1 minute read
San Gejtanu joħroġ
Għad kif ingħatat l-aħbar li l-Istatwa ta’ San Gejtanu, meqjuma fil-Paroċċa tal-Ħamrun, issa se tinħareġ minn Malta biex tittieħed Ruma fejn se tkun fiċ-ċentru taċ-ċelebrazzjonijiet tal- Kongregazzjoni tal-Kjeriċi Regulari magħrufa bħala l-patrijiet Teatini
Din l-Ordni twaqqfet 500 sena ilu u wieħed mill-fundaturi tagħha kien proprju San Gejtanu, li dak iż-żmien kien magħruf bħala Gaetano dei Conti di Thiene.
Advertisement
Il-vara titulari ta’ San Gejtanu, xogħol artistiku ta’ Karlu Darmanin, se tittieħed Ruma f ’Settembru 2024, u titqiegħed għall-wiri għal xahar sħiħ fil-Bażilika Minuri ta’ San Andrea Della Valle Ilvara se tittieħed ukoll f ’purċissjoni minn din il-knisja sal-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan fejn se tintrefa’ fuq l-ispallejn minn reffiegħa Ħamruniżi
Għal din il-festa tal-500 anniversarju mill-fondazzjoni tagħhom, il-patrijiet Teatini mid-dinja kollha se jmorru Ruma biex jieħdu sehem fil-festi kbar li se jsiru
L-inizjattiva biex din il-vara tittella’ Ruma hija tal-Ambaxxatur ta’ Malta għas-Santa Sede, Frank Zammit wara li ltaqa’ mas-Superjur Ġenerali tal-patrijiet Teatini, Salvador Rodea, u wara li kellmu dwar il-festi li qed jitħejjew għall-500 anniversarju. Zammit ħareġ bl-idea tal-partiċipazzjoni tal-vara ta’ San Gejtanu f ’dawn iċċelebrazzjonijiet. Waqt li l-vara se tkun Ruma, se issir ukoll wirja dwar l-istatwarju Karlu Darmanin
Ta’ min ifaħħar lill-Ambaxxatur Malti għal Vatikan Din ma kienetx l-ewwel inizjattiva tiegħu. Fl-imgħoddi ħadem mas-Santa Sede fuq progetti oħra, fosthom tal-presepju Malti ta’ daqs uman fi Pjazza San Pietru, proġett li seħħ fl-istaġun tal-Milied tal-2016 Waqt il-Presidenza ta’ Marie Louise Coleiro Preca, Zammit ippilota wkoll esebizzjoni ta’ 25 dokument storiku mil-Arkivju Sigriet tal-Vatikan fil-Palazz tal-Granmastru fil-Belt Valletta, u kien ukoll il-moħħ wara l-produzzjoni ta’ dokumentarju televiżiv ta’ 24 episodju bil-Malti dwar l-istorja tal-Vatikana bl-isem Għad-Dell ta’ San Pietru
It-turisti reġgħu ġejjin u qed jinqabżu r-rekords
Il-ħidma li ilha ssir, u l-aktar wara l-pandemija mill-Awtoritá Maltija tat-Turiżmu biex tattira t-turisti lejn Malta qed tkun ta’ suċċess kbir, tant li mqabbel mal-ewwel tleit xhur (Jannar-Marzu) tal-2019, l-aktar sena li fiha ġew turisti f ’Malta, il-figura ta’dakinhar inqabżet b’4.1% Mhux hekk biss, imma kull min hu mdaħħal f ’dan is-settur qed isostni li jidher li din se tkun sena rekord u l-aqwa, mhux biss fl-għadd imma wkoll fil-kwalitá tatturisti. Ġew 443,191 turist (ara paġna 13)
Richard Spiteri
0407 202 167
(02) 9659 0900
Castle Hill
Seven Hills
Windsor and all suburbs
“Let Our Family Help You Through”
Ħalli l-familja tagħna tgħin lillfamilja tiegħek