4 minute read
I l - M a r a u x - X o g ħ o l
- k i f i n b i d l u ż - ż
Min għandu ċerta età’ jiftakar sew il-mentalitá li l-post tal-mara kien prinċipalment fid-dar, li tieħu ħsieb il-bżonnijiet tal-familja, b’dawk il-ftit xebbiet li joħorġu jaħdmu malli jiżżewwġu jispiċċaw jinqatgħu mix-xogħol
Advertisement
Tant din kienet ħaġa normali, li saħansitra kienet regola tal-pajjiż li in-nisa li jaħdmu mal-Gvern, fosthom għadd kbir ta’ għalliema, kien ikollhom jagħżlu bejn l-impjieg u ż-żwieġ, għax malli jgħidu s-signor si kien ikollhom iħallu x-xogħol.
Dan inbidel biss lejn fis-snin sebgħin meta xi impjegati tal-Gvern, fosthom għalliema (minħabba nuqqas ta’ għalliema), bdew jitħallew ikomplu fil-professjoni tagħhom
Meta lejn tmiem is-snin sebgħin, bit-tluq tal-qawwiet Ingliżi, Malta bdiet tiddependi aktar fuq l-industrija, it-turiżmu eċċ, u allura kien hemm aktar ħtieġa ta’ ħaddiema, fosthom nisa, il-Gvern beda iħajjar aktar nisa biex joħroġu mid-dar u jsibu mpjieg.
Il-Gvern għaraf li biex għadd konsiderevoli ta’ nisa jkunu jistgħu joħorġu jaħdmu, kienu jridu jaraw x’se jagħmlu b’uliedhom waqt li huma jkunu barra mid-dar
Dak iż-żmien, il-ġenituri nistgħu ngħidu li kellhom żewġ għażliet: dik li jħallu lil uliedhom ma xi ħadd li jiġi minnhom, ġeneralment in-nanniet, jew jibagħtuhom f ’dik li dak iż-żmien kienet magħrufa bħala liskola tan-nuna għal tfal bejn it-3-4 snin.
L-BCRS suċċess
Forsi hawn min jistaqsini x’inhi din i lBCRS? Fil-fatt, din hi l-kumpanija li qed tieħu ħsieb l-ġbir ta’ flixken tal-plastik, ċerti flixken tal-ħġieġ u bottijiet tax-xorb tal-landa bħal dawk tal-birra, l-luminati, eċċ permezz ta’ magni li ġew imwaqqfa f ’ħafna mis-supermarkets, kif ukoll xi postijiet pubbliċi.
Permezz ta’ din is-sistema, dawk li jużaw dawn il-magni biex jeħilsu minn kontenituri tax-xorb li semmejt, jingħataw 10 ċenteżmi lura għal kull kontenitur (sintendi meta jinxtraw dawn il-kontenaturi l-konsumatur ikun ħallas 10 ċenteżmi aktar, allura dawn li jieħu lura)
Għalkemm għall-ewwel kien hemm, u sa ċertu punt għad hemm, xi kritika, il-fatti wrew li dawn kienu suċċess tant li mittnedija tal-iskema f ’nofs Novembru 2022 sat-30 ta’ April 2023 inġabbru total ta’ 64,444,421 kontenitur tax-xorb vojt, b’momentum li żdied fl-ewwel kwart ta’ din issena b’aktar minn 36 miljun kontenitur mit-48 miljun imqiegħda fis-suq irkuprati matul it-tliet xhur
It-total ta’ 76% tal-kontenituri tax-xorb li
Iżda dawn l-iskejjel kienu ftit u bi ħlas... u ħafna millġenituri ma tantx kienu jifilħu jħallsu l-miżati
Għalhekk, fl-1972 Gvern Laburista iddeċieda li jiftaħ iċ-ċentri tal-kindergarten li kienu jilqgħu tfal ta’ erba’ snin u aktar tard Gvern Nazzjonalista niżżel din letà’ għal tliet snin Hawnhekk ingħata nifs biex ħafna nisa li setgħu, jidħlu fiddinja tax-xogħol
Sadanittant, bil-mod il-mod tneħħiet ukoll is-sistema fejn minkejja li kienu jagħmlu l-istess xogħol in-nisa kellhom salarju inqas mill-irġiel
Għalkemm dan żied sewwa l-għadd ta’ nisa li ħarġu jaħdmu, għal żmien twil Malta xorta waħda baqgħet waħda mill-aktar pajjiżi fl-Unjoni Ewropeja bl-inqas perċentwal ta’ nisa fil-qasam tax-xogħol
Dan wassal biex jittieħdu diversi miżuri oħra fosthom li jingħataw aktar servizzi, fosthom l-introduzzjoni ta’ servizz ta’ kolazzjoni (breakfast) fl-iskejjel primarji u hekk t-tfal ikunu jistgħu jittieħdu fl-iskejjel fis-7 00am’ filgħodu għalkemm l-iskola propju tibda fit-8.30am, b’servizzi oħra biex dawk il-ġenituri li jaslu d-dar wara is2.30pm ta’ wara nofsinhar (il-ħin meta l- lezzjonijiet jispiċċaw u tfal ġeneralment iħallu l-iskola), dawn ikunu jistgħu jibqgħu l-iskola sal-5.00pm.
Fl-2014 il-Gvern daħal ukoll fil-qasam tac-child care, servizz li qabel kien provdut biss mill-privat, billi fetaħ ċentri taċ-child care u wkoll beda jħallas lil ċentri privati u b’hekk ġiet introdotta sistema taċ-child care bla ħlas għal kull min jeħtieġu, u fl2022 f ’Malta kellna 8,437 tfal igawdu milliskema taċ-childcare b’xejn
Dan wassal għal żieda konsistenti flgħadd ta’ nisa fil-qasam tax-xogħol biex illum ir-rata tal-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol hija ta’ sodisfazzjon kbira għax mhux talli lħaqna l-medja talpajjiżi fil-UE, imma saħansitra qbiżniha
Dan kollu ġie kkonfermat mir-rapport annwali tal-Jobplus fejn irriżulta li fl-2022 irrata tal-parteċipazzjoni tan-nisa fix-xogħol, jiġifieri dawk li huma mħallsa f ’impjieg, telgħet għal 74%, filwaqt li l-medja talBlokk Ewropew hija ta’ 69% Dan ifisser li r-rata f ’pajjiżna hija ta’ ħames punti perċentwal iżjed mill-medja fil-UE tqiegħdu fis-suq fl-ewwel kwart tal-2023 ġew irritornati mill-kumpanija BCRS Malta, li huwa riżultat notevoli għal pajjiż żgħir bħal Malta
Bl-introduzzjoni ta’ din is-sistema rġajna rajna repetizzjoni ta’ dak li kien jiġri qabel dħalna fl-Unjoni Ewropeja, li l-biċċa l-kbira tax-xorb kien jinbiegħ fil-flixken Dak inhar ukoll il-kumpaniji tax-xorb kienu jagħtu lflus lura lil min jirritorna l-flixken u allura kont tara l-aktar rġiel iħufu’l hawn u ‘l hinn biex jiġbru dawn il-flixken li jkunu mitluqa ħalli jmorru jsarrfuhom fi flus
Jingħad li kien hemm min kien jagmel kemxa mhux ħażin l-aktar wara xi festa u fil-jiem tas-sajf fix-xtut u f ’postijiet fejn jinġemgħu ħafna nies jixorbu
Dan hu suċċess meta wieħed iħares li sena wara s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea lura fl-2004, il-parteċipazzjoni tan-nisa fiddinja tax-xogħol kienet biss 34 5%, jiġifieri inqas min-nofs li għandna llum Fl-2013 din telgħet għal 47% u sal-2018 din żdiedet konsiderevolment u laħqet l-64%. Imbagħad fl2020 ilħaqna l-figura ta’ 67% fejn irnexxielna naqbżu r-rata ta’ dak iż-żmien li kellhom bħala medja l-pajjiżi fil-UE
Dan is-suċċess ma kienx biss fl-għadd ta’ nisa li daħlu fid-dinja tax-xogħol, imma wkoll fil-kwalità ta’ li dawk li jagħmlu Dan billi filwaqt li fl-2010 kienu biss 19% tal-ħaddiema li min imexxihom kienet mara, issa 36% tal-impjegati għandhom mara bħala l-kap tagħhom, li huwa punt aktar mill-medja tal-Unjoni Ewropeja
Filwaqt li ħafna japprezzaw dan ilprogress fil-qasam femenili tax-xogħol, xorta għadek issib min jinsisti li post ilmara huwa li toqgħod id-dar, tal-inqas meta jkollha t-tfal żgħar
Veru tal-mistħija!
Filwaqt li ħarġet l-aħbar sabiħa dwar ilvara ta’ San Gejtanu li se ttieħed Ruma bħala parti minn ċelebrazzjonijiet, qrajna laħbar tal-mistħija dwar statwa oħra, din iddarba mhux statwa titulari, imma ta’ San Nikola li żżejjen il-Pjazza ewlenija tasSiġġiewi li hu l-patrun tal-lokal
Matul il-lejl xi ħadd infexx jitfa għadd kbir ta’ bajd lejn din l-Istatwa li kienet skolpita fuq żewġ ġebliet kbar minn Pietru Felici, u twaqqfet fl-1732
Jingħad li dawn il-ġebliet inqatgħu minn għalqa li għadha sal-lum magħrufa bħala lgħalqa ta’ San Nikola
L-Istatwa għadha kif ġiet irrestawrata
Bl-aqwa drittijiet għall-LGBTIQ+
Għat-tmien sena wara l-oħra, fejn għandhom x’jaqsmu d-drittijiet talpersuni LGBTIQ+. L-għaqda ILGA-Europe ikklassifikat lil Malta fl-ewwel post L-għaqda, li tevalwa s-sitwazzjoni ta’ liġijiet u l-politika dwar l-ugwaljanza LGBTIQ+ f ’49 pajjiż fl-Ewropa u fl-Asja Ċentrali tat lil Malta 13-il punt perċentwal ogħla mill-pajjiż ikklassifika fit-tieni post