COVID-19
TELESKOLA.MT
IKTAR MINN 1000 LEZZJONI U ATTIVITÀ GĦALL-ISTUDENTI TA’ KULL ETÀ
facebook.com/edukazzjoni twitter.com/edukazzjoni #movingforward HELPLINE
2598 1000
EDUCATION UPDATE Il-vjaġġ tiegħi, tiegħek, tagħna
JIBDA R-RITORN GĦAL KWALITÀ TAL-ĦAJJA
F
l-aħħar jiem ħadna nifs ta’ sodisfazzjon. Nifs li s-sagrifiċċji li saru taw il-frott. Sagrifiċċji li kienu jmorru lura għas-7 ta’ Marzu li għadda meta ittieħdu miżuri bla preċedent f’pajjiżna li bihom rajna l-ekonomija ta’ pajjiżna tieħu daqqa’ kbira ta’ ħarta. Dakinahr firxa sħiħa ta’ negozji u ħwienet wieħed wara l-ieħor bdew jagħlqu l-bibien. Kien ingħalaq l-ajruport. Prattikament għal ħafna jiem tmur fejn tmur f’pajjiżna konta tara żoni bla ruħ. Il-Belt Valletta minn belt ħajja u mimlija minn nies kienet litteralment vojta.
nies. Fuq li bil-mod il-mod nerġgħu nibdew nirritornaw għan-normalità. Kienet deċiżjoni li kif spjega hu stess ittieħdet wara analiżi li saret. Deċiżjoni li permezz tagħha wieħed se jara l-ftuħ ta ristoranti, kafeteriji, snackbars u oħrajn. Tħabbar ukoll li għadd ta’ servizzi mediċi li kienu twaqqfu, fosthom operazzjonijiet mhux urġenti u ċertu screenings issa se jerġgħu jibdew. Nemmnu li jagħmel sens li wieħed jirritorna għannormalità bil-mod il-mod. Kif ħriġna minn normalità b’diversi miżuri hekk ukoll għandu jsir biex nidħlu lura fin-normalità. Rilaxx ta’ miżuri li ma niżlux tajjeb ma’ kulħadd. Filqasam mediku hemm min wera tħassib. Infakkru imma li anke fil-bidu ta’ Mejju kien hemm min wera tħassib
Din kienet sitwazzjoni li affettwat bil-kbir lillfamilji. Kemm lill-adulti, kemm liż-żgħażagħ u kemm
għat-tnaqqis ta’ xi miżuri. Minn dak li kienu bassru dakinhar ma ġara xejn. Il-virus baqa’ taħt kontroll.
lit-tfal. Jiem maqfulin ġewwa. Dejjem jistaqsu meta
Nemmnu li anki issa, id-deċiżjonijiet ma ttiħdux
se jgħaddi dak il-mument. Il-kwalità tal-ħajja, dik li
mil-lejl għan-nhar. Ma tteħdux bl-addoċċ. Ittieħdu
toħroġ, tissoċjalizza, tirrilassa ma’ oħrajn u li tiekol fir-
b’mod meqjus, li jiftħu dawk l-inqas riskju u li jittieħdu
ristoranti jew anke tieħu sempliċiment kafe għal kwiet,
l-prekawzjonijiet u għalhekk il-linji gwida u l-protokolli.
kienu għebu. Mhux għebu biss imma ma kien hemm ebda indikazzjoni ta’ meta dawn se jirritornaw. Nhar it-Tnejn kellna aħbar sabiħa. Tħabbar li se jitkomplew jitneħħew aktar miżuri. Kellna diskors
Nemmnu li l-pajjiż ma jistax jibqa’ wieqaf. Ma jistax kullimkien jibqa’ magħluq. Nemmnu li għalhekk kienet deċiżjoni tajba li nibdew nidħlu lura bil-mod il-mod għan-normalità.
pożittiv mill-Prim Ministru Robert Abela. Diskors li jagħti tama u kuraġġ. Enfasizza fuq il-kwalità tal-ħajja tan-
VICTOR VELLA - vvella@unionprint.com.mt
UNION PRINT CO. LTD., WORKERS MEMORIAL BUILDING, 3RD FLOOR SOUTH STREET, VALLETTA
IT-TRASPORT U
L-INFRASTRUTTURA – SETTURI ESSENZJALI WAQT PANDEMIJA GLOBALI MINISTRU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI
IAN BORG
S
al-aħħar tas-sena l-oħra, il-virus COVID-19 kien storja xokkanti li konna qegħdin naqraw fl-aħbarijiet internazzjonali dwar belt partikolari fiċ-Ċina. Dakinhar, ħadd ma seta’ jgħidilna li ftit tax-xhur wara, dan il-virus kien se jkun qiegħed jinfirex madwar id-dinja sa ma nbidel f’pandemija, li laqtet lill-gżejjer Maltin ukoll.
Il-Gvern kien pront jieħu numru ta’ deċiżjonijiet li ma kinux faċli, u tpoġġew fis-seħħ diversi miżuri biex is-saħħa tal-poplu tkun protetta u tiġi kkontrollata aħjar l-imxija. Bħal kważi kull poplu ieħor madwar id-dinja, il-Maltin inħakmu minn sens ta’ biża’, mhux biss fid-dawl ta’ marda li issa setgħet tolqot lilhom ukoll, imma fid-dawl ta’ inċertezza kbira – se nsibu prodotti talikel fuq l-ixkafef? Ser ikollna mediċini essenzjali fl-ispiżeriji? L-isptar se jkollu l-apparat kollu li se jkollu bżonn f’dan iż-żmien diffiċli? X’ser isir mill-ekonomija?
Kulħadd f’xi ħin jew ieħor għaddewlu dawn il-ħsibijiet minn moħħu. U l-Gvern ħaseb fihom ukoll. Għalhekk rajna li t-triq ‘il quddiem kienet tirrekjedi li nidentifikaw numru ta’ setturi, apparti dak tas-saħħa, li kienu ser ikunu essenzjali biex nadattaw għal dan iż-żmien mingħajr mal-pajjiż isofri konsegwenzi ikbar milli jkun hemm bżonn. L-ewwel u qabel kollox ridna naċċertaw li ser ikollna l-mediċini u l-apparat mediku fl-ispiżeriji u fl-iswali tal-isptar, filwat li niżguraw li jibqa’ jkollna provvista kontinwa tal-ikel għall-familji tagħna. Hawnhekk kien importanti ħafna s-settur tat-trasport u l-ħaddiema kollha li jmissu miegħu. Rajna li nkunu kawti u responsabbli, u ħadna prekawzjonijiet li kienu jipproteġu lill-ħaddiema li jmissu mal-merkanzija filwaqt li jaċċertaw li din il-merkanzija tiġi proċessata skont il-linji gwida tal-Awtoritajiet tas-Saħħa. Daħħalna miżuri ta’ kwarantina u rajna li l-ħaddiema tax-xatt ikollhom ilbies protettiv biex huma wkoll iħossuhom sikuri fuq il-post tax-xogħol. Wara x-xatt,
dawn il-prodotti u l-apparat kienu jitgħabbew fit-trakkijiet, fejn ix-xufiera kienu jaraw li jwassluhom fid-destinazzjoni tagħhom b’mod sikur minn kull aspett. Grazzi għal dawn in-nies kollha, mill-kaptan tal-vapur li ġabilna l-merkanzija sal-persuna li poġġiet il-prodott fuq l-ixkaffa u dik li saħansitra biegħetu, pajjiżna baqa’ dejjem armat għal kull okkażjoni. Kellna u għandna settur tas-saħħa li għaraf kif jagħmel użu tajjeb mill-apparat li ġibna lejn xtutna, filwaqt li ħaseb ‘il quddiem biex inkunu armati għall-possibilità tat-tieni mewġa, u s-settur tat-trasport ra li l-ħaddiema tas-saħħa qatt ma jsibu ruħhom mingħajr mediċini u apparat biex iwettqu ħidmiethom. Kien hemm numru mhux ħazin minn fostna li kellhom lil qrabathom, lil uliedhom jew lil sħabhom maqbudin barra millpajjiż. L-affarijiet ġraw u aċċelleraw wisq malajr, u mhux kulħadd sab ruħu f’daru meta ngħalaq l-ajruport għall-passiġġieri. Imma l-Gvern ma kienx lest li jinsa lil dawn in-nies warajh. Għandna settur tal-avjazzjoni armat b’nies imħarrġa u kapaċi, nies dedikati, u dawn ħadmu id f’id mal-Gvern biex stajna norganizzaw titjiriet lura lejn pajjiżna, filwaqt li mxejna b’kull osservanza tal-liġijiet tal-kwarantina. Grazzi lilkom ukoll. Sadanittant, waqt li ħdimna bis-sħiħ biex naraw li pajjiżna jkompli għaddej f’realtà differenti, waqt li komplejna niddiskutu mal-kollegi tagħna fl-Ewropa biex niżguraw li Malta dejjem tkun infurmata u minn ta’ quddiem li tagħmel ċara l-pożizzjoni tagħha għall-benefiċċju ta’ niesna, qatt ma nsejna li l-viżjoni tagħna hija waħda li dejjem tħares ‘il quddiem. Ridna nagħmlu ċert li l-pajjiż ma jistaġnax. Ridna nkomplu nimxu ‘l quddiem. Komplejna naħdmu fuq il-proġetti infrastrutturali u tajnihom spinta waqt li t-toroq kienu aktar kwieti u battala. Dan il-pass mhux biss se jwassal għal kwalità tal-ħajja aħjar meta n-nies, kif diġà bdew, jerġgħu lura fuq it-toroq tagħna, mhux biss se jgħin il-problemi tal-konġestjoni meta l-volum ta’ karozzi fuq it-toroq jerġa’ lura għal dak li kien, mhux biss se jilqa’ b’idejn aktar miftuħa u b’aktar faċilitajiet lil dawk kollha li jużaw il-mezzi alternattivi, bħall-mixi u ċ-ċikliżmu.
Dan il-pass se jkun qiegħed isostni wkoll l-ekonomija ta’ pajjiżna. Grazzi għal dawn il-proġetti, komplejna nħaddmu n-nies – il-periti, il-professjonisti, il-kuntratturi u l-ħaddiema tagħhom. Komplejna nħaddmu lil dawk in-negozji li jipprovdu l-materjal biex ngħaddu s-servizzi, nibnu l-pedamenti u nagħtu l-uċuħ tat-tarmac, biex nagħmlu l-crash barriers u sistemi oħra ta’ sigurtà. Komplejna ndawwru l-ekonomija, għax irridu li pajjiżna jibqa’ dejjem minn ta’ quddiem nett. Fil-wiċċ ta’ din il-pandemija, pajjiżna sab quddiemu Gvern magħqud li id f’id ħadem biex niġġieldu kontra l-mard u nżommu lil pajjiżna fuq saqajh. Kulħadd għamel il-biċċa tiegħu u rajna li jkollna l-benefiċċji għal min kellu jagħlaq il-bibien tan-negozji tiegħu u għal min ma setax jaħdem barra minn daru. Is-setturi essenzjali komplew joperaw u żiedu l-ħidma tagħhom biex dejjem bqajna għaddejjin, kienet x’kienet is-sitwazzjoni tal-pandemija. Naħseb ilkoll nistgħu naqblu li għandna poplu ta’ min ikun kburi bih. Kulħadd resaq ‘il quddiem u għamel dak li jista’ biex jagħti l-għajnuna tiegħu waqt din l-isfida, mill-infermiera ġewwa l-isptar sal-ħaddiem tax-xatt sal-mara anzjana li obdiet id-direttivi u baqgħet id-dar tagħha. Lilkom ukoll ngħidulkom grazzi. Sadanittant, aħna se nkomplu nħaddmu s-settur tat-trasport biex bħalma għamilna nibqgħu mixjin ‘il quddiem, se nkomplu naħdmu fuq l-infrastruttura tat-toroq tagħna u se nkomplu nidħlu għal inizjattivi oħra bħal dik li varajna riċentement, biex pajjiżna jkollu aktar spazji miftuħa. Kommessi li nkomplu mixjin fuq it-triq tas-servizz – jiena se nkompli naħdem għalikom. Flimkien nerġgħu nimxu ‘l quddiem għal għodwa ġdida.
Dawn huma s-servizzi offruti
fiċ-Ċentri tas-Saħħa madwar Malta bħalissa
KLINIĊI TAL-KARDJOLOĠIJA Appuntamenti ta’ pazjenti ġodda se jibdew isiru fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta. Filwaqt li se jkun offrut servizz ta’ telekonsultazzjoni mal-konsulenti kuljum lill-pażjenti kollha.
KLINIĊI TAD-DIJABETE Se jitnieda servizz ta’ telekonsultazzjoni mat-tobba kuljum lill-pażjenti kollha.
UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU MINISTERU GĦAS-SAĦĦA
WELL BABY CLINICS Se jerġgħu jinfetħu l-Well Baby Clinics fiċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Floriana, Mosta, u Ħal-Kirkop fejn jistgħu jsiru t-tilqim u l-visti tat-trabi.
BEREĠ Is-Servizz tat-teħid tad-demm se jerġa’ jibda fil-bereġ ta’ Ħaż-Żabbar u tal-Pieta.
Miżuri u inizjattivi li ttieħdu waqt il-Pandemija tal-COVID-19 fis-setturi tal-Anzjani u l-Persuni b’Diżabilità 7 ta’ Marzu
10 ta’ Marzu
Dakinhar li feġġ l-ewwel każ ta’ COVID-19 f’Malta
Il-ħinijiet tad-dħul tal-viżitaturi kemm fir-residenzi għallanzjani u anki fir-residenza ta’ San Vinċenz De Paul ġew restritti għall-11am san-12:30pm u l-4:00pm u s-6:00pm. Ingħata wkoll permess li tidħol biss persuna waħda fejn kull resident u kull viżitatur u ħaddiem beda jsirlu monitoraġġ.
Inħareġ avviż biex kull min iħossu ma jiflaħx jew għadu kif jivvjaġġa fil-pajjiżi indikati mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, m’għandux iżur il-qraba li jinsabu fir-residenzi għall-anzjani. Ġie żgurat li f’kull entratura tad-djar residenzjali jkun hemm hand rub. Il-ħinijiet ġew restritti għal filgħaxija u wara nofsinhar u limitati għal massimu ta’ żewġ persuni fejn kull resident. Fir-residenza ta’ San Vinċenz De Paul bdiet ukoll sistema ta’ monitoraġġ għal dawk li jidħlu u l-appuntamenti għas-servizzi tal-outpatients, ġew skedati għal dati oħra.
11 ta’ Marzu L-anzjani u l-persuni vulnerabbli bdew jiġu mħeġġa sabiex ma joħorġux mid-dar tagħhom jekk mhux verament għallbżonn.
wkoll tablets fid-djar tal-Gvern. Bdew jiġi mxandra diversi sezzjonijiet tal-Università tat-Terza Età fuq ir-radju. 25 ta’ April
12 ta’ Marzu Id-djar residenzjali għall-anzjani (tal-knisja, tal-gvern u talprivat) u r-residenza ta’ San Vinċenz De Paul waqqfu ż-żjarat kollha fid-djar tal-anzjani. Bdew ikunu permessi li jidħlu biss viżitaturi f’każi urġenti. Din il-proċedura bdiet tapplika wkoll għad-djar residenzjali għall-persuni b’diżabilità. 13 ta’ Marzu Fid-dawl tas-sitwazzjoni f’pajjiżna saru emendi fis-servizzi offruti mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u millAġenzija Sapport.
L-Aġenzija Sapport tħabbar numru ta’ webinars għallġenituri ta’ persuni b’diżabalità 29 ta’ April Flimkien mal-Prim Ministru saret żjara fiż-żona ta’ barra tarresidenza ta’ San Vinċenz De Paul sabiex jingħata messaġġ ta’ kuraġġ lill-ħaddiema u lir-residenti. Barra minn hekk żaret ukoll żjara fejn ir-residenza għall-persuni b’diżabilità fl-Imtarfa. Wara dawn iż-żjarat, is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis beda wkoll iżur minn barra diversi djar talanzjani u anki r-residenzi għall-persuni b’diżabilità li jaqgħu taħt l-Aġenzija Sapport. 30 ta’ April
16 ta’ Marzu Jitnieda helpline għal dawk il-persuni li għandhom iżjed minn 60 sena, huma mingħajr l-ebda sapport, u għandhom bżonn xi mediċini, ikliet lesti jew xi groceries. In-numru huwa 25903030. 17 ta’ Marzu Jiġu rringrazzjati b’mod uffiċjali l-ħaddiema kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-isforz kbir li qed jagħmlu biex jiġu ssalvagwardjati l-anzjani u l-persuni b’diżabilità Jibdew isiru video calls, telefonati, komunikazzjoni permezz ta’ social media jew xi tip ta’ komunikazzjoni oħra bejn irresidenti u l-familjari. L-Awtorità ta’ Standards u Ħarsien Soċjali ħarġet ċirkolari fl-14 ta’ Marzu sabiex dan isir. San Vinċenz De Paul qed jintuża Skype għal dan il-għan. Tqassmu
Is-Segretarjat jibda jikkoordina wkoll mal-kumpanija bl-isem Sanondaf sabiex b’mod volontarju jiġu ffumigati l-areas ta’ barra tal-homes kollha tal-anzjani. 4 ta’ Mejju Tinħareġ ċirkolari mill-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali u anki stqarrija mis-Segretarjat Parlamentari għallAnzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità li jindika li l-qraba jistgħu jieħdu rigal għal Jum l-Omm lill-għeżież tagħhom li jinsabu fid-djar tal-anzjani jew tal-persuni b’diżabilità 5 ta’ Mejju Il-kumpanija Norwex u l-kumpanija Corinthia Group taw bejniethom total ta’ 22,000 maskra protettiva bla ħlas liddjar tal-anzjani u tal-persuni b’diżabilità.
JEKK MHUX MALTA, FEJN?
I
s-saħħa u l-ekonomija: pilastri ewlenin li għandhom ikunu inseparabbli meta nikkunsidraw l-elementi li jsawwru soċjetà li qed tirnexxi. Ma jiswa’ xejn li ndawwru r-rota ekonomika ta’ pajjiżna jekk iċ-ċittadini li għandhom isarrfu mill-ġid li jinħoloq ma jgawdux awtomatikament minn kura tas-saħħa mill-aqwa. Fl-istess waqt ikun diffiċli, jekk mhux impossibbli, noffru kura tajba fil-qasam tas-saħħa, programmi ta’ prevenzjoni ta’ mard u programmi ta’ riċerka fil-qasam mediku jekk ma nkunux ekonomikament b’saħħitna.
Huwa kemmxejn surreali minnu nnifsu li nagħmlu dawn il-kunsiderazzjonijiet, speċjalment bħala ċittadini Maltin, li matul dawn l-aħħar snin dejjem tkellimna dwar ġid ekonomiku li qed jinħoloq konsistentament, parallel ma’ żviluppi importanti fil-qasam tas-saħħa. Tnaqqsu listi ta’ stennija għal kura medika, inbdew ċentri tas-saħħa ġodda filkomunità, mediċini saru aktar disponibbli għaċ-ċittadini tagħna, żdiedet il-kura speċjalizzata, inbdew faċilitajiet ġodda li joffru l-kura fil-qasam tas-saħħa u sar ħafna investiment f’tagħmir mediku li jagħmel differenza tanġibbli f’ħajjet min għandu bżonnu. Waħda ġġib lill-oħra. It-titjib fis-settur mediku jirrekjedi investiment sostanzjali, li huwa possibbli biss f’pajjiż fejn l-ekonomija sejra tajjeb.
Għaliex huma importanti dawn l-osservazzjonijiet, nazzarda ngħid pjuttost ovvji? Proprju għax ma baqgħu ovvji xejn. Quddiemna, għall-ewwel darba, sibna sitwazzjoni ta’ għażla bejn saħħa u ekonomija. Mal-bidu ta’ COVID-19, ilGvern Malti, bħal kull Gvern ieħor madwar id-dinja, sab ruħu f’sitwazzjoni ta’ għażla: miżuri stretti ta’ restrizzjonijiet li awtomatikament iħarsu ċ-ċittadini, iżda min-naħa l-oħra jagħtu daqqa ta’ ħarta lill-ekonomija, jew aktar valur għall-importanza li r-rota ekonomika tibqa’ ddur? Huwa biżżejjed nosservaw kif imxew pajjiżi oħra biex nifhmu l-ħsibijiet differenti ta’ tmexxija f’ċirkustanza bla preċedent bħal din. Miljuni ta’ ċittadini madwar id-dinja, fost l-oħrajn fiċ-Ċina, l-Italja, Spanja, Franza u l-Belġju, sebħu għal jiem ta’ restrizzjonijiet severi, bil-konsegwenzi ekonomiċi devastanti li jġib miegħu lockdown. F’xenarju għal kollox differenti, l-Ingilterra għażlet li żżomm skejjel miftuħa u tippermetti laqgħat tal-massa għal żmien sostanzjali wara li kienet diġa’ bdiet l-imxija. F’kull ċirkustanza, rajna ammont kbir ta’ imwiet u ekonomiji staġnati. Bħala gżejjer Maltin qed nispikkaw fil-mod li bih qed naffrontaw din l-isfida. Għalkemm huwa fatt li kemm is-saħħa kif ukoll l-ekonomija tagħna qed ibatu konsegwenzi, qed jirnexxilna nikkontrollaw il-livell ta’ dan l-impatt. Qed nispikkaw bħala pajjiż li qed iżomm kontroll fuq il-mewġa li qed tgħarraq lill-ġirien tagħna. Tant hu hekk, li l-Organizzazzjoni Dinjija tasSaħħa faħħret id-deċiżjonijiet li ħadna u sejħitilna xempju ta’ kif wieħed għandu jimxi. Din mhix l-ewwel darba li wrejna kemm kapaċi nkunu reżiljenti. Għandna track record, sew jekk immorru lura għal żminijiet ta’ gwerer u għajb politiku madwarna, kif ukoll jekk inħarsu lejn il-passat aktar riċenti ta’ kriżijiet ekonomiċi preċedenti. Dawn huma episodji fil-passat u fil-preżent tagħna, li aħna bħala Maltin u Għawxin, niftakru b’ċertu emozzjoni. Għax għaddejna minnhom. Iżda issa nistieden lill-qarrej ipoġġi lilu nnifsu fiż-żarbun ta’ min qed iħares lejn pajjiżna bħala post denju fejn jinvesti dak li tant stinka għalih. Lejn individwi li lesti jkabbru l-prospetti tagħhom u għandhom firxa ta’ pajjiżi fejn jagħmlu dan.
Fid-domandi li jagħmlu huma u jikkonsidraw l-aktar pajjiżi opportuni għall-investiment ta’ ċertu kalibru, dan il-mod delikat u bilanċjat li bih qed nitrattaw il-kriżi ta’ Covid-19 jieħu xejra oħra ta’ importanza. Din il-kriżi u l-mod li bih qed inġibu ruħna, bħala poplu u bħala Gvern, qed twassal għad-domanda: jekk ma ninvestix f’Malta, fejn iktar? Min hu mħajjar jinvesti f’pajjiżna, se josserva bla dubju dak li qal il-Fond Monetarju Internazzjonali, ċioe’ li għalkemm huwa minnu li l-ekonomija Maltija se terġa’ lura minn tkabbir reali talProdott Domestiku Gross ta’ 4.3% fl-2019 għal tnaqqis ta’ 2.8% fi tmiem l-2020, l-ekonomija Maltija għandha terġa’ lura għattkabbir b’saħħtu ta’ 7% fl-2021. Qed joħroġ ċar li l-għaqal ma jittrawwimx mil-lum għallgħada għax ninsabu fi kriżi ta’ pandemija. Pajjiżna kien innovattiv; ħoloq programmi li ppermetta lil min jixtieq jinvesti barra minn xtutu, jsib alternattiva, wara li dan jgħaddi minn proċess ta’ skrutinju rigoruż. Il-benefiċċji li nħoloq għal pajjiżna permezz ta’ dan il-programm qed ingawduhom bħalissa b’mod partikolari, meta l-Gvern qed jagħti għajnuna lin-negozji sabiex jissalvagwardja l-impjiegi, sabiex b’mod partikolari iħares ilvulnerabbli, u sabiex joffri sistema ta’ screening u kura għall-virus li ħakem lid-dinja. Dan iċ-ċirku ta’ ħolqien ta’ ġid u investiment bil-għaqal huwa proprju dak li jagħmel pajjiżna attraenti aktar minn qatt qabel għall-investitur barrani. Irridu niżguraw li nibgħqu fit-triq it-tajba. Għadna ’l bogħod milli nkunu nistgħu nitkellmu dwar COVID-19 daqs li kieku huwa xi ħaġa li ġrat fil-passat. Irridu naħdmu sabiex nevitaw li nsibu ruħna f’ċirku vizzjuż ta’ kontroll tal-imxija, rilassament ta’ miżuri, u żieda fil-każijiet ġodda mill-ġdid. Irridu nibqgħu inservu ta’ eżempju fid-deċiżjonijiet li nieħdu, għax b’hekk qed inħarsu ħajjet iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. B’hekk qed inħarsu l-ekonomija tagħna, li tant hija importanti biex ilkoll ngħixu l-ħajja dinjituża li jistħoqq lilna u lil uliedna. U b’hekk inkunu qed inkomplu niżguraw li l-investiment f’pajjiżna jsir għażla naturali għal min qed jaħseb biex jagħmilna t-tieni dar tiegħu.
