3 minute read

Fro t t i l - ġ e n e ro ż i t á t a l - M a l t i n : I n aw g u ra t a t - t i e n i D a r B j o r n

Veru li ssib minn kollox, biss ħadd ma jista’ jiċħad il-qalb tajba u l-ġenerożitá tal-Maltin, l-aktar meta jiġu biex jgħinu lill-batut, u l-aktar u laktar meta jkunu jafu li hemm rieda tajba Turija ta’ dan reġgħet intweriet dan l-aħħar meta ġiet inawgurata t-tieni Dar Bjorn, din id-darba f ’Ħaż-Żebbuġ, li bħallewwel waħda f ’Ħal Qormi żgur għandha tkun ta’ fejda u toffri servizzi ta’ terapija lil persuni blALS u kundizzjonijiet newroloġiċi oħra Dawn id-djar huma frott il-ħidma ta’ Bjorn Formosa, bniedem, meqjus bħala eroj wara dak li għadda minnu u għadu Wara li fl-2015 sar jaf li kellu l-kundizzjoni terminali tal-ALS, Bjorn beda ħidma biex forsi tiġi skoperta l-kura u titjib il-kwalitá tal-ħajja ta’ dawk li bħalu jbatu minna Għalhekk waqqaf il-Fondazzjoni talALS f ’Malta

L-għan ta’ Bjorn u l-fondazzjoni kien u hu li f ’Malta jkun hawn għarfien għal din il marda u biex kemm jista’ jkun tittaffa ttbatija ta’ dawk li bħalu huma maħkuma minna, li tittejjeb il-kwalitá tal-ħajja talpazjenti li għandhom l-ALS u jsir studju biex forsi sa fl-aħħar tinstab il-kura

Advertisement

Flimkien ma’ martu Marija li kien jaf qabel kellu l-marda u żżewġu meta diġá nstab li kien maħkum u jbati minn ċerti nuqqasijiet kaġun tal-ALS, taw ħajjithom biex flimkien jintlaħaq l-għan tiegħu

Il-ħsieb kien li jiffurmaw il-fondazzjoni.

Għalkemm fil-kont bankarju tagħhom kellhom biss ftit mijiet ta’ ewro, għamlu kampanja biex jinġabru biżżejjed flus ħalli jingħata bidu biex fl-aħħar jintlaħaq lgħan tagħhom F’temp ta’ disa’ xhur ġabru nofs miljun ewro Il-poplu Malti emmen fih u f ’dak li Bjorn xtaq, u wara l-ewwel teleton fuq it-televiżjoni nġabret is-somma ta’ €430,000 biex setgħu jinxrtraw aċċessarji motorizzati ħalli jintużaw minn dawk li jbatu bl-ALS.

Il-ġenerożitá tal-poplu Malti baqgħet tintwera kull sena, kemm fil-ġbir organizzat ta’ kull sena minn fuq l-istazzjonijiet televiżivi, kif ukoll bid-donazzjonijiet li jsiru minn żmien għal żmien.

It-tobba ma kienux taw lil Bjorn aktar minn tliet snin ħajja, madankollu xorta kien determinat li jiddedika l-bqija ta’ ħajtu għall-iskop li kellu f ’moħħu, li jgħin lill-oħrajn li qed isofru bħalu Ried li jgħaddi messaġġ ta’ tama lil dawk bħalu, għalhekk ma qgħadx b’idejh fuq żaqqu.

Tmien snin wara, għadu jiġbed l-ammirazzjoni, kemm tal-komunitá Maltija, kif ukoll tal-awtoritajiet, u min-naħa tiegħu, il-Gvern aċċetta u għamel xewqet Bjorn ukoll tiegħu

Dan kollu wassal biex il-poplu jdaħħal idu fil-but u jikkontribwixxi biex hekk, lgħan ta’ Bjorn li l-Fomdazzjoni ALS ikollha l-ewwel binja tagħha ssir realtá

Meta jara s-serjetá u l-qalb tajba ta’ nies bħal dawk li jmexxu l-fondazzjoni –kif wara kollox hu fid-dmir li jagħmel – ilgvern lest iwieżen u jgħin lil dawk bi sfidi ġenwini f ’ħajjithom ħalli jgawdu minn kwalitá ta’ ħajja aħjar Għalhekk ta wkoll sehemu billi ikkontribwixxa b’somon sostanzjali ta’ flus ħalli l-binjiet li xtaq Bjorn iseħħu u jkunu jistgħu jitħaddmu

Fid-diskors tal-inawgurazzjoni, tat-tieni Dar Bjorn f ’Ħaż-Zebbug, il-Prim Ministru Robert Abela tenna li kien għalhekk li fost għajnuna oħra l-gvern qed ikompli jżid il-

Carer ’ s Grant u jinvesti aktar minn €4 miljun favur assistenti personali, biex aktar persuni jkunu jistgħu jgħixu b’mod indipendenti fil-komunità Huwa rrefera għall-ftehim soċjali b’mudell ta’ sħubija bejn il-gvern u ssoċjetà bħala wieħed b’saħħtu fejn dawk missettur privat jersqu ’l quddiem bl-aqwa prattiċi favur il-kura u l-ħarsien tan-nies Hu sostna li lftehim li l-gvern għamel ma’ l-ALS Malta, hu eżempju ċar ta’ dan Fl-aħħarnett ta ħajr lillprofessjonisti u l-ħaddiema għall-għajnun li jagħtu fil-ħajja ta’ persuni bħal dawn biex jistgħu ikunu aktar komdi li jgħixu f ’dar bħal din mgħammra b’faċilitajiet tal-ogħla livell Din it-tieni Dar Bjorn f ’Ħaż-Żebbuġ, li hi nvestiment ta’ €6 miljun, se tkun ta’ servizz kbir għassoċjetà. Hemmhekk, it-30 persuna li ġew assessjati minn Aġenzija Sapport issa se jirċievu s-servizzi li l-binja toffri Din id-dar hi maħsuba biex dawk li se jqattgħu ħinijiet twal fiha, ikunu jistgħu jgawdu wkoll mill-elementi ta’ barra

Fost oħrajn, id-dar tassigura li jidħol iddawl naturali Tinkludi wkoll ġnien u pixxina għat-terapija Il-post se joffri kenn għal min ma jistax jibqa’ jgħix f ’daru minħabba nuqqas ta’ aċċessibilitá billi jkollu ċ-ċans li jgħix bil-kura u s-servizzi kollha meħtieġa, kull jum u f ’kull ħin talġurnata

Minbarra lil Bjorn u lill-fondazzjoni, ilPrim Ministru ta’ ħajr lill-professjonisti u lill-ħaddiema għall-kontribut siewi tagħhom fil-ħajja ta’ dawn il-persuni, biex ħajjithom tkun aktar komda u faċli f ’dar mgħammra b’faċilitajiet tal-ogħla livell Qal li proġetti bħal dawn se jibqgħu jsibu s-sostenn tal-gvern

Min-naħa tiegħu Bjorn Formosa irringrazzja lill-poplu Malti, lill-kuntratturi u lill-gvern biex dak li forsi għall-ewwel deher li seta’ kien biss ħolm, qed isir realtá Semma wkoll id-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom biex tlesta l-proġett, laktar waqt il-pandemija

Biswit din id-Dar dalwaqt titlesta wkoll Respite li tkun tista’ titgawda u tkun ta’ solliev ieħor għall-pazjenti

This article is from: