Malta Summit

Page 1

30 Sena ta’ Memorji

mill-MALTA SUMMIT

BUSH - GORBACHEV

1989 - 2019



Ma ninsew qatt inkunu l-pont li jwassal għall-paċi! Miktub mid-deputat Editur ta’ IT-TORĊA, Melvin Farrugia

Minkejja ċ-ċokon tagħna bħala pajjiż, il-kuraġġ u l-għaqal li dejjem kellhom il-mexxejja tagħna wassluna biex nagħmlu affarijiet kbar li jibqgħu mnaqqxin fl-istorja tagħna.

Għalkemm f ’din l-okkażjoni servejna l-aktar bħala l-post fejn iltaqgħu tnejn millakbar mexxejja tad-dinja, u minkejja li jingħad li stajna sfruttajniha aktar għallvantaġġ tagħna, però min-naħa l-oħra konna xhieda ta’ dak kollu li ġara u ta’ dak kollu li ntqal bejniethom. Flimkien għamlu wegħdi importanti għaż-żamma tal-paċi fid-dinja li biddlu l-istorja tal-umanità għal kif nafuha llum.

Intant, f ’dan il-ktejjeb aħna pprovajna nġeddulkom ftit il-memorji ta’ dak li kien seħħ 30 sena ilu f ’dawk iljumejn ikkaratterizzati minn maltemp kbir. Filwaqt li rnexxielna nitkellmu mal-mexxejja kurrenti ta’ pajjiżna, aħna pprovajna wkoll inkellmu lill-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien, Eddie Fenech Adami. Minħabba raġunijiet ta’ saħħa hu ma setax jitkellem magħna. Ipprovajna wkoll nikkuntattjaw lil Mikhail Gorbachev li hu l-uniku wieħed mill-mexxejja tas-superpotenzi u protagonisti ta’ dakinhar li għadu ħaj. Kull kuntatt li pprovajna nagħmlu miegħu rriżulta fin-negattiv.

Illum, li għaddew 30 sena minn din il-ġrajja, tajjeb li niftakru kemm swejna ta’ ġid meta lqajna laqgħa daqstant importanti f ’pajjiżna u nifhmu kemm kienet u għadha importanti n-newtralità tagħna, li proprju wasslet biex dawn il-mexxejja jagħżlu lil Malta biex jitkellmu bejniethom. Fl-istess waqt, tajjeb li nkunu aħna dawk li nfakkru liż-żewġ superpotenzi li ltaqgħu f ’pajjiżna dwar dak li rnexxielhom jiksbu flimkien. Tajjeb li llum il-ġurnata kemm l-Istati Uniti, kif ukoll ir-Russja, ma jinsewx x’kien ġara u x’kienu ftehmu, filwaqt li jaraw kif jistgħu jagħmlu biex jibqgħu jżommu ma’ dak li kienu qalu. Fejn naqsu lil xulxin tajjeb li jirrikonċiljaw ħalli flimkien jerġgħu jgħinu ħalli nibnu dinja aħjar. Nifhmu li l-politika ta’ bejniethom hi bil-wisq aktar ikkumplikata milli nistgħu qatt naħsbu, però nħossu li għandu jsir sforz ġenwin min-naħat kollha, ħalli l-paċi fid-dinja tibqa’ tinżamm, filwaqt li dejjem naħsbu b’mod ġenwin kif nistgħu nkunu aħna dawk li nġibu l-paċi fid-dinja.

1


Joseph Muscat

Prim Ministru ta’ Malta

30 Sena ta’ Memorji mill-MALTA SUMMIT

2


30 sena mill-Malta Summit Miktub mill-Prim Ministru ta’ Malta, Joseph Muscat

Forsi mhux kulħadd jifhem mal-ewwel kif gżira ta’ nofs miljun persuna fuqha, l-iżgħar stat tal-Unjoni Ewropea u fost l-iżgħar ekonomiji fid-dinja, tista’ sservi tant ta’ pont, ta’ punt ta’ riferiment. Ikun hemm min jistaqsi għax forsi ma jafux lill-poplu Malti u Għawdxi, ma jafux kif naħsbuha, ma jafux li aħna għalkemm għandna d-differenzi fl-opinjonijiet, bejnietna, xorta waħda nħabirku biex ngħaqqdu. Il-pożizzjoni strateġika tagħna serviet għal tant ħakkiema barranin. Serviet għalina wkoll, għax tgħallimna niddjalogaw, tgħallimna li għalkemm it-triq kienet għat-telgħa, nemmnu aktar fina nfusna. Pajjiżna jinsab fin-nofs tal-baħar Mediterran. Pajjiż li jgħaqqad b’mod naturali l-Punent mal-Lvant. Li jgħaqqad l-Ewropa mal-Afrika. Il-ġrajjiet ta’ 30 sena ilu ġarrew magħhom passat ta’ qtigħ il-qalb u biża’ li xi darba setgħet tfaqqa’ xi gwerra nukleari li bħala qatt ma rat id-dinja, ġarret magħha popli u dinja sħiħa maqsuma, gwerra ta’ ideali politiċi, tal-mod kif jgħixu n-nies, fuq kollox gwerra għas-saħħa u l-influwenza dinjija. L-Istati Uniti u l-Unjoni Sovjetika, iż-żewġ superpotenzi kien ilhom għaddejjin b’din il-gwerra bierda sa minn ftit wara li ntemmet it-Tieni Gwerra Dinjija u seħħew ħafna u ħafna episodji sad-data tat-2 u t-3 ta’ Diċembu 1989, 30 sena ilu, li minn xi daqqiet tefgħu r-relazzjoni fix-xifer u oħrajn li fl-aħħar mill-aħħar urew li għad baqa’ t-tama. Ferm qabel ir-rivoluzzjonijiet tal-1989, li effettivament wasslu biex ġiet dissolta l-Unjoni Sovjetika, u li anke wassal biex fid-9 ta’ Novembru tal-1989 jaqa’ l-ħajt ta’ Berlin, diġà kien hemm ċaqliqa bejn il-Presidenti tal-Istati Uniti u s-Segretarju Ġenerali tal-USSR.

Malta serviet ta’ interlokatur, anġlu tal-paċi li għen biex l-ordni dinji jkun irranġat, biex ikun hawn il-paċi. Dan ir-rwol li qdejna 30 sena ilu mal-ikbar fost il-kbar, għandna nżommuh u ngħożżuh sal-lum. Irridu nibqgħu pajjiż newtrali iżda li jħares lejn l-abbilitajiet tiegħu li jgħaqqad li jfittex il-kunsens u d-djalogu. Nista’ nsemmi ħafna episodji fejn għamilna dan, fosthom fil-Libja per eżempju. Irridu nibqgħu naraw li l-esperjenza li għandna, li permezz tad-diplomazija, permezz tal-impenn tagħna, nibqgħu nassiguraw li Malta tkun dejjem lesta li tisma’, tpoġġi flimkien u l-aktar importanti li tgħaqqad.

It-2 u t-3 ta’ Diċembru 1989 iżda se jibqgħu miktuba fl-istorja globali. Dakinhar kien ġie ddikjarat it-tmiem talgwerra l-bierda minn Bush u Gorbachev f ’Birżebbuġa.

Dak li seħħ 30 sena ilu għandna niftakruh u nipprattikawh illum biex fl-isfidi li għandna quddiemna bħalissa, naraw kif permezz tal-id talħbiberija, naslu.

Malta fost l-iżgħar pajjiżi fid-dinja, serviet ta’ pjattaforma għall-ikbar żewġ superpotenzi li qatt rat id-dinja biex jieqaf kunflitt li ħalla tant effetti warajh.

Jien konvint li Malta se tibqa’ taqdi dan ir-rwol anke fis-snin li ġejjin.

3


Il-Mexxej Sovjetiku Mikhail Gorbachev u l-President tal-Istati Uniti George H. W. Bush iddikjaraw it-tmiem tal-Gwerra Bierda fil-Malta Summit fit-3 ta’ Diċembru, 1989. Fl-għeluq tat-taħditiet, waqt konferenza tal-aħbarijiet memorabbli f ’Dar il-Mediterran għallKonferenzi, il-President Bush stqarr li: “Aħna nistgħu nwettqu paċi dejjiema u nittrasformaw ir-relazzjoni bejn il-Lvant u l-Punent għal waħda ta’ koperazzjoni għal żmien twil. Dak hu l-futur li ċ-Ċermen Gorbachev u jien bdejna hawn f ’Malta.”

Vladimir Malygin

Ambaxxatur tar-Russja f ’ Malta

30 Sena ta’ Memorji mill-MALTA SUMMIT

4


Il-Malta Summit tal-1989 – prospetti u riżultati Miktub mill-Ambaxxatur tar-Russja f ’Malta, Vladimir Malygin

Iżda dik il-wegħda ta’ tmiem tal-Gwerra Bierda u l-bidu ta’ era ġdida ta’ relazzjoni bejn l-Istati Uniti u r-Russja ġie imwettqa? Kif inhi d-dinja li ngħixu fiha llum?

Mill-parti tagħna, ir-Russja għamlet kontribut kruċjali fl-eliminazzjoni tal-legat materjali tal-era tal-konfrontazzjoni. Pajjiżna assum l-obbligi li jirtira t-truppi u l-armamenti mill-Ġermanja, mill-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u aktar tard mill-pajjiżi Baltiċi. Pajjiżi qajla jista’ jiġi akkużat li ma rreaġixxiex b’mod pożittiv għal inizjattivi raġjonevoli u ta’ benefiċċju reċiproku għall-imsieħba tal-Punent. Ripetutament, pajjiżna ngħaqad fi sforzi multilaterali għall-ġieħ tat-tisħiħ tassigurtà komuni. Sfortunatament, id-dividendi tal-paċi maqbulina fil-Malta Summit tal-1989 ma ġew imwettqa. Il-loġika ta’ dik li hi msejħa “rebbieħa fil-Gwerra Bierda” irrenjat. Ir-rifjut min-naħa tar-Russja għal ċerti clichès talimgħoddi u l-ftuħ sinċier tagħna għall-koperazzjoni ġew interpretati mill-pajjiżi tal-Punent li Moska hi lesta li tagħti konċessjonijiet unilaterali. Il-konfrontazzjoni ideoloġika ġiet mibdula minn attentati impenjati biex jistabbilixxu ċerti mudelli ta’ ordni globali, strutturata madwar l-approċċi tal-Punent għall-ġeopolitika u relazzjonijiet bejn l-istati.

Fir-Russja, aħna ttamajna li t-tmiem bla tbatija tal-Gwerra Bierda kien se jsir ir-rebħa maqsuma ta’ bejnietna. Iżda, l-Istati Uniti u l-alleati tagħhom tal-Punent iddeċidew mod ieħor, fejn xandru lilhom infushom bħala rebbieħa u rrifjutaw milli jikkoperaw fil-bini ta’ arkitettura ugwali u bla diviżjoni fl-Ewro-Atlantiku. Huma għażlu favur li jmexxu l-linji ta’ diviżjoni. eqreb lejn il-fruntieri tagħna, primarjament, permezz tal-espansjoni tan-NATO lejn il-Lvant - u dan minkejja l-assigurazzjoni li mhux se tespandi l-Alleanza tat-Tramuntana tal-Atlantiku li ngħatat lill-mexxejja Sovjetiċi dak iż-żmien. Aktar minn hekk, dan jikkawża domandi raġjonevoli: għalxiex in-NATO, li nħolqot minħabba ċ-ċirkostanzi tal-Gwerra Bierda, xorta għadha topera għal kważi 30 sena wara li nħall il-Patt ta’ Varsavja? F’dawn il-modi kollha, it-tkabbir tan-NATO jista’ jidher mhux bħala l-bidu ta’ era ġdida, iżda bħala l-kontinwazzjoni tal-politika tal-Gwerra Bierda.

Allura, x’tip ta’ relazzjoni rridu nistabbilixxu mal-Istati Uniti llum? Aħna rridu relazzjonijiet ibbażati fuq prammatiżmu, rispett reċiproku, u l-fehemha tarresponsabbiltà speċjali tagħna għall-istabilità globali. Iż-żewġ pajjiżi tagħna qatt ma kienu f ’konfrontazzjoni diretta ma’ xulxin. Relazzjonijiet kostruttivi bejn ir-Russja u l-Istati Uniti huma fl-interess komuni tagħna. Aktar minn hekk, l-Amerika hi ġar qrib tagħna, l-istess bħall-Unjoni Ewropea. Aħna ninsabu maqsumi biss b’4 kilometri mill-Istrett ta’ Bering. Il-potenzjal tal-koperazzjoni tagħna fil-politika, fl-ekonomija u fl-isfera umanitarja hi enormi. Aħna lesti li nimxu ‘l quddiem u nagħmlu dan sakemm l-Istati Uniti jkunu ppreparati li jagħmlu l-istess mill-parti tagħhom.

It-tħassib Russu dwar is-sigurtà relatat mal-irtirar unilaterali tal-Istati Uniti mitTrattat kontra l-Missili Ballistiċi u issa anke mit-Trattat tal-INF ġew injorati bla ebda djalogu reali dwar il-kwistjoni milli jseħħ. Ir-relazzjonijiet ġenerali bejn ir-Russja u l-Punent saru bil-viżjoni tal-konsulenti “ta’ dak li hu tajjeb u dak li hu ħażin” meta l-konsulenti spiss jiksru r-regoli proklamati huma nnifishom (il-bombi fil-Yugoslavja, ir-rikonoxximent tad-dikjarazzjoni unilaterali tal-“indipendenza” fil-Kosovo, l-invażjoni fl-Iraq, l-interventi fil-Libja, il-“colour revolutions”, l-attakki riċenti fis-Sirja, ir-rikonoxximent tal-“President” illeġittimi tal-Venezwela u oħrajn). Il-Programm ta’ Sħubija mal-Lvant tal-Unjoni Ewropea kien ukoll mimli b’sentimenti kontra r-Russi mill-bidu tiegħu. L-avvenimenti li baqgħu magħrufin għar-raġunijiet ħżiena fl-Ukrajna saru konsegwenzi diretti ta’ dan il-kors u rriżulta fi kriżi bla preċedent fl-Ewropa.

Kif naħsibha jien, it-twettiq ta’ dawn il-prinċipji li semmejt hawn fuq iġibu tmiem reali u mhux biss b’dikjarazzjoni tal-Gwerra Bierda.

5


Din is-sena niċċelebraw it-tletin anniversarju tas-Summit ta’ Malta, pass importanti firrivoluzzjonijiet għal-libertà u d-demokrazija madwar l-Ewropa. Fl-1989, iċ-ċittadini rribellaw kontra l-oppressjoni u d-dittaturi u żergħu ż-żerriegħa ta’ era ġdida ta’ soċjetajiet miftuħa, fejn id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-koperazzjoni globali huma mrawma. Il-komunità transatlantika kisbet aktar saħħa flimkien bħala ħbieb, imsieħba u alleati matul dawn l-aħħar tletin sena. Aħna marbutin flimkien mill-valuri demokratiċi tagħna, kif ukoll mill-għanijiet reċiproċi tagħna ta’ prosperità, stabbiltà, sigurtà u koperazzjoni. Bħal fl-1989, Malta tkompli tkun sieħeb siewi fl-isforzi internazzjonali biex niggarantixxu l-paċi, is-sigurtà, u l-libertà fid-dinja. Fl-2018, l-Istati Uniti u Malta, flimkien mal-Italja, it-Tuneżija, il-Libja, u l-Eġittu, stabbilixxew l-Inizjattiva għas-Sigurtà tal-Mediterran Ċentrali biex nindirizzaw sfidi b’mod kollettiv u nipprovdu spazju sigur biex naqsmu l-ideat, l-investigazzjonijiet, u l-aħjar prattiki li jtejbu s-sigurtà f ’dan ir-reġjun.

Mark A. Schapiro U.S. Chargé d’ Affaires

30 Sena ta’ Memorji mill-MALTA SUMMIT

6


1989 Malta Summit – Niċċelebraw Soċjetajiet Miftuħa Miktub mill-U.S. Chargé d’Affaires, Mark A. Schapiro

U madankollu tletin sena wara, insibu mill-ġdid li t-taqbida fid-dinja tal-lum hi bejn soċjetajiet miftuħa kontra soċjetajiet magħluqa. Soċjetajiet miftuħa bħall-Istati Uniti u Malta huma l-mudelli li ħafna ċittadini tas-soċjetajiet magħluqa jaspiraw għalihom. Soċjetajiet miftuħa huma storbjużi, ħafna drabi kaotiċi - u hekk għandu jkun. F’soċjetajiet miftuħa, il-libertà individwali hi sagra, u ċ-ċittadini jingħaqdu flimkien biex jinsistu li ħajja aħjar hi possibbli billi jimbuttaw lill-mexxejja tagħhom u jġegħluhom jipproteġu d-drittijiet u d-dinjità tan-nies kollha. Il-benefiċċji tal-kreattività u l-potenzjal tal-membri kollha tas-soċjetà miftuħa narawhom madwarna. L-iskambju tan-nies, oġġetti, u għerf hu liberu, u mijiet ta’ miljuni nħelsu mill-faqar estrem mill-1989. Is-soluzzjonijiet għall-isfidi tad-dinja tal-lum ġejjin minn imħuħ edukati, innovattivi u ħielsa, ikunu fejn ikunu jinsabu, u jrid ikun id-dover ta’ kull soċjetà miftuħa li trawwimhom. Din hi waħda mill-lezzjonijiet tal-1989, għalkemm l-ispinta inevitabbli għal-libertà individwali u għal soċjetajiet miftuħa kienet ċiklika u tmur lura sekli.

u s-soċjetajiet miftuħa tal-Istati Uniti u l-istati membri tal-Unjoni Ewropea. Aħna nemmnu li hu possibbli li nidentifikaw oqsma għall-kordinazzjoni u koperazzjoni, anke meta nikkompetu u niddefendu kontra tentattivi biex jinżergħu d-diviżjonijiet fi ħdan is-soċjetajiet tagħna, biex jitbiegħdu ż-żewġ naħat tal-Atlantiku u jiddgħajfu s-suċċessi politiċi u ekonomiċi li ksibna mit-tmiem tal-Gwerra Bierda. Hekk kif l-Istati Uniti imponew pieni bla preċedent għall-aggressjoni Russa, konna ċari li l-bieb għad-djalogu hu miftuħ, jekk ir-Russja tieħu passi kredibbli lejn triq kostruttiva. Tletin sena wara, forsi l-memorja tal-1989 toffri opportunitajiet ġodda biex nimxu ‘l quddiem. Nistgħu navvanzaw flimkien, u ħafna mill-isfidi tal-lum jitolbu li nagħmlu hekk. Eżempju tajjeb ta’ dan hu l-Istazzjon Spazjali Internazzjonali. Bis-saħħa talkollaborazzjoni bejn l-Istati Uniti, ir-Russja, u sħab oħra, kien hemm preżenza umana fuq l-Istazzjon Spazjali Internazzjonali għal aktar minn 15-il sena. Fl-2016, l-astronawta tan-NASA Scott Kelly u l-kosmonawta Russu Mikhail Kornienko temmew missjoni rekord ta’ sena biex jiġbru data siewja dwar l-effett ta’ piż żejjed fit-tul fuq il-ġisem tal-bniedem li se tintuża biex titfassal missjoni umana lejn Mars.

Fil-ġlieda bejn soċjetajiet miftuħa u magħluqa, ma jista’ jkun hemm l-ebda ekwivalenza morali bejn in-nazzjonijiet li jikkontrollaw u jrażżnu lin-nies tagħhom u dawk li jirispettaw l-istat tad-dritt, jagħtu s-setgħa lin-nisa u jirrispettaw id-drittijiet individwali. Aħna nissieħbu f ’din it-taqbida llum kif għamlu ġenerazzjonijiet ta’ qabilna. Illum madwar id-dinja qed naraw żieda ta’ soċjetajiet magħluqa. Fl-istess ħin qed naraw għatx popolari ġdid għal soċjetajiet miftuħa u libertà individwali. Ħong Kong, Ċili, Bolivja, biex insemmu biss ftit. Għandna dover nirrispettaw il-libertà individwali u n-normi demokratiċi.

Meta nħarsu lura lejn l-1989 u lil hinn, lejn il-rewwixti u l-movimenti talindipendenza tas-snin 1960, 1945, 1918, 1848, u lura għar-rivoluzzjonijiet Amerikani u Franċiżi, il-lezzjonijiet tal-istorja huma ċari. Il-bnedmin m’għandhomx tolleranza għal min jipprova jikkontrollhom u jgħidilhom x’għandhom jagħmlu. U meta l-gvernijiet u l-elite governattivi jitbiegħdu wisq mill-poplu, fl-aħħar millaħħar huma n-nies li għandhom l-aħħar kelma. Is-soċjetajiet miftuħa tagħna juru lid-dinja l-qawwa tagħna, id-dgħufijiet tagħna, l-ideat tagħna, u n-nies tagħna. Allura llum il-ġlieda tkompli u konxji tal-lezzjonijiet tal-1989, aħna niddedikaw mill-ġdid lilna nfusna għall-valuri komuni u l-istorja tagħna, u nħarsu ‘l quddiem biex nibnu futur flimkien.

Il-prosperità u l-paċi għall-komunità transatlantika jiddependu fuq alleanza transatlantika b’saħħitha, kapaċi. Din hi waħda mill-lezzjonijiet ewlenin tal-istorja hekk kif niċċelebraw it-tletin sena mir-rivoluzzjonijiet tal-1989 u l-waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin. Illum, bħal tletin sena ilu, id-defiċit ta’ fiduċja jippersisti bejn ir-Russja

7


Marie Louise Coleiro Preca President Emeritus ta’ Malta

30 Sena ta’ Memorji mill-MALTA SUMMIT

8


30 Sena mill-Malta Summit Miktub mill-President Emeritus ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca

Bla dubju ta’ xejn, għalija u għal ħafna bħali li jiftakru, il-Malta Summit hu kkonsidrat bħala l-bidu tat-tmiem tal-Gwerra Bierda hekk kif kellhom jitlaqqgħu f ’Malta Mikhail Gorbachev u George HW Bush. Dan is-summit li sar fl-ewwel jiem ta’ Diċembru ta’ qubastiment fl-ibħra territorjali Maltin, fl-inħawi ta’ Marsaxlokk, minflok fuq l-art.

li jsir fuq il-Fosos tal-Furjana. Kellna kollox preparat għall-Fosos tal-Furjana, iżda it-temp b’xita qliel u riħ, ġabna f ’paniku biex dan il-kunċert flok jitħassar, jsir f ’sala fuq ġewwa. Kien fis-sala tar-Radio City fil-Ħamrun li eventwalment ttella’ l-kunċert b’mużika mill-aqwa, b’kantanti anke barranin fi sfond tal-istess maltempata li kienet għaddejja f ’dawk il-ħinijiet. Niftakar il-folla enormi li attendiet għal dan il-kunċert, folla kollha entużjażmu, tkanta flimkien id-diska “Give Peace a Chance.” Iżda minkejja dan, li jibqa’ f ’moħħi minn dan l-anniversarju importanti, hu li pajjiżna għandu l-kapaċità li jiġi rikonoxxut mill-potenzi, bħala pont ta’ paċi.

Dan kien summit li poġġa lil Malta fuq il-mappa internazzjonali għal darb’oħra, hekk kif għajnejn id-dinja kienu fuq din iċ-ċkejkna gżira tagħna meta l-President Bush tenna l-famużi kliem: “We can realise a lasting peace and transform the EastWest relationship to one of enduring cooperation. That is the future that Chairman Gorbachev and I began right here in Malta.”

Tajjeb li wieħed jiftakar li qabel il-Malta Summit, fi Frar tal-1945 il-President Amerikan Roosevelt u l-Prim Ministru Ingliż Winston Churchill, kienu ltaqgħu f ’Malta qabel ma’ ltaqgħu ma’ Stalin f ’Yalta, liema diskussjonijiet wasslu għat-tmiem tat-Tiena Gwerra Dinjija.

Dak iż-żmien jien kont Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista u flimkien malmexxej Laburista ta’ dak iż-żmien, Dott. Karmenu Mifsud Bonnici, li kien jitkellem tant dwar il-paċi, ħadna l-opportunità biex nagħmlu stqarrija ta’ paċi indirizzata partikolarment lejn iż-żgħażagħ, marbuta ma’ dan il-mument storiku. Niftakar li konna ppjanajna li norganizzaw kunċert bit-tema “Give Peace a Chance” maħsub

Għalkemm ftit wara t-tmiem tat-tieni gwerra diniija, bdiet il-Gwerra Bierda, nistgħu ngħidu li bil-Malta Summit tal-1989, l-istorja dinjija kienet tbiddlet għal darb’oħra, b’pajjiżna dejjem jkun katalist għall-paċi fost il-ġnus.

9


Carelo Abela

Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ

30 Sena ta’ Memorji mill-MALTA SUMMIT

10


“From Yalta to Malta” – frażi li tibqa’ mnaqqxa fl-istorja ta’ pajjiżna Miktub mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, Carmelo Abela

Il-Malta Summit sar xahar biss wara li twaqqa’ l-ħajt ta’ Berlin. Bħalma kien qal il-kelliem ta’ Gorbachev, is-Summit difen il-gwerra bierda fil-qiegħ talMediterran. Kien żmien ta’ tamiet kbira fejn il-Lvant u l-Punent kienu waslu biex qablu li jimxu fit-triq tal-koperazzjoni. Madankollu, tmiem il-Gwerra Bierda ma kienx biss patt bilaterali bejn żewġ superpotenzi. Anzi, jekk inħarsu madwarna nindunaw li l-effetti ta’ dan l-avventiment affettwaw lil kull parti tal-globu. Fl-Ewropa, l-aħħar tas-snin tmenin immarkaw mixja lejn id-demokrazija. Jekk inħarsu lejn il-pajjiżi li qabel kienu wara dik l-imsejħa Purtiera tal-Ħadid, insibu li dawn illum huma msieħba fl-Unjoni Ewropea, u saħansitra membri fin-NATO. L-istampa bdiet tiċċaqlaq meta Gorbachev sar mexxej tal-Unjoni Sovjetika. Aktar minn xejn, Gorbachev kien riformista u ried jibdel il-modus operandi tal-Unjoni Sovjetika, liema fatt hu evidenti mill-politika tal-glasnost u l-perestroika li mbotta ‘l quddiem. L-istorja wrietna li din il-politika riformista ġiet tard wisq għas-Sovjetiċi, madankollu kienet din il-politika li ppermettiet it-tmiem tal-Gwerra Bierda. Mingħajr il-glasnost u l-perestroika ta’ Gorbachev, jaf l-istorja kienet tkun differenti ħafna bil-kuntrarju ta’ dak li ġara. Forsi wħud jistaqsu għaliex intgħażlet Malta għal dan l-avveniment importanti? Ilpożizzjoni ġeografika tagħna? Il-politika tan-newtralità? M’hemmx tweġiba waħda għax dawn kollha huma fatturi li kkontribwixxew għall-għażla ta’ Malta għal din l-okkażjoni. Malta la kienet tikkonsidra lilha nfisha bħala parti mill-blokk tal-Lvant u lanqas parti mill-blokk tal-Punent. Infatti jekk nagħtu ħarsa lejn l-istorja tagħna wara li ksibna l-Indipendenza, ninnotaw li Malta ħadmet ma’ kulħadd, u qagħdet attenta ħafna li ma tidhirx li qiegħda tiffavorixxi la naħa u lanqas oħra. Mill-Ġermanja talPunent, u r-Renju Unit sal-Jugożlavja u saħansitra ċ-Ċina. Għaldaqstant, l-għażla

ta’ Malta għal dan is-Summit ġiet tista’ tgħid bħala waħda naturali, anke minħabba li fil-Kostituzzjoni Maltija, f ’Kapitlu 1, Artiklu 1.3, hemm imfassal in-Newtralità u n-Non-Alinjament ta’ Malta. Il-legat li ħalla warajh dan l-avveniment kien wieħed imdaqqas. Bħala pajjiż li sal-lum għadna nħaddnu l-politika tan-newtralità, dan l-avveniment tefagħna f ’pożizzjoni ideali biex inkunu nistgħu nimmedjaw bejn pajjiżi meta jinqalgħu kunflitti. Il-politika li toffri Malta tagħti wkoll lok fejn jistgħu jittellgħu diskussjonijiet maħsuba li jwasslu għall-paċi u r-rikonċilljazzjoni, fost affarijiet oħrajn. Dan narawh biċ-ċar mis-summits sussegwenti li saru f ’pajjiżna li jinkludu t-tieni Euro-Med Summit li sar f ’April tas-sena 1997, il-Commonwealth Heads of Government Meeting li sar darbtejn f ’pajjiżna fl-2005 u l-2015, il-5+5 Summit fl-2012 u l-Valletta Summit tal-2015, liema Summit laqqa’ l-Unjoni Ewropea mal-kontinent Afrikan fejn ġiet diskussa l-immigrazzjoni bejn iż-żewġ kontinenti. Apparti hekk, il-pożizzjoni tagħna bħala pajjiż newtrali f ’għajnejn ħafna ġiet imsaħħa. Grazzi għar-reputazzjoni li Malta ħadet mill-Malta Summit, illum ħafna jikkonsidraw il-pożizzjonijiet ta’ Malta bħala pożizzjonijiet oġġettivi. Fl-aħħar mill-aħħar, dak li beda fil-konferenza ta’ Yalta, f ’laqgħa bejn Roosevelt, Churchill u Stalin, intemm f ’pajjiżna. “The cold war lasted from Yalta to Malta”. Hekk jgħidu l-esperti. Din il-frażi ta’ min janalizzaha sew. Wara kollox, l-istorja ta’ dawn iż-żewġ summits tgħidilna ħafna rigward il-bilanċ tal-poter fl-1945, u kif żviluppa dan l-istess bilanċ tal-poter fl-1989, u jibqa’ jevolvi matul iżżminijiet. Forsi min jaf? ‘Il quddiem jaf ikollna summit li jirrifletti l-bilanċ tal-poter globali, f ’dinja li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qiegħda timxi lejn il-multipolariżmu.

11


30 Sena ta’ Memorji mill-MALTA SUMMIT

12


Tletin sena ta’ memorji mill-Malta Summit Miktub minn Melvin Farrugia

Kien biss ftit snin qabel ma ġie mlaqqa’ l-Malta Summit bejn Bush u Gorbachev f ’Malta li Gvern Laburista kien daħħal il-kwistjoni tan-newtralità u n-nonallineament fil-Kostituzzjoni ta’ pajjiżna.

L-ewwel ma wasal kien il-bastiment Amerikan Belknap, eskortat minn seba’ bastimenti oħra. L-għada wasal il-bastiment Sovjetiku, is-Slava. Filwaqt li s-Sovjetiċi taw minnufih il-kelma tagħhom li l-bastiment tagħhom kien mingħajr armamenti, l-Amerikani ma ridux jagħmlu l-istess istqarrija u fil-fatt qamet kwistjoni filParlament hekk kif l-Oppożizzjoni Laburista bdiet titlob lill-Prim Ministru Eddie Fenech Adami biex jikkonferma li l-bastiment Amerikan ma jkollux armi nukleari fuqu. Jidher li Fenech Adami kien talab lill-Oppożizzjoni biex f ’dan il-każ issir eċċezzjoni iżda dan ma ġiex aċċettat mill-Partit Laburista.

Iżda meta tela’ Gvern Nazzjonalista, dan ma kienx daqstant ċar dwar il-pożizzjoni li kien qed jieħu pajjiżna f ’dan ir-rigward u fil-fatt ġie anke kkritikat dwar dan. Filwaqt li l-Prim Ministru Malti ta’ dak iż-żmien kellu jieħu pożizzjoni ċara dwar ir-rieda Maltija li l-baħar Mediterran ikun baħar ta’ sliem u għalhekk jitwarrbu l-armamenti nukleari, dan naqas milli jagħmel dan u spiċċa uża dan l-avveniment biss għat-teħid tar-ritratti.

George Bush wasal Malta l-Ġimgħa fl-10.00 a.m. dirett mill-Istati Uniti, filwaqt li Mikhail Gorbachev wasal fl-istess ġurnata iżda xil-11.00 p.m. mill-Italja. Jidher li dan kien jinsab l-Italja fuq żjara u ttardja ma jiġi Malta għax l-ajruplan Aeroflot ma setax jitlaq minħabba ċ-ċpar.

Min-naħa l-oħra, il-Partit Laburista fl-Oppożizzjoni ried jisfrutta s-sitwazzjoni li kien se jkun hawn żewġ mexxejja tal-akbar qawwiet fid-dinja u ried iwasslilhom il-messaġġ li jinxtered il-paċi fid-dinja. Allura organizza Manifestazzjoni għall-Paċi bit-tema “Give Peace a Chance”.

Filwaqt li Bush intlaqa’ b’ħafna entużjażmu peress li wasal filgħodu, il-wasla ta’ Gorbachev kienet aktar fjakka peress li għamel ħafna maltemp u kien il-ksieħ. Ilmexxejja ntlaqgħu mill-President Ċensu Tabone u mill-Prim Ministru Eddie Fenech Adami.

Il-poplu Malti feraħ li dawn iż-żewġ mexxejja kienu għażlu proprju pajjiżna biex jitkellmu bejniethom u għalhekk kien hawn interess kbir. Sakemm ma waslet ilġurnata li fiha kellhom jaslu ż-żewġ mexxejja, kien hawn preparazzjoni kbira hekk kif waslu f ’pajjiżna l-bastimenti li kellhom jintużaw. Ħadd ma kien qed ibassar li kien se jkun maltemp kbir u li eventwalment il-laqgħat kien se jkollhom isiru fuq bastiment Russu li tpoġġa mal-moll f ’Marsaxlokk.

Intant, hekk kif bdew id-diskussjonijiet bejn iż-żewġ mexxejja, jidher li Bush minnufih wiegħed l-appoġġ u l-għajnuna lill-politika tal-Perestroika li kien qed imexxi Gorbachev. Kien qal li permezz tal-politika tiegħu dan il-mexxej Sovjetiku kien qed jirnexxilu jbiddel wiċċ l-Unjoni Sovjetika u anke tal-Ewropa tal-Lvant.

13


30 Sena ta’ Memorji mill-MALTA SUMMIT

14


Minħabba l-maltemp, il-laqgħat kellhom isiru kollha fuq il-bastiment lussuż Sovjetiku - Maksim Gorky. Filwaqt li xi laqgħat kellhom jitħassru, jidher li l-maltemp ma fixkilx mill-ottimiżmu taż-żewġ mexxejja li wrew li kellhom burdata tajba u f ’xi mumenti anke taw sinjali ta’ umoriżmu bejniethom. Huma ddiskutew is-sitwazzjoni fil-Mediterran u għamlu enfasi fuq il-bżonn li jsiru sforzi kostruttivi ħalli tiġi stabbilita żona reġjonali ta’ paċi u koperazzjoni. Matul dawn il-ġranet, f ’pajjiżna kien hawn sigurtà stretta. Jidher li l-Amerikani kellhom aircraft carriers jistennew fil-qrib, mal-100 ajruplan tal-ġlied jistennew u ajruplan USE2C li beda jittajjar fuq Malta lejliet tal-laqgħat. Barra minn hekk, jidher li l-Amerikani ħadu kontroll fuq is-sigurtà tal-ajru u tal-baħar, tant li jingħad li l-ħaddiema tal-Kalaxlokk intbagħtu lejn id-dar fuq btala u l-istess anke l-ħaddiema f ’Kastilja. Min-naħa l-oħra, is-Sovjetiċi jingħad li ġabu hawn Malta wħud mill-aqwa esperti tal-midja biex dawn il-laqgħat jiġu rrapportati bl-aqwa mod. Fis-summit ġie deċiż li l-mexxejja għandhom jerġgħu jiltaqgħu f ’Ġunju ta’ wara fl-Istati Uniti. Flimkien ma’ Gorbachev, kienet ġiet ukoll f ’pajjiżna l-mara tiegħu li ġie rrapportat li kellha anke żżur xi tfal tal-iskola fl-iskola tas-snajja’ tal-Imtarfa. Peress li ż-żjara tagħha kellha ssir il-Ħadd, jidher li l-istudenti kienu ntalbu biex jattendu. Il-Mexxej Sovjetiku kien wera apprezzament lejn Malta minħabba l-fatt li kienet ospitat dan is-summit. Fil-fatt, aktar tard ir-rivista Time Magazine kienet żvelat li kienu r-Russi li għażlu biex is-summit isir f ’pajjiżna. Minħabba l-maltemp, il-manifestazzjoni tal-paċi li kien organizza l-Partit Laburista ma setgħetx issir fuq il-Fosos tal-Floriana kif kien ippjanat u minflok kellha ssir fir-Radio City. F’din il-manifestazzjoni kienu ħadu sehem kantanti ta’ fama internazzjonali fosthom anke Chris De Burgh. Jidher li dan kien ġie offrut flus kbar biex ma jiħux sehem iżda ma kienx aċċetta. Fl-istess waqt jidher li l-Partit Nazzjonalista kien talab lill-Partit Laburista biex jieħu sehem fid-dimostrazzjoni, iżda wara li beda jimponi diversi kundizzjonijiet ġie deċiż li ma jiħux sehem.

15


Karmenu mifsud Bonnici Eks-Prim Ministru ta’ Malta

30 Sena ta’ Memorji mill-MALTA SUMMIT

16


In-newtralità li bis-saħħa tagħha seħħ il-Malta Summit Miktub mill-eks-Prim Ministru ta’ Malta, Karmenu Mifsud Bonnici

Waqt seduta tal-Parlament, il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami, xi ftit ħosbien u eċitat, ġie fuqi (dak iż-żmien kont Kap tal-Oppożizzjoni), u qalli li l-Gvern ġie informat li l-President Amerikan Bush u l-President Sovjetiku Gorbachev kienu ftehmu li jiltaqgħu f ’Malta. Għedtlu li naqbel u nittama li jiddiskutu l-problemi li jolqtu l-Mediterran u Malta, fosthom it-tensjoni bejn l-Istati Uniti u l-Ġemaħerija Libjana li l-President Amerikan Regan kien attakka tliet snin qabel. Ħafna żgur jiftakru fil-maltempata qalila meta saret il-laqgħa fit-2 u fit-3 ta’ Diċembru 1989. Baqgħet magħrufa bħala “The Malta Summit”. Għal dawk il-ġranet, il-Partit Laburista ħejja attivitajiet popolari favur il-paċi, bl-għajta tal-kanzunetta popolari tal-Beatles “Give Peace a Chance”. Il-maltemp ħassrilna l-kunċert li konna organizzajna, b’ħafna kantanti barranin, fuq il-Fosos tal-Furjana. Konna mġiegħla li nagħmluh ġewwa r-Radio City, li wara twaqqa’ biex minfloku telgħu l-uffiċċji ċentrali tal-Partit Laburista. Iż-żgħażagħ Laburisti xegħlu ħuġġieġi, waħda fuq l-għolja ta’ Delimara, u l-oħra f ’Birżebbuġa fejn illum hemm it-tifkira tas-Summit, biex jiġbdu l-attenzjoni ta’ Bush u Gorbachev, li kienu fuq bastimenti fil-bajja ta’ Marsaxlokk, għax-xewqa talpaċi. Għalkemm il-laqgħa baqgħet magħrufa bħala “The Malta Summit”, proprjament ma saritx fuq l-art Maltija, għax it-taħditiet bejn Bush u Gorbachev saru fuq il-bastiment Russu “Maksim Gorky” li kien marbut ma’ bankina tal-freeport ta’ Marsaxlokk. Kemm Bush, kif ukoll Gorbachev niżlu Malta biex marru mal-Prim Ministru f ’Kastilja. Mill-ajruport ta’ Ħal Luqa, Bush mar bil-ħelikopter lejn ix-Xagħra talFurjana. Meta l-ħelikopter niżel il-Furjana, Bush ħaseb li kellu xi ħsara, għax ma rrealizzax li t-titjira bejn Ħal Luqa u l-Furjana ma tiħux aktar minn ftit minuti.

