Budget Malta 2018

Page 1

BAĠIT 2018 Taħt il-lenti

Editur: Victor Vella

vvella@unionprint.com.mt

Disinn: Jurgen Stellini design@unionprint.com.mt

Avviżi: Marthese Cauchi mcauchi@unionprint.com.mt

1. Baġit Novembru 2017 | 1


BAĠIT 2018

ĦIDMIETNA SABIEX INLESTU MALTA GĦALL-FUTUR jkunu qegħdin jieħdu total ta’ €9 miljuni. Din is-sena daħħalna riforma kbira favur ħelsien mit-taxxa fuq ilpensjonijiet, riforma li gawdew minnha mhux inqas minn 22,000 pensjonant. Iktar minn hekk, hemm 9,000 pensjonant li ma baqgħux iħallsu taxxa. Kif konna għidna sena ilu, din il-miżura se tkun qed titwettaq fuq medda ta’ sentejn. U hekk se jsir matul is-sena d-dieħla. Barra minn hekk, se ngħollu l-massimu ta’ dħul minn pensjonijiet li mhux se jkun intaxxat, għal €13,200.

X’impatt dirett ħalla fuq il-poplu Malti l-Baġit 2018? Ir-reazzjonijiet li kien hemm għallBaġit 2018 minn kull faxxa tal-ħajja juru biċ-ċar li l-impatt kien wieħed pożittiv ħafna. Dan joħroġ ukoll mirreazzjoni tal-korpi kostitwiti. X’impatt għamlet l-ekonomija fitturiżmu? Żdied l-infieq tat-turisti? Din is-sena mistennija tkun sena oħra rekord għall-industrija tatTuriżmu u għas-sena d-dieħla, innumru ta’ turisti mistenni jkompli jikber, grazzi għar-rotot ġodda li se jiftħu kemm mill-Air Malta kif ukoll minn diversi linji tal-ajru oħrajn. Fl-aħħar erba’ snin kien reġistrat numru rekord ta’ passiġġieri li żaru Malta bil-cruiseliners, ritmu li mistenni jinżamm anke din is-sena. Skond ċifri miġbura mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juri biċ-ċar li l-infieq tat-turiżmu ġewwa pajjiżna qiegħed jiżdied. Fl-2014 in-nefqa kienet ta’ €1.5 biljuni, fl- 2015 €1.6 biljuni, fis-sena 2016 in-nefqa kienet ta’ €1.7 biljuni u statistika miġbura sa Awwissu ta’ din is-sena diġa leħqet €1.3 biljuni. X’inhu tbassir tal-andament talekonomija u l-finanzi pubbliċi? Qabel ma ngħaddi għat-tbassir ekonomiku u finanzjarju lokali nixtieq nagħti ftit ħarsa lejn it-tbassir internazzjonali għas-snin li ġejjin. Laħħar tbassir juri li t-tkabbir ekonomiku globali mistenni jissaħħaħ fis-snin li ġejjin hekk kif pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u pajjiżi emerġenti mistennijin jirpiljaw. Il-Fond Monetarju Ewropew ibassar li l-tkabbir globali mistenni jkun ta’ 3.6 fil-mija fis-sena 2018. Pajjiżi avvanzati mistennijin jikbru b’rata moderata, infatti jekk inħarsu lejn lIstati Uniti din mistennija tikber bi 2.1 fil-mija. Pajjiżi emerġenti u pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw mistennijin jikbru b’rata aktar b’saħħitha ta’ 4.8 fil-

1. 2 | Baġit Novembru 2017

mija. Għall-Unjoni Ewropea u żŻona Ewro, il-Kummissjoni Ewropea qed tipprevedi tkabbir reali ta’ 1.8 fil-mija. It-tbassir għal pajjiżna jikkompara ferm tajjeb kemm mat-tbassir globali kif ukoll ma’ dak tal-Unjoni Ewropea u ż-Żona Ewro. Għas-sena li ġejja qegħdin nipprevedu li t-tkabbir ekonomiku jibqa’ robust b’rata ta’ tkabbir ta’ 5.6 fil-mija f’termini reali u 7.6 fil-mija f’termini nominali. Ittkabbir mistenni jibqa’ jirrifletti t-tkabbir fil-konsum privat ta’ 4.1 fil-mija u żidiet sostanzjali fl-impjiegi ta’ 3.8 fil-mija u livell baxx ta’ qgħad li mbassar jkun ta’ 4.2 fil-mija. It-tkabbir mistenni jkun ukoll sostnut mittkabbir fl-investment ta’ 7.8 fil-mija. Dan fi sfond ta’ inflazzjoni li mistennija tkun moderata għal 1.5 fil-mija. Fil-qasam tal-kummerċ internazzjonali, qegħdin nipprevedu tkabbir fl-esportazzjoni ta’ 2.5 fil-mija għassena-2018. Dan it-tkabbir jirrifletti żżidiet fl-esportazzjoni mistennijin minn diversi setturi li jinkludu fost oħrajn is-settur finanzjarju u dak talgaming kif ukoll it-turiżmu. Fl-2018, mistenni li s-surplus ikun ta’ 0.5 fil-mija filwaqt li l-piż tad-dejn mistenni jkompli nieżel għal 50.8 filmija tal-Prodott Domestiku Gross. Kien hemm bidla fl-andament ekonomiku f’Għawdex? Fejn saru l-investimenti, u xi proġetti hemm għal Għawdex? Iż-żgħażagħ Għawdxin gawdew mil-Baġit? Mill-2012 ’l hawn, l-ammont ta’ residenti Għawdxin li jaħdmu fulltime żdied b’2,106. Il-parti l-kbira ta’ din iż-żieda kienet f’postijiet taxxogħol f’Għawdex stess. Fl-aħħar erba’ snin, l-ammont ta’ impjiegi full-time f’Għawdex żdied b’1,481. Din hi l-aqwa konferma li l-Gvern qed iwettaq il-wegħda li joħloq xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin. Se nagħtu iktar inċentivi biex jinħolqu impjiegi ġodda mas-settur

privat f’Għawdex. Għal kull kuntratt ta’ xogħol għal tliet snin jew iżjed, tingħata rifużjoni ta’ 30% tal-paga medja ta’ impjegat sa massimu ta’ €6,000. Se nkunu qegħdin nallokaw fondi biex tinħoloq skema speċifika biex imprendituri Għawdxin li joperaw fis-settur tatturiżmu, itejbu l-livell tal-istabbilimenti turistiċi. Biex inkomplu nattiraw aktar investiment u xogħol lejn Għawdex, se jinbeda l-proġett tal-hub għarriċerka u l-ICT u proġetti li jwasslu biex ikun hemm aktar spazji ta’ uffiċini fiż-żona industrijali tax-Xewkija. Fost il-proġetti ġodda għas-sena d-dieħla, hemm il-farm sperimentali fejn se jkun hemm faċilitajiet ġodda għall-bdiewa u għassajjieda, ir-riorganizzazzjoni talYacht Marina biex inżidu l-faċilitajiet; u r-restawr tal-Fanal tal-Ġordan u amenitajiet anċillari oħrajn. Qed isir xogħol ukoll fuq it-tfassil ta’ masterplans għat-tisbiħ ħolistiku tax-Xlendi u Marsalforn. Se jkompli t-tisħiħ tas-servizz ta’ trasport lejn u minn Għawdex. Se jingħata bidu għat-tqegħid tat-tieni fibre optic bejn iż-żewġ gżejjer. Bħalma se jkun qed isir f’Malta, l-infrastruttura tat-toroq f’Għawdex se tkun f’dan ilprogramm estensiv. X’riformi hemm fil-pensjoni? Għal sentejn wara xulxin, fl-2016 u fl-2017, daħħalna diversi miżuri għal firxa wiesgħa ta’ pensjonanti li wasslu biex il-pensjonijiet reġgħu bdew jiżdiedu b’mod sostanzjali wara 25 sena. Is-sena d-dieħla wkoll, għat-tielet sena wara l-oħra, il-pensjonijiet se jerġgħu jiżdiedu. Kull pensjonant se jkun qed jingħata żieda fil-pensjoni kontributorja u anke mhux kontributorja ta’ €2 filġimgħa. Minn din il-miżura, se jkunu qegħdin jibbenefikaw ’il fuq minn 90,000 pensjonant u bejniethom se

X’riformi saru fix-xiri u kiri ta’ proprjetà? Aktar minn 11,300 proprjetà inbiegħet taħt l-iskema tal-first-time buyers, li dan il-Gvern daħħal fis-sena 2014. Din il-miżura, fejn ma titħallas l-ebda taxxa tal-boll fuq lewwel €150,000, ġiet estiża għal sena oħra sabiex tkompli tgħin koppji żgħażagħ u individwi li qegħdin jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom, u li tkun għal skop ta’ residenza. Minbarra l-iskema tal-first-time buyers żdiedet ukoll l-iskema tassecond-time buyers fil-baġit 2018 fejn qed tingħata tnaqqis fit-taxxa tal-boll sa massimu ta’ €3,000 permezz ta’ refund. F’każijiet fejn ix-xerrej ikun persuna b’diżabilità, ir-refund tat-taxxa tal-boll, ikun sa massimu ta’ €5,000. Ġenituri ta’ familja li għandha tgħix magħha persuna b’diżabilità, jistgħu wkoll jikkwalifikaw minn din liskema taħt ċertu kundizzjonijet. Din il-miżura mistennija twassal għal akbar effiċjenza fl-użu tal-housing stock tal-pajjiż u taqdi aħjar iddomanda tas-suq tal-proprjetà. Dwar is-suq tal-Kera wasal iżżmien li jkun hemm diskussjoni miftuħa. Ħafna drabi, min jitkellem dwar dan is-suġġett, jispiċċa jħallat il-kwistjoni tal-housing soċjali ma’ dak tas-suq tal-kera. Dawn huma żewġ oqsma relatati, iżda differenti. Is-suq tal-kera u l-kwistjonijiet li jiġu miegħu huma usa’ minn biss housing soċjali. Il-persuni li jinsabu fis-suq tal-kera huma fil-maġġoranza tagħhom persuni li ma jistgħux jitqiesu bħala fil-bżonn ta’ housing soċjali, u lanqas iridu housing soċjali, iżda huma persuni u familji li qegħdin isibu ma’ wiċċhom fenomini ġodda għas-soċjetà tagħna. Il-Gvern se jippubblikaWhite Paper bi proposti dwar dan il-qasam. L-għan ta’ din il-White Paper mhux se jkun li jerġa’ jdaħħal ir-rent control tal-passat, iżda li joħloq qafas legali li jkun ġust kemm mas-sid kif ukoll mal-kerrej. Bl-istess mod, irridu naslu b’konsultazzjoni għal sistema li ma tkunx tgħodd biss għal-lum meta lkirjiet qegħdin jogħlew, iżda li taħdem fiċ-ċikli ekonomiċi kollha talpajjiż.


DAN HU BAĠIT B’DIFFERENZA ...imma għaliex?

M

’hemm ebda dubju li dan il-baġit ġie milqugħ b’mod pożittiv ħafna is-soċjetà u anke mill-imsieħba soċjali. Dejjem se jibqa’ punti u oqsma fejn wieħed irid jindirizza aktar, imma b’mod ġenerali kien baġit li jħares ‘l quddiem. Hu baġit b’differenza. Il-Ministru għal-Finanzi, Edward Scicluna jispjega b’mod ċar ħafna dan. Il-Ministru Scicluna f’messaġġ li ħareġ wara l-baġit jikkumenta hekk: “għaliex hu wieħed b’differenza? X’inhuma l-isfidi li qed toħloq l-ekonomija llum? Kif il-gvern qed iħejji lill-pajjizna għall-futur? Dan il-baġit fih ħafna miżuri. Hemm 30 miżuri dwar ittqassim talġid, 13i l

miżura fuq akkomodazzjoni, 17-il miżura uq it-toroq. Imma x’inhu lħsieb meta tkun qed tħawwru u toħolqu baġit bħal dan?”. Il-Ministru Scicluna jgħid ukoll li “dan il-baġit hu b’saħħtu għax lekonomija hi b’saħħitha. L-ekonomija hi b’saħħitha għax il-baġits ta’ qabel kienu b’saħħithom mirquma u ippjanati b’mod biex iwasslu għal dan it-tkabbir. Dan ilbaġit issa l-ħames wieħed nistennew l-istess ħaġa. Kull miżura li tintgħażel tkun għal ta’ l-apposta, tkun magħmula bi ħsieb, magħmula b’mod intelliġenti. Mhux kemm hi goffa imma li tkabbar u li jkollha l-effett mixtieq.” Jenfasizza li “jekk tara t-tqassim tal-ġid naraw li ffukajna fuq innaħa t’isfel aktar minn naħa ta’ fuq. Meta qed tagħti dik it-tax refund u tagħmilha l-valur ogħla għal min ma jħallasx taxxa, liż-żgħir u ‘l fuq tibda tonqos tant li min jaqla aktar minn €60,000 ma jgawdix, tara li hemm ħsieb. I t - € 2

euro għal pensjonant, għal t’isfel tfisser ħafna għal ta’ fuq tfisser inqas. Nibqgħu sejrin hekk għal persuni b’diżabilità, carers u oħrajn. Kull miżura saret bil-ħsieb. Ikollna kemm ikollna miljuni ta’ flus, xorta l-finanzi huma limitati.” Il-Ministru Scicluna jsostni li “dan il-baġit aktar minn oħrajn hu uniku għax hu l-ewwel ta’ leġislatura ġdida u l-punt li tlaqna bih illum hu ħafna aħjar minn dak ta’ erba’ snin ilu. Illum qegħdin f’pozizzjoni aħjar. Peress li l-ekonomija sejra b’ritmu mgħaġġel hemm sfidi. Jekk hawn aktar ħaddiema barranin u aktar turisti, se jinħolqu ċerti problemi. Sfidi ta’ housing, u konġestjoni fit-toroq. Ilgvern qed jgħid li dawn huma problemi kbar u diffiċli u l-gvern fiduċjuż li jibda jitratta fuqhom u jittieħdu d-deċiżjonjiet iebsa kemm huma iebsa illum. F’kull sfida hemm ir-rimedji. Fuq djar qed naraw kif nitfgħu aktar djar fuq issuq. Kull miżura jekk tgħarbilhom se tgħid dawn se jgħinu l-problema jew se jżiduha. Jekk tanalizza tara kif il-gvern se jilqa’ l-isfidi talfutur”, itemm jgħid il-Ministru Scicluna.

1. Baġit Novembru 2017 | 3


BAĠIT 2018

TLIET BAĠITS... li żiedu sostanzjalment id-dħul ta’ familji Maltin

I

r-reazzjoni tal-pubbliku inġenerali għal dan il-baġit kienet waħda pożittiva ħafna. Il-fatt li ma sarux taxxi ġodda intlaqgħet tista’ tgħid b’idejn miftuħin.

Għax l-istennija għal baġit dejjem kienet marbuta mal-fatt li wieħed jara x’se jiggwadanja u jekk iżżieda fit-taxxi hix se tnaqqas minn dak li jkun ingħata. F’dan il-baġit is-sitwazzjoni hi differenti, għax taxxi ma sarux u lanqas kien hemm żieda ta’ taxxi. Imma dan il-baġit trid tarah fl-isfont ukoll taż-żewġ baġits ta’ qablu. Dan ifisser li għadd kbir ta’ familji se jgawdu minn żieda sostanzjali fid-dħul tagħhom.