KICKSTART YOUR CAREER WITH ERREMME Tax - Accounting - Audit - Corporate - Compliance www.erremme.com.mt - smicallef@erremme.com.mt - 2166 1723
ADVANCE DIPLOMA IN INTERNATIONAL TAXATION
email: info@taxacademy.mt for further information.
“
Fl-aħħar ġimgħat għamilna sagrifiċċji li ħallew ir-riżultati. Inrodd ħajr lill-poplu li kkopera mal-awtoritajiet tas-saħħa. Issa rridu nħarsu ‘l quddiem biex bħala poplu nerġgħu naqbdu r-ritmu. Hemm ċirkostanzi fejn irridu nagħmlu dan bi stil ftit differenti minn qabel biex nibqgħu nieħdu ħsieb xulxin. Iżda, irridu ngħixu bl-istess ottimiżmu li ra lil Malta timxi tant ‘il quddiem. Konvint li se nerġgħu nirnexxu. Ċert li se nirbħu flimkien.
”
BYRON CAMILLERI
MINISTRU GĦALL-INTERN, SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI
F’anqas minn 4 xhur bħala Gvern irnexxielna nressqu proposti leġiżlattivi storiċi u bla preċedent, għal riformi fil-Ġudikatura u fl-Istituzzjonijiet ta’ pajjiżna. Ippubblikajna l-ittra mibgħuta lill-Kummissjoni Venezja bil-kunċetti legali wara dawn ir-riformi, għaliex dan huwa Gvern li jemmen fit-trasparenza u l-konsultazzjoni. Fix-xhur u l-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed naħdmu biex dawn il-proposti jidħlu fis-seħħ, bil-għan li nkomplu nsaħħu d-demokrazija, l-governanza, u s-saltna tad-dritt f’pajjiżna!
Il-proposti huma relatati ma’ dawn il-punti: •
Ħatra tal-Ġudikatura
•
Dixxiplina Ġudizzjarja
•
Prosekuzzjoni u l-Avukat Ġenerali
•
Il-Prim Imħallef
•
Poteri ta’ ħatra tal-Prim Ministru
•
L-Ombudsman
•
Is-Segretarji Permanenti
•
Persuni ta’ Fiduċja
•
Il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Kummissjoni
L-ikbar branding tagħna bħala pajjiż hu li Malta hi destinazzjoni sikura MINISTRU GĦAT-TURIŻMU U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR
JULIA FARRUGIA PORTELLI
MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR
Minn nhar il-Ġimgħa li għadda mxejna għall-pass li jmiss li jinfetħu numru ta’ stabbilimenti fis-settur turistiku: ristoranti u kafeteriji fost l-oħrajn. Imxejna dan il-pass bi prokotolli ċari li ġew imfassla għal tal-apposta mal-Awtoritajiet tasSaħħa biex tiġi żgurata s-saħħa tal-konsumatur. Il-familji se jmorru jieklu f’ristoranti u jiffrekwentaw bajjiet aktar sikuri minn qatt qabel. Dawk ir-ristoranti li jimxu mal-protokolli se jkollhom sticker mal-bieb li turi li huma sikuri. Se ssir ħidma konġunta bejn l-MTA u l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika permezz ta’ spezzjonijiet biex jiżguraw li l-protokolli jkunu qed jiġu mħarsa. Wasalna s’hawn mhux b’kumbinazzjoni. Kellna poplu li kien solidari u bilgħaqal. U kellna servizz u strateġija fis-Saħħa li kienet imfaħħra wkoll mill-Ġnus Magħquda. Fit-turiżmu Malta ngħatat ċertifikat b’saħħtu mill-Għaqda Dinjija għat-Turiżmu fi ħdan ilĠnus Magħquda fejn kien imfaħħar għall-mod inkredibbli kif il-gvern Malti mexa fit-turiżmu f’din il-kriżi eċċezzjonali. Salvajna 99,000 impjieg li 20,000 minnhom huma fit-turiżmu. Inħarsu ‘l quddiem lejn il-ftuħ mill-ġdid ta’ din l-industrija. Għal aktar informazzjoni jew biex wieħed japplika għaċ-ċertifikazzjoni jista’ jċempel lillAwtorità Maltija għat-Turiżmu fuq 21692447 jew jibgħat email fuq: tourismcovid-19helpline@ visitmalta.com.
MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR
L-AWTORITÀ TAL-IPPJANAR
TADATTA GĦAD-DINJA TAX-XOGĦOL WAQT L-IMXIJA TAL-COVID-19
F
il-bidu ta’ Marzu 2020, il-ħidma fl-Awtorità tal-Ippjanar kienet waħda ta’ rutina, b’ħafna impjegati jidħlu għax-xogħol fl-uffiċini kull filgħodu. Iżda wara li bdiet l-imxija tal-COVID-19 din irrutina tħarbtet u tħabblet. Kienet biss l-adattabilità spontanja, però meqjusa, li serviet bħala ċ-ċavetta għassopravivenza. Xahrejn wara, mhux biss l-Awtorità baqgħet topera, iżda baqgħet b’saħħitha u soda. Aktar dettalji u tagħrif dwar dan jinsabu fil-ħarġa SHAPES.
taqleb kważi mija fil-mija tal-operat tagħha fuq sistemi diġitali ’l bogħod mill-uffiċċju.
Għall-Awtorità, iżda, din il-bidla ġrat wara snin ta’ investiment strateġiku fl-ICT. “Mill-2018, l-Awtorità bdiet ħidma attiva biex tipprovdi faċilitajiet ta’ teleworking għall-impjegati tagħha”, jispjega s-Sur Cassar, li huwa responsabbli biex jistabbilixxi l-proċeduri tal-Awtorità li joħorġu minn avviżi legali. “Din it-tip ta’ bidla ma tistax isseħħ malajr. Hemm il-ħtieġa ta’ bidla kulturali gradwali”, iżid l-Inġ. Ferrito, li huwa r-rabta kruċjali bejn il-funzjoni talICT tal-Awtorità u l-operazzjonijiet tagħha. “Aħna kburin li bħala Awtorità mxejna ħafna ’l quddiem fl-ICT. F’termini ta’ teleworking, dan kollu beda b’impjegati li kellhom ċerti ħtiġijiet tal-familja. Fl2018, organizzajna proġett pilota ta’ sitt xhur u, minn dakinhar ’il hawn, ħafna impjegati saru favur setup ta’ xogħol mid-dar.”
Il-COVID-19 biddel il-mod ta’ kif naħdmu possibilment b’mod permanenti. Id-dibattitu dwar jekk dawn il-bidliet jegħlbux din il-pandemija, jew le, jibqa’ wieħed dinamiku. Kulma nafu b’ċertezza hu li r-rutini tax-xogħol ħadu forma differenti. Ilvirus ta spinta biex iktar impjegati jaħdmu b’mod remot. Entitajiet, organizzazzjonijiet u kumpaniji jridu jilqgħu din l-isfida għax inkella jaqgħu lura filħidma tagħhom.
L-evoluzzjoni tat-teleworking fl-Awtorità segwiet il-passi tal-ispinta, li kienet ilha għaddejja mill-2007, biex il-proċessi kollha jkunu paperless, kemm jista’ jkun. “Dakinhar ridna nagħmlu dokumentazzjoni u proċessi faċilment disponibbli għall-Periti u l-pubbliku”, is-Sur Cassar ifakkar.
Imexxu l-grupp ta’ implimentazzjoni fl-Awtorità hemm l-Inġ. Stephen Ferrito (Direttur tal-ICT, Immappjar u Servizzi Diġitali), David Cassar (Assistent Direttur tal-Operat) u Mariela Dobreva (Maniġer talICT). Huma jispjegaw li f’temp ta’ ftit jiem biss – anzi f’jumejn biex inkunu preċiżi - l-Awtorità rnexxielha
“Fl-2010 konna diġà bdejna ntejbu l-eApps li huwa l-pjattaforma li fuqha l-periti jissottomettu u jaċċessaw id-dokumentazzjoni elettronikament – b’hekk ġie faċilitat l-ipproċessar diġitali talapplikazzjonijiet tal-ippjanar u l-iżvilupp. Mingħajr investiment fis-sistemi tal-ICT u s-sigurtà tad-data,
kif ukoll is-snin ta’ xogħol fuq il-bażi tas-sistemi, ma konniex nkunu kapaċi naddattaw ruħna biex naħdmu mingħajr ħafna xkiel matul din il-pandemija.” “Meta l-COVID-19 wasal Malta diġà kellna t-teknoloġija meħtieġa biex xi impjegati jaħdmu mid-dar u biex l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati b’mod diġitali, iżda issa l-iskala hija differenti ħafna”, tispjega Mariela Dobreva, li tmexxi l-ICT Unit.