17


30 Sena ta’ Memorji mill-MALTA SUMMIT

18


Is-servizzi tas-sigurtà Amerikani ddeċidew li jużaw ħelikopter għax riedu jevitaw li Bush jiġi ffaċċjat minn xi protesti ostili fi triqtu lejn Kastilja. Is-Sovjetiċi ħasbuha differenti, u Gorbachev ma qagħadx lura milli jieħu b’idejn in-nies hu u dieħel Kastilja, u martu Raisa (illum mejta) saħansitra ttieħdet għand familja Maltija f ’Santa Luċija. Kif kienet nieżla mal-mara tal-Prim Ministru Mary Fenech Adami (illum mejta) talbithom biex imorru jaraw iċ-ċimiterju tal-Addolorata li għoġobha ħafna.

L-Oppożizzjoni Laburista kienet diżappuntata li l-Gvern Malti ma għamel xejn biex fis-Summit jiġu diskussi t-tnaqqis tal-armamenti fir-reġjun talMediterran, u r-relazzjonijiet ħżiena bejn l-Istati Uniti u l-Ġemaħerija Libjana. L-Oppożizzjoni Laburista riedet li għalmenu ssir laqgħa bejn uffiċjali għoljin Amerikani li ġew mal-President Bush, u uffiċjali għoljin mibgħutin millKulunell Gaddafi, ħalli tinfetaħ it-triq biex jiġu normalizzati. r-relazzjonijit bejn l-Istati Uniti u l-Libja.

Għalkemm ma jidhirx li fis-summit ittieħdu xi deċiżjonijiet politiċi importanti, il-laqgħa bejn iż-żewġ Presidenti kienet utli biex titkattar il-fiduċja fir-rieda tajba tagħhom u għenet biex tintemm il-Gwerra Bierda (Cold War) bejn il-Punent u l-Unjoni Sovjetika. Xahar qabel, fit-8 ta’ Novembru, kien twaqqa’ l-Ħajt ta’ Berlin, u Gorbachev kien wera l-ħajra tiegħu għall-paċi billi ħadem għall-għaqda tarRepubblika tal-Ġermanja tal-Lvant mal-Ġermanja tal-Punent. Mhux ta’ xejn li sena wara, fl-1990, Gorbachev ingħata l-Premju Nobel tal-Paċi. Kien hu bħala Segretarju tal-Partit Komunista Sovjetiku, li ta bidu għar-ristrutturar tal-Istat, “Il-Perestroika”, u għal inqas ħabi fit-tmexxija, “il-glasnost”. Kien għajb li l-President Gorbachev tneħħa sentejn wara s-Summit, fl-1991.

Għalkemm il-Gvern Malti naqas milli jisfrutta l-okkażjoni tal-preżenza f ’Malta ta’ Bush u Gorbachev, pajjiżna kiseb għarfien mad-dinja kollha bil-“Malta Summit”. Il-politika ta’ Malta tan-newtralità bla dubju ta’ xejn swiet biex pajjiżna jintgħażel għas-summit. Għax għalkemm il-Gvern Laburista, tliet snin qabel, fl-1986, kien ħadha kontra l-attakk tal-Istati Uniti fuq il-Libja, u qanqal il-kwistjoni saħansitra fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda, bl-emendi li l-Gvern Laburista għamel fil-Kostituzzjoni tar-Repubblika ta’ Malta fi Frar tal-1987, sentejn qabel is-Summit, sar magħruf minn kulħadd li Malta kienet, fi kliem il-Kostituzzjoni, “Stat Newtrali” u “mhux allineat”. Kien bis-saħħa ta’ dan li seħħ il-“Malta Summit”.

19


30 Sena ta’ Memorji mill-MALTA SUMMIT

20


21


Alex Sciberras Trigona

Eks-Ministru tal-Affarijiet Barranin

30 Sena ta’ Memorji mill-MALTA SUMMIT

22


“Bħala pajjiż newtrali għandna dejjem infittxu li nġibu l-paċi” Intervista mal-eks-Ministru tal-Affarijiet Barranin, Alex Sciberras Trigona

Fl-1985, Alex Sciberras Trigona kien Ministru għall-Affarijiet Barranin u filParlament saritlu domanda mid-deputat Nazzjonalista Joe A. Grima. Dan staqsieh dwar il-ġrajjiet li kienu seħħew fl-1945, meta f ’Malta konna lqajna lil Churchill u Roosevelt ftit qabel dawn marru Yalta biex jiltaqgħu ma’ Stalin. Fil-mistoqsija parlamentari, Sciberras Trigona kien ġie mistoqsi dwar x’tip ta’ kommemorazzjoni kienet se ssir fl-okkażjoni tal-40 sena. Hu kien poġġa l-argument ta’ Malta - Yalta - Malta. Qal li dak iż-żmien meta kienu ġew Churchill u Roosevelt huma ltaqgħu Lascaris fil-War Rooms, peress li anke l-ħitan kienu tant ħoxnin u allura ma kienx hemm biża’ minn xi attakk. Barra minn hekk, kienu ltaqgħu fuq bastiment.

lill-mexxej tiegħu, Karmenu Mifsud Bonnici li minnufih dar fuq Duminku Mintoff u staqsieh x’kien jaħseb. Dawn mal-ewwel qalulhom biex jistidnuhom u għalhekk kienet okkażjoni fejn iż-żewġ partit ħadmu flimkien u kien hemm qbil bejniethom. Ftit qabel is-summit, Sciberras Trigona kien għamel stqarrija fil-Parlament fejn qal li Malta ma kellhiex isservi biss ta’ lukanda jew biex tifrex it-tapit aħmar. Saħaq li aħna kellna nkunu involuti, issa li konna membri b’saħħitna fil-moviment nonalineati. Qal li issa bħala pajjiż ridna nagħtu l-kontribuzzjoni tagħna wkoll għax is-sitwazzjoni kienet waħda differenti. Jispjega li filwaqt li Malta ta’ qabel kienet kolonja fi gwerra, imkissra u ma kellna xejn, fejn ma kienx hemm rappreżentant Malti u lanqas ġew diskussi kwistjonijiet li nidħlu fihom aħna, issa s-sitwazzjoni kienet differenti, fejn konna totalment ħielsa mill-bażijiet u konna qegħdin nagħmlu politika tagħna fejn anke ġejna eletti fil-kunsill tas-sigurtà u kellna l-mod tagħna kif naħsbu.

Kien għalhekk li kien issuġġerixxa li bħalma f ’din l-okkażjoni minn Malta kienu marru Yalta, allura staqsa jekk kienx il-każ li minn Yalta issa nerġgħu nġibuhom Malta, fi żmien meta d-diviżjoni tal-Ewropa kienet waslet fl-aħħar. Sciberras Trigona qal li fiċ-ċrieki diplomatiċi kien hemm ħafna għajdut li kien hemm ċans kbir ta’ għaqda, minkejja li xejn ma kien għadu pubbliku. Isemmi li dan issuġġeriment anke ġera fuq il-gazzetti Ingliżi, bħalma ġriet l-aħbar li Malta kienet saret tant b’saħħitha bil-politika tan-newtralità tagħha li setgħet tiġbed summit bħal dawn lejn pajjiżna.

“Sfortunatament servejna biss bħala lukandiera” Sfortunatament, jgħid li l-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Eddie Fenech Adami għamilha biss tallukandier. Ta l-faċilitajiet fejn jiltaqgħu dawn il-mexxejja, mingħajr ma pprova jitlob għallpreżenza ta’ pajjiżna fillaqgħat.

Jiftakar li bħala Gvern Laburista kienu diġà bdew jaħdmu fuq din l-inizjattiva u kienu tkellmuha mal-ambaxxatur Sovjetiku Ya Pletchko. Jidhr li dan kienet għoġbitu l-idea u beda jagħfas min-naħa tiegħu ma’ Gorbachev biex iż-żewġ mexxejja jiġu hawn. Min-naħa l-oħra, Regan kien ġie sostitwit minn Bush. Sciberras Trigona jirrakkonta li mbagħad fl-1987 il-Partit Laburista kien tilef il-Gvern u meta fl-1989 beda riesaq iż-żmien tal-anniversarju, il-Ministru talAffarijiet Barranin, Guido de Marco kien qasam il-kamra u staqsieh x’kien jaħseb jekk jistiednu lil Bush u Gorbachev f ’Malta. Sciberras Trigona kien qallu jkellem

23


Sciberras Trigona jirrakkonta li kellna ħafna temi fuq xiex konna qegħdin immexxu bħala pajjiż. Semma kif fi Stokkolma kien hemm konferenza għaddejja dwar iddiżarmamenti fil-Mediterran bħala riżultat tas-CSCE. Għalhekk qal li kellna nitolbu miżuri ta’ kunfidenza biex missili ballistiċi li jiġu sparati mill-baħar jispiċċaw. Qal li dawn kienu partikolarment inkwetanti għalina minħabba l-biża’ li xi waħda minnhom tista’ tmur ħażina.

Intant, Alex Sciberras Trigona kompla jispjega li l-laqgħa bejn dawn iż-żewġ mexxejja kienet tinkludi temi ta’ tħassib għalina. Tenna li l-kwistjoni ta’ Comiso kienet tinkwetana ħafna, għax bażijiet bħal dawn huma kalamita għal min hu mhedded mit-tiri tal-bażi.

Barra minn hekk, semma li kien qam jitkellem kontra l-missili f ’Comiso peress li dawn kienu jinsabu bieb u għatba minna - 60 mil ħdejn Pozzallo. Qal li kien hemm il-missili u għalhekk setgħu staqsew għalxiex riedu jpoġġuhom hemm biex jimmiraw lejn ir-Russja, meta hu l-aktar post ‘il bogħod. Spjega li poġġewhom hawn biex jikkontrollaw l-Afrika ta’ Fuq u għalhekk f ’din l-okkażjoni stajna nikkundannawhom.

Spjega wkoll kif fl-1985 hu ppreżenta l-ftehim li kien għamel Borg Olivier manNATO. Meta Malta kienet għadha kolonja, kienet koperta min-NATO permezz tal-One for All, All for One Guarantee taħt it-Trattat ta’ Washington. Kien għalhekk li kellna Europa House fil-Furjana li kienet il-kwartieri tan-NATO għan-nofsinhar tal-Mediterran.

Nipprovokaw bla garanzija li xi ħadd se jiddefendina

Spjega li sal-21 ta’ Settembru 1964, il-fatt li Malta kienet tipprovoka kien sa ċertu punt bi protezzjoni tan-NATO bħala kolonja. Qal li jekk din il-protezzjoni kinitx taħdem jew le ma nafux, però legalment kellna dik il-protezzjoni. Iżda mbagħad jgħid li malli ħadna l-Indipendenza, inqtajna minn mal-Ingilterra u t-trattat ma baqax japplika. Madankollu, xorta bqajna nipprovokaw, bil-bażi militari u bilkwartieri tan-NATO hawn ukoll li kienu lesti biex jattakka lill-għadu komunista.

Sciberras Trigona qal li aktar tard fiż-żmien, sar jaf mid-dokumenti li ħarġu, li lil Gorbachev kienu qalulu biex idaħħal dawn it-temi. Għalhekk qal li l-Partit Laburista kien iddispjaċieh li Fenech Adami ma kienx ħa rwol attiv meta kellna tant interess. Sostna li la kienu qegħdin jitkellmu dwar id-diżarmament, li kienet waħda mit-temi prinċipali li ġew diskussi, allura staqsew biex jissemma anke l-Mediterran.

Sciberras Trigona qal li kien mod li tkun fin-NATO u taf li hemm l-alleati lesti jgħinuk u mod tkun waħdek. Qal li ma kellniex garanzija li xi ħadd se jiddefendina u dan il-perjodu kollu dam bejn l-1964 u l-1972 meta mbagħad Mintoff għalaq ma’ Carrington. Spjega li f ’dan iż-żmien kollu konna mikxufin legalment u ma kellniex il-ħabel tal-emerġenza fejn stajna nitolbu l-għajnuna lin-NATO.

Intant, Alex Sciberras Trigona qal li riċentament ħarġu d-dokumenti kollha ta’ dak iż-żmien bil-Freedom of Information tal-Amerika. Qal li hu ra artiklu fejn kienu qed jgħidu li meta Bush u Gorbachev iltaqgħu fuq il-bastiment Belknap, il-mexxej Sovjetiku qajjem il-kwistjoni li jkun hemm miżuri ta’ kunfidenza biex inaqqsu l-missili taħt il-baħar. Sciberras Trigona qal li din kienet talba li tmur l-iżjed kontra l-Amerikani, peress li huma kellhom aktar missili ta’ taħt il-baħar mir-Russja. Qal li l-kummentarju jgħid li dak il-ħin Bush qam minn fuq il-mejda, mar f ’kamra oħra u mbagħad reġa’ ġie biex jevita li jwieġeb lil Gorbachev. Meta ġie lura, Gorbachev ma ppressahx u l-kwistjoni waqfet hemm.

Ikompli jispjega li f ’sena Borg Olivier kien ġab vera ftit mingħand in-NATO. Jgħid li filwaqt li kien mar jagħfashom għal ‘full membership status’ dawn ma tawulux. Imbagħad ipprova ‘associate membership’ u ma tawilux u wara observer status li ma tagħtikx protezzjoni sħiħa. Imbagħad kulma tawh kien li jekk ikun hemm theddida jew vjolazzjoni tat-territorju u l-integrità Maltija, jagħmlu konsultazzjoni miegħu. Sciberras Trigona qal li konsultazzjoni ma kinitx tagħti ċertezza għax jekk tinqala’ kwistjoni dawn setgħu jgħidulna iva jew le.

Sciberras Trigona qal li Gorbachev kien jinteressah li jitwettaq il-pjan fil-wisa’ u li jkun hemm l-Intermediate Nuclear Forces Treaty li issa l-President Trump ta l-aħbar li se joħroġ minnu. Spjega li din għandha sena avviż u b’kumbinazzjoni d-data meta tiskadi hi l-għada tal-elezzjoni Presidenzjali fl-Amerika f ’Novembru 2020. Allura l-għada li jitla’ l-President il-ġdid, l-Istati Uniti jkunu ħarġu minn dan it-trattat u jekk ikun irid jerġa’ jidħol hu.

30 Sena ta’ Memorji mill-MALTA SUMMIT

Għalhekk, f ’dan il-kuntest kollu Malta li kienet kolonja, imxiet għal Malta li kienet mikxufa u issa konna erġajna qomna fuq saqajna. Konna qed norganizzaw fil-kunsill tas-sigurtà u fil-moviment non-alineat, ressaqna

24


proposti fil-konferenza dwar id-diżarm fl-Ewropa fi Stokkolma, biex ikun hemm notifikazzjoni preliminari ta’ ċerti manuvri fiċ-ċentru tal-Ewropa peress li kien hemm pjanura kbira u allura kien hemm biża’ li jitilqu t-tankijiet Sovjetiċi. Filwaqt li daħlet miżura biex kull manuvra tiġi notifikata, Malta bdiet titloba li ssir anke fil-Mediterran fejn jiġi notifikat moviment ta’ bastimenti talgwerra u s-sottomarini.

Fuq kollox, Sciberras Trigona qal li Malta dejjem tibqa’ dejjem lesta biex tilqa’ lil min minnhom ikun irid, anke liċ-Ċiniżi jekk ikun hemm bżonn. Dokumenti mil-laqgħat użati f ’simulazzjonijiet diplomatiċi Intant, Sciberras Trigona qal li hu interessanti li d-dokumenti li kienu ppreparaw kemm in-naħa Ingliża, kif ukoll in-naħa Amerikana meta ltaqgħu Malta fl-1945 issa huma disponibbli mill-website tal-iState Department Historical Documents. Spjega kif mal-istudenti tad-diplomazija jsiru simulazzjonijijet dwar il-mod kif imxew l-affarijiet.

Sciberras Trigona jgħid li llum Trump ħareġ minn ħafna minn dawn it-trattati. Jgħid li apparti mill-INF, is-sena d-dieħla jiskadi anke n-New Start, filwaqt li ħarġu wkoll mill-anti-ballistic missile treaty. Qal li b’hekk se naslu li bejn irRussja u l-Amerikani m’hemmx trattati aktar li jirrestrinġu l-ammont ta’ missili li jkollhom.

Bl-istess mod qal li d-dokumenti tal-laqgħa bejn Bush u Gorbachev huma disponibbli wkoll u wieħed jista’ jara kull naħa x’kienet qiegħda timmira l-aktar u fejn intleħaq il-kompromess. Qal li dawn huma disponibbli fin-National Security Archive, fejn hemm il-briefings kollha. Semma eżempju kif fost l-oħrajn tissemma Condoleezza Rise, li dak iż-zmien kienet segretarja u mbagħad leħqet ministru talaffarijiet barranin.

Laqgħat fir-Russja biex Trump u Putin jiltaqgħu Malta Min-naħa tiegħu, Alex Sciberras Trigona qal li din is-sena pprova jmur ir-Russja u tkellem mal-Uffiċċju tal-Affarijiet Barranin Russu biex Putin u Trump jiġu hawn Malta fit-3 ta’ Diċembru għat-30 anniversarju mill-Malta Summit. Sostna li huma kienu interessati, bħalma kienu interessati anke l-Amerikani. Madankollu, qal li l-Amerikani kienu għadhom ma jridux jikkonfermaw.

Kwistjoni fuq xiex għandhom jiltaqgħu llum Illum li għaddew 30 sena, Alex Sciberras Trigona jgħid li dawn iż-żewġ mexxejja għandhom jiltaqgħu fuq diversi kwistjonijiet ġodda. L-ewwel nett isemmi l-armamenti nukleari, fejn qal li erġajna ninsabu fi żmien ta’ tensjoni minħabba armamenti nukleari peress li jista’ jkun hemm effetti diżastrużi kbar jekk iseħħ żball peress li l-missili tal-lum jaslu fid-destinazzjoni f ’ħin qasir. Għalhekk qal li rridu nsaħħu l-għajta tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda biex it-tnejn il-kbar li għandhom dawn l-armi, jiltaqgħu u jagħmlu ftehim fejn inaqqsu l-possibbiltà ta’ żbalji.

Illum il-ġurnata sema’ li Putin qed jistieden lil Trump biex fit-8 ta’ Mejju, għall-75 sena mir-rebħa tar-Russja u l-Amerika kontra Hitler, imur Moska. Qal li dan juri li diġà hemm appuntamenti oħra. Spjega li l-aħħar appuntament li kellhom kien f ’Ħelsinki s-sena li għaddiet, imbagħad kienu se jiltaqgħu fiċ-Ċili, iżda l-laqgħa ġiet imħassra minħabba l-protesti li kien hemm. Spjega li issa s-suġġett se jkun aktar relatat ma’ diżarm aktar qawwi, minħabba li m’hemmx trattati x’jirregolawhom. Qal li min se jilħaq president ġdid se jkun interessat jibda diskussjonijiet ġodda dwar armamenti ġodda li għandhom veloċità u saħħa iżjed.

Pajjiż li b’mod attiv ifittex li jġib il-paċi Sciberras Trigona qal li bħala pajjiż aħna għandna interess li nkomplu nagħfsu għall-paċi, għax fuq kollox in-newtralità tagħna hi minquxa fil-kostituzzjoni bħala “actively seeking peace”. Qal li aħna m’aħniex newtralizzati, iżda stat newtrali li b’mod attiv ifittex li jġib il-paċi. Saħaq li kien għalhekk li mar ir-Russja u stedinhom. Qal li din it-tip ta’ diplomazija rridu ninsistu fuqha biex ikollna xi tip ta’ patt jew trattat li jrażżan gwerra nukleari għax din hi importanti għall-paċi.

Sciberras Trigona qal li bejn ir-Russja u l-Amerika dawn għandhom 90% tal-armi nukleari tad-dinja u għalhekk trattat bejniethom jagħmel sens. Madankollu, semma li hemm il-ħsieb li tidħol iċ-Ċina fil-kredu u dan stqarru Trump stess. Fl-istess waqt qal li ċ-Ċina ħarġet tgħid li ma tridx tagħmel dawn id-diskussjonijiet, għax biżżejjed qed jagħmlulhom ‘trade wars’ u sanzjonijiet illeġittimi u illegali.

25


Professur Ray Mangion

Kap tad-Dipartiment tal-Istorja Legali u l-Metodoloġija fl-Università ta’ Malta

30 Sena ta’ Memorji mill-MALTA SUMMIT

26


“Malta għandha tibqa’ tfakkar lir-Russi u lill-Amerikani dwar dak li ftehmu”

Intervista mal-Kap tad-Dipartiment tal-Istorja Legali u l-Metodoloġija fl-Università ta’ Malta, il-Professur Ray Mangion

Il-Kap tad-Dipartiment tal-Istorja Legali u l-Metodoloġija fl-Università ta’ Malta, il-Professur Raymond Mangion jemmen li Malta għandha tibqa’ tkun il-pajjiż li jfakkar lir-Russi u lill-Amerikani dwar dak li ftehmu fis-Summit tal-1989.

ta’ żewġ superpotenzi, iddeċidew u rrisolvew li jiltaqgħu proprju f ’Malta, din ma kinitx xi ħaġa taċ-ċajt. Qal li ma rridux ninsew il-frażi “Minn Yalta għal Malta” u dan peress li Malta kienet diġà laqgħet mexxejja oħra importanti, f ’laqgħa li saret immedjatament wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Dak iż-żmien kienu l-President Amerikan Franklin D. Roosevelt u l-Prim Ministru Ingliż Winston Churchill li ltaqgħu f ’Malta.

F’intervista hu stqarr li f ’każ li jkun hemm xi ħaġa li turi li dawn iż-żewġ superpotenzi qegħdin jiddiżonorow dak li qalu u ftehmu f ’Malta, allura għandna dritt u dover li jfakkruhom li huma ġew f ’pajjiżna u aħna lqajnihom biex huma jkunu l-messaġġiera u l-katalisti tal-paċi.

Dwar dan tal-aħħar, il-Professur Mangion qal li dan daħal sew fl-istorja ta’ pajjiżna għax kien il-moħħ li wassal biex Malta jkollha l-ewwel gvern tagħha fl-1921 u mbagħad anke kien involut meta Malta bdiet bil-proċess tad-dekolonizzazzjoni wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Semma wkoll kif wieħed minn dawk li kienu involuti meta Malta riedet tieħu l-Indipendenza u r-Repubblika kien Duncan Sands li kien miżżewweġ lit-tifla ta’ Churchill.

Mangion qal li meta dawn il-mexxejja ġew Malta għas-summit, huma kienu qegħdin jintrabtu mhux biss quddiem il-Maltin, iżda quddiem il-Maltin bħala rappreżentanti b’mod universjali. Għalhekk sostna li Malta tinsab formalment f ’pożizzjoni fuq quddiem iktar minn oħrajn biex tfakkarhom bħala l-pajjiż li laqagħhom. Rigward is-summit, il-Professur Mangion qal li l-proċess tal-Gwerra l-Bierda hu meqjus li ntemm ma’ dan is-summit. Għalhekk isostni li Malta mmarkat mument importanti fl-istorja tal-umanità għax il-Gwerra Bierda hi meqjusa proprju li ntemmet f ’Malta. Hu sostna li dan wassal biex Malta anke baqgħet involuta għal numru ta’ snin fir-relazzjonijiet ta’ bejn dawn iż-żewġ superpotenzi.

Għalhekk il-Professur Mangion jgħid li meta tara dawn il-ġganti fl-istorja tal-Imperu Ingliż, fl-istorja tal-Imperjaliżmu u t-tneħħija tiegħu, tara li Malta kienet qiegħda fiċ-ċentru globali. Semma wkoll kif anke wara Yalta, Malta kienet għal xi żmien il-kwartieri tal-Mediterran. F’dan il-kuntest, il-Professur Mangion jgħid li Malta, kemm fl-istorja tal-paċi u anke f ’dik waqt il-gwerra spikkat. Għaldaqstant, jgħid li l-għażla li s-summit isir hawn ma kienx b’kumbinazzjoni. Jispjega li Malta kienet ilha fuq il-mappa mondjali għal ħafna snin, filwaqt li f ’dan is-summit Malta kienet qiegħda tistabbilixxi lilha nnifisha kostituzzjonalment bħala pajjiż ta’ newtralità.

Mangion spjega li Malta waslet fejn waslet proprju għax hi gżira fiż-żokra tal-Mediterran. Minkejja ċ-ċokon tagħha, xorta dejjem kellha leħen u dan peress li l-pajjiżi l-kbar tawulha. Jgħid li dan jispikka ferm fl-istorja internazzjonali meta f ’Malta nżammu summits u laqgħat importanti ħafna fl-istorja tal-umanità, li fosthom il-Malta Summit kien wieħed mill-akbar avvenimenti fl-istorja tal-umanità.

Mangion qal li anke fis-snin sebgħin, il-President tal-Awstrija kien wera kemm il-kunċett tan-newtralità kien qed jilgħab irwol importanti u għalhekk sostna

Il-Professur Mangion qal li meta tara li dawn iż-żewġ kolonni, bħala Presidenti

27


30 Sena ta’ Memorji mill-MALTA SUMMIT

28


li l-fatt li Malta inkorporat il-kunċett tan-newtralità fil-kostituzzjoni, dan kien importanti ħafna, anke għal dawn iż-żewġ presidenti. Ikompli jispjega li anke jekk forsi l-Amerikani u s-Sovjetiċi ma ridux jinżlu f ’pajjiżna, il-fatt jibqa’ li huma niżlu u minn hemm nafu x’ġara. Spjega li Malta, għal mument, kienet f ’tant aħbarijiet u n-newtralità tagħha tpoġġiet fix-xenarju ta’ dak li seħħ dakinhar. Il-Professur Mangion jgħid li m’hemmx dubju li kien avveniment li rrikonoxxa dan il-prinċipju ta’ pajjiżna.

Barra minn hekk, il-Professur Mangion jistqarr li n-newtralità setgħet ukoll wasslet biex summits oħra importanti jsiru proprju f ’pajjiżna. Qal li jista’ jkun li wassal biex iċ-CHOGM sar darbtejn f ’Malta fl-aħħar 15-il sena minħabba f ’hekk. Qal li din kienet xi ħaġa unika. Saħaq ukoll li m’hemm ebda dubju li meta jiġu mexxejja barranin f ’Malta, fil-ħsieb tagħhom, iridu jew ma jridux, iħossu li hemm imnaqqax dan il-kunċett fil-kostituzzjoni tagħna u jissensibilizzahom li bħala politiċi jgħidu li sejrin f ’pajjiż li kostituzzjonalment jirrikonoxxi n-newtralità. Mangion jgħid li hi xi ħaġa sabiħa li minkejja li Malta hi waħda mill-iżgħar pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, xorta hi pajjiż li tħaddan in-newtralità tagħha f ’dan il-grupp ta’ pajjiżi. Jgħid li din hi xi ħaġa li tagħti prominenza lil pajjiżna.

Min-naħa l-oħra, Mangion jistqarr li meta seħħ dan is-summit jista’ jkun li ma sfruttajniex in-newtralità tagħna biżżejjed. Jispjega li kif inhu l-kunċett li jinkludi anke n-non-allinjament, hu kunċett suigeneris (uniku) bħalma jgħid li kien anke jsostni l-eks-Prim Ministru ta’ Malta, Karmenu Mifsud Bonnici. Intant, Mangion jgħid li l-kunċett tan-newtralità għadu hemm u għadu b’saħħtu ħafna sal-lum. Jispjega li dak iż-żmien stajna sfruttajnieh aktar u nagħmlu propaganda b’saħħitha fuq livelli internazzjonali biex dan il-kunċett jiġi internazzjonalizzat u jidħol f ’aktar kostituzzjonijiet. Jgħid li b’dan il-mod seta’ jsir anke aktar kunċett attiv. Madankollu, hu jispjega li anke l-fatt li Malta rrikonoxxiet l-importanza ta’ din in-newtralità, jista’ jkun li ġibed l-attenzjoni anke f ’dan ix-xenarju.

Barra minn hekk, il-Professur Mangion jgħid li llum xorta għadha rilevanti. Hu jispjega li Malta xorta hi pajjiż li għandha relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi li mhumiex fl-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, hu jgħid li l-kunċett tan-newtralità jaħdem ħafna hemm u jista’ jkompli jitħaddem ħafna aktar.

29


Josette u Pierre Scerri

30 Sena ta’ Memorji mill-MALTA SUMMIT

30


Sal-lum ma jafux għalxiex intgħażlu biex jospitaw lill-mara ta’ Gorbachev Intervista ma’ Josette u Pierre Scerri li laqgħu lill-mara ta’ Gorbachev f ’darhom

Josette u Pierre Scerri kienu qegħdin fil-ħanut tagħhom fil-Ħamrun meta ġew avviċinati minn xi rappreżentanti tal-Gvern li staqsewhom jekk xtaqux jilqgħu lil persuna magħrufa fid-dar tagħhom. Filwaqt li ma qalulhomx min kienet din il-persuna, l-istess rappreżentanti qalulhom li dan kien sigriet statali. Ftit tal-ġimgħat qabel ma seħħet iż-żjara, il-koppja bdew jaraw xi limousines iduru malblokka tal-appartamenti fejn kienu joqogħdu. Pierre qal li wisq probabbli kienu qegħdin jiċċekkjaw is-sigurtà tal-inħawi, filwaqt li bdew jaraw minn fejn kienu se jgħaddu biex imorru għandhom. Jistqarr li l-ġirien kollha bdew jittawlu biex jaraw x’kien qed jiġri għax qatt ma kienu raw limousines bħal dawk jersqu lejn id-djar tagħhom. Jgħid li anke bdew jistaqsu x’kien qed jiġri. Dakinhar li marret għandhom il-mara ta’ Gorbachev kienet ġurnata b’maltemp kbir. Minħabba f ’hekk, kienu qalulhom li hemm probabbiltà li ma tiġix għax kienet xi ftit ma tiflaħx. Filwaqt li stennewha għal diversi sigħat, kien imbagħad waranofsinhar li f ’salt wieħed qalulhom li kienet sejra. Kollox seħħ f ’temp ta’ nofs siegħa. Pierre u Josette jiftakru li malli fetħu l-bieb kienet Raisa Gorbachev li daħlet l-ewwel u huma ħadulha b’idejha u daħħluha fis-salott. Saru jafu li kienet xtaqet tkun taf aktar dwar il-familja Maltija żagħżugħa. Huma kienu għadhom żagħżagħ u kien għad ma kellhomx tfal. Il-koppja jirrakkonta li bdew jitkellmu magħha permezz ta’ interpretu peress li ma kinitx taf titkellem bl-Ingliż. Staqsiethom jekk setgħetx iddur ftit mal-appartament biex tara kif kienu jgħixu. Huma dawruha u daħħluha fil-kċina tagħhom. Hemm hi fetħet il-vit u baqgħet

31


Raisa Gorbachev mal-koppja Scerri

30 Sena ta’ Memorji mill-MALTA SUMMIT

32


mistgħaġba li kellhom is-servizz tal-ilma fid-dar. Baqgħet ukoll mistgħaġba għax kellhom ilmisħun, il-microwave u l-fridge. Pierre u Josette semmew li jista’ jkun li minħabba l-istandards tal-Unjoni Sovjetika ta’ dak iż-żmien, Malta forsi setgħet kienet xi ftit aktar avvanzata. Spjegaw li Raisa Gorbachev baqa’ mistgħaġba bil-kobor tal-appartament, minkejja li dan ma kienx daqshekk kbir. Staqsiethom ukoll dwar x’kienu se jagħmlu jekk ikollhom aktar minn wild wieħed, peress li l-appartament kellu biss żewġ kmamar tas-sodda. Peress li waqt din iż-żjara kien hemm ukoll rappreżentant tal-Gvern mill-qasam tad-djar, hu spjegalha li jekk jiġri dan il-Gvern Malti kien ikun lest li jbiddlilhom il-post u jdaħħalhom f ’wieħed akbar. Pierre jistqarr li minkejja li din kellha tkun laqgħa ta’ ħames minuti, minħabba l-maltemp spiċċat damet aktar minn nofs siegħa. Sostna li kien hemm anke mument fejn Raisa Gorbachev riedet tkellimhom b’mod privat u għalhekk daħħluha fil-kamra tas-sodda. Hemmhekk hi neħħiet iż-żarbun peress li kellhom it-tapit, filwaqt li talbet li jidħol magħha biss l-interpretu. Il-koppja jiftakru li hi bdiet tkellimhom dwar affarijiet relatati mal-familja u fuqhom infushom. Kif waslet fi tmiemha din iż-żjara, Raisa Gorbachev tathom sett tat-tè tal-injam tipiku Russu li hu mpitter bl-idejn. Permezz ta’ dan ir-rigal, hi wriethom l-apprezzament tagħha, filwaqt li ħallitilhom rikordju ta’ din l-okkażjoni unika f ’ħajjithom. Illum li għaddew 30 sena minn din il-ġrajja, Pierre u Josette jgħidu li qatt ma reġgħu semgħu b’Raisa Gorbachev. Madankollu, spjegaw li baqgħu jaqraw dwarha fil-gazzetti u kienu saru jafu li mietet bil-lewkemija ta’ 67 sena.

33

Rigward il-Malta Summit, il-koppja qalet li baqgħet issegwi dak li kien qed jiġri. Jistqarru li kienet okkażjoni li qatt ma ħolmu li setgħet tiġri lilhom, filwaqt li għadhom jistaqsu għalxiex kienu huma li ntgħażlu meta ma kellhom ebda rabta politika. Madankollu, huma jgħidu li kienet esperjenza sabiħa.


Tletin sena wara – fejn wasalna?

Miktub mill-istoriku Simon Mercieca Jien kont hemm Meta niġi biex nikteb fuq ġrajja storika li għext f ’żogħżiti, twassalni biex nirrifletti fuq l-affarijiet li ġraw. Niftakar kont mort fuq Kastilja biex nara l-wasla ta’ Bush u Gorbachev. Kien hemm xi dewmien fil-wasla ta’ Gorbachev għax kien dam aktar milli mistenni f ’Ruma. Niftakar lin-nies fil-pjazza ta’ Kastilja jistennew u f ’daqqa waħda bdew jgħidu ara niżel l-ajruplan ta’ Gorbachev fl-ajruport ta’ Ħal Luqa, għax minn fuq Kastilja l-ajruport jidher tajjeb. Niftakar il-wasla tal-President Amerikan George Bush f ’Kastilja filgħaxija. Kien diġà waqa’ d-dlam. Niftakru qisu lbieraħ jitla’ fuq ix-chassis tal-karozza ħalli jogħla u jxejjer lin-nies. Naħseb li dan kien l-aktar mument inkwetanti għall-membri tassigurtà li kien hemm miegħu. Niftakar lin-nies jiġġieldu mal-pulizija. Miskin dan il-pulizija ried jobdi l-ordnijiet. Kien ingħata istruzzjoni biex jgħid lin-nies jitilgħu fuq il-bankina u ma jinżlux minn fuqha. Kif il-folla tinżel minn fuq il-bankina, kien imur fuqha u jordnalha biex titla’. Xi ħadd li kien fil-folla qal li dak il-pulizija kien Laburist. Malta kienet għadha ħierġa bil-mod mit-tensjonijiet tat-tmeninijiet. F’dak il-mument, l-ordnijiet tiegħu spiċċaw mhux obduti. It-tensjoni mal-korp kienet għadha tinħass. Min-naħa tal-Partit Laburista, kien ħa approċċ totalment ħażin lejn din il-ġrajja. Kien hemm ħafna inizjattivi sbieħ iżda li ma kinux fattibbli. Meta nħares lura, ilPartit Laburista rnexxielu jitgħallem minn dawn l-iżbalji u għamel analiżi tajba li ma jerġax jirrepetihom. Mhux se nitkellem dwar il-maltemp li nqala’ dakinhar, li wassal biex għaġġel ilmixja diplomatika u ż-żewġ laqgħat, saru f ’waħda. X’ġie miftiehem? L-avveniment ewlieni kien li l-Unjoni Sovjetika twaqqa’ l-ħajt ta’ Berlin. Kien hemm anke xi Maltin li marru finanzjarjament tajjeb billi krew il-postijiet tagħhom f ’Birżebbuġa lill-midja internazzjonali. Għall-inqas, dan hu dak li ngħad.

Simon Mercieca Storiku

30 Sena ta’ Memorji mill-MALTA SUMMIT

34


Passi ħżiena tal-Punent Li ġara wara juri proċess totalment żbaljat tal-pajjiżi tal-Punent. Wara l-waqgħa tal-ħajt ta’ Berlin, id-diplomazija tal-Punent baqgħet maqbuda fir-retorika talGwerra l-Bierda. Baqgħet tara lir-Russja bħala l-għadu tagħha. Waqt li r-Russja ħalliet lill-pajjiżi tal-ex-patt ta’ Warsawja jitilqu minn dan il-patt, il-Punent għamel żball kardinali li daħħal lil dawn il-pajjiżi fin-Nato. Waqt li naqbel totalment li dawn kellhom jidħlu fl-Unjoni Ewropea, wara l-waqgħa tal-ħajt ta’ Berlin, il-Punent kellu jxolji n-Nato u mhux jibqa’ jużaha fil-konfront kontra r-Russja. Hawn fejn falla bilkbir il-Punent. Il-konsegwenzi ta’ din l-għażla huma issa rrivedibbli għall-Ewropa. Anke l-kunċett stess tal-Unjoni Ewropea llum jinsab fil-periklu minħabba dan l-iżball tad-diplomazija tal-Punent.

Risposta Demografika Iżda fil-verità, ir-risposta tinsab fid-demografija. Il-previżjoni hi li sal-2100, il-popolazzjoni tad-dinja tilħaq 11 il-biljun persuna. Biljun wieħed biss se jkun flEwropa. Biljun ieħor fil-kontinent Amerikan, erba’ biljuni fl-Afrika u ħames biljuni fl-Asja. Mal-Asja qed ninkludi wkoll l-Awstralja. Hawn nixtieq infakkar li ħafna mill-pajjiżi tal-eks-Unjoni Sovjetika qegħdin fl-Asja.

Meta waqa’ l-ħajt ta’ Berlin, il-politiċi dominanti mhux biss baqgħu jaħsbu f ’termini ta’ gwerra bierda, iżda kienu għadhom jaħsbu f ’termini tat-tieni gwerra. Minflok imxejna lejn għaqda akbar mar-Russja u l-integrazzjoni tagħha aktar malEwropa, imxejna biex flimkien mal-Amerika nipprovaw infarrku r-Russja billi tiġi frammentata fi stati żgħar. Dan il-pjan Amerikan ma rnexxiex. Ir-Russja għaddiet minn kalvarju. Kien hemm kriżi kbira u gwerra ċivili. F’mumenti minnhom, in-nies litteralment lanqas kellhom x’jieklu. Niftakar meta kont f ’eks-Repubblika tal-Unjoni Sovjetika, f ’dik tal-Ażerbaijan, kienu jgħiduli li matul dan il-perjodu ta’ kriżi, filgħodu kienu jieklu l-caviar, f ’nofsinhar il-caviar u filgħaxija il-caviar. Wieħed jgħid x’fortuna. Il-vera caviar jiswa ħafna flus fl-Ewropa. Fil-verità, dan kien l-uniku ikel li kienu jsibu. Kienu jmorru jaqbdu l-isturgeon, il-ħuta li tagħmel il-bajd talcaviar u jikluha mal-caviar. Għal dawk li kienu joqogħdu mal-baħar Kaspju, dan kien l-uniku ikel b’xejn li setgħu jieklu!

Din hi s-sitwazzjoni demografika li d-dinja Ewropea għandha quddiemha. X’inhi tagħmel l-Ewropa? Tingħalaq fiha nnifisha. Tkompli tqis lir-Russja bħala għadu għax għadha fid-djalettika tal-gwerra l-bierda. Tiġri wara l-Amerika li ma għadhiex alleat stabbli. Dan urietu aktar minn darba matul l-istorja. L-aħħar att hu dak lejn il-Kurdi. Li hu żgur li l-Ewropa qiegħda tmur bil-mod il-mod lejn l-irrelevanza storika tagħha. Ir-relevanza tilfitha fl-1789 u għadha għaddejja minn din it-triq taddabien sal-lum. F’termini ta’ popolazzjoni l-Amerika mhux se tkun differenti mill-Ewropa. Biss min hu f ’sensieh, ibda mill-Amerika, dan l-aspett qed jarah. L-Amerika stess qiegħda aktar tagħti kas tad-dinja Asjatika. Iċ-Ċina diġà tefgħet ħarsitha fuq l-Afrika. Jekk wieħed iħares lejn id-diplomazija Vatikana, wieħed jinduna fl-għażla tal-kardinali li qiegħda ssir, hemm l-emfasi fuq l-Afrika u l-Asja. Anke hawn qiegħda titwettaq diversifikazzjoni u l-ftuħ lejn dinja li qed tiżviluppa demografikament. B’dispjaċir ikolli ngħid, li l-Ewropa għadha titkellem f ’termini ta’ gwerra bierda. Aktar interessata f ’sanzjonijiet lejn ir-Russja milli tibda triq ta’ aktar integrazzjoni ma’ dan il-pajjiż. Tixtieq jew ma tixtiqx, id-demografija dinjija se twassal biex iġġiegħel lill-Ewropa tibdel ir-rotta u l-lingwaġġ tagħha lejn ir-Russja.

Illum ir-Russja ħarġet minn din il-fażi. Illum hi stat qawwi. Waqt li l-Amerika għamlet il-Monroe Doctrine fis-seklu dsatax, jiġifieri dak li l-President James Amerikan Monroe kien iddikjara li dak li jiġri fil-kontinent Amerikan hu biss affari tal-Amerika u ħadd ma jista’ jindaħal, illum ir-Russja għandha l-istess duttrina fil-konfront tal-eks-stati tal-Unjoni Sovjetika. Hawn qed nirreferi għal dawk li ma marrux taħt il-kappa tan-Nato. Din hi sfera ta’ influwenza Russa. Niftakar, nitkellem ma’ kollegi tiegħi fi Strassburgu u jgħiduli li r-Russja ġejja issa fuq l-Ewropa ‘with vengence’ – ‘bi ħdura’ għax l-Ewropa ttrattat lir-Russja ħażin. Riċentament tkellem anke Gorbachev dwar tensjonjiet u anke l-biża’ ta’ tellieqa millġdid tal-armamenti.

35


IL-MALTEMP TA’ QABEL IL-BNAZZI Kien lejl kiesaħ u tempestuż , 30 sena ilu. Malta rarament ġarrbet maltempata bħal dik. Madankollu serviet bħala l-post fejn ittieħdet waħda mill-akbar deċiżjonijiet politiċi fl-istorja tal-umanità. Kien hawn, dak iż-żmien, fejn il-Gwerra Bierda spiċċat. Kien fuq il-mewġ qawwi u għoli li kien qiegħed iħabbat max-xtut tagħna fejn sar qbil, u xejn ma baqa’ l-istess...


Il-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali fi ħdan il-Ministeru għallĠustizzja, Kultura u Gvern Lokali se ttella’ wirja b’tifkira ta’ dan l-anniversarju storiku fl-Iskola Primarja ta’ Birżebbuġa. Il-wirja se tkun inawgurata mill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici.


Professur Dominic Fenech

Dekan tal-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta

30 Sena ta’ Memorji mill-MALTA SUMMIT

38


Summit li mmarka l-bidla fl-istorja mondjali Intervista mad-Dekan tal-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta, il-Professur Dominic Fenech Filwaqt li l-Gwerra Bierda ma ntemmitx minħabba s-Summit ta’ Bush u Gorbachev li seħħ f ’Malta, wieħed jirrikonoxxi li dan is-summit kien punt ieħor importanti minn sensiela ta’ avvenimenti li seħħew pjuttost malajr u li wasslu għat-tmiem tal-Gwerra Bierda.

Sostna dan id-Dekan tal-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta, il-Professur Dominic Fenech li spjega li kien hawn meta fid-dinja bdejna nerġgħu naraw xaqq ta’ dawl wara t-tensjoni li kien hemm fi żmien Ronald Regan fl-Istati Uniti u Andropov u Chernenko fl-Unjoni Sovjetika.

u l-Bulgarija - għandhom sovranità limitata u ma jistgħux jaqbdu u jagħmlu li jridu għax jifformaw parti minn blokk akbar. Dan kien ifisser li jekk iċ-Ċeki ma jogħġobhomx dak li jiddetta l-blokk allura jispiċċaw jibagħtu t-tankijiet, bħalma l-Polonja fi żmien Jaruzelski kellhom jimponu l-liġi militari biex jevitaw invażjoni min-naħa tar-Russi. Id-Dekan jispjega li din kienet kollha parti mil-loġika talBrezhnev Doctrine, li timponi u tindaħal fil-pajjiżi alleati tagħha.

Spjega li wara s-sebgħinijiet l-affarijiet kienu reġgħu bbiesu iżda fl-1985, meta tela’ bħala segretarju ġenerali Mikhail Gorbachev, li kien riformist, xtaq jagħti nifs ġdid lis-sistema komunista u lill-Unjoni Sovjetika. Kien għalhekk li bil-mod beda jdaħħal ċerta riformi, li bdew jissejħu l-Perestroika u l-glasnost. B’dan il-mod, l-Unjoni Sovjetika bdiet tirrevedi l-politika interna u anke esterna.

Gorbachev beda jgħid li ma jridx li l-Komuniżmu jkun ta’ bilfors. Kien jemmen li l-Komuniżmu għandu jiġi adottat biex il-pajjiżi jagħmlu suċċess. Min-naħa l-oħra, hu kien jemmen li ma kienx qed jagħti r-riżultati mixtieqa u għalhekk kellu jevolvi. Fil-fatt, hu kien anke jħares lura lejn il-bidu nett fi żmien Lenin meta dak iż-żmien kienu qegħdin jipprovaw iħallu ċerta libertà ekonomika lill-istat. Għalhekk ilProfessur fenech jispjega li l-fatt li l-Unjoni Sovjetika daħlet fit-triq tar-riforma, erba’ snin qabel is-summit, juri li t-tmiem tal-gwerra bierda kienet xi ħaġa riesqa. Semmielna kif f ’dik is-sena, fix-xhur ta’ qabel kien hemm ċaqliq kbir. Il-Ġermanja tal-Lvant, li kienet waħda mill-aktar oppressivi, kienet qiegħda tħalli lin-nies imorru għal btala l-Ungerija, li kienet ħafna aktar liberali imma parti mill-istess blokk Sovjetiku. Jidher li l-awtoritajiet kienu qegħdin jagħlqu għajnejhom meta n-nies kienu jaqbżu mill-Ungerija lejn l-Awstrija. Anke n-nies bdew iħossu li ma kienx għad hemm l-id daqstant oppressiva ta’ qabel.

Il-Professur Fenech jgħid li l-fatt li s-Sovjetiċi eleġġew lil Gorbachev kien ifisser li hemm rieda fil-Partit Komunista li jridu ċerta bidla u aktar liberalizzazzjoni, ħalli jagħtu ħajja ġdida lill-komuniżmu. Min-naħa l-oħra, spjega li dan ma kienx ifisser li rieduh jieqaf jew inkella li tinqered l-Unjoni Sovjetika. Dan il-proċess ħa rankatura taħt Gorbachev u l-ewwel sinjali ċari kienu l-bidla fir-relazzjonijiet internazzjonali bejn is-superpotenzi waqt is-summit ta’ Rejkjavik fl-Iżlanda fl-1987. Fenech jispjega li bejniethom ma waslu għal xejn, iżda tkellmu ħafna dwar il-limitazzjoni u l-kontroll tal-armi b’ċerta kordjalità mhux tas-soltu bejn il-mexxej Amerikan u dak Sovjetiku.

Saret ukoll pressjoni kbira fuq Honecker, li kien il-mexxej tal-Ġermanja tal-Lvant, biex dan ukoll jiftaħ daqsxejn. Imbagħad qalbuhielu u Gorbachev kien qallu li min jasal tard, jitħalla lura fl-istorja. Bl-istess mod, pajjiżi oħra komunisti bdew jiftħu.

Imbagħad isemmi li Gorbachev ħabbar li ma kienx għadu jemmen fil-Brezhnev Doctrine ta’ żmien is-Segretarju Ġenerali Brezhnev li kienet tgħid li l-pajjiżi alleati tal-Unjoni Sovjetika - bħall-Polonja, l-Ungerija, iċ-Ċekoslovakkja, ir-Rumanija

39


30 Sena ta’ Memorji mill-MALTA SUMMIT

40


In-newtralità u t-temp sabiħ

Min-naħa l-oħra, jgħid għalina l-Maltin kien tajjeb li rrikonoxxewna u rrikonoxxeww in-newtralità tagħna. Jgħid li Malta qisha kienet hemm biss bħala l-pajjiż li laqagħhom fih. Jispjega li mhux talli ma dħalniex fid-diskussjoni, talli lanqas riedu jersqu ‘l hawn.

Il-Professur Fenech jgħid li s-Summit sar hawn Malta minħabba żewġ raġunijiet. Waħda minnhom kienet minħabba n-newtralità tagħha, filwaqt li t-tieni raġuni kienet li ħu George H. W. Bush kien ġie jfittex hawn Malta u qalilhom li apparti li Malta hi newtrali, fix-xitwa jagħmel temp sabiħ. Madankollu, il-Professur Fenech jgħid li din tal-aħħar ma tantx ġiethom tajba għax kien għamel maltemp qawwi, tant li l-laqgħat li suppost kellhom isiru fuq il-bastimenti tal-gwerra tagħhom, spiċċaw saru fil-port ta’ Marsaxlokk.

Fil-fatt, Fenech jgħid li dawn il-mexxejja ġabu żewġ bastimenti tal-gwerra u l-laqgħat kellhom isiru barra l-port ankrati. Dawn kienu l-bastiment Sovjetiku Slava u dak Amerikan Belknap li kienu akrati barra l-port ta’ Marsaxlokk. L-idea kienet li parti mil-laqgħat isiru fuq il-bastiment Russu u oħrajn fuq dak Amerikan. Imbagħad inqalgħet maltempata qawwija u ma setgħux isiru barra l-port peress li bdew jinkwetaw minħabba s-saħħa tal-maltempata.

Intant, id-Dekan spjegalna li tant l-avvenimenti bdew jiġru malajr, li ftit qabel ma waslu Malta Bush u Gorbachev kien waqa’ l-ħajt ta’ Berlin. Jgħid li dik ilpressjoni faqqgħet u r-reġim kellu jiftaħ idejh. Fenech jistqarr li min jistudja u jikteb dwar il-Gwerra Bierda jgħid li d-9 ta’ Novembru kienet il-qofol u t-tmiem tal-Gwerra Bierda. Anzi jinsisti li kieku l-Ħajt ta’ Berlin waqa’ qabel ma dawn il-mexxejja ddeċidew li jiġu hawn Malta, kieku probabbilment bħala ġest simboliku aktar kienet tkun tagħmel sens li jiltaqgħu Berlin għax minn pajjiż maqsum reġa’ ngħaqad.

Id-Dekan jgħid li l-aktar inkwetat kien Gorbachev u n-nies tiegħu, tant li biex jiċċajta waqt il-konferenza Bush qal li r-Russi ma jħobbux il-baħar daqs l-Istati Uniti, peress li huma kienu potenza marittima aktar qawwija. Minħabba l-maltemp, intuża l-bastiment Sovjetiku Maxsim Gorkiy li kien marbut fil-port ta’ Marsaxlokk. Fenech jgħid li fuq Malta ftit rifsu. Bush ġie fuq ħelikopter li niżżlu x-xagħra talFurjana u minn hemm saquh lejn Kastilja. Hemm marru jżuru lill-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien u mbagħad għamlu l-konferenza tal-aħbarijiet tal-aħħar fis-sala tal-Mediterran għall-Konferenzi.

Madankollu, il-Professur Fenech jgħid li meta ġew hawn kien f ’kuntest li l-Gwerra Bierda kienet qiegħda tispiċċa, għalkemm ħadd ma kien qed jantiċipa li anke l-Unjoni Sovjetika kienet se tikkrolla sentejn biss wara.

Mistoqsi dwar l-għażla ta’ Malta, il-Professur Fenech qal li r-raġuni ewlenija kienet in-newtralità. Jgħid li hu sinjifikanti li dawn iż-żewġ superpotenzi apprezzaw li aħna konna newtrali. Jistqarr li filwaqt li kien komdu għax aħna ma konna alleati ma’ ħadd minnhom, min-naħa l-oħra, la l-Amerikani u lanqas l-Unjoni Sovjetika ma kellhom grazzja ma’ pajjiżi newtrali fl-Ewropa. Qal li jekk tmur lura fiż-żmien u tara l-Conference for Security and Co-operation in Europe li saret f ’Ħelsinki, tara li s-superpotenzi kienu jiddejqu minn pajjiżi bħal Malta; l-ewwel nett għax żgħar, iżda wkoll għax ma jkunux jistgħu jikkontrollawhom.

Rigward Malta, Fenech jgħid li għalina kienet xi ħaġa importanti għax żewġ superpotenzi kienu qegħdin jiltaqgħu proprju f ’pajjiżna. Jgħid li kien summit simboliku, fejn anke l-atteġġjament taż-żewġ naħat kien wieħed amikevoli u li kisbu suċċess flimkien. Jgħid li fid-dinja kien hawn ħafna biża’ ta’ xi gwerra nukleari u fil-fatt, il-kwistjoni li tkellmu l-aktar dwarha kienet dik dwar iddiżarmament nukleari. Jirrakkonta li meta kienu hawn, l-atmosfera kienet li dawn iż-żewġ mexxejja li kienu ggranfati ma’ xulxin, mhux biss kienet waħda fejn jitkellmu u jipprovaw itejbu r-relazzjonijiet bejniethom, talli bdew jifirħu lilhom infushom li ġabu dinja aktar f ’paċi magħha nnifisha.

Jispjega li l-Amerikani qatt ma kienu ferħanin li Malta baqgħet newtrali, għax kienu jħossu li bħala alleati tagħhom postna kien fil-Punent. Min-naħa l-oħra, l-Unjoni Sovjetika ma kinitx tgħidilna prosit u għalihom il-fatt li la konna naħa u lanqas oħra ma tantx kienu jistmawna. Però, issa f ’daqqa waħda, rawna bħala ass għax aħna newtrali. Allura dan kien l-akbar rikonoxximent li qatt seta’ jingħata lin-newtralità tagħna.

Għalhekk Fenech jgħid li s-summit kien importanti b’mod simboliku, minkejja li jsostni li l-mument kruċjali u l-akbar simbolu tat-tmiem tal-Gwerra Bierda kien it-twaqqigħ tal-ħajt ta’ Berlin, peress li dan kien l-ikona li jissimbolizza l-firda.

41


Punt importanti tal-bidla fl-istorja mondjali

Ir-relazzjonijiet kurrenti bejn l-Istati Uniti u r-Russja

Issa li għaddew 30 sena, il-Professur Fenech jgħid li t-tmiem tal-Gwerra Bierda jibqa’ wieħed mill-avvenimenti l-kbar tal-istorja tas-seklu 20. Jgħid li minn hemm bdejna naraw lill-Amerikani u lill-Unjoni Sovjetika jikkoperaw f ’postijiet fejn qabel kienu jimpikaw kontra xulxin. Fost l-oħrajn semma l-Lvant Nofsani, fil-gwerra bejn l-Iraq u l-Iran fejn ftehmu bejniethom u anke f ’diversi postijiet fl-Afrika. Jgħid li filwaqt li qabel kienu jimpikaw bejniethom, issa bdew jużaw dik is-saħħa tagħhom biex jikkoperaw f ’postijiet differenti fid-dinja. Għalhekk isostni li dan iż-żmien kien punt importanti tal-bidla fl-istorja mondjali tas-seklu 20.

Rigward is-sitwazzjoni kurrenti, il-Professur Fenech jgħid li b’mexxej bħal Donald Trump fl-Istati Uniti lanqas taf fejn int qiegħed. Sostna li dan qed jgħidu li r-Russi għenuh biex sar president. Fl-istess waqt mar l-Ukrajna, li qiegħda f ’kunflitt mar-Russja, u qalilhom li jekk mhux se jinvestigaw lit-tifel ta’ Biden allura mhux se jagħtihom l-għajnuna militari. Però, jgħid li l-Amerikani u l-alleati tagħhom m’għadx għandhom dik ir-rabta mar-Russi bħal qabel. Isemmi li Trumo ġieli jgerger fuq l-infiq għad-difiża tal-Ewropa u jgħid li għandhom jieħdu ħsieb aktar tagħhom infushom. Bħalma fil-fatt għamel fis-Sirja.

Il-Professur Fenech jgħid li minn tant summits, dan kien is-summit li mmarka t-tmiem tal-Gwerra l-Bierda. Jgħid li kien importanti wkoll għax Bush kien wiegħed lil Gorbachev, anke jekk ma żammx kelmtu, quddiem kulħadd li l-Amerika mhix bi ħsiebha tapprofitta ruħha jew toqgħod tifraħ li rebħet xi gwerra minn fuq l-Unjoni Sovjetika. Kienu qablu li din kienet xi ħaġa li kisbu flimkien u kien qal li l-Amerikani mhux se jmorru jiżfnu fuq il-ħajt ta’ Berlin. Madankollu, Fenech jgħid li aktar tard kien l-istess Bush li qal li l-Amerikani kienu rebħu l-Gwerra Bierda, iżda dak iż-żmien tas-summit mhux hekk kien qal. Lanqas x’kien se jiġri ma kienu jafu u ħadd ma kien jaf li l-Unjoni Sovjetika kienet se tikkollassa wara sentejn.

Però, il-Professur Fenech jispjega li bejn il-Punent u r-Russja għad hemm ħajt virtwali li ma bediex illum. Jispjega li min-naħa tal-Punent lir-Russi qatt ma riduhom. Anke jekk tmur lura ħafna fiż-żmien ta’ Peter The Great fis-seklu 17, dan kien jammira lill-Punent u ried jiftaħ tieqa bejniethom. Imma l-Punent qatt ma tah wiċċ għax kienu jaraw lir-Russja bħala ‘l barra mill-Ewropa. Anke fit-tieni gwerra dinjija meta kienu alleati. Fenech jgħid li spiċċaw fl-istess kappa mal-alleati għax attakkahom Hitler wara li ttradihom. Għalhekk jgħid li sabu ruħhom jiffaċċjaw l-istess għadu, għalkemm xorta ma kinux jafdaw lil xulxin. Jistqarr li ż-żewġ naħat kienu jafu li la tispiċċa l-gwerra, ir-relazzjoni kienet se terġa’ lura għal dik li ma jifhmux lil xulxin.

Id-Dekan jispjega li l-Unjoni Sovjetika kienet ilha għaddejja minn ċaqliq. Ifakkar kif fl-1956, l-Ungeriżi pprovew jitilqu għal rashom u s-Sovjetiċi invadewhom. Fl-1968 iċ-Ċekoslovakkja pprovat tieħu ċerta libertà u bagħtulhom it-tankijiet. Fl-1980 kien hemm ċaqliq fil-Polonja meta bdiet is-Solidarnosc u kien anke jinkoraġġihom ilPapa li għall-ewwel darba kien Pollakk. Kien hemm biża’ li dan iċ-ċaqliq se jispiċċa bit-tankijiet Sovjetiċi. Għalhekk kienet ġiet imposta l-liġi marzjali fuq il-pajjiż biex jintbagħat messaġġ lill-Unjoni Sovjetika li kienu qed jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

Fenech jgħid li anke fl-aħħar parti tal-gwerra, meta l-President Amerikan Harry Truman iltaqa’ f ’summit bejn l-Ingliżi, l-Amerikani u r-Russi f ’Potsdam. Hu dar fuq Stalin u qallu li kellhom il-bomba atomika. Jgħid li kienu qegħdin itellqu min se joħloqha l-ewwel u meta qallu hekk kienet bħal twissija lil Stalin li hu kien għad m’għandux dik il-bomba. Fenech jgħid li ħafna jaqblu li meta l-Amerikani tefgħu l-bomba atomika f ’Hiroshima u Nagasaki mhux biss għamlu dan biex jispiċċaw ilgwerra malajr, iżda biex juru lir-Russi li għandhom din l-arma ġdida li huma għad m’għandhomx. Għalhekk id-Dekan jgħid li r-Russja fl-istorja tagħha dejjem kienet meqjusa bħala l-post fejn tieqaf l-Ewropa u jibda l-kumplament.

Għalhekk il-Professur Fenech jgħid li taħt il-wiċċ kien hemm ħafna tbaqbiq. Jgħid li sa xħin ġie Gorbachev, il-messaġġ kien ċar li min jiċċaqlaq se jaqlagħha. Anke Gorbachev stess, meta mar il-Litwanja jxandar li bi ħsiebu jiftaħ u xi nies bdew jagħfsuh fuq jekk hemmx bżonn tibqa’ parti mir-Russja, Gorbachev wissihom li jekk xi biċċa tipprova tinqata’, hu kien lest akkost li ma jarahiex titfarrak, li jwaqqaf ir-riformi kollha u jmur lura għal kif kienu. Il-messaġġ kien li jekk jipprovaw jitbiegħdu, kienu se jmorru lura għal kif kienu u għalhekk it-tmiem tal-Gwerra Bierda kien punt ta’ bidla importanti ħafna.

30 Sena ta’ Memorji mill-MALTA SUMMIT

Rigward l-Amerikani, il-Professur Fenech jgħid li dawn approfittaw ruħhom mir-Russi aktar tard fiż-żmien. Isemmi kif Bush, ftit wara beda jgħid li kienu l-Amerikani li rebħu l-gwerra, filwaqt li kiser il-wegħda li n-NATO ma tersaqx lejn il-fruntieri tar-Russja.

42


Kellna opportunità fejn nisfruttaw in-newtralità Intant, id-Dekan sostna li l-ironija ta’ din l-istorja kienet li seħħet taħt Gvern Nazzjonalista. Hu sostna li kien hemm opportunità li nkomplu niżviluppaw ilpolitika tagħna bbażata fuq in-newtralità, iżda l-Gvern ta’ dak iż-żmien ma kellux għal qalbu n-newtralità. Qal li minkejja li din ġiet aċċettata fil-Kostituzzjoni, kulħadd jaf f ’liema ċirkostanzi sar dan. Fenech jgħid li ħafna Russi anke ħaduha kontra l-mexxej tagħhom wara Gorbachev, Boris Yeltsin, għax rawh li pprova jinħabb mal-Amerikani meta l-Unjoni Sovjetika tkissret. Ir-Russi kienu jħossu li kien għad fadal il-qalb, li kienet ir-Russja u ma ħassewx li kellhom jarmu d-dinjità tagħhom. Fl-aħħar mill-aħħar ir-Russja kienet wirtet l-armamenti nukleari kollha, iżda Yeltsin kien iċedi kollox.

Il-Professur Fenech qal li sa dak iż-żmien, il-mira kollha tal-Gvern fil-politika barranija kienet li ssir is-sħubija fl-Unjoni Ewropea li dak iż-żmien kienet għadha l-Komunità Ewropea. Fil-fatt, semma kif l-ewwel ħaġa li għamlu n-Nazzjonalisti malli telgħu fil-Gvern fl-1987, kienet li Ċensu Tabone, li dak iż-żmien kien ministru tal-affarijiet barranin, tela’ Brussels jitkellem ma’ Claude Cheysson, li kien il-kummissarju għat-tkabbir tal-komunità Ewropea. Hu qallu biex iħaffu l-proċess ħalli Malta tkun tista’ tidħol f ’din il-komunità, iżda dan qallu biex jikkalma għax kien għadhom kemm daħħlu lil Spanja u lill-Portugall. Fenech jgħid li n-Nazzjonalisti kienu jaħsbu li kien jiddependi minn Malta jekk nidħlux jew le. Għalhekk il-politika barranija kienet indirizzata ‘l hemm biss. Il-Professur Fenech qal li b’dan il-mod mhux qed jiġġudika jekk dak li sar kienx tajjeb, imma qed jgħid x’kienu l-affarijiet u kif ġraw. Min-naħa l-oħra, hu qal li kieku komplejna niżviluppaw il-politika tan-newtralità, li nkunu ekwi-distanti bejn id-dinja Għarbija u dik Ewropea, dan jaf kien jiswielna ta’ ġid. Fil-fatt, hu qal li l-komunità Ewropea stess kienet qiegħda tipprova tibni kuntatt mad-dinja Għarbija u l-politika Maltija kienet aċċettata mill-Ewropej.

Meta mbagħad wasal Putin, li kien Komunist u anke l-Kap tal-KGB (kumitat tassigurtà) aktar qabel, ipprova jerġa’ jnissel dak iċ-ċertu prestiġju li kellha r-Russja, filwaqt li jibgħat il-messaġġ li mar-Russi ma tiċċajtax u li xorta għadhom potenza kbira. Il-Professur Fenech ma jħossx li hemm gwerra bierda bejn Trump u Putin. Madankollu, jgħid li dejjem hemm il-kwistjoni li l-Punent ma jafdax lir-Russi. Anke fil-kwistjoni tal-Ukrajna, min-naħa tal-Unjoni Ewropea u n-NATO dawn irewħulhom biex jinqatgħu u jsiru indipendenti, iżda r-Russi jriduhom jibqgħu magħhom biex ma jiġux f ’kuntatt dirett mal-Ewropa. Fuq kollox, Fenech jgħid li Putin hu kburi li hu Russu u hu kburi bl-istorja tar-Russja. Fis-sitwazzjoni kurrenti, il-Professur Fenech jgħid li t-tensjoni hi aktar bejn l-Amerikani u ċ-Ċina. Jispjega li f ’ċerti postijiet bħas-Sirja, l-Amerikani fehmu li r-Russi għandhom iktar interessi u ma tfixklux bejniethom.

Rigward is-Summit, il-Professur Fenech qal li kienet xi ħaġa sabiħa, iżda meta spiċċa s-Summit kollox intemm hemm. Qal li stajna nenfasizzaw li l-politika tagħna qiegħda taħdem u konna nisfruttawha għall-ġid ta’ pajjiżna.

43


Ringrazzjamenti Dan il-proġett kien biss possibbli bl-għajnuna ta’ ħafna nies li ħadmu qatigħ f ’din il-pubblikazzjoni. Għalhekk ħassejna li kellna nirrikonoxxu l-għajnuna ta’ kull wieħed minnhom. Ritratti awtentiċi ta’ dak iż-żmien: Union Print Co. Ltd Disinn: Robert Caruana Fotografija: Alan Saliba u Roger Azzopardi Opinjonijiet: Il-Prim Ministru Joseph Muscat; l-eks-Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici; il-President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca; il-Ministru Carmelo Abela; iċ-Chargè d’Affaires Amerikan Mark A. Schapiro; l-Ambaxxatur Russu Vladimir Malygin; l-Istoriku Simon Mercieca. Intervisti: L-eks-Ministru Alex Sciberras Trigona; il-Professur Raymond Mangion; il-Professur Dominic Fenech; Pierre u Josette Scerri. Kitba: Melvin Farrugia Produzzjoni: Union Print Co. Ltd, Copyright 2019

30 Sena ta’ Memorji mill-MALTA SUMMIT

44




Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.