1

Koppja li jaħdem biss ir-raġel…id-dħul tjieb b’€867 F’pajjiżna għandna sezzjoni sew ta’ familji fejn ir-raġel biss jaħdem u sfortunatament id-dħul tiegħu ma jkunx xi wieħed sostanzjali. Hawn min jaqla inqas minn €13,000 u qed irabbu it-tfal. Dawn il-koppji kemm mill-baġits ta’ qabel kif ukoll minn dan il-baġit gawdew sostanzjalment. Jekk nieħdu familja fejn jaħdem ir-raġel biss b’paga taħt it-€13,000 u għandhom żewġt itfal naraw li fil-baġit għall-2017, il-benefiċċji, f’termini ta’ in-work benefit u għajnuna supplimentari, żdiedu b’€479. Din is-sena ser jaraw żieda fil-benefiċċji ta’ €200 ohra. Barra minn hekk ser jieħdu tax refund ta’ €68. Grazzi għall-bidliet fit-taxxa li saru fil-leġislatura li għaddiet, din il-koppja kienet diġa ffrankat €120 ohra f’taxxa tad-dħul. B’hekk id-dħul ta’ din il-familja grazzi għal tlett baġits ser ikun tjieb b’€867.

2

Koppja fil-klassi tan-nofs... id-dħul tjieb b’€1,251 fis-sena Nisimgħu spiss l-argument kemm hi importanti il-klassi tan-nofs. Jiġifieri dawk il-koppji li għandhom ċertu dħul u li hemm ħafna minnhom li jkunu jaħdmu kemm ir-raġel u kemm il-mara. Koppja li tista’ tgħid li huma fil-klassi tan-nofs li bejniethom jaqilgħu €26,000 u li għandhom żewġt itfal. Minħabba li l-mara ma taqlax ħafna, il-benefiċċji li tikkwalifika għalihom fl-2017 żdiedu b’€5.20 fil-ġimgħa. Jiġifieri €270 fissena. Grazzi ghall-bidliet fit-taxxa fil-legislatura li għaddiet din il-koppja tħallas €555 anqas f’taxxa ta’ dħul. Issa ser jieħdu wkoll tax refunds ta’ €114. Wieħed minn uliedhom se jingħata tal-linja card għal sena b’valur ta’ €312. Din il-familja se tkun iggwadanjat kważi €1,251 fis-sena.

1. 4 | Baġit Novembru 2017

3

Koppja anzjani ta’ aktar minn 75 sena…żdidilhom id-dħul b’€819 Fis-soċjetà tagħna għandna ukoll il-koppji anzjani li għandhom 75 sena. Koppji bi sfidi u problema partikolari. Dawn huma koppji li ukoll se jgawdu sostanzjalment minn dan il-baġit fejn qed ikompli ma dawk ta’ qablu. Koppja ta’ anzjani li għandhom iktar minn 75 sena u li qegħdin fuq il-pensjoni minima. Din il-koppja bil-miżuri li daħħlu fl-2016 ħadet żjieda fil-pensjoni minima u għajnuna supplimentari li jitilgħu għal €9.62 fil-ġimgħa li jitilgħu għal €500 fis-sena. Fl-2016 kienu ħadu €215 żieda fil-pensjoni. Jiġifieri f’sentejn raw zieda ta’ €715 dhul. Minbarra dan ingħataw l-benefiċċju ta’ €300 fis-sena għax baqgħu d-dar u ma daħlux ġo home. Bil-bidliet ta’ dan il-Gvern ma jħallsux taxxa fuq l-pensjoni, minkejja li d-dħul tagħhom żdied. Din is-sena ser jieħdu żieda oħra ta’ €104. Jiġifieri (meta ma tinkludix il-COLA) din il-koppja se tkun rat żieda ta’ €819.


5 4

Armla rat żieda ta’ €2,314 Jekk nieħdu l-każ tar-romol u l-aħħar tlett baġits naraw li armla li qabel miet ir-ragel kienet tikkwalifika għal pensoni żgħira f’isimha. Fl2016 grazzi għar-riforma fil-pensjoni tar-romol ħadet żieda ta’ €35 filġimgħa, jew €1,820 fis-sena. Gawdiet ukoll minn roħs fit-taxxa ta’ €104. Frott il-bidla fit-tassazzjoni tal-pensjonijiet, fl-2017 iffrankat €286 oħra. Bil-baġit 2017, ser tara żieda ta’ €104 fil-pensjoni. Fi tlett Baġits rat żieda ta’ dħul ta’ €2,314.

Żieda fi dħul ta’ €3,136 għal koppja żagħżugħa bil-paga minima Hemm mbagħad il-koppji żgħażagħ, li hawn ħafna minnhom jaħdmu it-tnejn. Jekk nieħdu koppja li taħdem f’fabbrika b’żewġ itfal naraw li bil-bidliet fl-inwork benefit u s-supplimentari fil-budget tal2016 ħadu żieda ta’ €10.85 fil-ġimgħa; €564 fis-sena. Qed jikru flat u jikkwalifikaw għas-sussidju tal-Gvern. Wara l-bidliet fil-badġit tal-2016 dan żdied b’€39 fil-ġimgħa, jew €2,028 fis-sena. B’kollox din il-familja iggwadanjat €2,592 fis-sena. Fil-badġit ta’ din is-sena dawn se jaraw żieda fil-paga minima ta’ €208 kull wieħed (ma tinkludix COLA). Se jieħdu tax refund ta’ €64 kull wieħed. B’kollox żieda oħra ta’ €544 fis-sena. F’sentejn permezz ta’ żidiet fil-paga minima, benefiċċji soċjali u tax refunds, din il-koppja ser tkun rat żieda fid-dħul ta’ €1,108. Jekk tinkludi ż-żieda fis-sussidju tal-kera, żieda ta’ €3,136.


BAÄ IT 2018


1. BaÄĄit Novembru 2017 | 7


BAĠIT 2018

ĦIDMA SFIQA GĦAL PAJJIŻ AKTAR SIGUR Bidliet sħaħ fil-Pulizija, l-armata, Protezzjoni Ċivili u l-ħabs Forsi bil-ħajja mgħaġġla li qed ngħixu fiha llum mhux dejjem napprezzaw il-ħidma li jwettqu l-korpi dixxiplinati f’pajjiżna. Min jaf kemm narawhom bħala xkiel. Fl-aħħar jiem ukoll rajna sezzjonijiet jattakkaw lil dawn l-istess korpi. Attakki li minnhom infihom ma jwasslu għal xejn ħlief li jiddimotivaw lil membri ta’ dawn il-Korpi. Ir-realtà imma hi differenti ferm minn kif qed titpinga minn dawn is-sezzjonijiet u dan għax fil-Pulizija, fl-Armata, fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u fil-ħabs għaddejjin riforma immexxijin millMinistru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali, Michael Farrugia li minnhom mhux biss se jgawdu l-membri ta’ dawn il-korpi imma se tgawdi is-soċjetà inġenerali. MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

QED INĦARSU LEJN LIĠIJIET LI JILLIMITAW IX-XOGĦOL TAL-PULIZIJA Meta tkellimna mal-Ministru Michael Farrugia qalilna li “naħseb li dan il-baġit se jibda jħares ‘l quddiem għal aktar tisħiħ fis-setturi tal-korpi dixxixplinati. Qegħdin naraw il-bżonn tattibdil fil-Korp tal-Pulizija, tibdil illi irid jagħti opportunità ta’ expertise li jiddaħħlu fi ħdan il-Korp, tisħiħ ta’ setturi li huma speċjalizzati, u li eventwalment irridu ndaħħlu struttura ta’ taħriġ għal diversi ranki ta’ pulizija ħalli mhux biss inkunu qed naħdmu, nsaħħu u nagħmlu tigdid professjoali imma anke ntejbu l-aspett fiżiku. Bħalissa għaddej proċess ta’ deċentralizazzjoni, kif saħansitra jitkellem il-program elettorali u li twassal biex reġjuni jinbidlu u jaħdmu b’mod aktar kordinat milli qatt kienu qabel. Qed naraw li jiżdiedu r-riżorsi umani, u illi dawn ir-rizorsi umani jimlew il-ħafna nuqqasijiet ta riżorsi biex mhux biss inkunu reattivi għallkriminalità imma inkunu attivi, jiżdiedu il-policing u kemm hu possibbli ikollna aktar personnel fuq it-toroq u allura nipprevenu l-kriminalità milli ssir. Se nkunu qed inħarsu lejn diversi liġijiet illi jillimitaw dak li l-pulizija tista’ tagħmel u li l-poplu Malti u Għawdxi jistenna mill-pulizija li setgħu saru filpassat imma li ma kienx hemm ilbacking legali neċessarju. Se nkomplu intejbu il-faċilitajiet fl-

1. 8 | Baġit Novembru 2017

għases nimmodernizzawhom u jkunu adattati għaż-żminijiet ta’ llum. Se nkunu qegħdin naraw li l-uniformijiet jinbidlu u jkunu aktar komfortabbli biex wieħed jista’ jaħdem bihom u jagħmel dak necessarju u li hu mistenni minnu. Sadanittant qegħdin inħarsu lejn ilflotta tal-karozzi tal-Pulizija li xi wħud għamlu żmienhom u hemm bżonn ta’ bidla. Din se twassal biex anke fit-toroq nibżgħu ukoll għas-saħħa u s-sigurtà tal-membri tal-Korp. Dan apparti numru ta’ karozzi oħrajn li se jiżdiedu biex inkunu nistgħu nlaħħqu massorveljanza li hi mistennija mill-Pulizija f’ċertu ‘hot spots’ b’mod speċjali l-Marsa, Ħamrun, Birżebbuġa u l-akkwati, il-Kottonera, Paceville u il-Qawra u Buġibba. Matul din is-sena rajna tnaqqis filkriminalità ta’ madwar 4 fil-mija imma rridu naħdmu aktar. Irridu nedukaw aktar lill-persuni kif jieħdu ħsieb aktar ħwejjiġhom minn pick pocketing, lil min jimpjegaw magħhom u lil min u safejn persuni ikunu jistgħu jafdawhom. Filfatt jirriżulta millistatistika illi jekk inkunu aktar konxji ta’ kif issir il-kriminalità tista’ tonqos ferm aktar minn kif qed jiġri llum. Nemmen ukoll illi l-Pulizija li bħalissa għandhom agreements tagħhom li qed ikunu diskussji u qed ikunu diskussi ukoll ta entitajiet oħrajn, iridu ikunu rispettati għax xogħol kontinwu ta periklu li huma jaħdmu fih. Irridu naraw kif dawn il-persuni u il-kundiz-

zjoniji tax-xogħol tagħhom ikunu imtejbin. Il-Ministru Farrugia kompla jgħid li “se nkunu qed naraw li tinbena lGħassa ta’ Marsaskala għax min ikun xogħol hemm illum qed jaħdmu go kontejner. Nemmnu li għandhom jingħataw post dicenti minn fejn joperaw”. DWAR IL-FAĊILITÀ KORRETTIVA TA’ KORDIN...BIDLA SĦIĦA Il-Ministru Farrugia spjega li fir-rigward tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin “nemmnu li hemm bżonn issir taqliba sħiħa tas-sistema tat-tmexxija. Irid isir tibdil sħiħ fl-istrutturi infrastrutturali illi huma hemm għal għexieren twal ta’ snin fi stat degradanti u li naċċertaw li tikber is-sigurtà minn affarijiet li huma illeċti li jsiru jew jiddaħħlu fil-ħabs tagħna. Għal din ir-raġuni, qed issir evalwazzjoni tal-bidliet kollha li għandhom x’jaqsmu mas-sigurtà illi tissaħħaħ id-dixxiplina imma fl-istess ħin ir-residenti tal-faċilità ikunu trattati bl-aktar mod uman. Fl-istess ħin inħarsu leljn ir-remunerazzjoni li jingħataw għax-xogħol li huma jagħmlu u rridu nżommu f’moħħna ukoll li dawk li jkunu qed jipparteċipaw fix-xogħol ikunu parteċipi fir-riabilitazzjoni edukativa li tingħata millfaċilità. Se naraw ukoll li min ikun qed jipparteċipa għal dawn it-tip ta’ inizjattivi u xogħlijiet, ikollu l-opportunità li b’mod volontarju jipparteċipa f’edukazzjoni u taħriġ illi tista’ twasslu biex eventwalment ikollu lkapaċitajiet meħtieġa u ċertifikati


necessarji biex meta joħroġ mill-ħabs ikun jista’ faċilment jidħol fid-dinja taxxogħol u għalhekk jitbiegħed mit-tentazzjoni illi iwettaq xi att kriminali żgħar kemm huma żgħar. L-għan hu dak li dawn jintegraw ruħhom fis-soċjeta fliqsar żmien possibbli. FI ŻMIEN TLETT SNIN FIL-PROTEZZJONI ĊIVILI SE JINBIDLU L-INĠENJI KOLLHA Dwar id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, il-Ministru Farrugia enfasizza li “nafu li bħalissa għaddejjin minn bidla sħiħa tal-inġenji li ħafna minnhom huma antiki jew għamlu żmienhom. Għalhekk sa tlett snin oħra se nkunu bdilna l-flotta kollha apparti inġenji ġodda illi se jkunu qed jinxtraw riżultat ta’ tibdil għal bini għoli allura irridu nippreparaw ruħna għal din l-eventwalità u l-iżvilupp infrastruttuarli ta’ pajjiżna. Se nkunu qed intejbu faċilita viċin ilbelt u rridu inżommu f’moħħna li l-belt hemm ħafna wirt storiku prezzjuż u rridu nibżgħu għalih. Se jkollna faċilità għat-tifi tan-nar ġdida fiċ-ċentru ta’ Malta li tnaqqas id-distanza u l-ħin biex tilħaq uħud mill-postijiet f’pajjiżna. Jenfasizza li “beda x-xgħol fuq faċilità ta’ taħriġ għad-Dipartiment talProtezzjoni Ċivili liema faċilità se tkun qed isservi għal taħriġ kontinwu għal membri tal-Protezzjoni Ċivili. Apparti ttaħriġ li jagħmlu ma’ diversi entiatjiet oħrajn inkunu nistgħu nattiraw ġewwa pajjiżna Protezzjoni Ċivili minn pajjiżi oħra li jiġu għal taħriġ anke f’pajjiżna.

Persuni l jaħdmu f’dan is-settur iridu jkunu attrezzati bl-aħjar ilbies protettiv u din għalina se tkun prijortià minn issa u fis-snin li ġejjin. L-ARMATA GĦAMLET PASSI KBAR Il-Ministru Michael Farrugia jitkellem ukoll dwar l-armata u jgħidilna li “nemmen li l-armata ed tagħmel passi kbar ‘l quddiem. Bidlet il-mod kif kienet miexja u qed issir aktar efficjenti. Anke qed opportunità lill-persuni u rekluti li jidħlu. Meta rekluti jsiru parti minn din l-armata qd jingħataw oppporutnitajiet kbar f’diversi oqsma u li jistgħu jimxu ‘l quddiem. Dejjem hemm x’jista’ jsir imma fl-istess ħin hu importanti li l-armata jkollha l-faċilitajiet neċessarji biex tlaħħaq mad-dmirijiet l-obbligi illi għandha. Apparti l-overhaul ta’ P61 se tkun qed tinbena l-akbar dgħajsa illi għandha l-armata u hu mistenni li fl2019 tkun qed tifforma parti importanti mis-sezzjoni marittima u tkompli tippartecipa u tgħin fis-salvataġġ li b’mod regolari dgħajsa tal-Forzi Armati ta’ Malta jippartecipaw fl-ibħra tal-Mediterran. Sadanittant se nkunu qed naħdmu anke f’fondi Ewropej u ngħinu fuq lintegrazzjoni ta’ immigranti f’pajjiżna li jkunu jistgħu jifhmu aħjar l-kultura tagħna, jingħataw l-edukazzjoni meħtieġa, l-iskills neċessarji biex jipparteċipaw fid-dinja tax-xogħol u li jkunu bogħod milli jipparteċipaw f’atti kriminali u jew forsi drawwiet illi mhux fl-istess linja mal-mod ta’ ħajja tas-

soċjeta tagħna. Sadanittant apparti li se jkompli jissaħħaħ is-settur tas-sigurtà fl-avjazzjoni qed inħarsu biex flimkien ma’ dipartimenti oħrajn insaħħu ħafna aktar is-sigurtà fil-portijiet tagħna. Flaħħar u mhux l-inqas il-korpi dixxiplinati kollha qed jaħdmu flimkien biex inkomplu intejbu l-istrutturi tagħna kontra terroriżmu ħalli insaħħu u nkabbru s-sigurtà ta’ pajjiżna u anke s-sigurtà tal-persuni u cittadini Maltin li jagħżlu. Hawn qed nirreferi għadDwana fejn l-informazzjoni li tkun dieħla tkun analizzata u tinġabar informazzjoni fuq il-persuni u dwar illegalitajiet bħal dħul ta’ droga. Irridu naċċertaw kemm hu possibbli min huma in-nies li ġejjin. IL-PROTESTI FIL-PAJJIŻ... Lill-Ministru Farrugia ma nistgħux ma nistaqsuhx dwar l-opinjoni tiegħu dwar il-protesti li saru fl-aħħar jiem. Iddikjara li “fil-pajjiż kulħadd għandu dritt għall-espressjoni. Din mhux bilfors tfisser li kulħadd għandu jbaxxi rasu għal dak li jkun qed jingħad. Imma il-Gvern irid jagħti piż, jevalwa x’ikun qed jintqal u bħala gvern irid jieħu deċiżjoni lejn fejn ikun qed imexxi lil pajjiżna. Irid jara irrakkomandazzjoni li hemm kemm huma vijabbli u kemm huma possibli li jsiru. Imma irid jara ukoll li l-istess talbiet ma jmorrux kontra is-saltna tad-dritt kif nafuha f’pajjiżi demokratiċi.”

1. Baġit Novembru 2017 | 9


BAĠIT 2018

sal ukoll għal dehra ambjentali aħjar.”

INNAQQSU L-PIŻ FUQ IL-FAMILJI U N-NEGOZJI Ngħinu b’mod speċjali lill-persuni vulnerabbli

ILMA L-użu tajjeb tal-ilma għandu jassisti lill-pajjiż biex jegħleb l-isfidi f’dak li għandu x’jaqsam il-protezzjoni u ttisħiħ tar-riżorsi naturali talilma filwaqt li jassigura li jkun hemm inqas spejjeż operattivi għas-setturi ekonomiċi flimkien ma’ kampanja ta’ edukazzjoni dwar l-użu talilma. Is-sena d-dieħla, irRegolatur għas-Servizzi talEnergija u l-Ilma se jkompli jamministra skemi għallkonservazzjoni tal-ilma. Fosthom skema ta’ sussidji għall-manutenzjoni ta’ bjar jew installazzjoni ta’ xi sistema għall-ilma tat-tieni klassi, bħalma huma pompi biex jittella’ l-ilma mill-bir, kif ukoll skema ta’ sussidji għallinstallazzjoni ta’ sistemi ta’ insulazzjoni tas-soqfa u sussidji għal double glazing. INKOMPLU NINVESTU FL-IMPJANT GĦAT-TRATTAMENT TAD-DRENAĠĠ GĦALL-UŻU TAL-BIEDJA U L-INDUSTRIJA

MINISTERU G ALL-ENER IJA JAR TAL-ILMA U L-IMMANI

L

-iżvilupp u l-kompetittività ta’ pajjiżna jiddependu mill-enerġija u l-ilma. Il-bżonn ta’ dawn isservizzi jinħass ferm f’ħajjitna u permezz tagħhom jiffunzjonaw is-servizzi essenzjali ta’ kuljum. “Dawn il-karatteristiċi huma wħud mill-objettivi fundamentali tal-politika talenerġija u l-ilma li l-Gvern se jkompli jħaddan u jiżviluppa fiż-żmien li ġej,” qal il-Ministru għall-Enerġija u lImmaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi f’intervista mat-TORĊA rigward il-miżuri tal-Baġit 2018. Hekk kif matul is-sena 2017 dan il-Ministeru kompla bil-ħidma tal-Gvern biex f’dan is-settur pajjiżna jkompli jservi bħala mudell Ewropew, kien tabilħaqq ta’ sodisfazzjon meta wieħed jikkonsidra li Malta antiċipat lill-Unjoni Ewropea fuq diversi miżuri proposti, fosthom il-proċess għall-bidla mill-użu tal-heavy fuel oil għall-gass. U llum qed inlaħħqu mad-domanda talpajjiż permezz ta’ taħlita effiċjenti li tinkludi l-impjanti jaħdmu bil-gass, l-Intercon-

nector bejn Malta u l-Italja u sorsi ta’ enerġija li tiġġedded.

tintuża wkoll minn persuni li m’għandomx bejt.

SKEMI LI JIPPROMOVU ENERĠIJA LI TIĠĠEDDED U L-UŻU EFFIĊJENTI TAL-ENERĠIJA

INVESTIMENT TA’ BDIL TA’ APPLIANCES ESSENZJALI

Huwa tenna li fl-oqsma tal-enerġija rinnovabbli u effiċjenza fl-użu tal-istess enerġija, fis-sena 2018, irRegolatur għas-Servizzi talEnerġija u l-Ilma se jkompli jamministra skemi li jippromwovu enerġija li tiġġedded u l-użu effiċjenti tal-enerġija. Fosthom l-iskema ta’ għajnuna fuq l-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajiċi. Skema li minbarra li tgħin lillfamilji fi traħħis fil-kontijiet, se tnaqqas mill-ambjent madwar 21,000 tunnellata ta’ CO2 fis-sena. Kif ukoll skema ta’ sussidji għall-installazzjoni ta’ sistemi solari biex wieħed isaħħan l-ilma (Solar Water Heaters). Filwaqt li ġiet introdotta wkoll skema ġdida tal-Heat Pumps Water Heaters. Sistema li hi aktar effiċjenti minn ‘geyser’ normali u għalhekk twassal għal aktar roħs filkont tad-dawl filwaqt li

1. 10 | Baġit Novembru 2017

“L-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma kompliet tniedi skemi għal aktar effiċjenza flenerġija. Fuq livell domestiku, minbarra li l-Aġenzija kompliet bl-energy audits fi djar privati b’xejn, fl-2017 imxiet pass u flimkien malFondazzjoni LEAP nediet eżerċizzju ta’ pariri fuq l-użu għaqli ta’ enerġija fi djar ta’ persuni vulnerabbli. B’kollox s’issa saru mal-470 żjara bilpass li jmiss hu li tibda eżerċizzju biex fejn instab li jeħtieġ investiment ta’ bdil ta’ appliances essenzjali, ikun jista’ jseħħ,” tenna l-Ministru. INKOMPLU NINVESTU F’SOLAR FARMS Ġew ukoll imġedda l-iskemi ta’ feed-in tariffs għal sistemi ta’ pannelli fotovoltajċi. Filwaqt li madwar 370 familja se jgawdu minn prezzijiet imraħħsa tad-dawl grazzi għall-iskema ‘Communal PV Scheme’.

“Grazzi għal dan il-proġett, se jitnaqqsu wkoll l-emmissjonijiet fl-arja b’madwar 600 tunnellata ta’ carbon dioxide fis-sena.”Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ssieħbet mal-privat biex matul is-sena d-dieħla jkun hemm likkummissjonar ta’ żewġ solar farms ġodda. Dan se jsir permezz ta’ sejħa pubblika għallofferti għall-provvista u manutenzjoni ta’ pannelli fotovoltajċi li għandhom jiggarantixxu l-ġenerazzjoni ta’ 1 megawatt ta’ enerġija alternattiva annwali, kull farm, għal perjodu ta’ 25 sena. Il-Gvern bi ħsiebu wkoll ikompli jinċentiva l-investiment bit-tnedija ta’ skema ta’ għajnuna għal solar farms ta’ daqs akbar minn 1 megawatt peak biex żoni li fil-preżent mhumiex jintużaw jinbidlu f’ġeneraturi ta’ enerġija nadifa.

Reception area sign

PROĠETT PILOTA “L-Enemalta mistennija tibda bi proġett pilota biex kull fejn hu possibli, jitneħħew l-arbli tad-dawl u l-wires żejda biex fuq perjodu ta’ seba’ snin jitnaqqas drastikament l-inkonvenjent u jwas-

Il-Gvern se jinċentiva l-użu ta’ madwar seba’ miljun metru kubu ta’ ilma reklamat minn trattament avvanzat tad-drenaġġ, ‘l hekk imsejjaħ “New Water” bl-ewwel 2,500 metru kubu fis-sena ta’ ilma trattat jingħata b’xejn lillbdiewa għall-użu fl-agrikoltura. Fl-istess ħin il-Gvern, blgħajnuna tal-iżvilupp ta’ mudelli ġodda u kooperazzjoni bejn l-Aġenzija għallEnerġija u l-Ilma u l-Korporazzjoni għas-Servizzi talIlma, beħsiebu jadotta strateġija aħjar marbuta malestrazzjoni tal-ilma tal-pjan biex inaqqas l-influss ta’ ilma baħar fil-boreholes tal-Korporazzjoni. Bl-istess mod, ilGvern għandu l-ħsieb li jirrijabilita l-gallariji tal-ilma ta’ żewġ stazzjonijiet strateġiċi ta’ ippumpjar. “Minbarra hekk matul l2018 se nibqgħu impenjati favur it-twettiq tal-Pjan Nazzjonali għall-Konservazzjoni tal-Ilma u r-River Basin Management Plan bl-għan li l-ilma tal-pjan jiġi lura għal livelli aktar sostenibbli,” tenna l-Ministru għall-Enerġija u lImmaniġġjar tal-Ilma. “Il-prijoritajiet tal-programm tal-ħidma ta’ dan ilGvern huma ċari, li nkomplu noħolqu ambjent ideali biex jersaq lejn pajjiżna aktar investiment ta’ kwalità. Bilgħan aħħari li jinbena qafas tal-enerġija u l-ilma, mhux biss b’saħħtu u effiċjenti imma wkoll kompetittiv billi jitnaqqas il-piż fuq il-familji u n-negozji filwaqt li nassiguraw arja aktar nadifa għaċċittadini tagħna.”


SEGRETARJAT PARLAMENTARI

POŻITTIVA

I

l-qasam tal-Gvern Lokali llum reġa’ tpoġġa fuq quddiem nett talaġenda politika nazzjonali u dan peress li l-ħidma tal-kunsilli lokali hi waħda li toffri servizzi pubbliċi importanti ħafna għaċ-ċittadini tagħna. Illum, fuq l-għatba tal-25 sena mittwaqqif tal-kunsilli lokali, il-Gvern qed juri li dan jemmen bis-serjeta’ filGvern Lokali, u li t-tisħiħ tal-Gvern Lokali jfisser it-tisħiħ mhux biss taddemokrazija lokali iżda wkoll rikonoxximent lejn iċ-ċittadin li għandu jkun iċ-ċentru fit-tfassil tal-policies u l-liġijiet. Is-Segretarjat Parlamentari beda minnufih jaħdem fuq il-Prijoritajiet filqasam tal-Gvern Lokali. Dawn jinkludu r-Riforma fil-qasam tal-Infurzar Lokali u r-Riforma fil-Gvern Lokali. Għar-rigward tar-Riforma tal-Infurzar Lokali , twaqqaf ukoll Kumitat tar-Riforma LESA li pprepara Pjan ta’ Azzjoni u nbeda l-proċess tar-riforma. Qed jiġu diskussi wkoll policies ġodda li ser tkun qed tadotta l-LESA, fosthom dwar kif filwaqt li jsir l-infurzar meħtieġ tal-kontravvenzjonijiet li ġew fir-responsabbiltà lokali, fl-istess ħin il-Gwardjani Lokali se jibdew jitqiesu bħala l-ħbieb taċ-ċittadin għaliex se jkunu hemm biex jedukaw u jdaħħlu kultura ta’ ubbidjenza. Barra minn hekk bħalma ntqal fil-budget, għaddej proċess fejn il-Gwardjani se jkunu impjegati direttament mal-LESA. F’dak li għandu x’jaqsam mar-Riforma tal-Gvern Lokali, fuq quddiem nett tal-miżuri tagħha hemm l-

Immaniġġjar tal-Iskart mill-Kunsilli Lokali u t-Toroq. Fil-baġit tħabbar li mis-sena d-dieħla l-ġbir tal-iskart organiku fil-borża l-bajda se jinfirex ma’ Malta kollha u dan se jwassal biex ikollna pajjiż aktar nadif. Barra minn hekk fil-qasam ta’ skart riċiklat se tibda kampanja edukattiva intensiva u se jkun hawn infurazar aktar effettiv. Din ir-Riforma trid tara wkoll li rReġjuni jkollhom iżjed poteri u jingħataw aktar importanza. Filfatt din is-sena ġiet allokata wkoll issomma ta’ miljun Ewro (200,000 Ewro għal kull Reġjun) sabiex kull reġjun ikun jista’ jimplimenta proġetti indikati fil-Pjani Reġjonali Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali. Minkejja li l-Gvern ċentrali ser ikun qed iwettaq proġett sabiex isiru ttoroq kollha tal-pajjiż, il-fondi għattoroq lill-Kunsilli Lokali ser jingħataw xorta waħda. Fil-fatt, fl-allokazzjoni finanzjarja diretta kien hemm żieda ta’ 1.5 miljun Ewro. Hu mistenni li dawn il-fondi jintużaw sabiex il-kunsilli jtejbu l-marki u s-sinjali tat-traffiku biex flimkien max-xogħol li ser ikun qed jagħmel il-Gvern ċentrali, listat tat-toroq kif ukoll il-marki u ssinjali tat-traffiku jilħqu l-istandards meħtieġa. Il-Gvern hu kommess li jara li l-operat tal-Kunsilli Lokali jkun wieħed trasparenti u fejn kull Kunsill jerfa’ rresponsabbiltà tal-operat tiegħu. IrRiformi li qegħdin nagħmlu sejrin iwasslu sabiex iċ-ċittadini jerġgħu jiksbu fiduċja kemm fil-Kunsilli Lokali kif ukoll fil-Gwardjani Lokali.

1. Baġit Novembru 2017 | 11


BAĠIT 2018

SUQ TAL-KIRJIET: “SERĦAN TAL-MOĦĦ LIS-SID, PROTEZZJONI LILL-INKWILIN”

Fil-kampanja elettorali l-kwistjonijiet ta’ Housing u Akkomodazzjoni Affordabbli ssemmew b’mod frekwenti u regolari. Eżatt wara lelezzjoni l-Prim Ministru ħabbar l-ħolqien ta’ Segretarjat Parlamentari ġdid li qed tmexxih int, iffukat biss fuq dawn is-setturi. Dan juri li għal Gvern dawn l-oqsma huma ta’ prioritá, iżda x’inhi s-sitwazzjoni reali li teżisti hemm barra? Il-Gvern hu konxju tal-isfidi li jeżistu għallakkomodazzjoni soċjali u dik affordabbli. Joseph Muscat dejjem kien politiku b’idejh fuq il-polz tan-nies, u fejn jidħol dan is-settur xejn anqas. Nafu li l-prezzijiet tal-kiri m’għadhomx fil-livelli li kienu ħames, sitt snin ilu. Nafu b’persuni fejn filli qed iħallsu kirja ta’ €300 fix-xahar u filli intalbu jħallsu kważi d-doppju mill-lum għal għada. Din hija sitwazzjoni li għall-Gvern mhux aċċettabbli u li determinati li nindirizzaw l-isfidi li hemm. X’relazzjoni hemm bejn l-akkomodazzjoni affordabbli u dik soċjali? Huma żewġ kwistjonijiet relatati iżda fl-istess ħin distinti minn xulxin. L-akkomodazzjoni soċjali hija dik l-għajnuna li l-gvern jagħti lil dawk li għal xi raġuni jew oħra, mhux possibli li jkollhom post fuq rashom minħabba dħul baxx ħafna jew problemi soċjali. B’mod tradizzjonali nirreferu għal dawn bħala każijiet ta’ housing. Minn naħa

1. 12 | Baġit Novembru 2017

l-oħra, l-isfidi ta’ akkomodazzjoni affordabbli huma l-istess sfidi ta’ koppji żgħażagħ u oħrajn li jfittxu post iżda qed jintalbu prezzijiet għola minn dak li jistgħu jisselfu jew jaffordjaw. Għaldaqstant, teżisti relazzjoni bejn każijiet ta’ housing u l-akkomodazzjoni affordabbli għaliex qed twassal għal żieda fit-talbiet għal postijiet tal-gvern, iżda fl-istess ħin jibqgħu kwistjonijiet separati għax ma’ tolqotx biss in-nies li s-soltu jibbenefikaw mill-housing. Hemm raġuni partikolari li wasslet għal din iż-żieda fil-prezzijiet tal-kiri? Nemmen li hemm aktar minn raġuni waħda. Qed nitkellmu fuq is-suq li hu determinat minn aspetti differenti. B’mod ġenerali nista nsemmi li ż-żieda fil-prezzijiet tal-proprjetá ġejja wkoll mit-tkabbir ekonomiku bla preċedent li ra pajjiżna fl-aħħar 4 snin u nofs. Iżda hemm kwistjonijiet oħra wkoll li jistgħu jagħmlu impatt, fosthom l-influss ta’ ħaddiema barranin li qed jikru, iż-żieda fid-domanda għal dan is-suq, u fatturi oħra. Teżisti soluzzjoni għall-isfidi li qed issemmi? Fil-ħajja m’hemm xejn impossibli, iktar u iktar jekk ikollok id-determinazzjoni u l-enerġija li tilħaq l-għan tiegħek. Ħdimna, u għadna qed

naħdmu, biex nindirizzaw dawn l-isfidi b’diversi miżuri li kollha saru bi ħsieb partikolari warajhom. Tista tibda mill-ewwel skemi u azzjonijiet li ħadna fl-ewwel jiem tal-leġislatura, sal-aħħar miżuri u inċentivi li nedejna fl-aħħar baġit. Jekk tieħu bħala eżempju l-problema ta’ nuqqas ta’ bini li l-Awtoritá tad-Djar kellha biex tqassam, tara li l-Gvern ħareġ l-iskema ta’ kiri mill-privat, beda’ l-proċess ta’ bini ta’ 680 appartament, u għaddha bosta inċentivi oħra. Dan jirrifletti l-approach li qed naddottaw bħala segretarjat, fejn qed inkunu proattivi u innovattivi kemm jista jkun. Ma nieqafx nimbotta lill-dawk kollha li jaħdmu miegħi biex jekk jista jkun għal kull problema jkollna diversi soluzzjonijiet; ma nistgħux ninsew li l-ħidma tagħna ħafna mid-drabi tfisser persuna jkolliex saqaf fuq rasha jew le. Fi kliem ieħor, jien ottimist li ndawru l-isfidi kbar li għandna quddiemna f’opportunitajiet kbar. Kemm temmen li għandu jintervjeni il-Gvern f’dan is-settur? Hemm min jargumenta li l-Gvern m’għandux jindaħal... Jekk issaqsi lili ngħidlek li huwa dmir tal-Istat li jintervjeni biex jgħin direttament lil min ma jistax ileħħaq. Ma naħsibx li għandna nagħlqu għajnejna quddiem każijiet li tassew jeħtieġu


Jekk ikolli nsemmilek l-aktar miżura għal qalbek f’dan il-baġit liem tkun? Kollha huma għal qalbi għax kollha nemmen fihom, pero jekk ikolli nsemmi waħda innovattiva nsemmi lassistenza finanzjarja ta’ €25,000 għal min għandu proprjetá vojta jew antika. Din l-assistenza se tippermetti lis-sid biex jirrinova, isewwi u jirrijabilitá l-post, u wara jikrih lill-Gvern għal għaxar snin għal skop soċjali. B’hekk din il-miżura qed tindirizza l-issue ta’ propjetajiet vojta li mhux jintużaw u fl-istess ħin qed iżżid l-istokk ta’ binjiet tal-Awtoritá tad-Djar għall-għaxar snin li ġejjin. Il-Baġit 2018 jieħu inkonsiderazzjoni l-isfidi akbar li jaffaċċjaw l-anzjani f’dan is-settur? Ma nkunx qed nesaġera meta ngħid li dan il-gvern ma ħalla lill-ħadd barra f’dan il-baġit. Fl-ewwel mitt jum iltqajt ma’ bosta anzjani u tkellimt magħhom dwar is-sitwazzjoni tagħhom. Ilkoll nirrikonoxxu li wara li jkunu għamlu ħajjithom kollha jaħdmu, l-anzjani tagħna xorta jibqgħu fost l-aktar membri vulnerabbli fis-soċjeta tagħna. Għaldaqstant daħħalna thresholds speċjali biex anzjani ta’ aktar minn 65 sena jibbenefikaw minn aktar sussidju fil-kera’. Iżda mhux biss. Ħriġna wkoll b’inċentiv biex dawk li kienu jgħixu f’xi post tal-gvern u issa marru f’San Vinċenz De Paule jew djar tal-anzjani oħra, jagħtu lura ċ-ċavetta tal-post li ma jkollhomx aktar bżonn u minn naħa tiegħu l-Gvern jagħti skont ta’ 20% mill-pensjoni tagħhom li kienet qed tinqatalhom. Dan ifisser li l-anzjani li jagħżlu li jagħmlu dan ikunu qed jibqgħalhom bejn €1,350 u €2,700 aktar fil-but kull sena, skont ilpensjoni tagħhom. l-għajnuna tal-istat; tmur kontra r-ruħ soċjali ta’ kull gvern. Dan ma jfissirx li jkollna sitwazzjoni ta’ free-forall, anzi jien ċert li l-progress u l-mobbiltá soċjali jibqgħu l-aqwa arma. U dan huwa dak li qed jagħmel il-gvern ta’ Joseph Muscat. Niġu issa għall-baġit 2018. X’kienet ir-reazzjoni tiegħek u kif ħa jolqot is-settur tal-akkomodazzjoni soċjali? Dak li rajna fl-aħħar jiem filpreżentazzjoni tal-baġit kienet prova oħra ċara ta’ kemm ilGvern hu tim wieħed maqgħud, li jwiegħed dak li jwettaq. Il-Ministru Edward Scicluna flimkien mal-Prim Ministru fehem il-ħtiġijiet tagħna biex noħorġu b’miżuri li jħallu lfrott f’dan is-settur, u b’sodisfazzjon ngħid li ppreżentajna l-aktar baġit b’investiment fl-akkomodazzjoni soċjali u affordabbli fl-aħħar 30 sena. F’termini reali biex jifhimni kulħadd, il-baġit ħa ħsieb li jtejjeb il-kwalitá tal-ħajja ta’ dawk li diġa qed jgħixu f’housing tal-gvern, ħa ħsieb li jżid l-istokk ta’ binjiet biex jaqdi lil min verament għandu bżonn housing soċjali, u fl-aħħar u mhux l-inqas, ħa ħsieb li jipprepara white paper biex jindirizza l-problema tal-kirjiet li dejjem qed jgħolew.

Il-maġġoranza tal-Housing Estates issa għandhom medja ta’ 30 sena jew aktar, x’tip ta’ rinnovar ħa jsir mill-fondi allokati fl-aħħar baġit? B’investiment ta’ madwar 16-il miljun Ewro, se nkunu qed intejbu l-kwalitá tal-ħajja ta’ madwar 2,500 persuna billi ninstallaw liftijiet tant meħtieġa f’dawn il-blokok kbar ta’ housing. Dan se jkun qed itejjeb laċċessibilitá ta’ kważi 700 anzjan u 100 persuna b’diżabilitá. Forsi din il-miżura ftit li xejn issemmiet jew ingħatat importanza, iżda naf fiċ-ċert li se tagħmel differenza fil-ħajja ta’ dawn ir-residenti li issa jistgħu jibqgħu joqgħodu fil-post tagħhom b’dan it-titjib flaċċessibilitá. Barra min hekk, se nkomplu bil-programm ta’ manutenzjoni u tisbiħ fuq blokok ta’ appartamenti talgvern li kif għedt tajjeb int, ħafna minnhom inbnew lura fis-snin 70 u 80. Fl-aħħarnett, il-baġit jagħraf ukoll il-ħtieġa li jindirizza l-kwistjoni tal-kirjiet permezz ta’ white paper. Lejn xiex se tkun qed tħares din u lil min se tipproteġi? Il-White Paper naħseb li hi l-aktar miżura ambizzjuża li tipprova tegħleb l-isfidi tas-suq tal-kera’. Kif imsemmi fil-baġit, il-White Paper qed tipproponi li tirregola b’kemm tista togħla l-kera u kif, titlob ir-reġistrazzjoni obbligatorja ta’ kull kuntratt biex jitnaqqas l-lok ta’ abbuż, u tistabbilixxi it-tul minimu ta’ kuntratt tal-kirja li jkun realistiku u fl-istess ħin flessibli għal qasam turistiku u dak ta’ short-lets. Fl-istess ħin irridu li b’din irreviżjoni tal-liġi nagħmluha aktar sempliċi li sid jieħu passi kontra kerrejja li jiksru l-kuntratt mingħajr telf ta’ ħin. Fi kliem ieħor, b’din il-White Paper ma rridu xejn aktar ħlief li noffru garanzija lis-sid, u protezzjoni lillinkwilin. Fil-preżent, dan ma jeżistix. Jien fiduċjuż li lħidma tagħna ġġib l-istabilitá u s-serħan tal-moħħ mixtieq minn kulħadd.

1. Baġit Novembru 2017 | 13


BAĠIT 2018

VALLETTA 2018 • Il-Finanzi għall-2018 baqgħu leali lejn il-bid oriġinali: €48Miljun, u morna oltre; • Il-Flagship project tal-2018: il-MUŻA għandu baġit li mistenni jlaħħaq €10Miljun; • Proġett maġġuri ieħor: il-Valletta Design Cluster fil-Biċċerija: baġit li jlaħħaq is-€6.1Miljun; • Se titwaqqaf struttura biex tassigura l-legat kulturali u strutturali wara l-2018.

AWTORITA’ TA’ MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR (MCCAA): Se ssir reviżjoni Leġislattiva nkluż il-kwistjonijiet ta’ natura kostituzzjonali; Se jkompli l-proċess ta’ riorganizzazzjoni u t-tisħiħ tal-istruttura ta’ ġestjoni; Se ssir esplojtazzjoni ta’ sinerġiji bejn l-entitajiet permezz tal-konsolidazzjoni tal-attivitajjiet simili;  Se jingħalaq il-ftehim kollettiv;  Se jittejjeb il-profil korporattiv tal-Awtorità kif ukoll jiġu introdotti sistemi online, minbarra li jsir it-tiġdid tal-infrastruttura tal-IT;

AWTORITA’ DWAR IL-MEDIĊINI: Se nattiraw opportunitajiet ta’ xogħol u investiment lejn pajjiżna fid-dawl ta’ Brexit, kif għamilna bl-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini; L-Awtorità se tkompli tħares lejn ir-regolazzjoni talmediċini u tespandi l-operat xjentifiku; Se tingħata spinta lill-innovazzjoni u l-progress tas-settur farmaċewtiku u tal-lifesciences f’pajjiżna; Twaqqaf il-Medicines Intelligence and Access Unit, u din is-sena ġie stabbilit unit ġdid dwar ir-riċerka, l-affarijiet xjentifiċi u l-innovazzjoni. Dawn se jippermettu li fissnin li ġejjin jinġiebu iktar mediċini ġeneriċi ġodda, u jitraħħsu iktar mediċini li diġa’ huma disponibbli fis-suq;

1. 14 | Baġit Novembru 2017

DIRETTORAT TAT-TINDIF: Qed naħdmu fuq kampanja fl-iskejjel biex tinħoloq kuxjenza dwar l-indafa;

Se tingħata dimensjoni ġdida lil dan id-Direttorat billi jsir investiment f’makkinarju ġdid li jammonta għal €800,000. €400,000 minn dawn ġew allokati din is-sena, u €400,000 se jkunu investiti fl-2018;

Se nimmiraw li nżidu il-kontenituri tal-iskart madwar Malta, b’1000; Se nsaħħu s-sistemi ta’ infurzar fuq min jinqabad iħammeġ; Il-ħsieb tal-Gvern huwa li jingħaqdu s-setturi ta’ tindif u tal-manutenzjoni taħt il-kappa tadDirettorat.

MALTA LAB NETWORK Se tkompli l-ħidma ma’ laboratorji xjentifiċi sabiex ikun assigurat li r-riżorsi jiġu utilizzati b’mod sostenibbli mingħajr ma jkun hemm duplikazzjoni mhux meħtieġa ta’ tagħmir u biex ix-xjenzati Maltin ikunu jistgħu jilħqu l-milja tal-kontribut tagħhom

lejn ix-xjenza f’pajjiżna; Qed insaħħu wkoll in-National Accreditation Board (NAB) bil-għan li tiżdied l-akkreditazzjoni tal-laboratorji li jagħtu s-servizz tagħhom f’Malta.

UFFIĊĊJU TAL-KUMMISSARJU GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA Tkompla l-proċess ta’ riforma għall-protezzjoni tad-data taċ-ċittadini Ewropej b’Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data – magħrufa aħjar bħala GDPR, u Direttiva dwar il-Protezzjoni ta’ persuni fir-rigward ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għallfinijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali (id-Direttiva talPulizija);

Se jinħoloq il-bilanċ meħtieġ bejn il-bżonn li tiġi pproċessata d-data u l-bżonn li tiġi mħarsa l-privatezza tal-individwi f’dan kollu; Fil-qasam tal-pulizija, se titfassal liġi ġdida bħala liġi sussidjarja tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data. Il-Pulizija ser ikollhom ukoll il-liġi tal“Passenger Name Record” biex tirregola lipproċessar tad-data tal-passiġieri u fl-istess ħin titħares is-sigurtà nazzjonali.


BAĠIT B’MIŻURI BIEX JINDIRIZZAW IR-RISKJU TA’ FAQAR Il-Professur Albert Leone Ganado

I

ċ-Ċermen tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatisika, l-Professur Albert Leono Ganado tkellem ma’ IT-TORĊA dwar il-baġit u x-xogħol indispensabbli ta’ l-uffiċċju li hu jmexxi. Fi kliemu stess dan il-baġit fih diversi aġġustamenti ta’ benefiċċji soċjali li huma maħsuba biex jindirizzaw aħjar irriskju tal-faqar.

Dan il-baġit kien fih għadd ta’ benefiċċji soċjali. Mil-lat ta’ statistika dawn il-benefiċċji kif se jaffettwaw l-istatistika ta’dawk li jinsabu fir-riskju tal-faqar? L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jippubblika statistika li tiffoka fuq dawk li jinsabu fi-riskju tal-faqar. Jekk wieħed iħares sewwa lejn dawn l-indikaturi statistiċi, wieħed mil-ewwel jintebaħ kemm huma importanti il-benefiċċji soċjali biex inaqqsu il-faqar f’pajjiżna. Dan il-baġit fih diversi aġġustamenti ta’ benefiċċji soċjali li huma maħsuba biex jindirizzaw aħjar ir-riskju tal-faqar. B’mod dirett wieħed jista’ jsemmi ż-żieda diretta fil-pensjonijiet, aġġustamenti għal forom ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq l-istess pensjonijiet kif ukoll sussidji fuq kirjiet ta’ natura soċjali. Ta’ min ukoll isemmi t-titjib li ġie imħabbar għall-impjeġati li jinsabu fuq paga minima apparti iż-żieda għall- għoli tal-ħajja. Mil-lat statistiku, miżuri soċjali jgħinu sabiex tiżdied il-kapaċità talakkwist (purchasing power) u b’hekk jogħla l-livell tal-għejxien tal-familji bid-dħul baxx u konsegwentement tissaħħaħ l-ekonomija. Waħda mill-istatistiċi li tiġbru hi dik relatata mas-suq tax-xogħol. Bħalissa il-qgħad hu f’livell baxx. X’inhi x-xejra ghax-xhur li ġejjin? L-indikaturi fuq ix-xogħol huma

pożittivi tant li l-informazzjoni miġbura fuq perjodi taż-żmien (time series) turi żidiet fl-imjieġi f’pajjiżna. Pero L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika m’għandux s-setgħa bil-liġi li jwettaq xogħol ta’ tbassir ekonomiku u soċjali. Dawn l-istudji speċjalizzati jsiru minn entitajiet oħra ġovernativi, riċerkaturi f’oqsam akkademiċi kif ukoll mis-settur privat. L-uffiċċju tagħkom hu indispensabbli fil-ħidma biex jiġi ppreparat il-baġit. Kif tkun kordinata lħidma tagħkom meta jkun qed jitfassal il-badġit? L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, matul is-sena u skont kalendarju speċifiku, ikun qed jiġbor indikaturi li wħud minnhom huma il-bażi li fuqhom jinbena l-baġit. Fost dawn l-indikaturi insibu l-Prodott Gross Domestiku (GPD), l-istatistika taddejn u d-defiċit, il-figuri tal-impjiegi, u l-indikaturi marbuta mal-produzzjoni ta’ diversi setturi ekonomiċi u indikaturi oħra. L-Uffiċċju tagħna jistinka biex sa zmien il-baġit ikunu lesti l-aktar stimi aġġornati li lkoll ikunu ippublikati fuq is-sit eletroniku tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. B’mod ġenerali bħala Uffiċċju tal-istatistika xi sfidi għall-futur fejn tidħol l-istatistika u l-ġbir tagħhom? Fil-prattika il-proċess tal-ġbir tad-

dejta jinvolvi l-koperazzjoni ta’ ħafna individwi kif ukoll entitajiet privati li jforrnu l-Uffiċċju b’informazzjoni dettaljata fuq diversi suġġetti. Minnhom l-istatistiku (uffiċjal tarriċerka) joħrog ix-xejriet statistiċi. Minnu inifssu il-ġbir tal-istatistika huwa proċess li jieħu ħafna xogħol jinvolvi diversi ħiliet umani kif ukoll riżorsi teknoloġiċi. Filwaqt li nagħmlu kull tentattiv sabiex ma nkunux ta’ piż żejjed fuq min qiegħed jipprovdilna l-informazzjoni fl-istess waqt irridu niġbru dak li huwa meħtieġ biex nagħtu stampa ċara u fattwali fuq landament ekonomiku u soċjali ta’ pajjiżna. Apparti il-pubblikazzjoni ta’ statistika meqjusa tradizzjonali, illum naffaċjaw sfidi ġodda biex nagħtu attenzjoni akbar lil-qasam soċjali u ambjentali. B’hekk nagħmlu sforzi kbar biex tinħadem statistika aktar dettaljata fuq is-suq tax-xogħol, ilkontabilità ambjentali, statistika reġjonali, flussi migratorji u livelli talfaqar fis-soċjeta fost oħrajn. B’xorti tajba, l-Uffiċċju huwa kburi illi għandu uffiċjali fi ħdanu mħarrġa sewwa fit-tliet direttorati tiegħu; talekonomija u l-kummerċ, soċjali u reġjonali, u data capability. Ilħaddiema tagħna regolarment jirċievu taħriġ speċjalizzat kemm f’Malta, kif ukoll barra, f’programmi ta’ taħriġ mogħtija minn Eurostat u organizzazzjonijiet oħra. Ilmaġġoranza tal-ħaddiema huma

ġradwati fl-ekonomija jew fl-istatistika però tul l-aħħar snin saru meħtieġa ħiliet ġodda. Tħossu li forsi għad hemm ċertu distanza bejn l-uffiċċju tagħkom u l-pubbliku ġenerali, forsi minħabba l-fatt li s-suġġett minnu nfih ma jappellax daqshekk għan nies? Forsi mhux kullħadd jifhem ixxogħol siewi li jkun qed issir millUffiċċju tal-Istatistika minkejja il-fatt li dan ix-xogħol għandu impatt dirett fuq il-ħajja ta’ kull ċittadin. Naħseb li tajjeb nagħtu xi eżempji tar-relevanza u l-kontribut tagħna lejn issoċjetà. Ta’ min isemmi, per eżempju, l-kalkulazzjoni tal-għoli tal-ħajja li hija determinata mill-inflazzjoni kif imkejla fl-indiċi tal-bejgħ bl-imnut kif ukoll ir-riżultati tal-aġenziji varji tal-kreditu li jevalwaw lil Malta, fost affarijiet oħra, fuq il-bażi ta’ diversi indikaturi ekonomiċi u kummerċjali kif maħruġa mil-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Napprezzaw illi il-linġwa statistika hija xi ftit kumplessa għalhekk dejjem nippruvaw inwasslu l-messaġġ tagħna pemess ta’ stqarijiet għalistampa b’mod sempliċi u b’użu tajjeb ta’ tabelli u ġrafika. Nippruvaw nilħqu id-diversi friegħi tas-soċjetà permezz tas-sit eletroniku www.nso. gov.mt u riċentement introduċejna l-istatistika fuq siti soċjali bħall facebook u twitter.

1. Baġit Novembru 2017 | 15


BAĠIT 2018

I

l-baġit ppreżentat ftit tal-ġimgħat ilu ntlaqa’ tajjeb ħafna mill-poplu għaliex apparti ż-żidiet u l-kumpens għallgħoli tal-ħajja li kulħadd dejjem jistenna li jkunu parti millbaġit, hemm miżuri li jagħmlu dan il-baġit wieħed bla preċedent. Dan huwa l-ewwel baġit mingħajr taxxi ġodda jew żidiet f’dawk eżistenti, la diretti u lanqas indiretti, la fuq dħul u lanqas fuq konsum. B’hekk mhux se nitfgħu piż la fuq ilfamilji u anqas fuq in-negozji. Minnha nnifisha din għandha tkun ikkunsidrata bħala l-aqwa miżura, kemm għal familji u kif ukoll għan-negozji tagħna. Din hija deċiżjoni li fil-verita’ tirrifletti l-istrateġija ekonomika li addota l-Gvern sa millleġiżlatura li għaddiet, dik li jdaħħal aktar ċertezza u jassigura li l-operaturi tagħna ma jiffaċċaw l-ebda xokkijiet mhux mistennija. Anke f’dan il-baġit, il-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar għandu bosta miżuri li se jkomplu jsaħħu l-ekonomija Maltija.

PROĠETTI ĠODDA Aktar minn qatt qabel, matul din is-sena il-Malta Enterprise fittxet li toħloq proġetti ġodda li huma kompattibbli mal-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna. Matul l-2017, ME żammet l-istess ritmu fir-rigward ta’ investiment barrani ġdid approvat, hekk kif ġew approvati 14 il-proġett, b’investiment prevvist li jammonta għal mhux anqas minn €90 ilmiljun mifrux fuq perjodu ta’ tlett snin u l-ħolqien ta’ madwar 500 impjieg ġdid fl-istess perjodu. Ġew approvati wkoll 55 proġett minn imprendituri Maltin. Bejniethom, dawn il-proġetti mistennija jsarfu f’investiment totali ta’ €23.6 miljun u lħolqien ta’ mhux anqas minn 430 impjieg ġdid.

INVESTIMENT U ŻONI INDUSTRIJALI Din is-sena, MIP allokat madwar 208,000 metru kwadru ta’ spazju industijali. Kien rreġistrat ukoll żieda fl-interess t’intrapriżi eżistenti biex ikollhom titolu aktar b’saħħtu ħalli jkunu jistgħu jkabbru linvestiment fin-negozji rispettivi. Ser nżidu aktar Child Care Centres fiż-żoni industrijali. Permezz ta’ dawn iċ-ċentri, l-MIP qiegħda tippromwovi aktar il-possibilita’ ta’ bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja għall-impjegati f’dawn iż-żoni industrijali.

1. 16 | Baġit Novembru 2017

ĦIDMA FAVUR L-INTRAPRIŻA F’GĦAWDEX L-istrateġija għat-tkabbir ekonomiku f’Għawdex kompliet titwettaq billi ssokta t-tisħieħ tal-broadband connectivity, hekk kif ħareġ tender għal investiment f’Backup Fibre Optic Cable bejn iżżewġ gżejjer. Dan il-proġett għandu jpoġġi sisien sodi sabiex flimkien ma’ investiment ieħor ta’ żvilupp ta’ infrastruttura industrijali f’Għawdex, bħal proġett tad-Digital Park, ipoġġi lil Għawdex fuq quddiem biex jattira investiment ġdid fis-settur diġitali u setturi oħra li jiddependu minn servizz effiċjenti u modern tal-internet.

ASSISTENZA GĦAL START-UPS Sabiex inkattru l-intraprenditorjat f’pajjiżna, se nkunu għaddejjin bix-xogħol biex noħolqu ekosistema li tgħin lil start-ups jikbru. Biex nindirizzaw dan l-għan irnexxielna nattiraw l-ewwel kumpanija privata li se tkun qed talloka €10 miljun bħala Venture Capital f’Malta.

SKEMA MICROINVEST Żdied l-ammont ta’ assistenza offrut minn din l-iskema, minn €30,000 għal €50,000 għal dawk l-intrapriżi bbażati f’Malta. Filwaqt li għan-negozji ibbażati f’Għawdex, din l-għajnuna ser tiżdied għal €70,000.

Barra minn hekk, ħloqna inċentivi għal negozji li għandhom maġġoranza ta’ ishma f’isem in-nisa jew nisa li huma self-employed. Dawn l-inċentivi jlaħħqu wkoll mas-€70,000. Negozji tal-familja diġa jibbenifikaw minn inċentivi ta’ €50,000 iżda mis-sena dieħla l-ammont se jiżdied għal €70,000. L-iskema MicroInvest issa ser tiftaħ ukoll għal negozji li jimpjegaw mhux aktar minn 50 impjegat full-time minflok 30, kif inhi bħalissa. Permezz ta’ dan, qed nżidu il-faxxa ta’ negozji li jistgħu jibbenifikaw minn din l-iskema.

IL-BUSINESS 1st Il-programm ta’ ristrutturar li sar fil-Business 1st wassal għal titjieb b’mod sinifikanti fl-effiċjenza tal-operat ta’ dan iċ-ċentru li issa qed joffri servizz aktar holistiku għal min irid iwaqqaf negozju ġdid u kull għajnuna neċessarja għan-negozji eżistenti. L-iskop ta’ Business 1st huwa li jservi ta’ One Stop Shop għall-intrapriżi fejn l-intraprenditur jista’ jinqeda minn post wieħed. Mill-bidu nett dan il-Gvern kien kommess li jnaqqas il-burokrazija bi 25% u llum irnexxielna niżviluppaw formola online li biha jista’ jitwaqqaf negozju f’anqas minn tlett ijiem. Barra minn hekk, f’ħidma kkordinata flimkien mad-Dipartimenti u anke entitajiet oħra tal-Gvern, il-Business 1st qed jiffoka fuq programm ta’ simplifikazzjoni ta’ proċeduri li jirregolaw l-interazzjoni bejn l-intrapriża u entitajiet tal-Gvern.


ŻIEDA SOSTANZJALI FIL-BAĠIT TAS-SAĦĦA G

ħal darb’oħra l-baġit fil-qasam tas-saħħa żdied b’rata sostanzjali. Fil-fatt dik ta’ din is-sena kienet żieda rekord. Din is-sena l-baġit tas-saħħa żdied b’€76 miljun. Din iż-żieda hija prova oħra li l-pajjiż jinsab fit-triq it-tajba finanzjarjament u li llum lkoll qegħdin ingawdu l-frott tal-ekonomija stabbli u b’saħħitha li pajjiżna għandu. Għal din is-sena li qegħdin fiha l-baġit tas-saħħa kien ta’ €585 miljun filwaqt li għas-sena d-dieħla se jkun ta’ €611-il miljun. Dan se jkun ifisser aktar mediċini ġodda, aktar operazzjonijiet, aktar bini u infrastrutura fost oħrajn. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne qal li fost oħrajn f’dan il-baġit hemm ivvutati sitt miljuni għal mediċini ġodda għal kanċer. “Diġa nonfqu €15-il miljun f’mediċini tal-kanċer, iżda din is-sena ġew ivvutati wkoll €6 miljuni oħra biex inkomplu bil-wegħda elletorali tagħna li ndaħlu l-mediċini kollha tal-kanċer fuq il-formularju tal-gvern. Din issena diġa daħħalna disa’ mediċini jew trattamenti ġodda għallkanċer differenti. Fejn fost l-oħrajn għandna mediċini ġodda għall-kanċer tas-sider, għall-kanċer fl-għonq tal-ultru, trattament ġdid għall-kanċer fil-bużżieqa tal-awrina u mediċini ġodda għall-melanoma, kanċer tal-ġilda,” qal id-Deputat Prim Ministru. Matul is-sena li ġejja r-ritmu li beda biex jiddaħħlu mediċini ġodda għall-kanċer se jkun qiegħed jitkompla. “Nemmnu li persuna li jkun għaddejj mill-martirju tal-kanċer m’għandux ikollu wkoll l-piż tal-inkwiet fuqu u fuq familtu dwar minn fejn se jġib fondi għall-kura tiegħu, iżda għandu jingħata l-aqwa kura bi dritt,” qal il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne. Din is-sena ġiet ukoll ivvutata s-somma ta’ €3 miljuni għal tibdil ta’ makkinarju fl-isptar Mater Dei. Illum l-isptar Mater Dei ilu miftuħ għaxar snin u għalhekk it-tibdil ta’ ċertu makkinarju issa huwa inevitabbli. Dan il-proċess ukoll beda matul din is-sena bit-tibdil tar-renal machines. Għal dan il-għan din is-sena ġew ivvutati €3miljuni. Chris Fearne qal li l-baġit fil-qasam tas-saħħa jista; jinqasamm fuq tliet binarji; l-infrastruttura, ir-riżorsi umani, u s-servizzi u mediċini ġodda. Min-naħa ta’ infrastruttura, il-Ministru għas-Saħħa semma’ lproġetti taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Kirkop, il-Paola Hub, u lproġett għall-parkeġġ fl-Isptar Mater Dei. Dwar il-proġett ta’ Ħal Kirkop fil-preżent hemm ix-xogħolijiet għaddejin. Dan il-proġett mistenni jkun lest matul is-sena d-dieħla. Rigward il-proġett talPaola Hub ħareġ it-tender li għandu jkun aġġudikat fil-ġimgħat li ġejjin. Mil-lat ta’ riżorsi umani fost oħrajn se jkun hemm taħriġ intensiv fost il-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa, dan se jkun taħriġ mhux kliniku iżda li huwa importanti ħafna għall-ħaddiema li jaħdmu kontinwament f’kuntatt ma-nies. Dan huwa proġett ta’ €3.7 miljuni. Mil-lat ta’ servizzi u mediċini ġodda; apparti mediċini ġodda għall-kanċer, matul is-sena li ġejja se jkollna trattamenti ġodda għall-HIV/Aids, fejn fost oħrajn għadu kemm ġie introdott l-HIV rapid testing. Se jinbeda wkoll pjan ta’ ħames snin biex nirredikaw kompletament il-hepatitis C. F’pajjiżna għandna 1,000 persuna li għandhom il-Hep C, bit-trattament mediku għalihom jiswa eluf kbar ta’ ewro għal kull wieħed, iżda dan il-Gvern ħadem fuq pjan biex din il-marda tkun eradikata minn pajjiżna f’ħames snin. Malta mistennija tkun waħda mill-ewwel pajjiżi fiddinja li se jirrnexxielha tagħmel dan. Għall-ewwel darba fl-istorja ta’ pajjiżna f’dan il-baġit hemm line item għal servizzi għal persuni transgender. “Nemmnu li f’pajjiżna ħadd m’għandu jkun diskriminat u ħadd m’għandu jaqta’ lura. Hija wegħda elettorali li l-qasam mediku tagħna jibda joffri servizzi lil persuni transgender. Dan se jibda ftit ftit mis-sena ddieħla,” qal id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne. Matul is-sena li ġejja wkoll, se tkun emendata l-liġi tal-IVF. Dan se jkun ifisser li aktar nisa se jkunu jistgħu jingħataw is-servizz tal-IVF. Dan fil-baġit huwa rifless b’vot akbar għasservizzi tal-IVF. “Il-baġit li ħabbar il-Gvern ftit tal-ġimgħat ilu mhuwiex biss baġit pożittiv għax huwa mingħajr taxxi ġodda, iżda huwa ħafna aktar minnhekk, huwa baġit li b’mod konkret qiegħed jagħti lillpoplu dak li pajjiżna qiegħed jaħsad – il-ġid,” qal id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne.

1. Baġit Novembru 2017 | 17


BAĠIT 2018

L-EWWEL

100 JUM GĦAWDEX

1. B’mod reali kif dan il-baġit se jaffettwa lillekonomija Għawdxija? Kull baġit irid jittieħed fil-kuntest ta’ pjan itwal, ekonomiku u soċjali, għal għixien aħjar għall-poplu Malti u Għawdxi. Il-baġit għall-2018 huwa ħolqa f’sensiela li bdiet b’viżjoni ċara fl-2013 u jibni fuq issuċċessi bla preċedent li kiseb pajjiżna fl-aħħar erba’ snin u nofs. Il-fatt innifsu li fl-aħħar snin l-ekonomija Għawdxija kibret bi €80 miljun, inħolqu aktar impjiegi, kiber it-turiżmu u żdiedu l-flus fi bwiet ilfamilji Għawdxin, juri li għandna potenzjal għal aktar tkabbir. Il-miżuri varji f’dan il-baġit huma mmirati lejn setturi speċifiċi tal-ekonomija, imma jimmiraw partikolarment għal ħolqien ta’ aktar xogħol għall-Għawdxin f’Għawdex u żvilupp akbar fl-industriji li jiġġeneraw tkabbir ekonomiku u aktar impjiegi. Il-baġit infatti jindirizza sfidi partikolari għal Għawdex, fosthom dik tal-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer. 2. Proposta bħal dik li l-Microinvest se żżid lasstenza għal €70,000 lil dawk f’Għawdex, kif taraw li se taffettwa investiment ġdid? Kellkom kumpaniji li wara li tħabbret il-proposta bdew jistaqsu dwarha? Din waħda mill-miżuri importanti tal-baġit għax tinċentiva lill-investitur Għawdxi u tirrikonoxxi l-isfidi akbar li għandu minħabba l-insularità doppja. Miżura bħal din u oħrajn simili huma parti mill-proposti elettorali tal-Gvern Laburista u li meta fassalthom kienu jirriflettu għarfien serju tal-isfidi li għandhom l-investituri Għawdxin. Infatti, kemm bħala proposta elettorali kif ukoll bħala miżura tal-baġit, kien hemm interess kbir dwarha. Hija prova oħra li aħna tassew nagħtu widen, nipproponu u nwettqu. 3. Hemm ukoll il-proposta li għal impjieg ġodda

1. 18 | Baġit Novembru 2017

MINISTERU GĦAL GĦAWDEX

Proġetti u Inizjattivi ġodda

mal-privat f’Għawdex, Wasalna se jkunfihemm rifużjoni totali fil-baġit ta’ €4.3 miljuni. Din mhix somma stadju avvanzat ta’ ħruġ ta’żieda tenders sabiex jitlestew il-proġetti mibdija fil-leġiżlatura naħdmu fuq ta’ €6,000 fuq kull impjegat b’kuntratt ta’ tliet sninpreċedenti zgħirau uqed nfatti tammonta għal madwar 10%. Hija frott ġodda. l-istrateġija tinsab lesta jew iżjed. Din se tkunoħrajn tfisser li seTlestiet jinħoloq aktar għalta’Għawdex kemm uikkonvinċejna lill-Ministeru tal-Finanzi bilgħal konsultazzjoni pubblika u qed naħdmu sabiex jiġu ħtiġiet immedjati ta’ Għawdex biex issa tkompli xogħol f’Għawdex. Tistgħu tispjegaw aktardwar fid- il-park kummissjonati żewġ studji and ride u ring road tintuża għall-ġid ta’ Għawdex u l-Għawdxin. dettal kif din se tinħadem? Kif intlaqgħet din ilmadwar ir-Rabat, Għawdex. . proposta mis-settur privat? Kif indikat fl-istess estimi għall-2018, se sservi Ħidma kontinwa fl-oqsma tal-Konnettivita’ biex jitkomplew proġetti mibdijin, jinbdew oħrajn Din miżura oħra diretta fost ħafna oħrajn indiu Infrastruttura Il-konnettivita’l-intrapriżi u l-infrastruttura retti - immirati biex ninkoraġġixxu żgħarhuma u kruċjali ġoddau u jkunu finanzjati xogħolijiet rikurrenti filkomplejna naħdmu fuq it-tieni fibre optic medji jespandu l-attivitàgħalhekk, kummerċjali tagħhom li fil- ħidma tal-Ministeru. Tajjeb inżid li bħala allokazzjoni cable, fuq il-mina bejn il-gżejjer u tisħiħ tal-Gozo fatt toħloq aktar impjiegiChannel. għall-Għawdxin f’Għawdex finanzjarja dan il-Ministeru għandu waħda mill-inqas Ix-xogħol fuq it-toroq arterjali u sekondarji ukoll immirat ħa prominenza il-mitt jum. -Lestejna stess. Dan il-baġit mhux bissf’dawn għall-2018 ftit aktar minn €33 miljun - imma din ma tirriflettix programm ta’ xogħlijiet li diġa’ beda jitwettaq. imma għall-futur ta’ Għawdex. Diġà għaddejjin il-firxa u l-ammont ta’ xogħol li jwettaq il-Ministeru b’analiżi professjonali dwar snajja’ u ħiliet li se jkunu għal Għawdex. meħtieġa f’Għawdex fil-ġejjieni u anki naraw fejn Rekord fit-Turiżmu hemm nuqqas tagħhom. Dinswieq is-sena pproponejna proġetti speċifiċi relatati Għawdex għandu potenzjal qawwi li jattira differenti. qed miftuħ jiġu esplorati niċċeċ ġodda fis-suq u sensiela tas-sajjieda Qegħdin naħdmu idF’dan f’id ir-rigward, fi djalogu masmal-bżonnijiet permezz tarta’ reklamar f‘diversi oqsma. Qed intejjbu l-prodott turistiku settur privat biex, apparti li nistabbilixxu x’inhu riġenerazzjoni tal-Imġarr, proġett relatat malGħawdxi anki permezz tal-istrateġija dwar Eko Għawdex u meħtieġ bħala medium-u long-term, u bżonnijiet tal-bdiewa u r-raħħala permezz tal-one kalendarju kulturali ninċentivaw b’saħħtu. Għaddejja ħidma bla preċedent biex lil Kull Għawdex nadif u dan bit-twaqqif naġevolaw dan is-settur sa inżommu minn issa. investitur stopukoll shop ta’ servizzi fil-farm sperimentali tax-Xetal-Intervention Team u b’investiment f‘makkinarju ta’ tindif. iħares fit-tul u hekk ukoll qed nagħmlu aħna bħala wkija; titjib tal-prodott turistiku u għalhekk il-proġett Gvern. Kemm bħala Ministru għal Għawdex kif ukoll tal-Fanal tal-Ġordan; proġetti għall-anzjani, sports u bħala Għawdxija nifhemĦiliet sewudak li jħabbat wiċċu l- kultura li għalihom appuntu għandna żieda sostanValuri ta’ Solidarjeta‘ Soċjali imprenditur Għawdxi u -Is-servizzi wisq iktar bħala Ministru ta’ differenti zjali. u fil-komunita’ ingħataw bixra danli kull wassal biex ssostni fost l-oħrajn Gvern ħabrieki - irrid nara miżura t-tk- tinqata‘ kompletament il-lista ta’ stennija għas-servizz abbir tal-investiment privat li minnu joħroġ il-ġid 5. Kien hemm l-estensjoni ta’ inċentivi għal xiri tal-HomeHelp. Matul l-istaġun tas-Sajf, nedejna inizjattivi fosthom għall-familji Għawdxin -diversi fl-ewwel postgħat-tfal permezz ta’ inizjattivi ta’ proprjetà f’Għawdex fejn ir-rata tal- boll se sportivi u edukattivi bħal korsijiet tar-Robotica. aktar impjiegi. Gvern Laburista jemmen bis-sħiħ fl- titnaqqas minn 5 fil-mija għal 2 fil-mija. Din ilL-iskema l-ġdida tal-Organizzazzjonijiet Volontarji importanza tax-xogħol, kienet u għalhekk tagħna suċċess u l-għajta l-Work Exposure Schememiżura for the tas-sena li għaddiet x’effett ħalliet fuq ixYouth ġiet imġedda u msaħħa. ta’ xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin. xiri ta’s proprjetà f’Għawdex? Għajnuna lis-Sajjieda u lill-Bdiewa 4. Il-baġit għal MInisteru tagħkom żdied b’€4 Il-fatt li din il-miżura erġajna nkludejniha fil-maniIngħatat attenzjoni partikolari lis-sajjieda u bdiewa Għawdxin fejn miljuni. Dawn il-fondi żejda se sabiex jmorruis-sajjied fuq jipprepara xi festaħjar elettorali u ser tkun estiża wkoll f’dan il-baġit jikassisstejna għall-istaġun billi offrejna palm b’xejn flimkien mas-servizzi kemm tal-winch kienet ta’ ġid għall-familji proġett partikolari? Kiftal-lampuki se jintużaw? konferma fil-port tal-Imġarr. Tejjibna l-infrastruttura li tintuża mill-bdiewa f‘żoni Għawdxin. rurali u agrikoli u saħħaħna s-servizzi. s Huwa pożittiv immens li f’dan il-baġit, il-Ministeru B’mod ġenerali kienet ta’ għajnuna kemm għasgħal Għawdex ingħata żieda fl-allokazzjoni finan- sidien kif ukoll għax-xerrejja, imma fuq kollox għenet zjarja. Fi spejjeż rikurrenti għandna żieda ta’ €2.3 koppji żgħażagħ ifittxu residenza u jibdew jibnu miljuni u fin-nefqa kapitali żieda ta’ €1.9 miljuni - familja f’Għawdex stess.


NAĦDMU GĦAL FUTUR AĦJAR GĦAL ULIEDNA I

t-tfulija hija meqjusa bħala wieħed mill-iktar perjodi sensittivi u kritiċi filħajja ta’ bniedem, għax huwa ż-żmien li fih jibda jinbena l-karattru ta’ kull wieħed u waħda minnha. Huwa żmien li matulu t-tfal jibdew jifhmu dak li qed jiġri fl-ambjent ta’ madwarhom, filwaqt li iktar ma jikbru jibdew jagħmlu dejjem iktar kuntatt interattiv ma dawk l-iktar qrib tagħhom. Normalment it-tfal jikbru fid-dar talfamilja bijoloġika tagħhom imma dan mhux dejjem il-każ, għax sfortunatament jeżistu ċirkustanzi fejn jeħtieġ li ttfal jgħixu f’ambjent ieħor. F’Malta, ħafna drabi dawn it-tfal jiġu fostered jew inkella jgħixu f’xi istituzzjoni. Se naqsam ilħsibijiet tiegħi dwar il-qasam tal-fostering, u dwar l-impenn u l-bidliet li nixtieq nara f’dan il-qasam ferm sensittiv. Ma ninsewx fuq kollox illi dejjem qiegħdin nitkellmu fuq persuni u mhux numri. Bħala politiku, nemmen bis-sħiħ li huwa dover tagħna li nkomplu nagħmlu d-differenza għall-aħjar f’ħajjet in-nies, fis-soċjetajiet tal-lum u t’għada, u biex dan iseħħ hemm bżonn li nieħdu ħsieb it-tfal tagħna u ntuhom l-aqwa opportunitajiet possibli. Bħalissa, f’Malta hawn mal-mitejn u għoxrin tifel u tifla fostered, filwaqt li mitejn u sebgħa foster carers qed irabbu u jieħdu ħsieb dawn it-tfal. Lirwol ta’ foster carer mhijiex biċċa xogħol faċli, iżda huwa l-isforz dawn il-persuni li jassiguraw li jtellgħu dawn it-tfal b’mod indipendenti u sigur. Dan il-Gvern irid ikun id f’id ma dawk il-persuni kollha li jagħżlu li jiffosterjaw u qed jipprova jibni klima li tħeġġeġ il-fostering. Jixhdu dan is-sensiela ta’ miżuri li jolqtu direttament lil dawk il-persuni li jiffosterjaw, fejn fost oħrajn dawn il-persuni se jkunu qed jaraw żieda fl-allokazzjoni finanzjara minn sebgħin għal mitt ewro

fil-ġimgħa, għal kull tifel u tifla fostered. Din hi żieda li hija 43% iktar, u l-ewwel waħda fi 8 snin. Dawn il-miżuri qed isiru fi sfond fejn ilfamilji qiegħdin bħala fatt, jaraw iktar impenn mill-Gvern, fejn tidħol kura għattfal, wara li ġiet introdotta c-‘‘childcare’’ b’xejn’ għal min jaħdem, ‘‘breakfast clubs’’ fl-iskejjel tal-istat, tablets b’xejn għal studenti tar-reba’ sena, kienu estiżi l-ġimgħat tas-‘‘summer school’’, transport b’xejn għall-iskejjel u eżamijiet b’xejn għas-SEC u l-MATSEC. Dan kollu qed juri l-impenn ċar u qawwi tal-Gvern favur it-tfal, għax verament nemmnu li jekk nibnu l-qafas u struttura b’saħħitha, se nkomplu nħeġġu iktar nies jiffosterjaw u nagħmlu differenza fil-ħajja ta’ dawn it-tfal. Nifhem li lgħajnuna finanzjara mhux biżejjed u se nkomplu nsaħħu wkoll is-servizzi ta’ sapport kemm għat-tfal infushom kif ukoll dawk li qed jieħdu ħsiebhom. Ninsab konxju wkoll mis-sitwazzjonijiet diffiċli li jinqalaw, speċjalment meta jkun hemm tensjonijiet bejn il-foster carers u l-ġenituri bijoloġiċi tagħhom. Il-biża naturali hi li dawn it-tfal jittieħdu lura millġenituri propja tagħhom. Għalhekk hemm bżonn li l-aġenziji ta’ sapport ikomplu jifhmu u jagħtu l-assistenza tagħhom lil dawk kollha involuti fis-settur tal-fostering. Fuq kollox l-attenzjoni individwali lit-tfal hija l-iktar ħaġa importanti, speċjalment jekk din l-instabilita tippersisti anke meta jiġu fostered. Ninsab kommess, li nkomplu niddiskutu mal-istakeholders kollha involuti, u fuq kollox nifhmu u nagħtu attenzjoni liċċentru ta’ dan kollu; it-tfal infushom. Għalhekk ejja lkoll nagħmlu l-almu tagħna, biex nagħtu lil uliedna il-kunfidenza neċessarja biex jimxu l’ quddiem f’relazzjonijiet siguri u stabbli.

1. Baġit Novembru 2017 | 19


BAĠIT 2018 il-miżura hu li l-edukazzjoni tkun aktar aċċessibbli għal kulħadd. Din il-miżura se tnaqqas id-diffikultajiet finanzjarji li setgħu kienu qed iwasslu biex student ma jagħmilx dawn l-eżamijiet. Ftit tal-ġimgħat ilu, għall-ewwel darba wkoll, il-past papers tal-Olevels u anke tal-A-levels tal-MATSEC jinsabu aċċessibbli għall-pubbliku b’xejn.

Ministru Evarist Bartolo, il-Gvern laħaq ftehim finanzjarju mal-MUT. X’għan għandu dan il-ftehim? Dan il-ftehim se tkun paġna ġdida għallgħalliema u edukaturi f’pajjiżna. Mad-9,300 professjonist fl-edukazzjoni se jara l-pakkett finanzjarju tiegħek jissaħaħ b’żidiet bla preċedent, iżda dan ilftehim se jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom ukoll. L-iskop ta’ dan it-titjieb huwa li jpoġġi l-edukaturi fl-istess livelli ta’ professjonisti oħrajn, u magħha żieda fir-rispett li din il-professjoni tgawdi. Sar ħafna investiment dan l-aħħar fuq lgħodda, minn kompjuter f’kull klassi għal laptops ġodda għal kull edukatur, pero issa irridu naraw li nnaqsu piżijiet żejda fuq l-għalliema u ninvesti fuq fin-nies biex jkunu jistgħu jagħtu esperjenza edukattiva aħjar lit-tfal tagħna. Nitkellmu fuq edukazzjoni iżjed interessanti u iktar wiesa’. B’mod tanġibbli din xi tfisser u kif se ssir? Meta nżur negozji u ħaddiema Maltin ta’ spiss insaqsi x’tip ta’ edukazzjoni rċievew u kif waslu s’hawn. Ta’ spiss jgħidulek li jitgħallmu għal rashom, jew blesperjenza fuq post tax-xogħol jew li saħansitra tagħlmu l-ħiliet tagħhom bi tutorials online. Insaqsi lili nnifsi kif sistema edukattiva bħal tagħna, fejn fiha ninvestu ammonti kbar, m’aħniex kapaċi noffru xi ħaġa lil dawn it-tfal u żgħażagħ fis-sistema innifisha biex jitgħallmu b’mod iżjed strutturat li twassalhom għal kwalifiċi akkreditati, li għada pitgħada jaf jkollhom bżonn meta ifittxu impjieg. Waħda mirraġunijiet prinċipali għaliex ġie mniedi ‘Il-Vjaġġ Tiegħi’ (myjourney.edu.mt) huwa biex it-tfal u

1. 20 | Baġit Novembru 2017

żgħażagħ tagħna fl-iskejjel jitgħallmu b’modi differenti. Persuna tista titgħallem fi klassi bilqegħda, pero tista titgħallem ukoll f’laboratorju billi tħaddem it-teorija, f’workshop billi tibni xi ħaġa b’idejha jew fuq post tax-xogħol b’taħriġ speċjalizzat. Dan huwa wkoll tagħlim u jiswa daqs kull tip ta’ tagħlim ieħor. Waħda mid-disgrazzji tal-istorja tal-edukazzjoni ta’ pajjiżna kienet meta ingħalqu l-iskejjel tal-isnajja u ma’ ingħatatx alternattiva għalihom. Hemmhekk tlifna ġenerazzjoni. B’dawn it-tibdiliet se naraw li, b’mod ekwu, it-tipi ta’ ħiliet differenti jingħataw listess importanza biex nolqtu l-interessi varji tat-tfal tagħna. L-edukazzjoni tista’ tkun ta’ piż fuq bosta familji. B’liema metodi u inizjattivi qed intaffu dan biex niżguraw li uliedna ma jaqgħux lura u naraw li lopportunitajiet huma miftuħa bl-istess mod għal kulħadd? Hekk kif komplejna ngħinu lill-istudenti li ma’ għaddewx mill-core subject tal-O’ levels biex fissajf, ħejjejna ‘revision classes’ bla ħlas li fuq medda ta’ erba snin tajna għajnuna lil madwar 4,300 student u mhux ser nieqfu hawn iżda se inkomplu ndaħħlu inizjattivi simili fejn intlaqtu tajjeb ħafna minn bosta studenti u ġenituri. It-Tnejn li għadda fetħu l-applikazzjonijiet għalleżamijiet tal-MATSEC b’roħs bin-nofs fil-miżati. Kif imwiegħed fil-baġit ta’ din is-sena u fil-manifest talGvern, daħal fis-seħħ ir-roħs tal-miżati tal-MATSEC. Din is-sena r-roħs se jkun bin-nofs, filwaqt li missena d-dieħla se jkunu b’xejn. L-għan aħħari ta’ din

L-irwol tal-edukatur huwa l-qofol tal-edukazzjoni ta’ pajjiżna li jisarraf f’uliedna għas-soċjeta’ talfutur. Kif qed nuru l-apprezament tal-għalliema għall-kontribut siewi tagħhom? Napprezza immens u nirringrazzja lil dawk kollha li kontinwament jikkontribwixxu u jaħdmu sabiex ilġenerazzjoni li jmiss tkompli ttejjeb fuq dak li għamilna s’issa. Għal dawk li jaħdmu wara lkwinti – l-edukaturi kollha, prinċipali tal-kulleġġi, kapijiet tal-iskejjel, l-għalliema, l-LSAs u l-konsulenti b’mod speċjali dawk li jagħtu l-isforz żejjed li jgħinu liżżgħażagħ tagħna, kif ukoll lil dawk li ma jarawx ‘tfal difficli’ quddiemhom iżda persuni li jeħtieġu lgħajnuna, qegħdin ikunu pilastru tas-sistema edukattiva. Nifhem li x-xogħol tal-għalliem huwa fost l-iktar diffiċli li qatt kien. Pressjoni minn fronti differenti, tfal b’abbiltajiet u sfondi differenti u attention span difficli biex tikkonkwista. L-għalliem qed jikkompeti mal-playstations, mal-ipads, mat-televiżjoni u ma ħafna affarijiet li jiġbdu l-interessi tat-tfal. Dawn m’humiex xi affarijiet ġodda, iżda l-intensita’ tagħhom dejjem tiżdied. Qatt ma kienet faċli u ċertament mhiex iktar facli illum. Nitkellmu mat-tfal u jgħidulna huma stess dawn l-affarijiet. Konvint ukoll li rridu nħeġġu iżjed żgħażagħ jidħlu f’dan ilqasam u se naħdmu biex nindirizzawha. Sa tmiem din is-sena skolastika, l-Istitut tal-Edukazzjoni qed jippjana li jfassal żewġ korsijiet ta’ Baċellerat u Masters għas-supply teachers biex tiġi indirizzata lproblema ta’ nuqqas ta’ għalliema fl-iskejjel u jsiru għalliema regolari.


Clifton Grima, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat

Sport 2017-18

Is-sena 2017 kienet sena mpenjattiva ħafna għall-qasam tal-isport f’Malta. Kien hemm ħidma ntensiva ħafna, kemm fuq livell lokali, kif ukoll dak Ewropew, li bdiet matul il-Presidenza, fejn inħoloq il-Pjan ta’ Ħidma Ewropeja għall-isport mis-sena 2018 sas-sena 2020, kif ukoll saret diskussjoni wiesa dwar l-inklużjoni soċjali permezz tal-iSport u permezz tal-volontarjat. X’qed jagħmel il-gvern sabiex iżid il-parteċipazzjoni fl-attivita’ fiżika u l-isport? Il-Gvern wera u qed juri mpenn sħiħ biex izid ilparteċipazzjoni fl-attivita` fiżika u l-isport, biex b’hekk jonqos ir-riskju ta’ mard relatat mal-inattivita`, fosthom obeżita, dijabete, u mard tal-qalb. Malta ta’ spiss tissemma f’diversi rapporti u riċerki lokali u nternazzjonali bħala l-aktar pajjiz li fih nisa u rġiel ta’ piż żejjed. Biex tiġi ndirizzata din il-problema u sabiex il-poplu Malti jkun aktar b’saħħtu, kemm fiżikament u anke mentalment, matul din is-sena, SportMalta żiedet il-programmi sportiva tagħha, u ntlaħaq numru rekord ta’ parteċipanti li ħadu sehem fil-programmi sportivi, kemm fis-sajf, b’aktar minn 6000, kif ukoll fix-xitwa, b’aktar minn 7000, immexxija minn aktar minn 350 kowċ. Aparti l-investiment u x-xogħol fil-faċilitajiet sportivi, matul is-sena 2018, se jkomplu jiġu żviluppati programmi ta’ Edukazzjoni u promozzjoni tal-isport u l-attivita’ fiżika, flimkien ma’ programmi ġodda u akkademji, li mistennija jattiraw aktar parteċipazzjoni, b’emfasi partikulari fuq l-inklużjoni ta’ persuna ta’ kull abilita`. Matul is-sena 2018, l-atleti tal-iSpecial Olympics se jingħaqdu mal-programmi ta’ SportMalta, jużaw il-kumplessi ta’ SportMalta, u l-ħlas tal-kowċis tagħhom isir minn SportMalta, biex verament ikunu nklużi. Dan se jwassal ukoll għall-iktar bżonn ta’ riżorsi umani, u ta’ aktar bżonn ta’ preparazzjoni biex is-servizz offrut ikun wieħed ta’ kwalita gholja li jispira lil kull parteċipant biex jibqa’ attiv tul il-ħajja kollha. X’inhu l-impenn ta’ dan il-Gvern sabiex jintlaħaq il-livell meħtieġ mill-atleti Matlin? Il-Gvern jemmen li hemm bżonn ta’ aktar faċilitajiet sportivi adekwati u ta’ livell għoli biex iktar persuni jkunu attivi u biex ikun jista’ jintlaħaq il-livell meħtieg mill-atleti Maltin. Barra minn hekk, il-mira

tal-gvern hi li Malta ssir destinazzjoni mportanti flEwropa għat-Turiżmu Sportiv. B’aktar faċilitajiet ta’ livell għoli, pajjiżna jista’ jattira aktar kompetizzjonijiet internazzjonali u training camps. Dan is-settur tatturiżmu jista’ jikkontribwixxi ghal aktar impjiegi u jkompli jzid mat-tkabbir ekonomiku sostanzjali li lpajjiżi kellu f’dawn l-aħħar 4 snin. Għal dan il-għan, matul din is-sena tlestew, jew qed isiru xogħolijiet ta’ bini u manutenzjoni ta’ diversi faċilitajiet, fosthom ittrakka tal-ġiri f’Santa Luċija, xogħol fl-art u l-istands tal-Pixxina tal-Qroqq, ir-restawr tal-faċilita` tal-lotta fin-Naxxar, kif ukoll xogħol estensiv fil-Padiljun talBasketball ġewwa Ta’ Qali, bl-ewwel fażi ta’ dan talaħħar tlaħħaq spiża ta’ nofs miljun ewro. Xi proġetti għandu l-Gvern biex ikompli jkabbar is-settur sportiv f’Malta? L-impenn tal-Gvern lejn l-isport se jkompli jikber sostanzjalment matul is-sena 2018. Għal dan ilgħan l-ispiża kapitali se tittrippla, minn 2.7 miljun din is-sena, għal 8.1 miljun. Dan se jwassal għallinvestiment kbir fl-infrastruttura sportiva. Matul issena 2018, se titlesta l-ewwel fażi tal-Proġett taxShooting Range Internazzjonali ġewwa ta’ Kandja li se jospita f’Malta l-kampjonat dinji tal-isparar f’Ġunju. B’investiment ta’ nofs miljun ewro, se jsir resurfacing tat-telgħa tal-Imtaħleb, biex l-entużjasti tal-hill climb ikollhom post xieraq fejn jipprattikaw l-isport tagħhom. Proġett ieħor se jsir fis-sit tal-ex skola ta’ Maria Assunta, fejn se jitlestew l-ewwel fażi tal-iSnooker hall u l-Handball court, waqt li jsiru pjanijiet għall-faċilitajiet tar-raffa boċċi u t-Table Football. Se jkun qed isir ukoll investiment fil-qasam tal-Atletika, fejn it-trakka tal-Marsa se tinqala’ u tinbidel wara 25 sena li saret. Proġett ambizzjuż ieħor li se jibda s-sena d-dieħla huwa l-bini tal-pixxina indoor ta’ daqs Olimpiku filKumpless Sportiv tal-Kottonera. B’hekk se jkun

MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, SPORT U GĦAQDIET TAL-VOLONTARJAT

hemm iktar spazju fejn iktar għawwiema u timijiet tal-waterpolo jistgħu jipprattikaw l-isport tagħhom. Dan il-proġett se jsir bi spiża kapitali ta’ 6 miljun ewro. F’Marsaskala, se jsir ukoll football pitch ġdid b’investiment ta’ żewġ miljuni, kif ukoll pixxina. Se jsir ukoll xogħol ieħor ta’ manutenzjoni fil-bini tal-Pixxina Nazzjonali, kif ukoll se tiġi nstallata sistema ta’ arja kundizzjonata fl-isquash courts f’dan il-Kumpless. Barra minn dan ix-xoghol kollu biex l-infrastruttura sportiva titjieb, kemm ghall-użu tal-parteċipanti lokali u ta’ dawk barranin, hemm diversi talbiet biex għaqdiet sportivi jakkwistaw siti f’Malta u f’Għawdex u b’hekk anke jkollhom il-kapaċita legali biex jinvestu fihom u jikkummerċjalizzawhom, skond il-liġi talKummerċjalizzazzjoni tal-Faċilitajiet Sportivi. Bl-akkwist ta’ dawn il-faċilitajiet, l-għaqdiet sportivi jistgħu jsiru aktar sostenibbli u jkun jista’ jsir aktar investiment mill-qliegħ li jagħmlu minnhom, flok jibqgħu jiddependu biss fuq għotjiet mogħtija millgvern jew minn xi sponsors. Dan l-investiment kollu jkompli jikkonferma kemm il-Gvern qed jaghti mportanza lill-isport u lattivita’ fiżika f’kull livell, kemm dak ta’ parteċipazzjoni f’livell bażiku, jew grassroots, u anke f’dak f’livell kompetittiv, jew elite. Dawn tal-aħħar jistgħu jkabbru s-suċċessi tagħhom fil-qasam internazzjonali u jwasslu l-Maltin biex ikunu aktar kburija bħala nazzjon, u biex aktar tfal u żgħażagħ jitħajru jibdew l-isport. Dan huwa mpenn li l-Gvern qed jagħti biex lisport ikompli jsir aċċessibli għal kulħadd, biex aktar persuni ta’ kull eta` jkunu attivi u sportivi, biex lgħaqdiet sportivi isiru iktar sostenibbli, biex ikollna aktar suċċess fl-isport internazzjonali, biex jinħolqu iktar impjiegi fl-isport, biex l-isport jikkontribwixxi aktar lejn l-ekonomija ta’ Malta, u biex finalment ikollna poplu iktar b’saħħtu u kuntent.

1. Baġit Novembru 2017 | 21


BAĠIT 2018 dan il-pass, iżda l-Gvern qiegħed jagħmel dak kollu li jista’ biex jinċentiva lill-poplu, u fl-istess waqt jgħinu b’mod finanzjarju sabiex jaqleb għal dan il-mod alternattiv mingħajr ma jweġġa’ butu. Din is-sena ser nimplimentaw ukoll skema li toffri tax rebate sa €300 fuq kull impjegat, b’massimu ta €250,000 lil kumpaniji li jorganizzaw trasport għall-impjegati tagħhom. Dan sabiex innaqqsu d-dipendenza fuq il-karozza privata, filwaqt li ntaffu l-ispiża tal-ivjaġġar ta’ kuljum lejn il-post tax-xogħol tagħhom. Jekk nieħdu s-suq tal-propjetà, ser inkunu qegħdin nestendu wkoll l-iskema tal-First Time Buyers li qed tgħin tant koppji u individwi sabiex jixtru l-ewwel propjetà tagħhom u jiffrankaw sa madwar €5000 fuq it-taxxa tal-boll. B’dan ilmod, dawn l-individwi jkunu jistgħu jiksbu l-indipendenza tagħhom, filwaqt li jinvestu f’ass ta’ valur finanzjarju. L-iskema qed tgħin ukoll lil xi wħud biex joħorġu mis-suq tal-kera, u b’hekk jinvestu flushom fi propjetà li tkun tagħhom. Mhux hekk biss; se ngħinu wkoll lil dawk l-individwi li jixtiequ jixtru t-tieni propjetà tagħhom waqt li jbigħu l-ewwel proprjetà li forsi minħabba ċirkostanzi ġodda ma tkunx għada tajba għalihom – dawn ħa jkunu jistgħu jiffrankaw sa massimu ta 3000 ewro fit-taxxa tal-boll . Din ilmiżura ser tkun anke ta’ benefiċċju lill-ġenituri li għandhom iben jew bint b’diżabilità u anke għal persuni li jgħixu waħedhom u għandhom xi diżabilità. Ser tkompli wkoll l-iskema ta’ rifużjoni lill-First Time Buyers ta’ spejjeż fuq xogħol ta’ restawr f’żoni skedati. Jiena għalhekk naħseb li ħafna mill-miżuri li jmissu b’xi mod jew ieħor mal-Ministeru li jien flimkien mal-kollega tiegħi is-Segretarju Parlamentari tal-Ippjanar u s-Suq tal-Propjetà Chris Agius, responsabbli tiegħu huma miżuri li ser igawdu minnhom b’mod tanġibbli u finanzjarju lpoplu Malti u Għawdxi. Qegħdin nisimgħu ħafna fuq l-aġenzija tat-toroq – tista’ tispjegalna r-rwol ta’ din l-aġenzija?

Taħseb li l-baġit 2018 ser jolqot il-bwiet talMaltin u l-Għawdxin fl-oqsma li jaqgħu taħt ilMinisteru li int responsabbli għalih? Jiena nemmen li dan il-Baġit kien tassew wieħed li jagħti mingħajr ma jieħu f’kull qasam. Jekk nieħdu s-settur tat-trasport, jiena konxju li ħafna familji jaffaċċjaw spejjeż kbar sabiex jiffinanzjaw it-trasport ta’ uliedhom, kemm dawk li jattendu l-iskola sa livell sekondarju, kif ukoll oħrajn li jattendu istituzzjonijiet post-sekondarji jew terzjarji. Għalhekk, din is-sena ser nestendu l-benefiċċju ta’ trasport pubbliku b’xejn għażżgħażagħ kollha li għandhom bejn is-16 u l-20 sena, sabiex intaffu l-ispiża tal-ivvjaġġar fuqhom u fuq il-familji tagħhom, filwaqt li ninċentivawhom biex jagħmlu użu minn dan il-mod alternattiv. B’din l-inċentiva kull familja ser tkun qegħda tiffranka sa massimu ta’ €312 għal kull tifel jew tifla. Barra li inċentiv bħal dan ikun qed jgħinhom finanzjarjament, ikun qiegħed igħinhom ukoll biex jiffrankaw il-ħin milli joqogħdu jsuqu minn post għall-ieħor, ħin li fil-ġurnata tal-lum jiena żgur li jista’ jintuża b’mod aħjar. Se nagħmlu wkoll studji estensivi sabiex mis-sena skolastika 2018, inkunu nistgħu noffru t-trasport b’xejn għallistudenti kollha li jattendu skejjel tal-knisja kif ukoll dawk indipendenti. Iżda mhux biss. Jiena nemmen ukoll li għandna naħdmu qatigħ sabiex niksbu l-miri li għandna għall-vetturi li jaħdmu bl-elettriku, liema miri

1. 22 | Baġit Novembru 2017

nħoss li huma ġusti u li huma bżonnjużi sabiex tassew nissalvagwardjaw l-ambjent. Għalhekk, dan il-Baġit qiegħed jinċentiva lil dawk kollha li jagħżlu li jaqilbu għal vettura elettrika jew ibrida plug-in billi jiġu eżentati mill-ħlas tat-taxxa tarreġistrazzjoni, kif ukoll mil-liċenzja tat-triq għal ħames snin. Nixtieq inżid ukoll li qegħdin naħdmu bla heda sabiex inżidu l-faċilitajiet għal aktar charging points sabiex dawk li jinvestu f’karozzi elettriċi, ikunu jistgħu jagħmlu użu komplut minnhom. Jiena nifhem li mhuwiex faċli tagħmel

Kif spjegajna f’okkażjonijiet oħrajn, għandna quddiemna sena ta’ konsultazzjoni fil-mixja lejn it-twaqqif ta’ din l-aġenzija li se tkun responsabbli mit-toroq. Dan ma jfissirx li din se tieħu xxogħol mill-entità Transport Malta. Anzi, dawn it-tnejn se jkunu qegħdin jaħdmu id f’id, sabiex Transport Malta – bl-esperjenza tagħha fis-settur u l-aġenzija li ser tkun mibnija fuq parametri oħra, ikomplu jibnu fuq dak ix-xogħol siewi li diġa sar f’dawn l-aħħar snin. Id-differenza hi li lAġenzija ser ikollha bħala mir prinċipali l-pjanifikazzjoni u t-twettiq tal-proġett tas-€700 miljun. B’hekk, se jkun hemm entità li hija dejjem iffukata fuq dan ix-xogħol, filwaqt li tonqos il-pressjoni fuq Transport Malta sabiex din tibqa’ għaddejja bil-ħidmiet fid-diversi setturi tagħha. Nixtieq inżid li kif ġieli tennejt, f’dawn l-aħħar


dawn it-toroq. Fl-istess ħin, l-aġenzija ma tistax titwaqqaf kif ġieb u laħaq; importanti li ssir ilkonsultazzjoni kollha li hemm bżonn. Għalhekk, beħsiebna li nkomplu naqdfu bl-enerġija pożittiva tagħna u nużaw ir-riżorsi kollha li għandna biex dan ix-xogħol jingħata bidu. Biss ngħid li fejn matul din is-sena kurrenti kellna investiment ta’ €13-il miljun biex intejbu l-infrastruttura tat-toroq, għas-sena 2018 ser naraw qabża sostanzjali għal €58.65 miljun ewro għal dan il-għan. Nafu li l-iżvilupp jista jkun ta piż fuq l-ambjent tagħna – kif qiegħed jissalvagwardja lambjent il-Baġit 2018 fl-oqsma tal-Ministeru ?

xhur ma qgħadniex id fuq id nistennew li tasal is-sena 2018, imma ħdimna u stinkajna biex għamilna proġetti li digà qed iħallu l-impatt tagħhom. Barra l-Proġett tas-€700 miljun, x’xogħlijiet hemm iktar fil-futur immedjat? Matul is-sajf, rajna ‘l fuq minn 25 proġett fittoroq tagħna. Dan ix-xogħol sar bħala parti minn pjan ta’ xogħlijiet short, medium u long-term maħsuba biex itaffu l-konġestjoni filwaqt li jżidu s-sigurtà fit-toroq tagħna. Indirizzajna bosta bottlenecks problematiċi, fosthom viċin iċ-Ċimiterju ta’ Ħal Lija u viċin l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Bħalissa għaddej xogħol f’junction ewlenija f’Ħal Qormi, fi Triq Manwel Dimech u żżewġ roundabouts fit-trufijiet tagħha. Għalkemm il-proġett tal-Marsa junction kien skedat li jibda fis-sena 2018, fil-gimgħat li għaddew bdew xi preparamenti essenzjali biex dan il-proġett ikun jista jitwettaq. Filfatt, għada, it-Tnejn 13 ta’ Novembru, se jibda x-xogħol ta’

twaqqigħ bħala parti mill-ewwel fażi. B’dan ilproġett is-sewwieqa li jgħaddu min-nofsinhar ta’ Malta ser ikunu qegħdin jaraw twessigħ ta’ diversi toroq fl-inħawi, kif ukoll il-bini ta’ 7 flyovers, li se jeliminaw għal kollox it-traffic lights, u b’hekk il-vetturi ser ikunu jistgħu jibqaw għaddejin fiddirezzjoni li jkunu sejrin. Dan il-proġett ser itaffi l-problemi kbar ta’ konġestjoni li hemm fil-Marsa, u se jaffettwa b’mod pożittiv lil-lokalitajiet kollha tan-Nofsinhar ta’ Malta, kif ukoll dawk taċ-ċentru li jingħaqdu ma’ din il-ħolqa prinċipali. Il-proġett se jiswa madwar €70 miljun, investiment li se jtejjeb fiċ-ċert il-kwalità tal-ħajja talpoplu. Kif ħabbarna ftit tax-xhur ilu ser nindirizzaw ukoll il-bottlenecks fir-roundabout ta’ Santa Luċija, fejn se jinbnew zewġ mini sabiex jikkumplimentaw l-istruttura eżistenti. Barra dawn il-proġetti ta’ skala kbira, se jsiru wkoll uħud mill-160 triq li qatt ma saru qabel, u li fihom jgħixu r-residenti. Ma nistgħux noqogħdu nistennew sakemm tiġi mwaqqfa l-aġenzija sabiex nibdew naħdmu għal dawn ir-residenti ta’

L-ambjent tagħna huwa xi ħaġa li hija biss mislufa lilna mid-dinja li ngħixu fiha u millġenerazzjonijiet ġejjiena. Għalhekk, huwa tassew importanti li dan ikun issalvagwardjat u li xxogħol isir bl-aktar mod sostenibbli. Dan il-baġit ra kif ikompli jibni fuq ix-xogħol tal-Ministeru billi, kif għedna, ninċentivaw aktar trasport alternattiv bħall-użu tal-ferries, roti, mixi, vetturi elettriċi u trasport pubbliku. Iktar ma kull wieħed u waħda minna ngħinu biex innaqqsu l-karozzi privati mit-toroq tagħna, iktar igawdi l-ambjent tagħna u aħna miegħu. Qegħdin naħdmu qatigħ favur iċ-ċikliżmu – se nestendu l-iskema fejn ngħinu lill-kunsilli li jdaħħlu bicycle racks, filwaqt li nkomplu nippromwovu l-bicycle sharing u nlestu l-infrastruttura tagħna sabiex takkomoda aħjar liċċiklisti. Fil-baġit issemmew żewġ rotot li qed insejħulhom kuruduri urbani li ser jinħolqu sabiex dawk li jużaw ir-rota jew dawk li jippreferu jimxu jkunu jistgħu jivvjaġġaw fiż-żoni urbani b’mod aktar sigur. Fil-qasam tal-ippjanar, qegħdin nippruvaw nagħmlu użu minn propjetajiet vakanti fl-Urban Conservation Area, fejn ittaxxa tal-boll tonqos minn 5% għal 2.5% għal dawk li jagħżlu li jixtru u jirrestawraw dawn ilpropjetajiet minflok ifittxu oħrajn ġodda, u b’hekk innaqqsu d-domanda għall-iżvilupp.

Ma nħossx li wieħed hemm bżonn jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li dan il-baġit huwa wieħed tassew pożittiv, fejn il-poplu ingħata mingħajr ma kellu jagħti lura. Bħala Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali inħoss li għandna bosta inċentivi għall-familji tagħna filwaqt li jien min-naħa tiegħi inwiegħed li inkompli naħdem bl-istess rieda, enerġija u pożittività flimkien mal-kollega tiegħi l-Onor. Chris Agius biex nkomplu nwettqu dmirijietna. 1. Baġit Novembru 2017 | 23


BAĠIT 2018

Linji tal-ajru oħra bħal Ryanair u Easyjet iżidu t-titjiriet lejn pajjiżna

Go Light

Sabiex nżidu r-rotot u l-frekwenza tat-titjiriet

1. 24 | Baġit Novembru 2017


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.