100 Jum fil-Gvern

Page 1

Suppliment Speċjali is-Sibt 30 ta’ Settembru 2017

Jum fil-Gvern Editur: Roberto Debrincat rdebrincat@unionprint.com.mt

Disinn: Ryan Bezzina design@unionprint.com.mt

Avviżi: Marthese Cauchi mcauchi@unionprint.com.mt


02

EDITORJAL MINN ROBERTO DEBRINCAT

W

TA’ ĦIDMA Jum BLA WAQFIEN

ara kull elezzjoni li fiha partit politiku jingħata mandat biex imexxi lil pajjiżna għal ħames snin ta’ wara, l-ewwel mitt jum huma meqjusa bħala l-benchmark ta’ dak li jkun mistenni li jseħħ matul leġiżlatura sħiħa. Huwa minnu li wara l-ħatra tal-kabinett, kull Ministru maħtur biex imexxi dekasteru partikolari jkollu bżonn perjodu ta’ żmien biex isib saqajh, speċjalment jekk dan għalih jew għaliha jkun settur ġdid, iżda huwa minnu wkoll li l-ħidma ta’ Gvern tibda mill-ewwel ġurnata li matulha jieħu l-ġurament tal-ħatra u l-elettorat jibda jistenna ħidma bla waqfien mill-Gvern elett. L-ewwel mitt jum ta’ Gvern Laburista jistgħu jitqiesu bħala kontinwazzjoni tal-ħidma mwettqa mill-istess Gvern tul il-leġiżlatura preċedenti, kif ukoll turija ċara ta’ dak li se jkun hemm jistennina filħames snin tal-leġiżlatura preżenti. Għalkemm l-elezzjoni ġiet ftit jiem qabel tajna bidu għall-istaġun tas-sajf, l-istaġun li fil-politika huwa meqjus bħala dak li matulu tonqos l-attività politika, Gvern Laburista, permezz tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari li jiffurmaw parti mill-Kabinett, wettaq ħidma f’diversi setturi tas-soċjetà Maltija li komplew jgħollu ‘l fuq il-livell tal-ħajja ta’ kull ċittadin Malti u Għawdxi fl-istess waqt li bdew it-triq biex pajjiżna tassew jesperjenza l-aqwa żmien. EKONOMIJA AKTAR B’SAĦĦITHA

Fejn għandha x’taqsam l-ekonomija, ir-rankatura ekonomika li qabad pajjiżna kompliet tissaħħaħ tant li f’Awwissu l-kumpanija internazzjonali, Fitch, tat ranking ta’ A+ lil Malta fl-istess waqt li wriet il-fehma tagħha li l-qagħda ekonomika ta’ pajjiżna se tibqa’ waħda stabbli. Bħal ma saħqet Fitch, kontributur importanti fis-suċċess ekonomiku miksub minn pajjiżna kien il-fatt li d-dejn talGvern qiegħed kull ma jmur jonqos, tant li huwa maħsub li sa sentejn oħra dan mistenni jitnaqqas għal 50% tal-Prodott Domestiku Gross. Flimkien ma’ dan ir-rikonoxximent, wieħed ma jistax ma jsemmix il-fatt li pajjiżna kiseb surplus ta’ aktar minn €44 miljun fl-ewwel kwart tas-sena, kif ukoll ra’ żieda ta’ 6.4% f’termini reali fil-PDG fit-tieni kwart tas-sena, żieda li kienet l-akbar waħda fost il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, bil-medja fost l-UE tkun ta’ 2.3%. INQAS QGĦAD U AKTAR FLUS FL-IDEJN Fattur ieħor li tajjeb li jiġi rrimarkat huwa li l-qgħad f’pajjiżna kompla jonqos, fejn f’Awwissu, ir-rata ta’ qgħad li ġiet reġistrata kienet ta’ 4.1%, liema rata kienet it-tielet l-inqas waħda fost il-pajjiżi membri talUE.

Fl-istess waqt, ġiet irreġistrata żieda ta’ 6% fil-pagi tal-ħaddiema, żieda li permezz tagħha żdied dak li jissejjaħ bħala l-purcha-sing power tal-poplu Malti u Għawdxi u għaldaqstant dan ikkontribwixxa biex ikun hawn żieda fl-attività kummerċjali u ekonomika fil-gżejjer tagħna. Fl-istess waqt, ingħata bidu għal proċess li permezz tiegħu jiġi attwat fil-prattika ftehim li kien ġie ffirmat f’April ta’ din is-sena, liema ftehim se jwassal biex tiżdied il-paga minima f’pajjiżna bi ftit aktar minn €400 fis-sena. Kisba oħra relatata mal-qasam soċjali u ekonomiku hija li kompla jonqos l-ammont ta’ nies li huma dipendenti fuq il-bżonnijiet soċjali. Fil-fatt, fl-ewwel nofs tal-2017 l-ammont ta’ nies dipendenti mill-assistenza soċjali naqas għal 5,631. Dan it-tnaqqis qawwi ta’ aktar minn nofs seħħ minħabba li pajjiżna qed ikollu tkabbir ekonomiku li qed jilħaq lil dawk l-iktar fil-bżonn, u lqgħad naqas għall-inqas livell mindu bdiet tinġabar l-istatistika. Dawk li jieħdu l-benefiċċju għall-assistenza lil nies qiegħda waqgħu minn 5,777 fl-2012 għal 1,718 fl-2017, li jfisser li dawk dipendenti fuq dan il-benefiċċju naqsu bi kważi tliet kwarti. PROĠETT TA’ AKKOMODAZZJONI SOĊJALI

ŻIEDA FL-AMMONT TA’ TURISTI F’PAJJIŻNA U PJAN TA’ TKABBIR GĦALL-AIR MALTA L-industrija tat-turiżmu wkoll ħalliet impatt matul dawn l-ewwel mitt jum ta’ Gvern Laburista fejn matul ix-xahar ta’ Lulju, pajjiżna esperjenza żieda ta’ 19% fl-ammont ta’ turisti li żaruna meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena li għaddiet. Fl-istess waqt tħabbar pjan ta’ tkabbir għal linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta, fejn se jiżdied ajruplan mal-flotta eżistenti fl-istess waqt li tħabbru numru ta’ rotot ġodda lejn diversi bliet ewlenin Ewropej. TITJIB FIT-TOROQ U L-INFRASTRUTTURA Bħalma kien skedat, il-proġett tal-flyover tal-Kappara kważi tlesta filwaqt li tnedew diversi proġetti oħra li permezz tagħhom sar titjib fil-kwalità tat-toroq tagħna. Dawn il-proġetti jiffurmaw parti mill-wegħda elettorali tal-Gvern li fuq perjodu ta’ seba’ snin jiġu rranġati t-toroq kollha talpajjiż. Il-mod kif tmexxa x-xogħol filproġett tal-Kappara, fejn kollox mexa ma’ kif kien skedat, juri sens kbir ta’ professjonalità li jawgura tajjeb għal dawk il-proġetti li mistennija jibdew fil-ġimgħat li ġejjin, b’emfażi partikolari għal dak tal-Marsa. IL-QASAM TAL-ENERĠIJA

Tul dawn il-mitt jum, ingħata bidu għallproġett ta’ akkomodazzjoni soċjali fisSiġġiewi, liema proġett se jara l-bini ta’ 65 appartament, child care, djar ta’ kenn għall-anzjani. Fl-istess waqt tnieda proġett ieħor ta’ akkomodazzjoni soċjali, din id-darba f’Bormla, fejn hawnhekk se jinbnew 65 appartament u 112-il garaxx. Dawn huma tnejn mill-proġetti ta’ akkomodazzjoni soċjali li huma ppjanati li jibdew filġimgħat u x-xhur li ġejjin.

Fil-qasam tal-enerġija wkoll twettqet ħidma qawwija fejn pajjiżna, b’mod speċjali r-residenti fin-naħa t’isfel ta’ Malta, ħadu nifs qawwi ‘l quddiem hekk kif pajjiżna ma baqax jagħmel użu millHeavy Fuel Oil. Fl-istess waqt, tnieda lproġett li se jwassal biex jinbena pipeline tal-gass bejn Malta u l-Italja li mistenni jitlesta fi żmien seba’ snin u permezz tiegħu ma tibqax il-ħtieġali t-tanker talLNG jibqa’ sorġut f’Marsaxlokk.

AKTAR DRITTIJIET ĊIVILI

ĦIDMA BLA WAQFIEN

M’hemm l-ebda dubju li waħda mill-aktar kisbiet li tispikka matul dawn l-ewwel mitt jum ta’ Gvern Laburista kienet l-liġi li ġiet approvata u li permezz tagħha koppji tal-istess sess setgħu jiżżewġu. Din kienet wegħda li saħaq il-Prim Ministru Joseph Muscat tul il-kampanja elettorali, liema wegħda twettqet fil-prattika ftit ġimgħat biss wara l-ħatra ta’ Gvern Laburista ġdid.

Dawn huma biss parti minn lista sħiħa ta’ proġetti u inizjattivi li ttieħdu matul l-ewwel mitt jum ta’ Gvern Laburista. Kien hemm inizjattivi mill-aktar interessanti f’dak li għandhom x’jaqsmu s-sigurtà talpajjiż, kien hemm tnaqqis f’dawk li huma kawżi pendenti, dawk relatati mal-ekonomija u l-kummerċ bħal inċentivi għal start-ups kif ukoll tnediet konsultazzjoni biex tingħata aktar vuċi liżżgħażagħ permezz tal-vot ta’ 16-il sena. Dan kollu juri biċ-ċar li l-ewwel mitt jum ta’ dan il-Gvern kienu mibnija fuq ħidma bla waqfien f’kull settur tas-soċjetà Maltija li jistgħu jitqiesu bħala mera ċara ta’ dak li se jkun qed jgħaddi minnu pajjiżna matul din il-leġiżlatura, ħidma li mistennija tissarraf f’aktar ġid u livell ta’ għejxien aktar għoli biex tassew ikollna l-aqwa żmien ta’ pajjiżna.

AKTAR MEDIĊINI B’XEJN F’dawn il-mitt jum anki l-qasam tassaħħa esperjenza ħidma intensiva biex ikompli jittejjeb dan is-settur. Filfatt, numru ta’ mediċini kontra lkanċer bdew jingħataw bla ħlas u dan wassal biex għadd ta’ persuni bdew jieħdu din il-mediċina tant meħtieġa għalihom.


03

MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U INTRAPRIŻI ŻGĦAR

Suċċessi Ekonomiċi fl-Ewwel 100 Jum

L

-ewwel mitt jum ta’ dan il-Gvern kienu mmarkati minn aktar suċċess ekonomiku għal pajjiżna. Dan it-tieni mandat li ngħata Gvern Laburista kien sinifikanti, għaliex filwaqt li fl-2013 il-poplu ħadna fuq il-kelma, fl-aħħar elezzjoni mhux biss ħadna fuq il-kelma imma wkoll fuq dak li wettaqna.

FATTI U FIGURI Waħda mill-akbar kisbiet fl-ewwel 100 jum kien ir-rapport tal-NSO li żvela kif fit-tieni kwart tal-2017, pajjiżna kellu l-akbar tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea, b’rata ta’ 6.4%. Dan jfisser li r-rata ta’ tkabbir kienet kważi tliet darbiet akbar mit-tkabbir ekonomiku rreġistrat fil-pajjiżi l-oħra tal-UE. Flistess waqt, ir-rata ta’ tkabbir fl-impjiegi żdiedet u laħqet ir-rata rekord ta’ 5.8%. L-aħħar figuri juru ukoll li n-numru ta’ nisa jirreġistraw huwa erba’ darbiet inqas milli kien fl-2013, hekk in-numru ta’ nisa li daħlu fid-dinja tax-xogħol żdied bi 32%.

L-aġenzija indipendenti internazzjonali Fitch Ratings tejbet ir-rating diġà pożittiv minn ‘A’ għal ‘A+’ u għamlet previżjonijiet stabbli dwar ir-rating ekonomiku ta’ pajjiżna. Barra minn hekk, din is-sena Malta telgħet seba’ postijiet fir-Rapport mill-Bank Dinji dwar ‘Ease of Doing Business’. Dan jfisser li permezz ta’ skemi li ħloqna immirati biex jnaqqsu l-burokrazijia għal min jixtieq jiftaħ negozju ħadmu, b’riżultat li pajjiżna ġie aktar kompetittiv.

TNAQQIS FI ĦLAS TA’ LIĊENZJI Miżura oħra li implimentajna aktar kmieni din is-sena, kienet li neliminaw l-bżonn ta’ liċenzji kummerċjali, li minnha madwar 15,000 negozju rnexxilhom jiffrankaw mal-€1.4 miljun fis-sena. Ser innaqqsu wkoll il-liċenzji għallstreet hawkers u tal-monti. Bħalissa hemm madwar 2,000 individwu li jħallsu bejn €23 u €116 fis-sena. B’din ir-riforma, il-liċenzji ser jonqsu għal €40 u €60 rispettivament, naturalment minbarra dawk li diġa jħallsu inqas. Dawn il-liċenzji, issa jistgħu jitħallsu kull 3 snin minflok kull sena.

RIFORMA FIL-ĦINIJIET TAL-FTUĦ TAL-ĦWIENET Dan il-Gvern naqqas drastikament ir-restrizzjonijiet fil-ħinijiet tal-ftuħ tal-ħwienet, b’hekk dan wassal għallregolamentazzjoni u liġijiet li jagħmlu sens fid-dinja tal-llum. Bis-saħħa ta’ din ir-riforma riċenti, ħwienet li qabel ma kienux permessi li jiftħu l-Ħadd issa jistgħu jiftħu f’kull lokalita’. B’hekk, il-Gvern ta s-saħħa linnegozji li jiddeċiedu huma meta u fix

ħin jiftħu, mingħajr ħlas żejjed. Dan filwaqt li daħħal dawk is-salvawgardji neċessarji biex il-ħaddiema jieħdu dak li ħaqqhom.

self mill-bank

CRANE CURRENCY

BREXIT TASK FORCE

Ġie iffirmat ftehim bejn l-MCAST u Crane Currency li permez ztiegħu saħħah iżjed il-kollaborazzjoni bejn min iħaddem u l-ħaddiem. Dan il-ftehim ser iwassal biex l-istudenti, apprendisti u impjegati jitħarrġu u b’tali mod li jkunu jistgħu jissodisfaw u jeċċedu t-talbiet attwali u futuri tal-industrija tal-istampar tas-sigurta’. Dan il-kors ġdid jinkorpora ammont sostanzjali ta’ esperjenza prattika fl-industrija.

Twaqqaf Task Force biex jimplimenta pjan ta’ azzjoni bejn issa u tmiem tal2019, sabiex jippromwovi n-negozju, inklużi attivitajiet industrijali, ekonomiċi u finanzjarji f’Malta b’kollaborazzjoni mar-Renju Unit.

PROGRESS F’TA’ QALI CRAFTS VILLAGE Il-MIP ser tiżviluppa is-sit tal-Crafts Village ġewwa Ta’ Qali b’investiment ta’ €10 miljun fondi tal-Unjoni Ewropea u €4 miljun investiment privat milloperaturi. Wara tant wegħdi minn Gvernijiet preċedenti, dan il-proġett fl-aħħar se jitwettaq u se jwassal biex dan is-sit jiġi trasformat f’ċentru ta’ eċċellenza tal-artiġjanat Malti. Malta Enterprise offriet żewg skemi għall-operaturi li ntlaqgħu tajjeb ħafna: Garanzija sa €150,000 li jkopru sa 75%

Għotja ta’ flus sa €70,000 li jiffinanzja parti sa 50% ta’ dan il-proġett

Malta se tpoġġi lilha nnifisha bħala destinazzjoni kummerċjali għal kumpaniji bbażati fir-Renju Unit li jridu jistabbilixxu bażi fi stat membru talUnjoni Ewropea wara Brexit.

NIMXU 'L QUDDIEM Lil hinn mill-ewwel 100 jum, dan ilGvern se jibqa’ jaħdem tul il-leġiżlatura tiegħu: • Favur in-negozju, il-ħaddiem u l-konsumatur • Jaqta’ l-ktajjen żejda tal-burokrazija • Jibqa’ jaġġorna l-liġijiet neċessarji ghaż-żminijiet tal-llum • Jibqa’ jagħmel differenza f’ħajjiet in-nies li twassal għal vantaġġi, benefiċċji u riżultati konkreti


L-Ewwel Jum

D

awn l-ewwel mitt jum ta’ din il-leġislatura kienu mitt jum ta’ trankwillita’. Il-poplu li jżomm l-istess direzzjoni li qabad pajjiżna. Direzzjoni ta’ tkabbir ekonomiku fejn f’dawn l-erba’ snin li għaddew il-Maltin u l-Għawdxin kollha gawdew minn dan il-ġid ekonomiku.

10. Mediċina oħra tal-kanċer bla ħlas

Ma ridnix nistrieħu fuq il-fiduċja li tana l-poplu u sempliċiment ngħidu illi la wasalna s’hawn mhemmx għalfejn inkompli nżidu r-ritmu. Anzi dik il-fiduċja kienet ta’ xprun biex nibdew il-ħidma sa mill-ewwel jum b’aktar enerġija u din id-darba b’aktar esperjenza milli kellna qabel. B’din l-esperjenza li ksibna nafu li l-poplu Malti lest u jrid il-bidla. Din hija leġislatura riformista. Ftit jiem wara li ngħatajna il-fiduċja daħħalna iż-żwieġ ugwali għal kulħadd. Iżda mhux biss, qed naffaċċjaw problemi tal-passat b’enerġija bħal mod kif qed naffrontaw il-listi ta’ stennija għall-operazzjonijiet, is-sodod fil-kuriduri ta’ Mater Dei u l-pilloli out of stock. Żidna l-mediċini talkanċer u pilloli oħra li jingħataw b’ xejn. Beda l-investiment fil-Paola Hub. Qed isiru u ser jintensifikaw numru ta’ proġetti infrastrutturali. Bdejna mill-ewwel billi nipprovaw insibu soluzzjoni għal problemi li ilhom jintefgħu taħt it-tapit bħal problema tal-Housing u l-Air Malta. Bdejna l-ewwel pass biex indaħħlu l-vot għaż-żgħażagħ ta’ 16 –il sena, daħħlu l-ewwel studenti fl-American University of Malta kif ukoll fl-iskola medika ta’ Barts.

12. Il-listi ta’ stennija talechocardiogram jonqsu minn 3 snin għal 3 xhur

Mitt jum ilu pajjiżna possibbilment kellu l-aktar kampanja ta’ firda li qatt esperjenza, bl-istess mod storiku iżda l-poplu rrifjuta din it-tip ta’ politika. Illum il-poplu qed jinduna li fuq din in-naħa għandu Gvern, b’tim professjonali u magħqud li mhux aljenat fuq firdiet inerni u aġendi personali u għalhekk kollha flimkien qed jirnexxielna niksbu riżultati.

18. 10 boroż ta’ studju għallistudenti Maltin milll-AUM

11. Sticks b’xejn għad-dijabetiċi fuq l-insulina

13. Ftuħ tal-iStoke unit 14. Possibbilment l-OPU unit se jkun lest

15. Tnedija Ambjent Malta 16. Kartuna safra – preskrizzjoni tingħata kull 6 xhur biex ma jinqalgħux ta’ spiss 17. Tibda s-sena akkademika tal-AUM

30. White paper fuq riformi maġġuri fil-qafas legali tallogħob f’Malta. 31. Il-bajja ta’ Għar Lapsi b’xogħlijiet ta’ emerġenza 32. Aircraft ġdid għall-Air Malta 33. Ir-rotot ġodda – Frankfurt, Manchester u Tunisia besideds other arrangesments, easy jet – London to Manchester creating more seats 34. Fondazzjoni għaż-żoni turistiċi – xogħlijiet fil-Qawra and St Pauls Bay, Sliema St Julilan’s u Marsascala 35. Estensjoni tal-liċenzja tal-free Port terminal 36. L-ewwel Bollywood Moview

Fuq in-naħa l-oħra, l-unika fattur li l-Oppożizzjoni kellha tgħaqqadha kien l-attakk li kienu qed isir lejja u lejn il-Gvern. Issa dan l-istil imploda u l-attakk spiċċa naqqar lill-Oppożżizzjoni minn ġewwa. L-Oppożizzjoni kontra li jkun hawn dibattiti importanti fuq oqsma importanti ta’ riforma, kemm fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga, kemm fuq il-protezzjoni ta’ nisa vulnerabbli u traffikar ta’ bnedmin u anke fuq il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politka. Pajjiżna għandu dejjem jara kif ser ibiddel u jibqa’ jisaħħaħ biex ikun ippreparat għall-futur. Kellna l-kuraġġ inbiddlu l-mod kif issir il-politka u llum għandna pajjiż li minn dejn għandu surplus, minn l-aktar rata ta’ nies li ma kinux attivi fil-ħajja tax-xogħol issa għandna l-akbar żieda ta’ nies li jaħdmu. Flimkien bħala pajjiż, nistgħu negħlbu problemi li pajjiżna ilu jaffaċċja ħafna żmien. Irridu nkomplu nissaħħu u ningħaqdu biex flimkien inkomplu mexjin għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna.

1.

Il-bidu ta’ Leġislatura Riformista - Liġi talUgwaljanza fiż-Żwieġ

2. Twaqqif ta’ Kunsill Konsultattiv fuq l-Ugwaljanza 3. Il-ħaddiema fuq il-Minimum Wage rċevew l-ewwel paga miżjuda b’lura minn Jannar 4. Bdew il-laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali biex tidħol fis-seħħ il-wegħda li trodd lura l-festi pubbliċi

5. Tmiem tal-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea 6. Tibda titwettaq il-wegħda li jsiru t-toroq kollha fi żmien seba’ snin 7.