“Nofs Marzu kien żmien ta’ bidla kbira għalina. Nhar il-Ħamis, 12 ta’ Marzu, kellna biss 150 ħaddiem jaħdmu mid-dar - u kien hawn meta Malta ndunat li kienet qed taffaċċja kriżi. Sat-Tnejn ta’ wara, aħna lħaqna qassamna laptops ġodda, xtrajna server ġdid, kif ukoll akkwistajna liċenzji tas-software rilevanti, u ppreparajna b’suċċess 230 impjegat ieħor biex jaħdmu mid-dar.” “Din kienet storja inkredibbli ta’ ħidma f’tim,” iżid l-Inġ. Ferrito. “Kienet l-inizjattiva tat-tim tal-ICT tagħna li ħriġna biss soluzzjonijiet, l-aktar bl-użu ta’ għodod diġà disponibbli għalina, u wettaqniehom fi ftit jiem. Li kieku ma kinux għall-għarfien, il-ħiliet u l-ħsieb tagħhom, ma kienx jirnexxilna. It-tranżizzjoni kienet żmien ta’ tagħlim, aġġustament u soluzzjoni ta’ problemi hekk kif l-impjegati draw rutini differenti u tagħmir teknoloġiku ġodda.” Imbagħad waslet id-deċiżjoni tal-Awtorità li, flok ma jieqfu, is-sessjonijiet tal-Bord tal-Ippjanar, talKummissjonijiet tal-Ippjanar u tal-Kunsill Eżekuttiv isiru online wkoll, b’mod diġitali. Mill-perspettiva tal-pubbliku, din kien kienet bidla kbira. Minflok ma jiltaqgħu fiżikament biex jiddeċiedu l-applikazzjonijiet ta’ żvilupp, il-membri issa jiltaqgħu online u l-pubbliku
jista’ jingħaqad ukoll online. B’dan, l-Awtorità żammet l-aċċessibilità għal dawn il-laqgħat u b’hekk assigurat ittrasparenza madwar id-deliberazzjonijiet u d-deċiżjonijiet li hija xhieda tal-aċċessibilità tagħha. Skont is-Sur Cassar, “Dan kien ikun impossibbli kieku ma kienx għall-insistenza tal-Awtorità li s-sistemi tagħha jiġu pprogrammati minn tim tagħha stess, flok minn servizzi esterni.” “Ħafna drabi tasalli l-mistoqsija dwar il-benefiċċji tanġibbli li tinvesti fl-ICT,” tkompli Mariela Dobreva.“Xi kultant tali investiment huwa meqjus bħala flus f’assigurazzjoni li mhux qed tuża, iżda, fl-aħħar millaħħar, tasal biex tiffranka. Fl-Awtorità, ma konniex qed nippreparaw għax konna nafu li l-COVID-19 kienet ġejja; konna ppreparati għax investejna f’settur li jsaħħaħ ilqalba tal-ħidma tagħna.” “Kien it-tim robust tagħna ta’ programmaturi u esperti tal-hardware li ppermettielna naġixxu daqshekk malajr,” itenni l-Inġ. Ferrito. “Minħabba dan, fil-biċċa l-kbira, ix-xogħol tal-Awtorità ma xxekkilx, u qegħdin naraw bidla inkoraġġanti u progressiva.” “Mingħajr il-bżonn li l-periti, l-applikanti u l-impjegati tal-Awtorità jeħlu fit-traffiku biex jaslu sal-uffiċini talAwtorità, kulħadd qed jiffranka minn dik ir-riżorsa prezzjuża: il-ħin. U dan mingħajr ma nsemmu l-impatt ambjentali pożittiv. Naturalment is-sistema mhijiex mingħajr il-problemi tagħha, bħal kwistjonijiet tekniċi okkażjonali, iżda l-alternattiva li nwaqqfu l-operat talAwtorità żgur li ma kinitx għażla.”
Il-pandemija wriet li tat spinta għat-trasformazzjoni diġitali fuq il-postijiet tax-xogħol. Il-mistoqsija hi: l-ispinta biex naqilbu “diġitali” se tkun sospiża meta l-emerġenza tgħaddi? Filwaqt li għadu kmieni għall-Awtorità biex tistabbilixxi x’inhi d-dehra l-ġdida ta’ “operat normali”, l-Inġ. Ferrito jafferma li saru tibdiliet li wieħed għandu jitgħallem minnhom. “Matul din il-pandemija, l-Awtorità kompliet b’suċċess l-operat primarju tagħha. Iżda li taħdem kompletament millbogħod għal tul ta’ żmien mhuwiex sostenibbli. Madankollu, irċivejna rispons pożittiv qawwi rigward l-andament tassessjonijiet online tal-Bord, tal-Kummissjonijiet u tal-Kunsill
Eżekuttiv – b’mod partikolari mill-periti. Allura, ma nara l-ebda raġuni għaliex ma nistgħux niżviluppaw sistema ibrida.” “Fl-Awtorità, il-viżjoni ta’ teknoloġija tagħna sa mill-2007 kienet li nadottaw l-aħħar teknoloġija biex inżidu l-effiċjenza u nagħtu servizz aħjar lill-klijenti tagħna. Issa, permezz tallaqgħat online u s-sistemi elettroniċi, aħna qed insiru dejjem aktar aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha. L-iktar ħaġa importanti hi li l-investimenti fl-ICT jagħmilna aktar trasparenti għall-pubbliku - u dan żgur hu aspett li se jkompli jitjieb”, jikkonkludi l-Inġ. Ferrito.
Our first and last thought of the day is always for our drivers. Thanks guys.
MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR