nofs Mejju, b’xi mod jew ieħor tkomplew l-istaġuni, bil-Bundesliga titkompla fis-16 ta’ Mejju, filwaqt li xahar wara tkomplew La Liga, il-Premier League Ingliż u s-Serie A. Bayern Munich, Real Madrid, Liverpool u Juventus rebħu l-kampjonati rispettivi tagħhom, filwaqt li l-Bavarjani rebħu wkoll il-UEFA Champions League. Minbarra l-aqwa kompetizzjoni Ewropea fil-futbol, kompliet tintlagħab ukoll il-UEFA Europa League li kienet mirbuħa minn Sevilla għas-sitt darba fl-istorja tal-klabb.

Sport li ntlaqat ħażin ħafna mill-pandemija tal-Covid-19 kien il-Formula 1. Sport imsejjes fuq finanzi eżorbitanti f’daqqa waħda spiċċa mdawwar b’elf dubju jekk l-istaġun 2020 huwiex ser jibda jew le. Filwaqt li kollox kien lest biex jingħata bidu għall-istaġun bis-solitu Grand Prix tal-Awstralja, feġġ l-ewwel każ ta’ coronavirus f’wieħed mit-timijiet u l-FIA

50

ħadet id-deċiżjoni li l-istaġun 2020 ikun sospiż. Il-Grand Prix tal-Awstralja, Spanja, l-Olanda u Monaco ġew ikkanċellati mill-ewwel u għaldaqstant kellu jinħadem kalendarju apposta biex l-istaġun isir xorta waħda. L-ewwel tellieqa saret fil-5 ta’ Lulju fl-Awstrija, fejn dakinhar suppost kellha ssir il-11-il tellieqa tal-istaġun 2020. Il-kalendarju tal-2020 kien pjuttost differenti minn tas-soltu, għaliex f’ċerti ċirkwiti saru aktar minn tellieqa waħda. Barra minn hekk, il-Formula 1 irritornat fit-Turkija wara nuqqas ta’ disa’ snin u kien f’dan iċ-ċirkwit li Lewis Hamilton rebaħ ir-raba’ kampjonat konsekuttiv, is-seba’ wieħed fil-karriera tiegħu, u b’hekk laħaq ir-rekord tal-leġġenda Michael Schumacher.

It-tennis ukoll laqqatha sew minħabba l-pandemija, speċjalment it-tennisti li jaqilgħu l-għajxien tagħhom mit-tournaments li jieħdu sehem fihom. Dan wassal biex diversi tennisti żgħar sabuha diffiċli fiż-żmien tal-lockdown, għax is-sostenn finanzjarju spiċċalhom għalkollox. Kien għalhekk li minn meta ttaffew xi ftit il-miżuri f’Mejju u Ġunju li għadda, bdew jiġu organizzati kompetizzjonijiet żgħar qabel il-Grand Slams li kienu organizzati aktar tard.

Is-sena 2020, għalkemm kienet mimlija bl-inċertezzi, biżgħat, sospensjonijiet u kanċellamenti, żgur ser tibqa’ waħda memorabbli għat-tim nazzjonali Malti tal-futbol. Il-kompetizzjoni tal-UEFA Nations League kellha ssir f’temp ta’ xahrejn, minn Settembru sa Novembru, u wara li Malta tilfet kontra l-Gżejjer Faroe 3-2 fit-3 ta’ Settembru, żgur li ħafna ħasbu li dan it-tournament kien ser ikun wieħed diżappuntanti bħalma kienu ħafna kompetizzjonijiet oħra. Tlett ijiem wara, Malta ħadet l-ewwel punt fi Grupp 1 ta’ League D fi dro 1-1 kontra l-Latvja f’Ta’ Qali.

Fit-tielet ġurnata ta’ logħob, Malta ġiet dro kontra Andorra 0-0, u fil-vjaġġ li segwa sa Riga, it-tim Malti ħareġ rebbieħ fuq il-Latvja bl-iskor ta’ 1-0. Ir-rebħa tal-14 ta’ Novembru f’Ta’ Qali kontra Andorra bl-iskor ta’ 3-1 fetħet tamiet li anke seta’ jintrebaħ il-grupp b’rebħa fuq il-Gżejjer Faroe tlett ijiem wara. Sfortunatament dan ma kellux ikun, għax fl-aħħar logħba talgrupp Malta ġiet dro kontra l-Gżejjer Faroe 1-1 u allura temmet fit-tieni post tal-Grupp b’9 punti, li huwa rekord ta’ punti għat-tim Malti. Żgur li l-introduzzjoni tal-kowċ Devis Mangia u l-istaff tekniku tiegħu għenu mhux ftit biex daħħlu nifs ġdid fit-tim nazzjonali Malti u kibret l-aspettattiva għall-kompetizzjoni li jmiss tal-UEFA Nations League.

Il-futur tal-isport, kemm lokali u internazzjonali, għalissa jinsab inċert għall-aħħar. It-tama mnissla mir-riċerka għallvaċċin kontra l-Covid-19 qed tħalli dawl f’tarf il-mina li għada jista’ jkun aħjar. U filwaqt li l-assoċjazzjonijiet, federazzjonijiet u klabbs għadhom qed iħabblu rashom kif ser jerġgħu jintroduċu lill-ispettaturi fl-istadia bil-miżuri u protokolli relatati mal-coronavirus, il-pubbliku sportiv jibqa’ jixxennaq li fil-futur qarib ikun jista’ jsegwi l-isport favorit tiegħu wiċċ imb wiċċ u mhux minn fuq it-televixin.

LEWIS HAMILTON REBAĦ IR-RABA’ KAMPJONAT KONSEKUTTIV, IS-SEBA’ WIEĦED FIL-KARRIERA TIEGĦU.
51
LONG TERM WASTE MANAGEMENT PLAN ĦU SEHEM FIL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA BILLI TIDĦOL FUQ ENVIRONMENT.GOV.MT 14 TA’ DIĊEMBRU - 18 TA’ JANNAR

Experience the magic of the Hal Saflieni Hypogeum

Purchase Hal Saflieni Hypogeum tickets during December and receive vouchers to be redeemed at Heritage Malta gift shops. Vouchers to be used at Heritage Malta museum gift shops only. Valid until 31st March 2021 and not exchangeable for money.

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.