Jinfetaħ parti mill-pont talKappara

8. Jiħrax l-infurzar fuq drink driving u dgħajjes minn Transport Malta 9. Reġgħet ħarġet il-Grant scheme fuq il-karozzi talelettriku

19. Privat b’xejn għal min m’għaddiex mill-eżamijiet tas-SEC 20. Fl-ewwel sitt xhur tas-sena jonqsu n-nies dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali 21. Malta bit-tielet l-anqas rata ta’ qgħad fl-Ewropa: Eurostat. Il-qgħad ikompli jonqos fl-ewwel xahar ta’ din il-legislatura, tnaqqis ta’ kważi elf persuna 22. Żieda ta’ 18,000 mara li sabu impjieg fl-aħħar erba’ snin

37. Xogħlijiet fuq il-Funtana ta’ Tritoni 38. Żieda ta’ kważi 20% finnumru ta’ turisti f’Ġunju meta mqabbel ma' Ġunju 2016 39. Infurzar fuq service providers ta' deckchairs u umbrellel 40. Vot 16 41. Tisħiħ f’Identity Malta 42. Il-liġi dwar iċ-ċittadinanza tal-mertu

23. Skola ġdida – Visual and Performing Arts

43. Tnedja ta’ Development Notification Order (DNO) u Compliance Certificate – tnaqqis tal-burokrazija

24. Konsultazzjoni ta’ abbozz ta’ Liġi fuq Korruzzjoni fl-Isport

44. 370 familja jgawdu minn aktar prezzijiet imraħħsa tad-dawl

25. Aktar dħul għall-Gvern u anqas imgħax fuq id-dejn tal-Gvern

45. Saret l-applikazzjoni għallpipeline tal-gass

26. Ħruġ tal-Bonds tal-Gvern għall-anzjani wegħda oħra mwettqa 27. Tender għal Ta’ Qali Crafts Village 28. Binja Hannover f’Bormla – akkomodazzjoni soċjali 29. Akkomodazzjoni Soċjali Siġġiewi

46. Ikomplu jonqsu l-listi ta’ stennija tal-kawżi pendenti 47. Ħareg it-tender għal villaġġ tal-Karnival 48. Creative industry platform 49. Tintefa’ n-nomina Maltija biex tospita l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini wara Brexit 50. Malta- Ghana agreement


05

51. Malta international Business Awards 52. Canadian EU trade agreement 53. Dikjarazzjoni dwar l-immigrazzjoni f’Ruma 54. Inizjattiva waste to energy 55. Tnedija quality national scheme 56. Afforestation 57. Investiment ta’ €26 miljun għall-proġett tal-Paola Hub 58. Il-Korporazzjoni għasServizzi tal-Ilma bi qligħ ta’ 6.3 miljun 59. Surplus fil-finanzji talGvern 60. Tnaqqis bin-nofs tan-nies dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali: NSO 61. Aktar dħul għall-Gvern u anqas imgħax fuq id-dejn tal-Gvern 62. Investiment ta’ €5 miljun biex titwessa’ l-Bypass ta’ bejn il-Marsa u Ħamrun 63. SMSs b’xejn lil kull min ikollu appuntament floutpatients 64. Aktar minn 42 miljun f’investiment għax-xogħol, saħħa u inklużjoni soċjali 65. Skemi għal sidien ta’ proprjetajiet li lesti jikru bi ftehim mal-Gvern għal 10 snin 66. Xogħol ta’ tindif u riabilitazzjoni f’numru ta’ widien 67. Ninsabu on track biex nilħqu l-miri dwar l-enerġija rinovabbli sal2020 68. Konsultazzjoni pubblika biex tiġi prottetta l-integrità tal-isport Malti

69. Ma ddaħħlux il-kwoti talpixxispad għal din is-sena (wegħda elettorali) 70. Jitneħħew ir-roaming charges waqt il-Presidenza Maltija 71. Akkademja ta’ taħriġ biex jaħdmu persuni fil-Martime hub 72. Loan ta’ €53 miljun fuq proġett ta’ Housing li jikkonsisti minn 6980 appartament f’sittax–il post differenti mifruxa madwar Malta u Għawdex 73. Vat grant scheme għal refund meta jinxtara apparat għal persuni b'diżabbiltà 74. Jonqsu b’9,000 il-persuni f’riskju ta’ faqar f’pajjiżna 75. Sistema ġdida online fidDipartiment tar-Riċerki fir-Reġistru Pubbliku 76. Imniedi dokument talistandards Nazzjonali għall-Proċess tal-Adozzjoni tat-Tfal 77. Għotja ta’ massimu ta’ €10,000 għal min jixtieq jaddotta 78. Jinħatar task force li se jagħti parir dwar l-istrateġija nazzjonali tal-Blockchain 79. Malta tiffirma l-ewwel inizjattiva Blockchain certificates biex jibdew jiġu notarizzati ċertifikati akkademiċi 80. Pjan ġdid għall-Air Malta – il-ħaddiema mistennija jkunu aktar effiċjenti – offruti 20% żieda 81. Issiġilat il-ftehim ta’ Starr Group biex tirriloka Malta waqt li l-Prim Ministru qiegħed fi New York


06

MINISTERU GĦALL-FINANZI

Jum Finanzi ĦRUĠ TA’ BOND GĦALL-ANZJANI

Bil-għan li jittejjeb kemm jista jkun id-dħul finanzjarju tal-anzjani l-Ministru għall-Finanzi l-Prof. Edward Scicluna nieda l-ħruġ ta’ 62+ Government Savings Bond. L-anzjani li għandhom 62 sena u aktar setgħu jinvestu fih sa €10,000 li fuqhom jitħallsu imgħax ta’ 3%. Il-Bond intlaqà ferm tajjeb u nħataf fi ftit sigħat, filfatt il-Ministru għall-Finanzi ħabbar li dan il-Bond se jkun qed jerġa joħroġ b’ allokazzjoni ta’ €30 miljun oħra.

INVESTIMENT TA’ €50 MILJUN F’AFFORDABLE HOUSING

Ftehim ta’ aktar minn €50 miljun bejn ilGvern Malti, il-Bank Ewropew għall-Investiment, u l-‘Council of Europe Development Bank’, li se jfisser l-iżvilupp ta’ 680 appartament għal dawk l-aktar vulnerabbli. Dawn l-appartamenti se jkunu mifruxin fuq sittax-il sit madwar Malta. Il-proġett huwa riflessjoni ta’ fejn dan il-Gvern irid imur fil-ħames snin li ġejjin u huwa turija ċara ta’ kif is-settur tal-‘housing’ huwa prijorità kif imwiegħed qabel l-elezzjoni.

RAPPORTI POŻITTIVI MILL-AĠENZIJI TA’ KREDITU

L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu Fitch għolliet ir-rating ta’ Malta minn A għal A+. Fl-istess perjodu l-aġenzija DBRS bidlet l-analiżi tagħha dwar Malta minn waħda stabbli għal waħda pożittiva filwaqt li żammet lil Malta fil-kategorija ‘A’. F’rapporti b’saħħithom dwar pajjiżna dawn l-aġenziji rrimarkaw kif huma diversi l-fatturi li wasslu għal dawn il-klassifikazzjonijiet. Innotaw fost dawn il-fatturi t-tnaqqis fid-dejn, it-tkabbir fl-ekonomija u l-kontroll tad-defiċit.

FOND GĦAL BICYCLE RACKS FIL-LOKALITAJIET

Il-Ministru għall-Finanzi Prof. Edward Scicluna nieda fond ta’ €150,000 allokat għall-kunsilli lokali biex jiġu installati għadd ta’ ‘bicycle racks’ f’lokalitajiet differenti madwar Malta u Għawdex. Din il-miżura baġitarja għandha l-għan li tbiddel il-mentalità u tixpruna l-użu tar-rota bħala mezz alternattiv ta’ transport

KONSULTAZZJONI TA’ QABEL IL-BAĠIT

Fl-aħħar ta’ Lulju nbdiet id-diskussjoni dwar il-baġit 2018 mal-imsieħba soċjali u mal-pubbliku inġenerali. Ġew spjegati l-prijoritajiet għall-baġit tas-sena d-dieħla lill-Kunsill Malti għall-Ekonomija u l-Iżvilupp Soċjali (MCESD), fejn imbagħad

f’ laqgħa separata l-MCESD għamel numru ta’ proposti għal dan il-Baġit 2018 li se jkun qed jiffokka fuq l-infrastruttura ta’ pajjiżna. Bi tħejjija għall-baġit saru wkoll żewġ laqgħat ta’ konsultazzjoni pubblika f’Malta u Għawdex, fejn il-pubbliku seta’ jitkellem direttament u jagħmel s-suġġerimenti tiegħu lill-Ministru għall-Finanzi Prof. Edward Scicluna. Apparti l-pubbliku kien hemm laqgħat oħra ffukati f’setturi differenti, fosthom is-sidien ta’ negozji li setgħu jgħidu tagħhom waqt ‘Business Breakfast’ li ttella' bi tħejjija għal dan il-Baġit. Komplew ukoll għadd ta’ laqgħat bilaterali fejn il-Ministru għall-Finanzi ltaqa’ mal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari kollha u magħhom iddiskuta l-miżuri li se jitħabbru f’dan il-Baġit.

ĦLAS LURA TAL-VAT FUQ APPARAT TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ

Il-Ministru għall-Finanzi l-Prof. Edward Scicluna nieda l-iskema li permezz tagħha se jkunu qiegħdin jibbenefikaw persuni b’diżabilità fix-xiri ta’ apparat għall-ħtiġijiet tagħhom. Se jkunu qegħdin jingħataw lura sa massimu ta’ €600 imħallsin f’ VAT fuq l-apparat mixtri fuq medda ta’ ħames snin.

INĊENTIVI FISKALI GĦAL SKEMI TA’ PENSJONIJIET PRIVATI

Il-Ministru għall-Finanzi Prof. Edward Scicluna ħabbar għadd ta’ inċentivi fiskali maħsubin sabiex iħajjru lil min iħaddem joħloq pensjonijiet privati lill-impjegati tagħhom, imsejħa Skema ta’ Pensjoni Okkupazzjonali Volontarja. Ta’ kull sena min iħaddem ikun jista’ jiddepożita ammont ta flus lill-impjegat f’fond apposta, biex imbagħad l-impjegat jibbenefika minn dawn il-flus mal-età tal-irtirar. Apparti li min iħaddem se jkollu tnaqqis fit-taxxa, se jkun hemm għadd ta’ benefiċċji oħra fosthom li min iħaddem jattira u jżomm miegħu l-aħjar talent. Se jkunu qegħdin jingħataw ukoll inċentivi fiskali oħra lill-impjegati biex anke huma jinvestu fl-iskema u b’ hekk jissaħħaħ id-dħul tagħhom mill-pensjoni. Din l-iskema ta’ inċentivi kienet waħda mill-miżuri mħabbra fil-Baġit għal din is-sena.


07

MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-IMMANIĠĠJAR TAL-ILMA

MINISTERU G ALL-ENER IJA JAR TAL-ILMA U L-IMMANI

Pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija (l-Aġenzija tal-Enerġija u l-ilma) Il-proġett tal-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija huwa pass ieħor fir-riforma tal-politika nazzjonali tal-enerġija. Dan huwa pass importanti għal pajjiżna, fid-dawl ukoll tal-miri tal-Unjoni Ewropea għal network ta’ gass u suq intern talenergija. F’Awwissu l-Gvern Malti mexxa l-proġett sabiex japplika għall-permessi biex tinbena l-infrastruttura meħtieġa. Dan sar wara bosta studji tekniċi ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea, u xogħol diplomatiku mal-Awtoritajiet Taljani u Sqallin. Pajjiżna llum jinsab l-eqreb li qatt kien biex jitwettaq dan il-proġett li bih, fost benefiċċji oħra, jitneħħa t-tanker talLNG f’Marsaxlokk.

Communal PV farm scheme Fiddien (ENEMALTA) Madwar 370 familja li għandhom nuqqas ta’ aċċess għall-bjut tagħhom, illum xorta qed igawdu minn prezzijiet imraħħsa tad-dawl, grazzi għall-iskema “Communal PV Scheme” - l-ewwel ‘solar farm’ komunitarju f’pajjiżna. Dal-proġett ta’ madwar 1.46 miljun ewro ra aktar minn 3,500 pannella solari installati fuq il-ġibjun Tal-Fiddien firRabat Malta, b’area ta’ madwar 16,000 metru kwadru. B’dan il-proġett, familji se jirċievu tnaqqis sostanzjali millkont tad-dawl għal għadd ta’ snin. Se jwassal ukoll sabiex jitnaqqsu 600 tunellata fis-sena ta’ emissjonijiet ta’ carbon dioxide.

New Water (WSC) Dan il-proġett se jipproduċi “highly polished reclaimed water” jew “New Water”, ilma li se jkun ta’ kwalita’ għolja u jintuża b’mod sikur għall-irrigazzjoni, landscaping u industrija. Għal dan il-għan, inbnew b’suċċess tlett impjanti li fihom drenaġġ trattat jgħaddi minn tliet stadji oħra. Din is-sena ġie kkummissjonat l-ewwel impjant, iċĊumnija fil-Mellieħa. Ma’ dan hemm ippjanati li jibdew żewġ impjanti oħra, Ta’ Barkat, Malta, u Ras il-Ħobż, Għawdex. Il-proġett tan-New Water se jara investiment f’infrastruttura ko-finanzjat, li mistenni jlaħħaq mad-19-il miljun ewro. Dan se jwassal għal sors alternattiv ta’ ilma bi produzzjoni annwali ta’ 7,000,000 metru kubiku.

Il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma, taħt it-tmexxija tal-Ministru Joe Mizzi, kompla jsostni fl-ewwel mitt jum tal-leġislatura tiegħu, l-impenn lejn provvista ta’ enerġija u ilma nadifa u affordabbli.

Jibda t-twaqqigħ tal-Power Station tal-aħħar HFO f’Dellimara (ENEMALTA) Fil-bidu tal-2017, Malta bdiet tipproduċi l-elettriku millgass naturali permezz tal-impjant ġdid f’Delimara. L-impjant tal-Heavy Fuel Oil (HFO) intefa f’April li għadda, l-aħħar ġurnata li Malta wżat l-HFO, u b’hekk se jibda ż-żarmar tal-impjant, li jinkludi żewġ boilers, żewġ turbini tal-fwar, u ċ-ċumnija t-twila, fost l-oħrajn. Dan il-proċess delikat se jsir b’reqqa u b’konsultazzjoni mal-awtoritajiet konċernati. Il-materjal kollu se jiġi pproċessat b’mod sostenibbli u fejn possibbli jiġi riċiklat.

Konklużjoni Dawn il-ħames proġetti huma parti mill-impenn politiku tal-Gvern lejn aktar sigurtà, affordabilità, stabbilita’ u sostenibilità fl-enerġija u ilma, sabiex Malta tkompli fi triqitha lejn il-miri Ewropej tas-sena 2020, u għal MaltA+.

Reception area sign


08

SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR U VALLETTA 2018

Jum

N

edejna l-programm uffiċċjali ta’ Valletta 2018 li għal sena unika u storika se jiddefinixxi għalfejn ilBelt Valletta hija Kapitali Ewropea

għall-Kultura xierqa. Dan grazzi għal sinerġija ġdida bejn il-Gvern u il-Fondazzjoni Valletta 2018 Bdejna ħidma mad-Direttorat tat-Tindif li se twassal għal iktar dixxiplina fost iċ-ċittadini tagħna f’dan is-settur. Ma żammejniex lura milli nimponu pieni fuq min jinqabad iħammeġ, u wettaqna interventi ta’ tindif u manutenzjoni b’reqqa f’żoni differenti ta’ Malta. Se

nkomplu

ninvestu

fil-laboratorji

li

tmexxi l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, operazzjo­ nijiet xjentifiċi li jsiru Malta. Bin-nomina li tfajna biex Malta tospita l-Aġenzjia Ewropea tal-Mediċini, ftaħna ilbibien biex kumpaniji kbar li se jirrelokaw minn Londra wara Brexit jaraw il-potenzjal ta’ Malta bħala il-kapitlu li jmiss għalihom.


09

SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI U KOMUNITAJIET

L-Ewwel

u x'hemm għall-ġejjieni

SEGRETARJAT PARLAMENTARI

M

atul l-ewwel 100 jum minn din il-leġiżlatura, is-Segretarjat Parlamentari beda minnufih jaħdem fuq il-prijoritajiet fil-qasam tal-Gvern Lokali. Dawn jinkludu: ir-Riforma filGvern Lokali, ir-Riforma fil-qasam tal-Infurzar Lokali inkluż ir-Riforma tal-Aġenzija LESA, l-immaniġġjar tal-iskart fir-responsabbiltà talKunsilli Lokali, u l-liġijiet u proċeduri li hemm bżonn li jinbidlu biex jirriflettu ż-żminijiet u l-isfidi tal-lum. Fl-istess żmien kompla wkoll l-istrutturar tad-Diviżjoni l-ġdida għall-Gvern Lokali, li se tkun qed issaħħaħ l-istrutturi eżistenti ta’ monitoraġġ tal-kunsilli lokali kif ukoll it-twaqqif ta’ direttorat ġdid li se ikun responsabbli mill-policies, l-istrateġija u l-implimentazzjoni ta’ inizjattivi u proġetti ġodda. Fir-rigward tar-Riforma tal-Gvern Lokali, ġie mwaqqaf Kumitat tar-Riforma tal-Gvern Lokali, li diġa ħejja Strateġija u Pjan ta’ Azzjoni għall-proċess tal-implimentazzjoni tar-riforma fil-Gvern Lokali. Il-qafas ta’ din ir-riforma huma t-18-il miżura msemmija fil-Manifest Eelettorali, kif ukoll oqsma oħra importanti (bħal dak tal-

immaniġġjar tal-iskart u l-permessi li jinħarġu mill-kunsilli lokali). Twaqqaf ukoll sotto-kumitat li ser ikun qed jaħdem fuq l-implimentazzjoni ta’ diversi miżuri, fosthom biex jieħu ħsieb ilproċess ta’ konsultazzjoni. Għar-rigward tar-Riforma tal-LESA, twaqqaf ukoll Kumitat tar-Riforma LESA li pprepara Pjan ta’ Azzjoni u nbeda l-proċess tar-riforma. Dan il-proċess jinkludi l-arranġamenti amministrattivi, loġistiċi u ta’ konsultazzjoni li għandu jwassal biex il-Gwardjani Lokali jiġu mpjegati direttament mal-LESA li jinkludi l-proċess ta’ konsultazzjoni mal-Union li tirrapreżenta lill-ħaddiema. Qed jiġu diskussi policies ġodda li ser tkun qed tadotta l-LESA, fosthom dwar kif filwaqt li jsir l-infurzar meħtieġ tal-kontravvenzjonijiet li ġew fir-responsabbiltà lokali, fl-istess ħin il-gwardjan lokali ma jibqax l-għadu taċ-ċittadin iżda jsir l-uffiċjal tal-komunità li jara li jeduka u jwissi sabiex tiddaħħal kultura ta’ ubbidjenza lejn il-liġijiet. Qegħdin ukoll jiġu riveduti dversi liġijiet, foshtom il-liġi tal-Kunislli Lokali, il-liġi tal-LESA u d-diversi regolamenti li jirregolaw lill-kunsilli lokali. F’dan il-kuntest qed jiġu emendati

r-regolament dwar finanzi u dwar it-tenders tal-kunsilli lokali biex dawn ikunu aġġornati għaż-żminijiet tal-lum. Konxji mill-problemi l-aktar kruċjali fillokalitajiet, speċjalment il-problema tal-indafa pubblika u l-ġbir tal-iskart. Dan il-qasam se jingħata l-ogħla prijorità għas-sena 2018. Diġà saru l-evalwazzjonijiet meħtieġa abbażi ta’ studji kif ukoll tal-Istrateġija Nazzjonali dwar l-Iskart u qed isir il-kordinament mal-Ministeru responabbli mill-ambjent u mat-Taqsima talIndafa Pubblika u l-Manutenzjoni biex ikun hemm sforz wieħed kollettiv. Dan se jinkludi kampanja qawwija ta’ reklamar edukattiv u informattiv, investiment fir-riżorsi meħtieġa, kif ukoll l-infurzar biex jiġi żgurat li jittieħdu passi kontra min jibqa’ ma jridx jikkopera fl-indafa pubblika. Ir-riformi fil-qasam tal-Gvern Lokali huma għalhekk immirati sabiex jissaħħu r-riżorsi talkunsilli lokali, jitjiebu s-servizzi lokali, jiżdiedu l-istandards, jiddaħħlu prattiċi ġodda li jkunu aktar effiċjenti u effettivi, kif ukoll jiġu indirizzati l-problemi tal-iskart u tal-immaniġġjar tattraffiku.


10

MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI

‘Il fuq minn

Proġett għal toroq aħjar u aktar siguri fis‑Sajf 2017

Il‑proġett tal‑Kappara Junction għaddej b’ritmu mgħaġġel u l‑Pont infetaħ fuq iż‑żewġ naħat.

Qed isir studju fuq kull junction u kull arterja magħrufa għad‑diffikultajiet tat‑traffiku sabiex jiġu implimentati soluzzjonijiet xierqa. Xogħlijiet bħal Ħal Lija, roundabout ta’ quddiem l‑Ajruport eċċ. Inħarġet sejħa għat‑twessiegħ tal‑Marsa‑Ħamrun Bypass biex minn 2 korsiji jiżdiedu għal 3 korsiji fuq kull naħa.

Ħarġet sejħa għall‑offerti għat‑tieni fażi tax‑xogħlijiet in konnessjoni mal‑Proġett tal‑Junction tal‑Addolorata fil‑Marsa

Xogħlijiet estensivi fuq toroq bħal madwar il‑Villa Rumana r‑Rabat, Triq il‑Marsa u Triq l‑Ingiered. Waslu biex jibdew xogħlijiet f’toroq f’Ħ’Attard, Ħaż‑Żabbar, Birżebbuġa, iż‑Żurrieq, San Pawl il‑Baħar, il‑Birgu u il‑Marsa.


Xogħlijiet fl‑Awtorità tal‑Ippjanar u l‑Awtorità tal‑Artijiet.

Ħarġet sejħa biex issir Triq Bormla, magħrufa bħala taċ‑Ċawsli, f’Ħaż‑Żabbar. Investiment ta’ 5 miljun ewro. Dalwaqt se jibda x‑xogħol biex jitjieb l‑aċċess għar‑roundabout tal‑Mosta Technopark. L‑Awtorità tal‑Ippjanar varat website ġdida li tiddirezzjonak lejn l‑informazzjoni l‑aktar relevanti għalik u taħdem b’mod effettiv anke fuq mobile

11

devices. Ġie imniedi proġett tal‑Fond Ewropej għall‑Iżvilupp Reġjonali li jiswa l’fuq minn 7 miljun ewro. L‑iskop tal‑proġett hu li jkattar u jimplimenta strateġija nazzjonali fuq Spatial Data Infrastructure; fosthom strateġija nazzjonali għal tibdil minn data għal‑informazzjoni; apparat u software għal ġbir ta’ informazzjoni taħt il‑baħar, fl‑ajru u mill‑art; mappa bażi ġdida ta’ Malta; eċċ.

Heritage Planning Unit (HPU) – ġew skedati 39 binja tradizzjonali. 884 talba rigward skema għar‑restawr; inħarġu 950 ċertifikat għas‑sidien li xtraw jew biegħu propjetà skedata jew fiż‑żona tal konservazzjoni urbana. Ġew immonitorjati 428 każ ta’ restawr. Id‑Design Advisory Committee evalwa 3236 każ. Sar il‑ħolqien tad‑Development Planning Fund. Sa Lulju 2017 ġew iffirmati 10 kuntratti ma diversi Kunsilli Lokali għal proġetti ta’ valur ta’ aktar minn €900,000, filwaqt li ġew approvati il‑ħlasijiet ta 7 proġetti ta’ valur ta’ €280,000. Aġġornament ta’ abbozzi rigward parking solutions, smart cities, world heritage sites, u land readjustment. Ġiet varata sistema t’applikazzjonijiet online mill‑Awtorità tal‑Artijiet. Uffiċjali apposta se jkunu assenjati ma’ dawn il‑formoli sabiex jikkomunikaw mal‑applikanti waqt li l‑proċess tal‑applikazzjoni jkun għaddej. Dan se jsir sabiex jiġi ffaċilitat il‑proċess tal‑applikazzjoni, kif ukoll sabiex inkomplu nippromwovu t‑trasparenza fid‑dipartimenti tal‑Gvern.


12

MJCL Advert for Torca.pdf

1

22/09/2017

08:12

MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI

fis-Soċjetajiet Mużikali Maltin Allokajna 180,000 euro fi skema mill-Kunsill Malti għall-Arti, f’kollaborazzjoni mall-Assoċjazzjoni Baned Maltin, biex ngħinu lill-każini tal-baned. B'dan l-investiment se nkomplu mmexxu 'l quddiem it-talent artistiku fis-soċjetajiet mużikali taghna f'oqsma differenti. C

M

Y

CM

MY

CY

CMY

K

MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI


13

MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEW U L-UGWALJANZA

L-Ewwel

1 3

Ħdimna biex int u familtek tgawdu minn kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar, minn iktar drittijiet ċivili, minn djalogu soċjali b’saħħtu u millbenefiċċji tal-Unjoni Ewropea.

MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U L-UGWALJANZA

2

GĦALL-EWWEL DARBA F’IKTAR MINN 20 SENA L-ĦADDIEMA BDEW JIRĊIEVU PAGA OGĦLA Żieda ta’ €3 fil-ġimgħa għal min jirċievi paga minima u ilu sena fil-post tax-xogħol, imħallsa lura minn Jannar 2017.

1

GĦADDEJJIN DISKUSSJONIJIET BIEX IL-ĦADDIEMA JINGĦATAW LURA L-FESTI PUBBLIĊI LI JAQGĦU FI TMIEM IL-ĠIMGĦA Il-laqgħat mas-sħab soċjali bdew mal-ewwel biex din il-wegħda elettorali tidħol fis-seħħ mill-iktar fis.

4

2

RISTRUTTURAR FL-MCESD BIEX JISSAĦĦAĦ BĦALA FORUM TA’ DISKUSSJONI DEMOKRATIKA Biex pajjiżna jkollu pjattaforma li tinkoraġixxi klima industrijali pożittiva li twassal għal iktar investiment.

3

RIFORMA BIEX IL-MEUSAC SARET AĠENZIJA Sabiex issaħħaħ leħen is-soċjetà Maltija fl-Unjoni Ewropea, twassal informazzjoni aktar aġġornata u tgħin aktar organizazzjonijiet japplikaw għall-Fondi Ewropej.

5

4

TNEDEW MILJUNI TA’ FONDI EWROPEJ GĦAL DIVERSI OQSMA Fosthom għall-iżvilupp urban fl-ibliet tagħna, għal programmi marittimi, għal studji ambjentali, t’għajnuna għan-negozji żgħar u medji u għal programmi ta’ taħriġ.

5

ERĠAJNA GĦAMILNA L-ISTORJA: DAĦLET FIS-SEĦĦ IL-LIĠI TALUGWALJANZA FIŻ-ŻWIEĠ Il-Gvern ivvota bħala grupp magħqud sabiex il-koppji talistess sess ingħataw id-dritt tażżwieġ ċivili u biex tneħħiet iddiskriminazzjoni fil-liġi Maltija.


14

MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

L-Ewwel

Il-Ministru Michael Farrugia jkompli bil-œidma. Din hija maltA+

Jum

Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali kompla b’ħidma kontinwa u estensiva.

Fil-Korp tal-Pulizija ■ Qed nieħdu aktar azzjonijiet intensivi biex tiġi miġġielda l-kriminalità; ■ Ġew maħtura għaxar Assistenti Kummissarji ġodda, fosthom ukoll ġiet maħtura l-ewwel mara f’din il-kariga; ■ Ingaġġ ta’ Youth Worker fi ħdan il-Victim Support Unit; ■ Ħriġna sejħa biex jimtlew il-postijiet vakanti fi grad ta’ supretendent, u fi ħdan l-economic crime unit;

Ġew imnedija diversi inizjattivi u ngħalqu bosta proposti fl-interess taċċittadini Maltin. Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ■ Ġew imfassla programmi edukattivi għal sena skolastika mal-Lifelong learning u l-Jobsplus; ■ Sar ftehim mal-LEAP u Jobsplus sabiex joffru servizz konġunt ta’ għajnuna għal residenti tal-Faċilità li jkunu waslu biex itemmu s-sentenza tagħhom;

Forzi Armati ta' Malta ■ Sar ingaġġ ta’ 19-il Membru Riżervisti;

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ■ Beda l-proċess biex jinġiebu vetturi li jiġġieldu nirien f’bini għoli ħafna; ■ Waslu l-ewwel 5 vetturi tattifi tan-nar magħrufin bħala rangers; ■ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġie mgħammar b'xiri ta’ erba’ settijiet ta’ long duration apparatus li jippermetti operazzjonijiet li jirrikjedu tul ta’ ħin;

Sigurtà fl-Ajruport ■ Ġie introdott apparat ġdid sabiex tiżdid is-sigurta’ u l-kapjenza b’ 50% iżjed;

■ Tfassal programm li għandu bil-għan li jiċċentralizza l-proċess u l-istruttura talLoġistika fil-FAM. Dan se jnaqqas ċertu burokrazija u jelimina ħela’ ta’ riżorsi; ■ Sar tisħiħ tal-‘Policy’ relatata ma’ investiment fir-Rizors Uman, fejn tassigura li membru tal-FAM li fih sar investiment sostanzjali, jibqa’ jagħti kontribut lura lill-armata għal perjodu itwal ta’ snin; ■ Ġie assigurat kors ta’ madwar sena u tmien xhur li għandu jikkwalifika Uffiċjal tal-FAM bħala Uffiċjal tekniku fuq l-ammunizzjoni; ■ Tlestiet l-ewwel fazi tattender li għandha tassigura li l-FAM ikollha l-akbar u l-ewwel lanċa fuq disinn imfassal mill-FAM;


15

Is-suċċessi li ksibna fl-aħħar amministrazzjoni ħolqu l-ambjent ideali sabiex ikompli jitkattar il-kummerċ f’pajjiżna. Dan ifisser li l-kumpanniji bbażati f'Malta għandhom aktar opportunitajiet ta' kummerċ internazzjonali. Biex inkomplu nsaħħu dawn is-suċċessi, għaqqadna flimkien żewġ elementi: dak tal-Promozzjoni tal-Kummerċ ma’ tal-Affarijiet Barranin. Kellna bosta riżultati pożittivi fl-ewwel 100 jum tat-tieni Gvern Laburista mmexxi minn Joseph Muscat u nwegħdkom li ser inkompli l-ħidma tiegħi sabiex is-suċċessi jkunu aktar u akbar. Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ

Carmelo Abela. Edizzjoni tal-Malta International Business Awards.

Aktar minn 3.2 miljun ewro għal tliet proġetti kofinanzjati mill-Fond għas-Sigurtà Interna tal-UE.

Ħadna 21 kumpanija bbażata f’Malta għall-missjoni kummerċjali fil-Għana, biex niftħu l-bibien għall-kummerċ fl-Afrika tal-Punent. Komplejna nagħtu l-appoġġ tagħna lill-Migration Media Awards sabiex ir-rappurtar dwar il-migrazzjoni jitjieb filkwalità. Iffirmajna l-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn l-UE u l-Kanada.

Ilqajna l-Assemblea Parlamentari Konġunta bejn l-Istati tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku u dawk tal-Unjoni Ewropea. Malta, seba’ stati fl-UE u tmien pajjiżi Afrikani adottaw dikjarazzjoni konġunta għall-immaniġġjar aħjar tal-migrazzjoni.

Jum

MINISTERU TAL-AFFARIJIET BARRANIN U L-PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ


16

MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL

MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, SPORT U GĦAQDIET TAL-VOLONTARJAT

L-edukazzjoni mhix biss iċ-ċavetta ewlenija tal-mobilità soċjali għal kull individwu iżda wkoll is-sinsla tal-progress tagħna bħala nazzjon.

Malta tiffirma l-ewwel inizjattiva ‘blockchain certificates’ biex jibdew jiġu notarizzati ċ-ċertifikati akkademiċi

Skejjel ġodda

L-iskola tal-Visual and Performing Arts – kunċett innovattiv Qed inkomplu nibnu skejjel ġodda mgħammrin bl-aqwa infrastruttura u teknoloġija għallimmodernizzar tal-iskejjel tagħna. Mis-sena skolastika ġdida ta’ din is-sena, l-iskola Visual and Performing Arts se tiftaħ il-bibien tagħha b’kunċett innovattiv fejn studenti se jispeċjalizzaw f’erba’ forom ta’ arti li huma d-drama, mużika, żfin, u media, u li għalihom ġew armati studios speċjalizzati.

Appoġġ għall-għalliema għal aktar esperjenza kurrikulari Apparti dan ser inkunu qed inżidu l-istaff amministrattiv fi ħdan ilkulleġġi sabiex inkomplu nassorbu ċentralment xogħol amministrattiv biex l-għalliema jkollhom aktar ħin biex jiffukaw fuq ittagħlim. Dan hu pass ieħor ’il quddiem biex il-prinċipali tal-kulleġġi u l-kapijiet u

l’assistenti tal-iskejjel ikunu jistgħu jiffokaw aktar fuq l-esperjenza kurrikulari u l-appoġġ għall-għalliema Skemi ġodda: The Vaste Programme’ u ‘Work Programme Initiative’ Tħabbru żewġ skemi ġodda li huma The Vaste Programme u Work Programme Initiative minn Fondi Ewropej li jaqbżu s-sbatax-il miljun ewro li

Habbarna wkoll li l-iskola primarja tal-Imsida ser tinbidel għal waħda moderna u ser tkun estiża b’faċilitajiet edukattivi ġodda. Barra din l-iskola, beda x-xogħol fuq skola primarja ġdida f’Wied il-Għajn li se tiftaħ fl-2018, u skola ġdida oħra fil-Qawra li se tilqa’ lit-tfal fl-2019. Magħhom se inħabbru l-pjanijiet ġodda tal-iskola primarja l-ġdida tar-Rabat, Għawdex, li se tkun qed tinkludi faċilitajiet ġodda wkoll.

minnhom se jibbenefikaw mal-5,800 persuna f’taħriġ u f’xogħol immirati lejn persuni b’diżabilità u individwi vulnerabbli. Malta se tkompli fi triqitha għal edukazzjoni wiesa, umana u aċċessibli għattfal u zgħazagħ tagħna, biex ikollhom il-ħiliet għal futur. B’hekk pajjiżna jkun lest għal ġejjieni biex nibqgħu birrittmu li qbaddna għal Malta A Plus.

Ġie iffirmat Memorandum of Understanding dwar l-ewwel inizjattiva tat-teknoloġija ġdida blockchain fil-qasam edukattiv bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, u l-kumpanija internazzjonali Learning Machine. Din hi l-ewwel inizjattiva tal-Gvern Malti fl-użu tattekonoloġija blockchain. Dan il-proġett ta’ blockchain certificates għandu implikazzjonijiet importanti fil-kuntest tax-xogħol tal-Ministeru, sew fuq aspett edukattiv, kif ukoll bħala kontribut lejn is-settur tax-xogħol u l-impjiegi. Meta l-kredenzjali edukattivi jiġu notarizzati fuq il-blockchain, l-utent ser jikseb il-proprjetà totali kif ukoll il-portabilità tal-istess kredenzjali, filpreżent u il-futur.

L-inizjattiva tal-One Tablet Per Child tkompli bir-ritmu tagħha In-numru ta’ studenti ġodda fir-raba’ sena li se jgawdu mill-inizjattiva one tablet per child matul is-sena skolastika 2017-2018 huwa ta’ 4,432. Ma’ dawn hemm 4,387 tablet li tqassmu s-sena l-oħra u li allura għas-sena skolastika 2017/2018 se jkunu fil-ħames sena. Matul is-sajf li għadda ġew imħarrġa 511-il għalliem u LSA oħra li se jkunu qed jgħallmu fil-ħames sena. Din is-sena se jkollna tliet apps ġodda dwar coding, informazzjoni permezz ta’ videos f’suġġetti varji, u Author Premier.


17

SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, SPORT U GĦAQDIET TAL-VOLONTARJAT

Ix-xogħlijiet li qegħdin isiru fil-Football Pitch f’Marsascala

Titnieda konsultazzjoni pubblika biex Nipproteġu l-Integrità tal-Isport Malti Il-Gvern huwa kommess li se ikun qed jiġġieled kull tip ta’ korruzzjoni jew influwenza esterna fl-iSport. Għaldaqstant is-Segretarju Parlamentari flimkien mal-Malta Football Association ħabbru konsultazzjoni pubblika sabiex isiru l-aħħar tibdiliet fuq l-abbozz ta’ liġi ġdida intitolat Att dwar il-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport qabel il-Gvern jippreżentah għall-approvazzjoni fil-Parlament. Din il-liġi mistennija tieħu post l-Att Dwar il-Prevenzjoni ta’ Xiri ta’ Players tal-1976 sabiex tkun aġġornata maż-żminijiet preżenti.

Permezz ta’ fondi mill-Ministeru għallEdukazzjoni u x-Xogħol u l-ħidma tal-Works Department, qed isir xogħol estensiv biex jinbena football pitch attrezzat f’din il-parti ta’ Malta. Dan il-proġett li se jkun jiswa €2.2 miljun, jikkonsisti fil-bini ta’ pitch tal-football bil-faċilitajiet kollha adattati, fosthom changing rooms, ġibjun, restaurant/cafeteria, substation u faċilitajiet oħra għan-nursery, u se jkun mgħoddi lill-klabb tal-football fi stat komplut..

Imniedi l-programm ġdid ‘Artivisti’ għallArtisti Żgħażagħ

Tnedija ta’ Skemi ta’ Finanzjament A4U u BeActive għall-Organizzazzjonijiet taż-Żgħażagħ 2018

Ix-xogħlijiet fuq il-Padiljun tal-Basketball f’Ta’ Qali waslu fl-aħħar fażi tagħhom Ix-xogħlijiet fuq il-proġett tal-Padiljun tal-Basketball f’Ta’ Qali, li huma stmati li jiswew madwar € 500,000, jinsabu fl-aħħar fażijiet tagħhom. Madankollu, il-proġett laħaq stadju kruċjali fis-sajf billi sar trattament fuq l-istruttura tal-ħadid u inbidlu l-pannelli tal-ħadid mill-perimetru tal-padiljun fost oħrajn.

Aġenzija Żgħażagħ tniedi programm ta’ finanzjament għall-2018 għallorganizzazzjonijiet taż-żgħażagħ li se jagħtu l-opportunità lill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ biex jiżviluppaw inizjattivi fi ħdan il-komunità bbażati fuq it-tema talJum Internazzjonali taż-Żgħażagħ tal-UN għall-2017. “Youth Building Peace”.

Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Malti għall-Arti flimkien mal-89.7 Bay niedew programm ġdid bl-isem Artivisti sabiex jgħin fl-iżvillup tal-artisti żgħar. Dan il-programm se jiddentifika l-aħjar talent żagħżugħ fis-settur tal-arti filwaqt li se joffri t-taħriġ neċċessarju, direzzjoni u networking sabiex iż-żgħażagħ jiżviluppaw il-potenzjal kreattiv tagħhom.


18

SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA

Minn din is-sena tistgħu tinnominaw: Premju 2 Premju 3 Premju 4 Premju 1

Anzjanita’ Attiva Anzjanita’ Sportiva Anzjanita’ Akkademika Koppja Miżżewġa

Applikazzjonijiet miftuħa sa 6 ta’ Ottubru u jinkisbu minn:. www.activeageing.com.mt | 25903151


19

ta' suċċessi fis-settur tad-diżabilità u anzjanità attivà

I

x-xogħol kollu li jsir fis-segretarjat tal-persuni b’diżabilità u anzjanità attiva huwa frott tal-ħidma tal-partijiet interessati f’dan is-settur u l-familji tagħhom. Fuq hekk hija mibnija il-politika ta’ dan il-Gvern fejn qabel kull deċiżjoni li tittieħed jiġi żgurat li ssir il-konsultazzjoni meħtieġa kemm ma’ dawk li jgawdu mis-servizzi u anke mall-partijiet li joffru s-servizz. Is-Segretarju Parlamentari għal persuni b’diżabbiltà u anzjanità attiva Anthony Agius Decelis tkellem ta’ sikwit fuq il-kunċett ta’ bottom-up approach fejn tidħol konsultazzjoni għaliex jemmen bi sħiħ li l-esperti ewlenin f’dan is-settur huma dawk li jgħixu dan settur ta’ kuljum. Żgur li fejn jidħol kunċett ta’ politika ta’ dan ilGvern f’dan ir-rigward mhux qiegħed jipprova jivvinta ir-rota iżda beda billi jistudja s-sitwazzjoni kif inhi u kompla fuq it-tajjeb li sar mil-predeċessur ta’ qablu fejn sar ħafna progress. Wieħed jrid jkun umli u ma jistax jgħid li hemm kollox tajjeb għaliex sfidi jkun hemm dejjem u jibqa' jkun hemm kuljum.

Wieħed mill-ikbar proġetti ta’ dan il-gvern fejn jidħol is-settur ta’ diżabilità huwa il-ftuħ ta’ residenti speċjalizzati fil-komunità fejn ix-xogħol tkompla u wasal fi stadju avvanzat. B’investiment ta’ nofs miljun ewro sa l-aħħar ta’ din is-sena ser jinfetħu tliet djar ġodda f’Pembroke li ser tilqa’ tfal b’challenging behaviour; fil-Marsa li mistennija tilqa’ residenti adulti b’diżabilità severa u f’Haż-Żabbar li ser tilqa’ persuni b’diżabilità varji. Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis jisħaq fuq l-importanza ta’ proġetti bħal dawn mhux qegħda biss biex jintlaħqu il-miri tal-manifest elettorali iżda għaliex investiment ta’ dan it-tip jiffaċilita l-aċċessibiltà ta’ dawn il-persuni sabiex jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar, jinċentiva il-ħiliet ta’ dawn il-persuni b’abbiltajiet differenti u jgħinu sabiex ikun hemm iktar integrazzjoni fil-komunità. Proġett pilota li ġie mniedi f’Marzu ta’ din is-sena u laħaq il-qofol tiegħu f’Lulju kien ‘Making Homes Fun’. F’dan il-proġett li jirrigwarda l-anzjanità attiva ġew identifikati impjegati li xogħolhom se jkun li jorganizzaw attivitajiet u jgħinu lir-residenti biex

isibu rwoli li jżommhom attivi. Ir-residenti kellhom l-opportunità li jinvolvu ruħhom f’għadd ta’ attivitajiet fil-ħajja tagħhom fir-residenza ta’l-anzjani fl-Imsida. Din l-inizjattiva ta’ l-ewwel xorta tagħha mistennija titkompla u tissaħħaħ. F’dawn l-aħħar snin smajna kemm il-darba kif it-tagħlim u t-taħrig huma parti integrali fejn jidħol il-qasam tax-xogħol speċjalizzat speċjalment mal-anzjani. Wara ħidma konġunta bejn is-segretarjat parlamentari ghal-persuni b’diżabilità u anzjanità attiva, iċ-ċentru ta’ taħrig ta’ San Vinċenz u l-Università ta’ Malta ġie mfassal kors fejn ser jwassal sabiex studenti prospettivi jaħdmu u jistudjaw fl-istess ħin fuq livell ta’ baċellerat. B’dan l-istudju speċjalizzat fil-qasam ta’l-anzjani ser ikun hawn aktar ħaddiema li jkabbru l-għarfien tagħhom filwaqt li l-anzjani tagħna jibbenefikaw minn servizz aħjar u iktar komplut. L-impenn ta’ dan il-gvern kien u dejjem ser tibqa' li nagħmlu l-ħajja ta’ kull ċittadin dejjem aktar faċli u effiċjenti kemm jista' jkun. F’nofs dan is-sajf b’ħidma konġunta mall-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Soliarjeta’ Soċjali ġiet varata mobile app fejn individwi mill-kumdità tad-dar tagħhom setgħu jaċċessaw informazzjoni relatata mall-pensjonijiet, benefiċċji u kontribuzzjoni għad-dħul fir-residenzi tal-anzjani u oħrajn. B’dan il-mod u f’kuntest ‘real-time’ l-anzjani u l-familjari tagħhom ser jkollhom l-informazzjoni disponibbli għalihom f’kwalunkwe ħin tal-ġurnata li jkollhom bżonn. 100 jum għal dan is-segretarjat kienu kontinwita’, pjanijiet, laqgħat fejn iffisru ħames snin leġislatura kollha inizjattivi biex jinħoloq il-ġid għall-persuni b'diżabilita’, anzjani , familjari u ħaddiema li jaħdmu f'dan is settur.


20

MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA


21

MINISTERU GĦAT-TURIŻMU

MINISTERU GĦAT-TURIŻMU

Il-Ministeru tat-Turiżmu taħt it-tmexxija tal-Ministru Konrad Mizzi, ħadem fuq diversi materji f'dawn l-ewwel mitt ġurnata ta' Gvern taħt leġislatura ġdida. Jispikka s-settur tal-avjazzjoni, partikolarment dak li jikkonċerna l-linja nazzjonali Maltija, l-Air Malta, permezz ta’ strateġija ta’ tkabbir, żiedet ir-rotot, il-frekwenza, u n-numru t’ajruplani fil-flotta tagħha bl-għan li l-Air Malta ssir aktar kompetittiva, filwaqt li ttejjeb id-dħul tagħha. Il-Gvern qiegħed iwettaq ħidma sabiex iżid aktar rotot ġodda lejn Malta minn linji tal-ajru oħra biex inkomplu inżidu l-konnettività ta’ Malta permezz ta’ pjan ħolistiku għat-turiżmu.

Bdejna nsaħħu l-prodott turistiku Malti permezz ta' xogħol infrastrutturali għat-tisbiħ u tindif ta’ żoni turistiċi u ħarsien ta' bosta bajjiet Maltin, li jinkludi wkoll miżuri għal aċċesibiltà aħjar. Proġett ieħor interessanti huwa d-daħla tal-Belt, bix-xogħol miexi ġmielu u li qiegħed jinbena b’ faċilitajiet apposta ta’ aċċessibilta’ għall-persuni b’diżabilita’. Saru

avvanzi

fix-xena

tal-ispettaklu

b'bosta

avvenimenti u kunċerti ta' livell għoli li attiraw artisti ta' fama mondjali u s-segwaċi tagħhom lejn pajjiżna u kif ukoll attirajna swieq ġodda sabiex jinħadmu aktar films f’pajjiżna. Ħabbarna wkoll proġett ta’ ġnien pubbliku u parkeġġ f'Birżebbuġa, ippreparat minn Projects Malta u ffinanzjat mill-Malta Freeport Terminals bħala responsabiltà soċjali korporattiva.


22

MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

Is-Sahha

f’

Jum

Bħal kull qasam ieħor, matul l-ewwel mitt jum ta’ Gvern ġdid Laburista, il-qasam tas-saħħa wkoll kompla għaddej bl-avvanzi tiegħu. Matul dawn l-ewwel mitt jum rajna introduzzjoni ta’ mediċini ġodda għall-kanċer, ftuħ ta’ istituzzjonijiet edukattivi li fetħu l-bibien tagħhom għall-ewwel darba f’pajjiżna, ftuħ ta’ ċentri ġodda, żieda sostanzjali fir-riżorsa umana u anke tkomplija ta’ proġetti kbar. Wara biss ftit ġranet minn din il-leġiżlatura nedejna kura ġdida għall-kanċer. Il-Mitomycin C, hija kura ġdida li qed tingħata fl-isptar Mater Dei. Huwa stmat li madwar 300 pazjent fis-sena se jkun qed jibbenefika minn din il-kura ġdida għall-kanċer tal-bużżieqa tal-awrina. Mediċina oħra tal-kanċer li ddaħħlet matul dawn l-aħħar mitt jum kienet il-mediċini azacitidine, li hija mediċina għall-Leukemia, kanċer fid-demm. Matul dan il-perjodu ddaħħlet ukoll mediċina għall-kanċer tal-prostata, enzalutamide u flaħħar jiem iddaħħlet il-mediċina Bevacizumab

għall-kanċer fl-ovaries u fl-għonq tal-ultru. Matul dawn l-aħħar mitt jum wkoll bdejna nwessgħu l-iskema għal min hu intitolat għallsticks biex jiġi ċċekkjat iz-zokkor b’xejn. Wara li sa massimu ta’ erba' sticks kuljum bdew jingħataw lil dawk li għandhom id-dijabete Type 1, matul dawn l-aħħar mitt jum bdiet tigi ntrodotta sistema fejn bdew jingħataw erba’ sticks kuljum anke lil dawk bid-dijabete Type 2 u li qegħdin fuq l-insulina. Din is-sistema diġa ddaħħlet f’numru ta’ lokalitajiet u se jkomplu jiżdiedu l-lokalitajiet sakemm tkun madwar Malta kollha. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ riżorsa umana matul dawn il-mitt jum, ħew impjegati madwar 275 infermiera u tobba ġodda. Filwaqt li ġiet aġġustata anomalija minn żien leġiżlaturi Nazzjonalisti li permezz tagħha se jitħallsu

lura €1.7 miljun lill-madwar 2,400, infermiera u qwiebel. Mil-lat ta’ infrastrutura fl-aħħar jiem ħareġ ittender għad-Design and Built għall-Paola Hub, ċentru tas-saħħa reġjonali fin-naħa t’isfel ta’ Malta. Ċentru li huwa stmat se jkun jiswa’ €26 miljun. Ġiet inawgurata wkoll unit ġdida fl-Isptar Karin Grech għal dawk il-pazjenti li jkunu sofrew stroke, filwaqt li fil-jiem li ġejjin se tkun mnedija unit ġidda għall-Ostherics u Prosthetics. F’dawn l-aħħar jiem madwar 40 student bdew jattendu għall-kors tal-mediċina ta’ Barts Medical School, li għall-ewwel darba fetħet ilbibien tagħha f’pajjiżna. Dan l-isem sinonimu mal-qasam tas-saħħa se jkunqed ikompli jżied mal-livell għoli li pajjiżna għandu f’dan ilqasam.


23

SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI, ĊITTADINANZA U SIMPLIFIKAZZJONI

SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI, ĊITTADINANZA U SIMPLIFIKAZZJONI

Beda l-proċess li għandu jwassal għal riforma u tisħiħ fl-operat ta’ Identity Malta. Saru diversi laqgħat ma’ stakeholders fosthom mal-Kunsill Notarili, unions, u min iħaddem. Estendejna s-servizz ta’ ħruġ ta’ single permits għall-gżira Għawdxija Tnieda proċess ta’ konsultazzjoni dwar Vot 16+ għal elezzjonijiet ġenerali u dawk tal-Parlament Ewropew.

B’ħidma mal-Ministeru dwar l-Ugwaljanza, tħabbret l-introduzzjoni tal-marka ‘X’ fuq karti tal-identità, passaporti u permessi ta’ residenza għal persuni gender neutral. Nedejna sistema ġdida online fid-Dipartiment tar-Riċerki fir-Reġistru Pubbliku Tfasslet strateġija dwar kif se jkunu qed jitmexxew il-bosta riformi mwiegħda fil-manifest elettorali. Il-Parlament approva emendi għal-liġi dwar l-għoti taċ-ċittadinanza bil-mertu f’setturi diversi fosthom fil-kamp sportiv u kulturali. B’hekk pajjiżna se jkun jista’ jattira investiment intelletwali ta’ individwi b’abbiltajiet u talenti straordinarji.


24

MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI

L-Ewwel

Jum ta` Œidma


25

L-ewwel mitt jum tal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarejtà Soċjali taħt it-temixxija tal-Ministru Michael Falzon kienu jiem ta’ kontinwità, innovazzjoni u kisbiet.

meta wieħed iqabbel dawn iċ-ċifri fl-2016 ma’ dawk tas-sena ta’ qabel, l-2015. B’hekk, persuni li jaqgħu f’din il-faxxa niżlu b’2.3% f’temp ta’ sena.

Waħda mill-akbar kisbiet li għamel il-Ministeru fl-ewwel ftit jiem kienet dik illi komplew jonqsu l-persuni li jiddependu fuq is-servizzi soċjali. Fl-2012 il-persuni jiddependu fuq is-servizzi soċjali kienu jilħqu l-ammont ta’ 17,727 filwaqt illi in-numru ta’ persuni fuq is-servizzi soċjali sa l-aħħar ta’ Lulju 2017 kienu ta’ 8791 persuna. Dan iffisser tnaqqis ta’ aktar minn 50%.

Fl-aħħar jiem il-Ministeru nieda wkoll id-dokument tal-Istandards Nazzjonali għall-proċess tal-Adozzjoni tat-Tfal ghall-Konsultazzjoni Pubblika li se tagħlaq fit-3 ta’ Novembru 2017.

Matul dawn l-ewwel mitt jum beda jintemm il-perjodu tat-‘tapering of benefits’ ta’ dawk li daħlu fis-sistema fl-2014. B’sodisfazzjon ngħidu illi 91% ta’ dawn in-nies għażlu li jkomplu fid-dinja tax-xogħol u mhux imorru lura għas-servizzi soċjali. Ta’ min jinnota illi ħafna minn dawn il-persuni huma nisa.

Aktar ħidma ssarfet fit-tnedija ta’ ‘web apps’ ġodda għall-Kalkulatur għall-Pensjoni tal-Irtirar u għall-Kalkulatur għal Dħul f’Dar tal-Anzjani. B’hekk il-Ministeru kompla jwettaq il-viżjoni tal-Gvern fejn il-pubbliku jkun jista’ jaċċessa s-servizzi governattivi mill-mobile. Kien iffirmat ftehim għal aktar servizzi fil-komunitajiet tal-Imsida u tal-Fgura fejn il-Fondazzjoni ghal-Ħarsien tas-Servizzi Soċjali se tikri spazju fiż-żewġ lokalitajiet biex tkabbar ix-xogħol tagħha fil-komunità.

Sar iktar xogħol fil-qasam tal-akkomodazzjoni affordabbli fejn sar l-iffirmar ta’ ftehim għall-finanzjament ta’ proġett kbir li se jkun mifrux fuq medda ta’ ħames snin. Ftehim mal-European Investment Bank u l-Council of European Development Bank fejn il-Malita se tkun qed tissellef €54 miljun. Permezz ta’ dan il-ftehim għal aktar bini ta’ appartamenti, se jkunu qed jiġu ndirizzati aħjar ir-realtajiet ta’ pajjiżna.

L-Fondazzjoni għall-ħarsien tas-Servizzi Soċjali (FSWS) u l-Fondazzjoni Suret il-Bniedem iffirmaw Public Social Partnership ta’ €168,000 għat-tliet snin li gejjin. Permezz ta’ dan il-ftehim Dar Tereża Spinelli fi ħdan il-Fondazzjoni Suret il-Bniedem se toffri akkomodazzjoni lil 15-il vittma kuljum ta’ vjolenza domestika li jkunu riferuti lilha mill-Aġenzija Appoġġ.

Kisba kbira oħra għal dan il-Ministeru hija dik li skont statistika ppubblikata mill-NSO hemm tnaqqis ta’ 9,000 persuna li jaqgħu f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali. Dan

Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali jinsab impenjat li jkompli jaħdem għal-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.


26

MINISTERU GĦAL GĦAWDEX

L-EWWEL

100 JUM GĦAWDEX

Proġetti u Inizjattivi ġodda Wasalna fi stadju avvanzat ta’ ħruġ ta’ tenders sabiex jitlestew il-proġetti mibdija fil-leġiżlatura preċedenti u qed naħdmu fuq oħrajn ġodda. Tlestiet l-istrateġija għal Għawdex u tinsab lesta għal konsultazzjoni pubblika u qed naħdmu sabiex jiġu kummissjonati żewġ studji dwar il-park and ride u ring road madwar ir-Rabat, Għawdex. . Ħidma kontinwa fl-oqsma tal-Konnettivita’ u Infrastruttura

Il-konnettivita’ u l-infrastruttura huma kruċjali u għalhekk, komplejna naħdmu fuq it-tieni fibre optic cable, fuq il-mina bejn il-gżejjer u tisħiħ tal-Gozo Channel. Ix-xogħol fuq it-toroq arterjali u sekondarji ukoll ħa prominenza f’dawn il-mitt jum. Lestejna programm ta’ xogħlijiet li diġa’ beda jitwettaq.

Rekord fit-Turiżmu

Għawdex għandu potenzjal qawwi li jattira swieq differenti. F’dan ir-rigward, qed jiġu esplorati niċċeċ ġodda fis-suq u sensiela ta’ reklamar f‘diversi oqsma. Qed intejjbu l-prodott turistiku Għawdxi anki permezz tal-istrateġija dwar Eko Għawdex u kalendarju kulturali b’saħħtu. Għaddejja ħidma bla preċedent biex inżommu lil Għawdex nadif u dan ukoll bit-twaqqif tal-Intervention Team u b’investiment f‘makkinarju ta’ tindif.

Ħiliet u Valuri ta’ Solidarjeta‘ Soċjali Is-servizzi fil-komunita’ ingħataw bixra differenti u dan wassal biex fost l-oħrajn tinqata‘ kompletament il-lista ta’ stennija għas-servizz tal-HomeHelp. Matul l-istaġun tas-Sajf, nedejna diversi inizjattivi għat-tfal fosthom inizjattivi sportivi u edukattivi bħal korsijiet tar-Robotica. L-iskema l-ġdida tal-Organizzazzjonijiet Volontarji kienet suċċess u l-Work Exposure Scheme for the Youth ġiet imġedda u msaħħa. s

Għajnuna lis-Sajjieda u lill-Bdiewa

Ingħatat attenzjoni partikolari lis-sajjieda u bdiewa Għawdxin fejn assisstejna sabiex is-sajjied jipprepara aħjar għall-istaġun tal-lampuki billi offrejna palm b’xejn flimkien mas-servizzi tal-winch fil-port tal-Imġarr. Tejjibna l-infrastruttura li tintuża mill-bdiewa f‘żoni rurali u agrikoli u saħħaħna s-servizzi. s


27

SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI, EKONOMIJA DIĠITALI U INNOVAZZJONI


28

SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI

Akkomodazzjoni Soċjali:

Jum

ta' ħidma

Il-ġid ekonomiku li nħoloq fl-aħħar snin kien wieħed bla preċedent, iżda dan ġab ukoll żieda fid-domanda għal akkomodazzjoni affordabbli. Il-Gvern, dejjem idu fuq il-polz tan-nies, għaraf dan it-tħassib u għalhekk ġie deċiż li jinħoloq Segretarjat Parlamentari iffukat biss fuq dan is-settur. Fl-ewwel 100 jum, is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes ħadem fuq diversi fronti biex jindirizza l-problemi f’dawn is-settur permezz ta’ pjan ħolistiku.

Skema Kiri u l-istokk ta’ binjiet tal-Awtoritá tad-Djar Fl-ewwel mitt jum, dan il-gvern diġa wettaq waħda mill-wegħdiet ewlenin li hemm fil-manifest bit-tnedija tal-iskema ‘Nikru biex Nassistu’. Permezz ta’ din l-iskema, il-Gvern qed jidħol fi ftehim mal-privat biex jikri għal 10 snin propjetá. L-Awtoritá tad-Djar imbgħad tikri lura dawn il-proprjetajiet lil min qiegħed fuq il-lista ta’ stennija għal akkomodazzjoni affordabbli b’mod issussidjat. Permezz ta’ din il-miżura, il-Gvern qed

jimmira li jżid b’mod sostanzjali l-istokk ta’ binjiet taħt ir-responsabilitá tal-Awtoritá tad-Djar u fl-istess ħin inaqqas il-lista ta’ stennija li qabel l-elezzjoni kienet tleħħaq it-3,500 persuna.

Jibdew ix-xogħlijiet għal 650 appartament ġdid Wara li ġie ffirmat ftehim ta’ self ta’ €53 miljun mill-Bank Ċentrali Ewropew (ECB) u l-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB), bdew ix-xogħlijiet preliminari fuq diversi siti għal bini ta’ 650 appartament ġdid. Dawn jinkludu siti f’Bormla, Siġġiewi, Attard, Naxxar, Qrendi, Birkirkara, Ħal Luqa, Ħaż-Żebbuġ, Żurrieq, u Msida.

Akkomodazzjoni soċjali lil min verament għandu bżonn Dan hu Gvern li jemmen fil-ġustizzja soċjali. Iżda dan hu gvern ukoll li ma jittollerax abbużi li jagħmlu tajjeb għalih it-taxpayers. Kien għalhekk li s-Segretarju Parlamentari Galdes għadu kif ħabbar diversi inizjattivi biex l-Awtoritá

tad-Djar tiġġieled aktar l-abbuż, fosthom b’tisħiħ ta’ unit iffukata fuq l-infurzar u żgumbrament. Ġie mniedi wkoll il-freephone 8007 2294, fejn il-pubbliku jista jċempel biex jirrapporta b’mod anonimu abbużi f’każijiet ta’ Housing, li jwassal biex persuni jokkupaw b’mod irregolari binjiet tal-Awtorita’ tad-Djar a skapitu ta’ dawk li verament għandhom bżonn. Abbużi jinkludu l-kirja ta’ binja tal-housing lil terzi persuni, ir-rilokazzjoni ta’ persuni ġo propjeta wara l-mewt tal-inkwilin oriġinali, u squatters li jaqbdu u jidħlu f’binjiet tal-awtorita’ tad-djar mingħajr permess.

Aktar social loans Wara s-suċċess tal-proġett pilota ta’ social loans mal-bank APS, il-Gvern għaddej f’diskussjonijiet ma’ banek lokali l-oħra biex din l-inizjattiva tinfirex, u aktar nies ikollhom l-opportunitá li jieħdu self mingħajr il-piż tad-depożitu. Kif imwiegħed fil-manifest elettorali, dan is-self soċjali qed jagħti l-opportunitá lil dawk li ma jistgħux jagħmlu tajjeb għall-10%

depożitu normalment mitlub millbank fl-iffirmar tal-kuntratt. B’din l-inizjattiva, il-Gvern qed jagħti l-empowerment lil faxxa ta’ nies li qabel din l-inizzjattiva ma setgħux jixtru l-akkomodazzjoni tagħhom.

Profiling L-Awtoritá tad-Djar bħalissa għaddejja b’eżerċizzju intensiv biex tanalizza fid-dettall il-lista t’ applikanti għal Akkomodazzjoni Soċjali u tikkaraterizzahom f’kategoriji speċifiċi skont il-bżonnijiet tagħhom. Dan hu meħtieġ biex il-gvern joħroġ b’miżuri li huma l-aktar relevanti għall-applikanti, u l-aktar effiċjenti biex jindirizzaw is-sitwazzjoni tagħhom. “Dan kollu inkiseb fl-ewwel 100 jum ta’ dan il-gvern. Iżda dan għadu biss il-bidu. Flimkien mal-Prim Ministru u l-kabinett, se nkomplu naħdmu b’impenn biex inkattru l-opportunitajiet u ngħinu lil min verament għandu bżonn akkomodazzjoni affordabbli.” - Segretarju Parlamentari Roderick Galdes


FL-EWWEL 100 JUM TA’ DAN IL-GVERN... ...BDEJNA NAĦDMU FUQ ESPLORA NATURA

...KOMPLEW ĠEW ĦAFNA NIES L-ESPLORA

...L-MCST KOMPLIET BIX-XOGĦOL TAGĦHA FIL-QASAM TAX-XJENZA

Dan il-Gvern wera kemm qed jagħti importanza lix-Xjenza, t-Teknoloġija u l-Innovazzjoni meta tpoġġejna direttament taħt ir-responsabbilità tal-Prim Ministru u permezz tal-miżuri ġodda proposti fil-programm elettorali tal-Partit Laburista li ha jkomplu jsaħħu dan is-settur vitali għal pajjiżna. Dr. Jeffrey Pullicino Orlando

Esplora huwa ko-finanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali




Jum Gvern

A41, Marsa Industrial Estate, Marsa MRS3000, Malta Tel: (356) 2590 0200 / 2590 0230 Email: info@unionprint.com.mt


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.