maltabudget21.com
www.inewsmalta.com
VIP Handling Business Jet Charter Aircraft Fuel Flight Support VIP Chauffer Concierge Services
executive
a sky high vision with feet planted firmly on the ground.
Executive Aviation Malta Ltd. Apron 3, Malta International Airort, Luqa 4000, Malta, Europe Phone: +356 9990 0747 | +356 9944 1432 Email: ops@executivefbo.com | Website: www.executivefbo.com
EDITORJAL
Baġit b’ruħ soċjali
Q
uddiem il-baġit preżentat nhar it-Tnejn, ilkummenti b’mod ġenerali kienu pożittivi mmens. Ma setax ikun mod ieħor. Quddiemna għandna baġit soċjali, li se jagħti imbutattura lil ħafna nies f’dik li hi kwalità tal-ħajja. Mhux hekk biss, imma se jara li tinżamm ukoll il-kwalità tal-ħajja eżistenti għal eluf u eluf oħra ta’ familji u dan billi qed jissalvagwardja l-impjiegi.
dan li fl-aħħar xhur u fil-baġit ta’ nhar it-Tnejn il-Gvern se jagħti l-għajnuniet li fassal.
Baġit li ovvajment qed isir f’ċirkostanzi straordinarji. Ċirkostanzi fejn pajjiżna u d-dinja kollha qegħdin jiġu affettwati b’mod negattiv ħafna mill-effetti tal-Covid-19. Hu żmien li qed naraw ekonomiji għarkobbtejhom u oħrajn bi problemi kbar.
Is-settur kummerċjali, se jkun qed igawdi minn għadd ta’ inizjattivi fosthom il-ħruġ mill-ġdid ta’ vawċers. Dan għen lil ħafna familji. Se jkun qed jagħti ukoll nifs lin-negozji.
Ma tistax tħares lejn dan il-baġit b’dak li qed jiġri f’Malta biss. Trid tara dan il-baġit f’kuntest sħiħ u żżomm f’rasek dak li qed jiġri barra minn pajjiżna. Jekk nieħdu l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea naraw li dawn se jkollhom żieda kbira fid-dejn. L-Italja, id-dejn tagħha se jkun tela’ għal 160 fil-mija. Spanja resqu lejn 120 fil-mija, Renju Unit se jaqbeż il-100 fil-mija, Ġermanja 70 fil-mija u Franza id-dejn se jitla’ għal 110 fil-mija. Quddiem dan, is-sitwazzjoni f’pajjiżna hi differenti. Id-dejn mistenni jkun ta’ 59 fil-mija tal-ġid nazzjonali. Dan joffri ċ-ċans li pajjiżna jkollu spazju fejn jimmanuvra f’dik li hi għajnuna. Dan ma seħħx kumbinazzjoni. Dan seħħ għax pajjiżna fis-snin li għaddew kien bil-għaqal. Pajjiżna, id-defiċit u l-iżbilanċ finanzjarju li Malta kienet mgħobbija bih, tant li konna dħalna fl-‘Excessive Defiċit Procedure’, ġie trattat minn Gvern Laburista. Gvern li d-defiċit dawwru f’surplus. Hu minħabba
EDITUR: VICTOR VELLA
Tispikka il-miżura tal-Wage Supplement li tant kienet importanti biex ħaddiema baqgħu fl-impjieg tagħhom, issa se tkun estiża sa Marzu li ġej. Din tfisser spiża ta’ xejn inqas minn €30 miljun fix-xahar, spiża li tista’ tinħareġ biss, għax gvern ikollu il-finanzi tiegħu sostenibbli. Xi ħaġa simili qatt ma setgħet issir bil-finanzi imfarrkin kif kienu taħt Gvern Nazzjonalista.
Dan hu baġit li se jkun qed jagħti imbuttatura lill-pensjonanti. Żieda ta’ €5 fil-ġimgħa. Din hi żieda li m’hemmx dubju se tkun ta’ għajnuna kbira għalihom. Il-ħaddiema se jingħataw ukoll żieda ta’ €1.75 għall-għoli tal-ħajja, flimkien ma’ ġurnata leave li kienet insterqitilhom. Hemm għadd ta’ kategoiji oħra ta’ persuni li se jiggwadanjaw minn diversi benefiċċji, u li għandhom iwasslu għal titjib filkwalità tal-ħajja tagħhom. Bla dubju ta’ xejn li dan il-baġit, hu baġit ta’ gvern li mhux biss għandu ruħ soċjali, imma qed iħares għal quddiem. Qed iħares lejn dak iż-żmien meta l-pandemija tkun fi tmiemha. B’dak imħabbar mhux biss se jinżammu l-ħaddiema fl-impjieg, mhux biss se nżommu u ntejbu l-livell tal-għixien, imma se nkunu ppreparati biex mat-tmiem tal-pandemija l-ekonomija tagħna tirranka ‘l quddiem qabel dik ta’ pajjiżi oħra.
STAMPAT U PPUBLIKAT: UNION PRINT CO. LTD., VALLETTA , +356 2590 0200
MALTIN B’SAĦĦITNA ’L QUDDIEM B U D G E T 2 0 2 1
Prim Ministru
Robert Abela
L-aqwa baġit fl-istorja ta’ pajjiżna
maltabudget21.com
Maltin B’saħħitna ‘l quddiem Dan huwa baġit tal-lum, imma baġit ta’ għada.
Eżerċizzju b’saħħtu li jagħti każ dak li huwa meħtieġ issa fl-immedjat, iżda għandu viżjoni fit-tul, tal-inqas għal għaxar snin li ġejjin. F’nofs din il-pandemija, din l-ikbar kriżi mill-gwerra ‘l hawn, il-gvern ma rtira ebda benefiċċju minn li daħal fl-aħħar seba’ snin, anzi, żied ħafna magħhom. Baġit ieħor bla taxxi ġodda. Baġit li jagħti biss lill-familji u lin-negozji. Fuq kollox dan hu baġit li qed jikkonferma li Malta hija mmexxija minn moviment li tassew jemmen fil-Maltin u l-Għawdxin. In-nies tifhem li għandha gvern li kapaci jieħdu d-deċiżjonijiet u li dan iwassal biex jissaħħu n-negozji u tibqa’ titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-pensjonanti u l-familji.
Qed ngħinu lill-ħaddiema kollha permezz ta’ rifużjoni tat-taxxa ta’ bejn €45 u €95 filwaqt li qed ngħinu koppji żgħażagħ jixtru l-ewwel propjetà tagħhom b’rata inqas ta’ taxxa sa propjetà ta’ €200,000. Fuq kollox qed ngħinu u npoġġu s-sisien sabiex l-ekonomija tagħna terġa’ titlaq tiġri wara l-Covid-19 billi qed naħdmu fuq strateġija għat-turiżmu, għall-ekonomija diġitali u l-ekonomija l-ħadra. Il-gvern għal darba qed jinvesti f’numri bla preċedent f’oqsma bħas-saħħa, l-infrastruttura u l-edukazzjoni. Dan huwa baġit ta’ Gvern wieħed, b’saħħtu li hu kburi b’pajjiżu. Il-Maltin huma b’saħħithom u sejrin ‘il quddiem.
Titjieb il-kwalità tal-ħajja b’mod b’saħħtu permezz ta’ għadd ta’ benefiċċji soċjali u żidiet ta’ benefiċċji stabbiliti bħal ma hi ż-żieda fil-children’s allowance, l-in-work benefits u anke l-għajnuna supplimntari.
UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
Il-Gvern laqat l-punti kollha li kellu jolqot - is-Segretarju Ġenerali tal-GWU, Josef Buġeja
I
l-General Workers’ Union tilqa’ l-miżuri u ż-żidiet imħabbra fil-Baġit 2021 tal-bieraħ fejn saħqet li dawn jindirizzaw lil dawk l-aktar fil-bżonn u
l-vulnerabbli fis-soċjetà tagħna. L-akbar element fil-baġit għas-sena d-dieħla huwa dak soċjali u f’kumment is-Segretarju Ġenerali tal-GWU, Josef Bugeja, saħaq li dan juri l-qalb soċjali tas-soċjetà u tal-Gvern preżenti.
“Il-Baġit 2021 irridu narawh f’kuntest ta’ pandemija u dan ix-xenarju ma jistax ikun eskluż. Iżda, bil-mod kif huwa strutturat kemm soċjalment, ekonomikament, l-infrastruttura, is-saħħa, l-edukazzjoni u l-governanza, il-Gvern laqgħat il-punti kollha li kellu jolqot. Barra minnhekk, il-fatt li d-dejn tal-pajjiż mhuwiex se jisplodi u pajjiżna se jibqa’ taħt is-60% skont ir-regolament tal-Unjoni Ewropea u l-fatt li ma żied ebda miżura fuq iċ-ċittadini, huwa ta’ sodisfazzjon u l-GWU tqisu bħala baġit pożittiv,” sostna s-Segretarju Ġenerali tal-GWU. Josef Bugeja b’sodisfazzjon aċċenna għall-fatt li l-Gvern laqa’ ħafna mill-proposti li ressqet il-GWU għal dan il-baġit fosthom il-proposta biex tkompli tingħata l-ġurnata leave; il-vawċers li se jerġgħu jingħataw is-sena d-dieħla; li tiżdied u tilqa’ aktar nies l-“In Work Benefit”; it-talba biex ikun hemm investiment fl-oqsma industrijali biex ikunu attrezzati u attraenti aktar; iż-żieda fil-housing; l-investiment li taqbel ħafna mieggħu fis-settur tas-saħħa; iż-żieda fil-pensjonijiet; il-proposta
biex tkun indirizzata anomalija ta’ dawk li twieldu qabel l-1962 b’mod speċjali n-nisa; kif ukoll iż-żieda tal-allowance għall-faqar. Xi ħaġa oħra importanti li kienet semmiet il-GWU kienet rigward il-ħaddiema tat-Tarzna li jbatu bil-kanċer. “IlGWU diġà taħdem magħhom minħabba li darbtejn f’sena jiġi Amerikan hawn Malta biex jara lil dawn in-nies jew lill-werrieta tagħhom. Issa l-Gvern ukoll, bħala employer li kien iħaddem it-Tarzna, se jindirizzaha billi jgħinhom jew jagħtihom kumpens għall-fatt li kien jintuża l-Asbestos. Din hija xi ħaġa tajba ħafna,” kompla Bugeja. Huwa qal li l-Gvern, anke f’dawn iċ-ċirkostanzi, se kompli jwettaq mill-wegħdiet tal-programm elettorali billi jkompli jagħti refużjoni ta’ taxxa u anke tal-inġustizzji għall-ħaddiema. Bil-benefiċċji kollha li daħlu fil-baġit u l-fatt li l-Covid Wage Supplement se jkompli jingħata sa Marzu tas-sena d-dieħla, Bugeja jgħid li l-Gvern qiegħed jagħti ħafna serħan il-moħħ u fiduċja lin-nies li tirriżulta f’kunfidenza li dan il-pajjiż tant jeħtieġ. L-aktar affarijiet li qegħdin jinkwetaw lin-nies hija l-instabbiltà fl-impjiegi, jekk il-pajjiż jiflaħx jibqa’ għaddej u jekk min qiegħed jinvesti, huwiex se jkompli jinvesti. “Il-problema bħalissa hija li n-nies m’hiex toħroġ u m’hiex tonfoq għal li jista’ jinqala’ imma l-GWU temmen li l-fatt li l-Gvern, waqt pandemija, qiegħed iqassam €100 miljun f’benefiċċji barra l-Covid Wage Supplement, juri li, iva l-Gvern qiegħed attent imma mhux qiegħed jibża’.
Sodisfatti li l-baġit qiegħed jagħti serħan il-moħħ u fiduċja
Din għalhekk hija fiduċja u kunfidenza anke fl-investituri li jinvestu fl-ekonomija tagħna u fil-postijiet tax-xogħol lokali. Bugeja semma’ wkoll id-diversi miżuri li l-Gvern qiegħed jindirizza anke dwar l-ambjent li dwarhom kienu tkellmu l-membri tal-GWU fosthom il-casting re use plastic, l-iscrappage, il-waste to energy u l-waste management. Huwa qal li l-fatt li l-Gvern daħal fuq il-governanza u qiegħed jagħti dawn il-benefiċċji juri fejn huwa sejjer
l-pajjiż u kemm irid jindirizzaha bis-saħħa fosthom bl-investimenti li se jagħmel fil-Pulizija, fil-Protezzjoni Ċivili u fl-Armata. “Hawnhekk il-Gvern qiegħed juri bis-serjetà li jrid jara li s-soċjetà tagħna għal għada tkun waħda li timxi b’etika u tissodisfa l-kriterji kollha li stabilixxew il-Moneyval, il-Kummissjoni ta’ Venezja u l-GRECO. B’dan il-mod anke r-reputazzjoni ta’ Malta tiġi mnaddfa barra minn xtutna u nuru li l-ħajja f’Malta m’hiex il-ħajja pinġuta minn ċertu nies,” temm Bugeja.
MALTIN B’SAĦĦITNA ’L QUDDIEM B U D G E T 2 0 2 1
Intervista mal-Ministru għall-Finanzi u Servizzi Finanzjarji
Il-Professur Edward Scicluna
L-akbar baġit fl-istorja ta’ pajjiżna Q Dan il-baġit qed jissejjaħ baġit soċjali. Hu baġit li jkompli fuq ta’ qablu fejn jidħol il-qasam soċjali. Għaliex il-gvern ħass li għandu jagħfas fuq il-qasam soċjali? Dan ma jistax jiġi nterpretat li forsi l-miżuri soċjali ta’ baġits preċedenti ma ħadmux daqstant ma ċerti kategoriji ta’ nies?
A Dan hu Gvern b’ruħ soċjali u dan hu rifless f’kull baġit li għamilna mill-bidu tal-leġiżlazzjoni s’issa. Iżda din is-sena, ħassejna l-bżonn li aktar minn qatt qabel nagħmlu baġit b’saħħtu f’dak li għandu x’jaqsam is-soċjal sabiex inkomplu nipproteġu l-livell tal-għejxien tal-familji, il-pensjonanti, l-anzjani u n-nies b’diżabbilità, mill-impatt tal-pandemija fuq l-ekonomija. Allokajna €50 miljun iktar mill-baġit preċedenti f’miżuri soċjali bħar-refużjoni tat-taxxa, iż-żieda fil-pesjonijiet, żieda oħra għall-anzjani li ma jikkwalifikaw għal ebda pensjoni, ġustizzja ma dawk il-persuni li ħallsu bolol qabel l-età ta’ 19-il sena u ż-żieda fiċ-children’s allowance, biex naraw li ż-żgħir l-iktar li jibbenefika.
Il-miżuri soċjali ta’ baġits preċedenti kienu ta’ suċċess sabiex itejbu d-dħul tal-familji u jaraw li kull faxxa tas-soċjetà, inkluż dik bi dħul medju, tgawdi mill-ġid li qed jinħoloq f’pajjiżna. Tant hu hekk, li anke matul il-pandemija rreġistrajna l-anqas rata ta’ qgħad fiż-Żona Ewro u konna l-uniku pajjiż fejn l-impjiegi żdiedu. Barra minn hekk, kellna l-akbar żieda fid-depożiti mal-banek fl-istorja.
maltabudget21.com
€100 VOUC
HER
Q Taħseb li l-fatt li ttieħdu dawn il-miżuri soċjali, fi żmien ftit snin għandu jwassal biex in-numru ta’ dawk f’riskju ta’ faqar jonqos?
Fejn jirrigwarda l-ambjent, x’inhi l-viżjoni f’dan il-baġit? Fejn irridu naslu, l-aktar meta tqis li llum ħafna huma konxji tal-ambjent tagħna u li dan irridu nipproteġuh?
A
A
Q
F’dan il-Baġit rajna pakkett rekord ta’ €50 miljun f’miżuri soċjali. Dan minbarra €50 oħra f’vouchers, u ‘l fuq minn €300 miljun f’pagi supplimentari li mingħajrhom mhux biss kien jitla’ l-qgħad imma l-faqar ukoll. Madanakollu, għarbilna kull miżura soċjali li daħħalna sabiex naraw li verament hija effettiva’ fit-tnaqqis tar-riskju tal-faqar. Rajna li l-miżuri jgħinu lil min verament għandu bżonn filwaqt li jinkorraġixxu x-xogħol u jiskoraġġixxu d-dipendenza soċjali. Miżuri bħat-titjib fl-In-work benefit, iż-żieda fic-children’s allowance u tax refund, li flimkien ma’ skemi oħra eżistenti bħaċ-Childcare centres b’xejn u benefiċċji supplimentari oħra, huma kollha ntiżi sabiex jissuplixxu d-dħul tal-familji mingħajr ma jwaqqgħu lil dawn il-familji f’dik li ngħidulha poverty trap, kif kien ġara taħt il-Gvern preċedenti. B’hekk kull persuna jkun iktar jaqblilha finanzjarjament li tidħol fis-suq tax-xogħol milli tgħix fuq il-benefiċċji soċjali. Baġit li jaħseb bis-serjetà fit-tqassim tal-ġid.
Il-viżjoni ta’ dan il-baġit hija msejsa fuq il-ħames pilasti ekonomiċi li ħabbar il-Gvern għal pajjiżna. Wieħed mill-pilastri ewlenin huwa l-ambjent. Permezz ta’ dan il-baġit, ser tissaħħaħ il-ħidma fuq il-viżjoni biex pajjiżna jintegra tkabbir ekonomiku ma’ prinċipji ambjentali, fejn il-mira tagħna hi li naraw li Malta tiġi pajjiż newtrali mill-karbonju sa sena 2050. Għalhekk dan il-baġit qed ikompli jibni fuq dak ta’ qablu b’sensiela ta’ miżuri u inċentivi li jaraw li filwaqt li l-livell ta’ għejxien ikompli jmur għall-aħjar, dak il-ġid jissarraf fi tnaqqis ta’ emissjonijiet fl-arja, inqas skart ras għal ras, riċiklaġġ u t-teħid ta’ enerġija mill-iskart, biex b’hekk iwassal għal kwalità ta’ ħajja aħjar. Permezz ta’ din l-istrateġija, qed naraw proġetti bħal dak tal-waste-to-energy; impjant li se jirkupra l-enerġija elettrika mill-iskart li ma jistax jiġi rriċiklat, u b’hekk jitnaqqas drastikament il-bżonn li jittieħdu meded kbar ta’ art sabiex isiru miżbliet. Proġett ieħor kbir huwa dak tal-Grand Harbour Clean Air Project, sabiex il-Port il-Kbir ikollu sistema ta’ shore side electricity li se tkun qed tnaqqas it-tniġġiż tal-arja ġġenerata mill-cruise liners. Fuq kollox, il-baġit ifakkar ukoll li mill-ewwel ta’ Jannar ser titwaqqaf l-importazzjoni ta’ prodotti Single-Use Plastics.
Q Erġajna għal darba oħra rajna żieda fil-pensjonijiet. Issa saret qisha regolari din li jkun hemm żieda. Dawn iż-żidiet taħseb li qegħdin verament jagħmlu differenza fil-ħajja tal-anzjani?
A L-anzjani huma fost l-iktar nies f’riskju ta’ faqar għaliex meta jirtiraw, id-dħul tagħhom jonqos b’mod sinifikanti hekk kif ma jibqgħux jirċievu paga jew salarju mix-xogħol iżda jiġu jiddependu fuq id-dħul tal-pensjoni. Dan il-Gvern irrikonoxxa dan ir-riskju tant li b’dan il-baġit, il-Gvern se jkun ta żieda fil-pensjoni, apparti l-COLA, għas-sitt sena konsekuttiva. Dan wara li f’25 sena taħt Gvern preċedenti l-pensjonanti qatt ma ngħataw żidiet. Din il-miżura qed ittejjeb id-dħul ta’ 92,000 pensjonant. Iżda din il-miżura, ma tridx tittieħed waħedha, imma flimkien mal-miżuri l-oħra li jissuplixxu dħul tal-anzjani, fosthom il-ħelsien mit-taxxa fuq il-pensjonijiet, is-62+ Government Savings Bonds, iż-żidiet fl-Għajnuna Supplimentari, is-sussidju fuq il-paga ta’ carer fid-dar, il-grant ta’ €300/€350 li jingħata lill-anzjani 75+/80+ li jgħixu f’darhom u anke dawk li jgħixu f’dar residenzjali privati u l-kura, l-mediċini u trattamenti b’xejn li kull sena jiżdiedu.
MINISTERU GĦALL-FINANZI U SERVIZZI FINANZJARJI
A Dan il-baġit għandu żewġ obbjettivi dwar it-traffiku; dik li jinċentiva lill-publiku sabiex jagħmel użu minn trasport alternattiv u kif ukoll sabiex innaqsu t-tniġġis fl-arja. Ħabbarna miżuri bħal dik li l-pubbliku jiġi nkoraġġit juża il-vettura jew il-mutur tiegħu fi tmiem il-ġimgħa u fil-ġranet ta’ Festi Pubbliċi u Festi Nazzjonali biss. Dan sabiex ninkoraġixxu l-użu tat-trasport pubbliku u għaldaqstant innaqqsu l-karozzi mit-toroq. Dawn se jibbenefikaw minn tnaqqis ta’ 35% tal-ħlas annwali tal-liċenzja taċ-ċirkolazzjoni.
Q Fattur li llum idejjaq ħafna nies hu t-traffiku. Bil-mod il-mod qed nerġgħu naraw it-toroq tagħna dejjem aktar jimtlew bil-karozzi. X’qed jipproponi dan il-baġit dwar dan il-qasam?
Għollejna anke l-għotja għal min jaqleb il-vettura tiegħu biex taħdem bil-gass minflok bil-petrol. Din l-għotja issa se titla’ għal €400, iżda biex tkun eliġibbli, it-tnaqqis tal-emmissjonijiet tas-CO2 tal-vettura irid jonqos b’25%. Dan sabiex inkomplu nżidu n-numru ta’ vetturi li jniġġsu anqas.
Fil-baġit ħabbart ukoll it-tnaqqis fil-liċenzja annwali għall-muturi 125cc u 250cc minn €65 għal €25. Barra minn hekk, se jiġu installati ħames “Eco-Intermodal Hubs” f’postijiet strateġiċi madwar il-gżejjer Maltin, fejn il-pubbliku se jingħata aċċess għal kull informazzjoni dwar mezzi ta’ trasport, kiri ta’ e-scooters u e-bikes, kif ukoll faċilitajiet fejn wieħed jista’ jiċċarġja l-mowbajl u juża l-WIFI. Bħala Gvern se nkomplu naħdmu wkoll biex intejbu l-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer. Għalhekk se nkunu qed naħdmu fuq il-proġett li jkun hemm trasport tal-Fast Ferry, flimkien mas-servizz permanenti tar-raba’ vapur.
maltabudget21.com
Dan kollu hu kkumplimentat bl-introduzzjoni tas-servizz il-ġdid tal-Linja X300, servizz li se jkun qed jagħti servizz ta’ kwalità u jirrispondi għall-ħtiġijiet ta’ dawk l-Għawdxin li ta’ kuljum jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer. Ġew estiżi wkoll il-miżuri kollha li huma favur dawn iż-żewġ objettivi. Fost dawn il-miżuri insibu l-kontinwazzjoni tat-trasport b’xejn għall-istudenti kollha fl-iskejjel tal-istat, indipendenti u tal-knisja; it-tkomplija Tal-Linja Card b'xejn għal tfal ta’ bejn l-14 u l-20 sena, studenti full-time ta' 20 sena jew aktar u persuni b'diżabilità. Niżżilna anke l-età tal-anzjani minn 75 sena għal 70 sena ‘l fuq, sabiex jibbenefikaw minn dan is-servizz b’xejn.
Minbarra dawn il-miżuri, is-sena d-dieħla se ssir it-tieni fażi tal-istudju dwar il-possibilità li tiġi introdotta sistema ta’ trasport għall-massa, permezz ta’ sistema metropolitana ta’ taħt l-art bl-użu ta’ light rail. Ikun wara dawn l-istudji dettaljati, li wieħed ikun f’pożizzjoni li jieħu deċiżjoni jekk il-proġett hux vijabbli li jsir. Flimkien ma’ dawn il-miżuri kollha ma ninsewx l-investiment kbir li qed isir madwar il-pajjiż kollu f’dik li hija infrastruttura. Dan sabiex pajjiżna jkollu toroq aħjar li jwasslu sabiex innaqsu l-ħin li wieħed jieħu biex imur minn post għal ieħor. Bħala Gvern qed nuru biċ-ċar li qed nieħdu dawn l-isfidi b’serjetà kbira.
Se nħallu fis-seħħ ukoll il-miżuri tar-rifużjoni tal-VAT u għotjiet biex jinxtraw roti u roti elettroniċi, muturi, scooters u roti assistiti b’mutur tal-elettriku. Ma dawn kollha se nestendu l-miżura li ma jkunx hemm taxxa ta’ reġistrazzjoni u eżenzjoni mill-ħlas tal-liċenzja annwali tat-triq għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tal-ewwel reġistrazzjoni, għal vetturi elettriċi u vetturi elettriċi plug-in.
MINISTERU GĦALL-FINANZI U SERVIZZI FINANZJARJI
MALTIN B’SAĦĦITNA ’L QUDDIEM B U D G E T 2 0 2 1
Kelmtejn mill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar
Silvio Schembri
Maltin b’Saħħitna ‘l Quddiem It-tema għal budget ’21 ‘Maltin b’Saħħitna ‘l Quddiem’ tolqot eżatt is-sentiment li tkattar f’dawn l-aħħar xhur. Sentiment ta’ appoġġ kontinwu lil xulxin u dan għax bħala Gvern rajna li nkunu ta’ spalla u nipproteġu l-ħobża ta’ kuljum ta’ għadd ta’ familji Maltin u Għawdxin. Filwaqt li pajjiżi oħra qed imorru għal miżuri ta’ awsterità aħna għażilna li nimxu lil hinn minn dan il-mudell u rajna li ninċentivaw. Issa huwa ż-żmien li negozji jinvestu. Issa huwa żmien li insaħħu l-ħiliet tal-ħaddiema tagħna u ta’ ġenerazzjonijiet futuri. Issa huwa mument li nerġgħu innisslu dak is-sens ta’ fiduċja u ottimiżmu li tant jiddistingwi n-nazzjon tagħna minn pajjiżi oħra. Dan huwa Gvern li fi żmien ta’ sfida kapaċi jara opportunità. Tajna għajnuna sinifikanti li waslet biex nissalvagwardjaw għadd t’impjiegi u hekk se nkomplu nagħmlu. Budget’21 se jitniżżel fl-istorja bħala l-budget li juri biċ-ċar l-flessibilità u l-aġilità tal-ekonomija Maltija li tadatta għal kwalunkwe ċirkustanzi, li tkompli toħloq l-opportunità u li flimkien aħwa Maltin nimxu b’saħħitna ‘l quddiem.
Rawnd ieħor ta’ €100 vawċer sabiex inkomplu ngħinu lill-familji, self-employed u negozji
Jum ieħor leave għall-ħaddiema kollha +1
Budget 21 ...
Estendejna l-Covid Wage Supplement sa Marzu tal-2021
€
maltabudget21.com
Investiment f’infrastruttura industrijali tal-futur
Nattiraw Start-Ups ġodda lejn Malta
Investiment ta’ aktar minn €450 miljun fuq medda ta’ 7 snin li se jbiddel il-wiċċ ta’ żoni industrijali f’pajjiżna sabiex , noffri spazji ġodda għal negozji fejn joperaw, inkomplu nattiraw investiment dirett barrani u nesploraw niċeċ ekonomiċi ġodda
Se jitfassal qafas li se jagħmel lil Malta attraenti għal start-ups li jixtiequ joperaw fl-Ewropa
Għajnuna għal negozji biex ibiegħu online Ninkoraġixxu aktar negozji sabiex ikunu iżjed organizzati u attrezzati biex jbiegħu online fl-istess waqt li jamalgamaw is-sistemi tagħhom ma’ dawk ta’ distribuzzjoni.
Tisħiħ tal-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta Introduzzjoni ta’ pjattaformi diġitali li jtejjbu l-esperjenza tal-konsumaturi kif ukoll se tilqa’ ajruplani moderni li jniġġsu inqas
SALE
Sapport għal Start-ups, Self-employed u Intrapriżi Żgħar u Medji Għadd ta’ skemi li jinkoraġixxu l-kommunità tan-negozji sabiex jimplimentaw il-proġetti tagħhom
€100 miljun fil-bwiet tan-nies Budget mingħajr taxxi Budget li ħaseb f’kulħadd
€
Lejn Ekonomija Ċirkulari Se nkunu qed nesploraw u nimplimentaw modi biex skart fil-qasam tal-kostruzzjoni jerġà jintuża għall-bini
MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOŻJI ŻGĦAR
MALTIN B’SAĦĦITNA ’L QUDDIEM B U D G E T 2 0 2 1
Immodernizzar tal-faċilitajiet tas-saħħa, mediċini u servizzi ġodda Outpatients ġdida u parkeġġ taħt l-art f’Mater Dei
Immodernizzar fl-iswali tal-Isptar Monte Carmeli
Immodernizzar fiċ-Ċentri tas-Saħħa u fil-Bereġ
Ċentru tas-Saħħa ġdid fir-Rabat Għawdex
Ċentru Reġjonali ġdid fit-Tramuntana ta’ Malta
Sptar ġdid għall-Kura Psikjatrika Akuta
maltabudget21.com
Bank tad-demm ġdid
Ċentru San Mikiel – faċilità għall-għajnuna paljattiva professjonali
Mediċini b’xejn għall-osteoporożi
Nestendu l-programm tar-Remote Patient Monitoring biex jintlaħqu aktar pazjenti b’mard kroniku
Programm edukattiv għat-titjib tas-saħħa tal-impjegati fuq il-post tax-xogħol
Mediċini ġodda psikjatriċi MEDIC
INE
Kampanja edukattiva għall-għarfien fuq is-saħħa sesswali u l-mard trasmess mis-sess
Kampanja dwar l-eating disorders u l-obeżità fit-tfal u ż-żgħażagħ.
UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU MINISTERU GĦAS-SAĦĦA
MALTIN B’SAĦĦITNA ’L QUDDIEM B U D G E T 2 0 2 1
Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma
Michael Farrugia
Ninċentivaw it-tkabbir ekonomiku Fl-istess waqt se jkun hemm investiment fis-sistemi ta’ produzzjoni u distribuzzjoni tal-ilma biex tilqa’ għaż-żieda fid-domanda tal-ilma:
L-Immaniġġjar u l-Konservazzjoni tal-Ilma
Fejn tidħol il-produzzjoni tal-ilma ġdid irriċiklat ta’ livell terzjarju: 1.
2.
Il-programm ta’ tibdil ta’ pajpijiet u mejnijiet tal-ilma;
2.
tisħiħ ta’ pumping stations;
3. tkabbir fil-kapaċità ta’ produzzjoni tal-impjanti tar-reverse osmosis.
għaddej xogħol estensiv fuq ħames ġibjuni fin-Nofsinhar ta’ Malta; qed jiġu installati dispensers u estiża n-network ta’ distribuzzjoni biex ikunu jistgħu jgawdu minnu aktar bdiewa kemm fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar ta’ Malta, kif ukoll f'Għawdex.
1.
•
Jitkomplew ix-xogħlijiet fuq l-impjant tar-reverse osmosis ġewwa Għawdex u l-mina li se tgħaqqad l-impjant tar-reverse osmosis ta’ Pembroke mal-ġibjuni li hemm f’Ta’ Qali.
Dawn għandhom iwasslu biex tittejjeb il-kwalità tal-ilma tal-vit, tnaqqas il-ħela ta’ ilma minn leaks; iżżid l-effiċjenza u tissalvagwardja r-riżorsi tal-ilma ta’ taħt l-art ta’ Malta.
maltabudget21.com
Lejn Ekonomija Ħadra
Inċentivi għal finanzjament fl-Ekonomija l-Ħadra Jinbeda wkoll ix-xogħol fuq l-iżvilupp ta’ sistemi avvanzati ta’ monitoraġġ tar-riżorsi tal-ilma f’Malta.
•
Titkompla l-Kampanja Nazzjonali għall-konservazzjoni tal-ilma, fosthom bit-tqassim ta’ water saving kits lir-residenti; 1.
2.
Jitkomplew l-attivatijiet edukattivi għat-tfal tal-iskejjel ġewwa ċ-Ċentru Nazzjonali għall-Konservazzjoni tal-Ilma. Proġetti edukattivi għall-konservazzjoni tal-ilma fl-iskejjel.
Matul is-sena d-dieħla mistennija jitlestew ix-xogħlijiet ta’ tisħiħ fuq l-impjant ta’ Sant'Antnin filwaqt jinbeda pjan li għandu jwassal, fuq medda ta’ snin, li jsir overhaul tas-sistema tad-drenaġġ u l-impjanti għat-tisfija.
Matul is-sena d-dieħla l-Borża ta’ Malta se tkun qed toffri pakkett attraenti lill-investituri sabiex joħorġu “Green Bonds” liema bonds ikunu jistgħu jiffinanzjaw proġetti li jippromwovu enerġija rinnovabbli u proġetti li jnaqqsu t-tniġġiż tal-arja.
•
Se jiġu installati ħames “Eco-Intermodal Hubs” f’postijiet strateġiċi madwar il-gżejjer Maltin, fejn il-pubbliku se jingħata aċċess għal kull informazzjoni dwar mezzi ta’ trasport, kiri ta’ e-scooters u e-bikes, kif ukoll faċilitajiet fejn wieħed jista’ jiċċarġja l-mowbajl u juża l-WIFI.
•
Se jitkompla l-installar ta’ taħlita ta’ 130 ta’ “medium-fast” u “fast-charging pillars” għall-vetturi elettriċi, li se jkunu disponibbli għall-pubbliku inġenerali.
Inċentivi għall-użu ta’ enerġija rinnovabbli •
L-Enemalta se tkompli ssaħħaħ id-distribuzzjoni tal-elettriku u s-servizz mogħti lill-konsumatur.
•
Se jibqgħu fis-seħħ numru ta’ skemi li qed jinċentivaw l-investiment f’sorsi ta’ enerġija rinnovabbli li jinkludu:
1.
Skemi għall-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajiċi solari; heat pump water heaters; solar water heaters u batteriji għall-ħażna tal-enerġija rinnovabbli;
•
Fl-2021, il-Gvern se jwettaq studju biex ikun hemm tibdil minn karozzi li jaħdmu bil-fjuwil għall-karozzi li jaħdmu bl-elettriku fis-Servizz Pubbliku.
2.
Tkompli tiġi stabbilita feed-in-tariff għall-elettriku ġġenerat minn installazzjonijiet fotovoltajiċi solari;
•
Il-Gvern se jkompli jixpruna investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni fl-oqsma tal-enerġija u l-ilma biex, permezz ta’ kollaborazzjoni mal-akkademja u l-industrija, riċerkaturi jkunu mgħejjuna finanzjarjament biex jaħdmu fuq proġetti li jwasslu għall-iżvilupp ta’ prodotti, teknoloġiji u soluzzjonijiet addattati għal pajjiżna.
3. Jiġu estiżi l-iskemi tar-restawr ta’ bjar fi djar residenzjali; l-iskema ta’ tibdil tal-appliances għall-familji vulnerabbli; l-iskema ta’ għotja fuq xiri ta’ reverse osmosis. •
Tnedija ta’ proġett pilota f’binja pubblika biex jintwerew b’mod prattiku l-benefiċċji tal-batteriji mqabbda ma’ sistemi fotovoltajiċi, għall-ħażna tal-enerġija rinnovabbli.
MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-IMMANIĠĠJAR TAL-ILMA
Register Today on arms.com.mt
Register Today Register on Today on arms.com.mt
arms.com.mt
ARMS Malta App Download Today!
ARMS Malta App ARMS Malta App Download Today!Download Today!
MALTIN B’SAĦĦITNA ’L QUDDIEM B U D G E T 2 0 2 1
Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru
Carmelo Abela
Kwalità ta’ ħajja aħjar għall-ħaddiema tagħna “Nippremjaw il-ħin mal-familja permezz ta’ ġurnata oħra leave għall-ħaddiema kollha”
Baġit ta’ serħan il-moħħ li jaħseb għall-ġejjieni u jħares il-ġenerazzjonijiet futuri.
Ministru Carmelo Abela
Baġit li joħloq bilanċ bejn it-tisħiħ tal-ekonomija u l-kwalita’ tal-ħajja tal-ħaddiem.
Żieda tal-għoli tal-ħajja ta €1.75 kull ġimgħa (total ta’ €91 fis-sena).
Baġit li huwa msejjes fuq l-iżvilupp sostenibbli; żvilupp soċjali, ekonomiku u ambjentali.
Baġit li jirrifletti s-saħħa ta’ djalogu soċjali trasparenti, miftuħ u onest.
maltabudget21.com
Inħallu aktar flus fl-idejn permezz ta’ tax refunds aktar għolja, ta bejn €45 u €95.
Lejn ħolqien ta’ impjiegi f’setturi innovattivi li joffru valur miżjud permezz ta’ investiment sostanzjali fl-ekonomija ħadra u dik diġitali. Ġiet estiża l-Covid wage supplement, sa mill-inqas Marzu li ġej, għall-ħarsien tal-impjiegi.
€
€
Nippremjaw il-ħin mal-familja permezz ta’ ġurnata oħra leave għall-ħaddiema kollha.
Enfasi akbar fuq il-benesseri tal-ħaddiema.
€
+1
€€
Titjib fl-in-work benefit fejn reġgħu ġew estiżi t-thresholds biex iktar familji jkunu eliġibbli għal dan il-benefiċċju.
MINISTRU FI ĦDAN L-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
MALTIN B’SAĦĦITNA ’L QUDDIEM B U D G E T 2 0 2 1
Ministru Għat-Trasport L-Infrastruttura u Proġetti Kapitali
Ian Borg
Maltin B’Saħħitna ‘l Quddiem fit-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Wkoll Din il-ġimgħa ftaħniha bl-aqwa baġit li qatt ġie ppreżentat minn dan il-Gvern fl-aħħar snin; baġit li wera li l-Gvern Malti kien, għadu u se jibqa’ jiddedika l-enerġija tiegħu biex jiġġenera l-ġid ħalli mbagħad iqassmu fuq medda wiesgħa tas-soċjeta, biex inkomplu nsaħħu l-benefiċċji soċjali, u biex inkomplu ninvestu f’pajjiż aħjar għalina u għal dawk li ġejjin warajna. Il-portafoll tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali hu wieħed wiesa’, u kburi li dak kollu li ksibna fl-aħħar xhur u snin, se nkomplu nibnu fuqu b’baġit ħolistiku bl-aqwa prijorità – il-kwalità tal-ħajja tan-nies. Se naraw aktar skemi biex ninċentivaw trasport sostenibbli, mizuri favur ambjent aħjar, skemi biex ngħinu lin-nies isiru sidien ta’ djarhom, u investimenti kontinwi fl-infrastruttura ta’ pajjiżna. Waqt dan iż-żmien ta’ sfida għalina lkoll, tassew għandna baġit li jirsisti sabiex il-Maltin, flimkien u b’saħħitna, verament inkomplu nimxu ‘l quddiem.”
Miżuri fil-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali
Trasport • Trasport Pubbliku se jibqa’ b’xejn għaż-żgħażagħ kollha mill-14 sal-20 sena, għall-istudenti full-time, għall-persuni b’diżabilità u għall-anzjani, din id-darba minn 70 sena ‘l fuq • Imġedda l-iskemi favur trasport aktar sostenibbli – scrappage, vetturi elettriċi, pedelecs, muturi u taxis wheelchair accessible fost l-oħrajn • Aktar charging pillars pubbliċi għal vetturi elettriċi. Se jsir studju biex il-karozzi tas-Servizz Pubbliku jinbidlu għal oħrajn li jaħdmu bl-elettriku
maltabudget21.com
• 5 Eco-Intermodal Hubs b’informazzjoni dwar mezzi tat-trasport differenti • Testijiet aktar sensittivi għall-emissjonijiet; madankollu, roħs fuq ir-reġistrazzjoni u l-liċenzja annwali għall-konsumatur • Aktar opportunitajiet għal liċenzji irħas għal min isuq mutur bejn 125cc u 250cc jew juża l-vettura fi tmiem il-ġimgħa u fil-Festi biss. • Se tkompli l-ħidma għas-servizz ta’ Fast Ferry. Sadanittant se tkun qed topera r-rotta X300 mit-terminal taċ-Ċirkewwa għal punti strateġiċi f’Malta. • Se jkomplu l-istudji għal sistema ta’ trasport għall-massa • Se jitwaqqaf Stakeholders Forum fis-Settur tal-Avjazzjoni flimkien ma’ Politika ta’ Avjazzjoni favur aktar tkabbir • Se tkompli l-ħidma favur aktar tkabbir fil-marittimu u fil-qasam tas-Superyachts • Xogħol favur l-implimentazzjoni tan-National Marine Pollution Contingency Plan • Se tkompli ssir ġustizzja ma eksħaddiema tax-Xatt.
Infrastruttura u Proġetti Kapitali • Se jkomplu l-investimenti fit-toroq prinċipali, rurali u residenzjali. Pjan biex jitlestew numru ta’ proġetti prinċipali filwaqt li jibdew oħrajn ġodda • Aktar investimenti f’faċilitajiet sikuri għall-mixi u ċ-ċikliżmu. Proġett pilota ta’ Safe Cycle Routes • Se jitkompla l-proġett tal-Malta National Park – ħolma nazzjonali fuq medda ta’ 450,000 metru kwadru • Tħaddir ta’ aktar żoni urbani u aktar investiment fi Green Walls
• Se jkompli x-xogħol fuq waqfiet għal użu ta’ ferries – faċilitajiet ġodda f’Tas-Sliema, Bormla, Ta’ Xbiex, Buġibba u l-Birgu • Se tkompli r-riġenerazzjoni ta’ żoni f’Marsamxett, il-Furjana u Marsaxlokk. Ix-xogħol se jibda f’żoni oħrajn bħall-Kottonera, l-Imsida u l-Pietà • Se jkompli l-bini ta’ 500 appartament għal Akkomodazzjoni Soċjali • Se jkompli l-bini ta’ soluzzjonijiet ta’ parkeġġ fl-Għadira u Birżebbuġa
• Se jkomplu l-preparamenti għall-proġett tal-konnessjoni permanenti bejn iż-żewġ gżejjer • Il-proġetti tax-Ship to Shore u l-Grand Harbour Clean Air Project se jibqgħu fuq il-pjan – ikomplu l-preparamenti • Se tkompli r-riġenerazzjoni ta’ portijiet u faċilitajiet marittimi MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI
MALTIN B’SAĦĦITNA ’L QUDDIEM B U D G E T 2 0 2 1
Ministru Għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali
Michael Falzon
Din il-ġimgħa kienet prova oħra ta’ kemm għandna biex nkunu kburin, bħala Nazzjon. Kull wieħed u waħda minnha għandna nkunu kburin, ferħanin u kuntenti bir-reżiljenza li wrejna fl-aħħar snin u speċjalment xhur. Ilkoll qed niffaċjaw sitwazzjonijiet straordinarji, illi bidlulna l-istill ta’ ħajja tagħna.
Bħala Gvern, irridu nsarrfu din il-ħidma kollettiva, f’aktar għajnuna u ħolqien ta’ ġid. Il-baġit għas-sena 2021, jinkorpora fih rekord ta’ 35 miżura soċjali, ntiżi biex jgħinu lill-vulnerabbli, l-familji u l-pensjonanti. Irid nara li kulħadd jieħu sehem minn dan il-ġid li flimkien ħloqna. Dawn il-miżuri kollha qegħdin hemm biex ikompli itellgħu ‘l fuq aktar nies, li dejjem sabuha diffiċli biex jitilgħu tarġa. Iridu naraw lill-familji jlaħħqu mal-ħajja filwaqt li jqattgħu ħin ta’ kwalita’ flimkien, u għalhekk tajna ġurnata oħra leave, għal dawk il-festi li jaħbtu fi tmien il-ġimgħa. Fl-istess ħin komplejna nsaħħu ċ-‘Children’s Allowance’, l-‘Inwork Benefit’ u diversi miżuri oħra li direttament se jkomplu jagħtu aktar serħan il-moħħ. L-istess għamilna mal-pensjonanti, fejn tajna is-sitt żieda konsekuttiva.
I-pensjonanti jafu fejn qegħdin ma’ dan il-Gvern, grazzi għall-istabbilita’ li żammejna matul dawn l-aħħar snin. Qed nagħmlu dan il-kompromess fi żminijiet diffiċli għad-dinja kollha, fejn pajjiżi oħra qed joħolqu miżuri t’awsterita’, li minnhom qed jintlaqtu l-għar l-anzjani. Aħna b’differenza qed nagħmlu l-oppost u minflok, erġajna tajna żieda fil-pensjonijiet.
F’leġislatura żidna l-pensjonijiet b’madwar €11 u qbiżna sew it-€8 fil-ġimgħa, żieda li konna wegħdna fil-Manifest Elettorali.
Ejja nieħdu ħsieb dak illi ħdimna għalih, filwaqt li nżommu bilanċ bejn is-saħħa u l-ekonomija. L-istorja dejjem għallmitna li r-reżiljenza li qed nuru llum tissarraf f’orizzonti u żminijiet isbaħ. Għalhekk Maltin b’saħħitna ‘l quddiem!
maltabudget21.com
Titjib fiċ-Children’s Allowance sa massimu ta’ €70 għal kull wild
Titjib fl-In-work Benefit estiżi it-thresholds biex igawdu iktar familji 2 ġenituri jaħdmu - sa €35,000 Single Parent - sa €23,000 Koppja fejn jaħdem ġenitur wieħed - sa €26,000
€
Għotja għal adozzjonijiet lokali sa massimu ta’ €1000
Pensjoni tar-romol għal koppji f’unjoni ċivili jew f’koabitazzjoni
Żieda fil-Foster Care allowance sa €520 għal kull wild
Jum ieħor ta’ leave għall-ħaddiema kollha li jwassal għal kwalita’ ta’ ħajja aħjar tal-familji
+1
Żieda fil-pensjoni ta’ €5 fil-ġimgħa – 93,000 anzjan se jibbenefikaw total ta’ €260 fis-sena
Tal-Linja Card b’xejn għall-Anzjani 70+, 19,000 anzjan se jgawdu minn transport pubbliku b’xejn
ta ll in c a rd
ja
MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI
MALTIN B’SAĦĦITNA ’L QUDDIEM B U D G E T 2 0 2 1
Nippromwovu karriera fl-agrikoltura Għajnuna fejn hemm bżonn għal settur aktar sostenibbli
Inċentivi sabiex żgħażagħ jibdew jaħdmu bħala bdiewa u raħħala
Rifużjoni tat-taxxa lill-bdiewa u sajjieda marbuta mal-bejgħ fil-pitkalija u l-pixkerija
Nagħmlu użu mit-teknoloġija sabiex niffaċilitaw ħidmet il-bdiewa u r-raħħala
Proġetti u Inizjattivi li jiffaċilitaw l-operat
MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI
L-AKBAR PRIJORITÀ GĦALLOQSMA TAL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Dan il-badġit hu l-aqwa u l-akbar badġit li qatt ġie ppreżentat u bir-raġun. Bħala M A L T għall-Agrikoltura, IN Ministru Sajd u Drittijiet B ’ S A Ħ Ħ I Tma N Anistax ’ L Qma U Dnkunx D I E Msodisfatt tal-Annimali B U D G E T 2 0 2 1 li l-Gvern ser ikompli jinvesti aktar fissetturi tal-agrikoltura, is-sajd u l-ħarsien tal-annimali. Dan l-investiment bla preċedent li qiegħed isir fuq dawn l-oqsma mhux biss ser iservi ta’ għodda essenzjali sabiex inwettqu l-viżjoni tagħna, iżda wkoll naċċertaw li dawn l-oqsma ta’ sfida nsarrfu minnhom opportunitajiet għall-ġejjieni. Minkejja l-isfidi li għandhom, is-setturi tal-agrikoltura u tas-sajd, wieħed ma jridx jinsa li dawn huma parti importanti millekonomija ta’ pajjiżna u t-tisħiħ tagħhom jikkontribwixxi wkoll għall-ħarsien ambjentali. Ċertament li x-xhur li għexna tul il-ħakma tal-pandemija urew il-bżonn li dawn l-oqsma jkomplu jissaħħu mhux biss għaliex id-dipendenza fuq pajjiżi oħra m’għandhiex tkun is-soluzzjoni iżda għaliex jekk ngħarblu ftit dak li hawn madwarna nirrejalizzaw li hemm ħafna toroq ġodda li nistgħu nesploraw flimkien.
li jikkonformaw b’mod sħiħ mal-istandards Ewropej. Is-sena d-dieħla ser jiġi iffaċilitat l-investiment sabiex isir użu u tqegħid fis-suq ta’ ‘by-products’ u b’hekk tiżdied il-kompetittività tas-settur. Permezz ta’ fondi allokati qed intejjbu l-infrastruttura regolatorja b’investiment flerba’ laboratorji ewlenin, dak tal-Veterinarju Nazzjonali, il-Laboratorju għas-Saħħa tal-Pjanti, il-Laboratorju għall-Ittestjar tal-Ħamrija u l-Ilma għat-Tisqija u tal-ewwel Genebank Nazzjonali f’Malta li twaqqaf ftit tal-jiem ilu. Sar pjan ta’ riġenerazzjoni u modernizzar tal-Pitkalija li mis-sena d-dieħla għandu jintroduċi sistemi ta’ traċċabiltà u immodernizzar fl-istrutturi kollha. Ir-razzett tal-Gvern fl-Għammieri qed jinbidel f’Ċentru ta’ Innovazzjoni u Riċerka Agrikola. Wara li kawża tar-restrizzjonijiet tal-pandemija kellha tiġi posposta l-Fiera Agrikola Nazzjonali, is-sena d-dieħla ser nagħtu opportunità sabiex il-bdiewa, ir-raħħala u l-produtturi Maltin jesebixxu l-prodott tagħhom lill-iktar udjenza wiesgħa possibli, mhux l-inqas dik internazzjonali waqt fiera ta’ livell għoli u professjonali kif jitolbu r-rekwiżiti ta’ llum il-ġurnata.
Nippromwovu karriera fl-agrikoltura
Inċentivi sabiex żagħażagħ jibdew jaħdmu bħala bdiewa u Sostennibilta’ raħħala għas-Sajjieda Għalhekk aħna kommessi li nżidu l-impenn tagħna bħala Gvern f’dawn l-oqsma essenzjali.
Wara li fix-xhur li għaddew erġajna waqqafna l-Extension Services fl-Agrikoltura u ħadna passi sabiex ikun hemm Farm Advisory Service effettiv, inħass li servizzi simili jiġu replikati wkoll fil-qasam tas-sajd. Fix-xhur li ġejjin se jkompli r-ristrutturar fid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura. L-għan tagħna hu li nassiguraw li l-obbligi regolatorji jitwettqu bl-aktar mod effettiv u effiċjenti. It-titjib fil-Hard Standing Facility f’Marsaxlokk, l-iżvilupp ta’ Control Hub ċentrali fil-Marsa u l-iskema għar-restawr tad-dgħajjes ser ikunu fost l-impenji ewlenin tagħna għall-ġid tas-sajjieda Maltin.
Refużjoni tat-taxxa lill-bdiewa u sajjieda marbuta mal-bejgħ fil-pitkalija u l-pixkerija
Ħidma bla preċedent fis-Settur Agrikolu Fil-qasam tal-agrikultura, sar xogħol ta’ ristrutturar fil-Biċċerija Pubblika billi fost l-oħrajn, ġew introdotti teknoloġiji moderni li jużaw inqas enerġija u prattiċi
Nippromwovu u niffaċilitaw Karrieri fl-Agrikoltura Dawn huma wħud mill-proġetti li qegħdin naħdmu fuqhom. Ma dawn hemm lista sħiħa ta’ proġetti oħra li jkomplu jelevaw lil dawn is-setturi. Nemmen bis-sħiħ li fl-oqsma tal-agrikultura u s-sajd irridu ndaħħlu kultura ta’ taħriġ u innovazzjoni biex naraw lil dawn is-setturi jikbru bħal setturi oħrajn.
Nagħmlu użu mit-teknoloġija sabiex niffaċilitaw ħidmet il-bdiewa u r-raħħala
Dan mhux biss, l-interess ewlieni tagħna irid dejjem jibqa’ l-investiment. Investiment li jħeġġeġ u jixpruna l-interess sabiex dawn l-oqsma jerġgħu jaqbdu t-triq għat-telgħa. Dan nistgħu nagħmluh billi nħeġġu aktar żgħażagħ jidħlu f’dawn l-oqsma u ma jibqgħux jaraw aktar dawn is-setturi bħala xi setturi tat-tieni klassi, iżda setturi li magħhom iġibu opportunitajiet kbar. Għalhekk bi pjaċir ser inkunu qegħdin nagħtu għotjiet ekwivalenti għat-taxxa li titħallas fuq il-bejgħ tal-prodotti li l-bdiewa u s-sajjieda jbiegħu fil-Pitkalija u filPixkerija u dan sabiex inkomplu naċċertaw sostennibilta’. Dan ser ikun kumplimentat b’waħda mill-aktar skemi għal qalbi, skema li tħajjar aktar bdiewa żgħażagħ jidħlu fissettur.
Apparti dawn l-iskemi ser inkunu qegħdin nintroduċu għajnuna ġdida li tħeġġeġ kumpaniji fl-oqsma tal-Agrikultura u s-Sajd biex ikunu iktar innovattivi taħt l-iskema ‘Innovation Aid for SMEs’.
Proġetti Infrastrutturali Permezz ta’ fondi mill-Politika Agrikola Komuni, għaddej xogħol mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma sabiex tiġi estiża n-netwerk tal-l-ilma ġdid prodott millimpjanti tat-tisfija ta’ drenaġġ sabiex ikunu jistgħu jgawdu minnu aktar bdiewa kemm fit-Tramuntana, kif ukoll fin-Nofsinhar ta’ Malta u f’Għawdex. Dan jikkumplimenta xogħol infrastrutturali ieħor bħala parti minn programm ta’ tiswijiet u manutenzjoni tat-toroq u l-bini mill-ġdid tat-toroq fil-kampanja, biex noħolqu aċċessi aħjar għall-bdiewa tagħna.
Ħarsien tal-Annimali Hawnhekk ukoll il-Gvern ser ikompli jinvesti mingħajr preċedent. Ser nissoktaw b’ħidmietna sabiex ngħinu lill-Għaqdiet Non-Governattivi f’ħidmiethom sabiex ikomplu jħarsu lill-annimali, filwaqt li ser inkomplu nsaħħu l-istrutturi eżistenti tadDirettorat għall-Ħarsien tal-Annimali sabiex mhux biss jissokta bis-salvataġġi tiegħu iżda jkun pro-attiv fil-ġlieda tiegħu favur ħajja sana għal dawn il-ħlejjaq għeżież għalina.
Għajnuna fejn hemm bżonn għal settur aktar sosstenibbli Fost elenku sħiħ ta’ inizjattivi li hemm pjanati għal 2021 ser inkunu qegħdin intejjbu l-faċilitajiet fil-kwarantina tal-annimali żgħar u fix-xhur li ġejjin ser jinbeda x-xogħol fuq il-bini taċ-ċimiterju tal-annimali, proġett li ilu tant mistenni minn bosta.
Proġetti u Inizjattivi li jiffaċilitaw l-operat
Altru milli għajjejna, qegħdin inħarsu ’l quddiem b’viżjoni sħiħa. Iva, jekk l-2020 kienet sena ta’ sfidi kbar u kultant ħarbtet bil-bosta l-andament ta’ ħidmietna, konvinti li għada ser ikun aqwa mil-lum. L-2021 għandha tkun is-sena fejn fiha natwaw il-viżjoni tagħna li toffri mhux biss tama iżda prosperità għall-ġejjieni pożittiv u ta’ kuraġġ għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.
MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI
MALTIN B’SAĦĦITNA ’L QUDDIEM B U D G E T 2 0 2 1
Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur
Julia Farrugia Portelli
L-ikbar baġit fit-turiżmu, total ta' €95 miljun. €10 miljuni iżjed allokati mis-sena ta' qabel
Pjan fit-tul biex l-industrija tat-turiżmu timxi lejn ‘Net Zero Carbon Neutral’ u jonqos l-impatt ambjentali CO2
neutral
Wage supplement estiż sa Marzu b’investiment ta’ €200 miljun
€
Strateġija biex tinbena mill-ġdid l-industrija tat-turiżmu msejsa fuq is-sostennibilità u l-kompettività sas-sena 2030
maltabudget21.com
Twaqqif ta’ e-Enforcement Unit biex ikompli jiġi żgurat il-ħarsien tal-Konsumatur
Għajnuna lin-negozji fil-qasam tat-turiżmu permezz ta’ diġitalizzazzjoni
€100 oħra f’vouchers għal kulħadd
Pakkett ta’ miżuri biex jerġa’ jiġi stimulat is-settur tal-Konferenzi u Inċentivi
€100 VOUC
Pjan ħolistiku għarRiġenerazzjoni ta’ diversi żoni turistiċi
HER
Il-proġett tas-shore to ship fil-Freeport f'Birżebbuġa jgħaddi għall-fażi li jmiss wara li l-Ministeru lesta l-istudji neċessarji
MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR
MALTIN B’SAĦĦITNA ’L QUDDIEM B U D G E T 2 0 2 1
Ministru Għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar
Aaron Farrugia
Lejn ambjent aħjar u Malta reżiljenti Lejn ekonomija ċirkolari u ħadra
Jibda x-xogħol fuq il-proġett ECOHIVE: mill-iskart noħolqu riżorsa
Tiġi implimentata l-infrastruttura għall-iskema ta’ rifużjoni fuq il-kontenituri tax-xorb
Titwaqqaf l-importazzjoni ta’ Single Use Plastics
maltabudget21.com
Inizjattivi ġodda ta’ afforestazzjoni
Proġetti ta’ urban greening, tad-djar u tan-negozji
Green bonds biex niffinanzjaw proġetti ta’ green economy
MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR
MALTIN B’SAĦĦITNA ’L QUDDIEM B U D G E T 2 0 2 1
Ministru għal Għawdex
Clint Camilleri
Investiment f’Għawdex “B’dan il-Baġit Gvern Laburista kompla jikkonferma kemm l-infrastruttura f’Għawdex fis-sens wiesa’ tagħha qed tingħata prijorità. Se nkomplu ngħollu l-livell fil-gżira Għawdxija, nagħtu lil Għawdex dak li verament jixraqlu u ntejbu l-istil ta’ ħajja tal-Għawdxin kollha. Dan iż-żmien se jibqa’ mfakkar għall-ħidma bla preċedent li qed issir fl-oqsma kollha għall-ġid tal-Għawdxin u ta’ kull min iżur din il-gżira.”
•
Baġit 2021 - rekord bi €22 miljun għall-investimenti kapitali f’Għawdex li jfisser żieda ta’ €3 miljun.
•
Prijorità lir-rikostruzzjoni tat-toroq u l-infrastruttura madwar Għawdex kollu.
•
Incentivi għall-ħolqien ta’ impjiegi f’Għawdex – bl-introduzzjoni tat-tieni fibre optic cable, l-Innovation Hub tax-Xewkija u t-tkomplija tax-xogħol fuq l-Osservatorju Astronomiku Nazzjonali fl-Qortin fin-Nadur.
•
Se jiġu estiżi l-Employment Refund Scheme, it-Teleworking Scheme, l-iskemi fil-qasam tal-MICE, u se jkunu qed jitjiebu l-Back Office Employment Refund Scheme u skemi ta’ sapport promozzjonali lill-intraprizi Għawdxin li joperaw b’mod speċjali fis-settur tal-innovazzjoni digitali, tat-teknoloġija tal-internet u fis-settur turistiku.
•
Se jitkompla x-xogħol fuq il-bini taċ-Ċentru Akkwatiku, se jsiru l-istudji meħtieġa biex eventwalment jiġi implimentat il-Mużew kulturali taħt il-baħar u se jitkompla x-xogħol fuq id-dar għall-anzjani f’Dar San Ġużepp f’Għajnsielem.
•
Se jsir ukoll il-proġett ta’ Virtual Reality fiċ-Ċittadella u proġett ta’ akkomodazzjoni għall-istudenti Għawdxin f’Villa Lauri, Birkirkara.
•
Konnettività bejn iż-żewġ gżejjer – isir il-proġett tal-Fast Ferry, se jidħol is-servizz tar-4 vapur fuq bażi permanenti u jintgħażel il-konċessjonarju biex jiddisinja, jibni, jiffinanzja, jopera u jieħu ħsieb il-mina.
maltabudget21.com
•
Se jkun sostnut is-servizz tal-linja X300 għall-istudenti u l-ħaddiema Għawdxin.
•
Jitkompla l-Masterplan ta’ Marsalforn.
•
Riġenerazzjoni tax-Xlendi.
•
Jitkompla l-Mużew ta’ Għawdex.
•
Restawr u titjib tas-siti storiċi u turistiċi.
•
Tisbiħ tal-widien u bini tal-ħajt tas-sejjieħ.
•
Upkeep u maintenance taċ-Ċittadella u l-Visitors’ Centre.
•
Insostnu l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex.
•
Jitkompla x-xogħol fuq ir-rinnovazzjoni u l-upgrade meħtieġ tal-infrastruttura tal-ICT fil-Binja Amministrattiva tal-Ministeru għal Għawdex.
•
Jingħata bidu għall-ewwel fażi ta’proġett pilota għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli mis-slurry tal-baqar u materjal organiku.
•
Masterplan għall-għads.
•
Upgrade fl-infrastruttura tal-Korsa taż-Żwiemel f’Ta’ Xħajma.
•
Inkomplu nippromwovu lil Għawdex u nattiraw iżjed turisti.
•
Servizzi residenzjali f’Għawdex għall-anzjani.
•
Żvilupp ta’ Farm Sperimentali tal-Gvern f’Għawdex.
•
Titjib fl-infrastruttura tal-agrikoltura u fil-faċilitajiet tas-sajd.
MINISTERU GĦAL GĦAWDEX
MALTIN B’SAĦĦITNA ’L QUDDIEM B U D G E T 2 0 2 1
B’SAĦĦITNA ‘L QUDDIEM
B’iktar investiment fis-Sigurtá tal-Pajjiż
Bi strateġija ċara nibdlu l-korp tal-pulizija minn forza għal servizz
Iktar pulizija tal-komunitá, inkluż f’lokalitajiet bi sfidi partikolari bħal Marsa, Ħamrun, San Pawl il-Baħar u San Ġiljan Ikompli x-xogħol ta’ immodernizzar fl-għases ewlenin
Tibda taħdem aġenzija għall-vittmi tal-kriminalitá
maltabudget21.com
Nibqgħu ninvestu f’apparat modern u state-of-the-art Ċentru operattiv ġdid għall-Forzi Armati ta’ Malta Il-Protezzjoni Ċivili b’iktar vetturi speċjalizzati Vetturi iktar siguri għall-iskorta fil-faċilità korrettiva
Ninvestu f’kundizzjonijiet aħjar għall-ħaddiema tagħna
Ċentru ta’ Moniteraġġ li jħares b’mod aħjar is-sigurtà tal-infrastrutturi kritiċi tal-pajjiż
Unit iffokat fuq Ir-ritorn ta’ immigranti li ma jikkwalifikawx għall-ażil
Programm ġdid għal young offenders
Ħidma iktar ma’ NGOs li jgħinu fir-riforma tal-priġunieri
MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI
MALTIN B’SAĦĦITNA ’L QUDDIEM B U D G E T 2 0 2 1
Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi
Rosianne Cutajar
Aktar B’Saħħtina għax aktar Indaqs Fis-sisien tiegħu, l-Baġit tal-Gvern għas-sena 2021 huwa maħsub u mfassal biex jagħmel is-soċjetà Maltija waħda li hi aktar ugwali b’mod konkret, u iżjed ġusta fit-tqassim tal-ġid. It-tema ‘Maltin b’Saħħitna l’Quddiem’ mhix xi slogan ta’ darba, l-istess bħalma l-ugwaljanza f’pajjiżna mhix xi għan statiku li niksbuh darba u daqshekk. Il-viżjoni tagħna għal Malta tassew indaqs hi waħda solida u li tħares fit-tul. Bil-miżuri li ressaqna qed inqisu l-ugwaljanza bħala għan li rridu l-ħin kollu nikkultivawh u nindokrawh. L-għan tal-ugwaljanza, u dak ta’ aktar ekwità hu — li nerfgħu iżjed lil min jiflaħ l-inqas — huma importanti għalina daqslikieku kienu ulied li rridu narawhom jikbru f’saħħithom u jirnexxu fit-tul.
Li nissaħħu billi nimxu ’l quddiem ifisser li anke f’mument ta’ sfida dinjija bħal m’għaddejjin minnu, insaħħu l-ġid li ħloqna fl-aħħar snin biex noħolqu opportunità indaqs għal kulħadd biex jikber u jibni sisien sodi għall-familja tiegħu. Ekonomija b’saħħitha u sostenibbli tfisser li nsaħħu l-impenn lejn soċjetà aktar ugwali.
FIl-viżjoni ta’ dan il-Gvern, il-kisba ta’ bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata hija prijorità kemm għal min iħaddem kif ukoll għall-impjegati tagħna. Għal dan il-għan tinħtieġ ħidma sfiqa u sforz wiesa’ biex insaħħu dil-kultura f’pajjiżna u nifhmu l-importanza tagħha. Se nkunu għalhekk qed ninċentivaw lil min iħaddem biex joffri miżuri li jwasslu għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata — se ninċentivaw l-irġiel biex jipparteċipaw aktar fil-ħajja tal-familji tagħhom u fir-rwoli tagħhom fi djarhom biex b’hekk insaħħu fil-proċess forma ta’ ugwaljanza ħajja u pro-attiva bejn is-sessi.
maltabudget21.com
Matul l-2021 se nibdew nimplimentaw l-Istrateġija għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Se nkunu qed insaħħu l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, u dan permezz ta’ Kummissjoni għad-Drittijiet Umani u l-Ugwaljanza b’riżorsi tajbin iddedikati għaliha. Dan mhux biss gvern li jaspira lejn ir-ruħ soċjali — dan huwa gvern riformista. Bħalissa għaddejja b’konsultazzjoni pubblika biex nintroduċu, għall-ewwel darba f’pajjiżna Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali Kontra r-Razziżmu u l-Ksenofobija. U dan minbarra ħidma ma’ taqta’ xejn u konsultazzjoni wiesgħ, fuq riformi kruċjali oħra — fosthom dik tal-kannabis għal użu personali. Bħalissa għaddejjin ħidma sfiqa lejn ir-riformi meħtieġa biex niżguraw li jkollna rappreżentanza ugwali fil-Kamra tar-Rappreżentanti tagħna — l-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna.
Ħidma oħra li hi ferm għal qalbi, u li kienet ħolma sa mill-ewwel ġurnata li ingħatajt dan il-portafol mill-Prim Ministru Robert Abela, hija lejn it-twaqqif ta’ Ċentru għall-komunità LGBTIQ+ li għandu l-għan li jġib taħt saqaf wieħed numru ta’ servizzi u faċilitajiet ipprovduti mill-Gvern u mis-Soċjetà Ċivili lill-komunità LGBTIQ+ ta’ ġenerazzjonijiet differenti. Din hija idea innovativa li se tkompli fuq il-passi tajbin li ksibna s’issa f’dan il-qasam. Aktar minn hekk, il-Gvern se jkun ukoll qed jipprovdi appoġġ finanzjarju lill-komunità LGBTIQ sabiex tospita f’Malta l-EuroPride 2023. Miżura oħra li qed iressaq dan il-Baġit hija r-rokonoxximent ta’ dawk il-persuni romol f’unjoni ċivili jew koabitazzjoni. U dawn huma biss ftit mill-miżuri ewlenin li qed nieħdu azzjoni konkreta fuqhom biex id-differenza fil-ħajja ta’ kull membru tas-soċjetà tagħna titjieb b’mod mill-aktar dirett u li jinħass fil-ħajja ta’ kuljum tal-poplu tagħna
Naturalment — dan kollu qed ikun possibbli għax il-viżjoni ħolistika ta’ dan il-Gvern għal Malta tissokkta b’enerġija daqskemm bit-tfassil għaqli li dejjem kienu magħrufa għalih gvernijiet Laburisti matul is-snin. Bejn il-paroli u l-politika hemm baħar jaqsam. Hija tassew ħasra li l-Oppożizzjoni f’pajjiżna bħalissa mhix tressaq kontribut b’saħħtu jew imqar kritika esperta u utli lejn ħafna mill-oqsma tal-ħidma ekonomika tal-Gvern. Altru minn hekk — l-Oppożizzjoni spiċċat tfaqqar dibattiti mill-aktar importanti billi taħli l-ħin prezzjuż irregalat lilha mill-poplu fi slogans vojta jew intiżi biex itellfu u jaljenaw il-ħidma tal-Gvern. Il-messaġġ tiegħi huwa wieħed ta’ kuraġġ. Ir-ruħ tal-Baġit 2021 hi waħda ta’ enerġija u ħidma kbira. Se nkomplu noħolqu iżjed ġid. U dan filwaqt li nżommu quddiem għajnejna l-bżulija u l-qlubija tal-Maltin — iż-żewġ valuri li bihom għelibna kemm-il sfida fl-imgħoddi. U hekk ukoll qegħdin nagħmlu illum - nibnu ġejjieni aktar b’saħħtu għax aktar ugwali.
SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI
MALTIN B’SAĦĦITNA ’L QUDDIEM B U D G E T 2 0 2 1
Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej
Stefan Zrinzo Azzopardi
Aktar Ħidma B’Fondi Ewropej Filwaqt li diversi pajjiżi qegħdin idaħħlu miżuri ta’ awsterita’ il-budget ta’ din is-sena huwa wieħed bla preċedent. L-akbar wieħed fl-istorja ta’ pajjiżna. Budget b’saħħtu li jagħti sostenn lill-familji, żgħażagħ, anzjani u negozji biex flimkien negħlbu l-isfidi, nagħtu kuraġġ, tama u nkunu ta’ serħan il-moħħ. Il-Gvern bis-saħħa tal-għaqal tiegħu rnexxielu jġib il-finanzi tal-pajjiż fuq saqajhom tant li seta’ jinvesti miljuni kbar ta’ Ewro fl-ekonomija biex jiġu salvati eluf ta’ mpjiegi.
F’Lulju li għadda, l-Prim Ministru Robert Abela kiseb għal Malta pakkett finanzjarju ġdid mill-Unjoni Ewropea ta’ €2.25 biljun għas-seba’ snin li ġejjin. Din l-allokazzjoni ta’ fondi għal Malta hija d-doppju ta’ dak li kienet kisbet taħt amministrazzjoni preċedenti. Il-fondi Ewropej minn dan il-pakkett finanzjarju se jkunu ta’ sostenn għat-twettieq ta’ aktar proġetti u miżuri li tħabbru fil-budget flimkien ma’ proġetti oħra.
Dawn il-fondi huma mifruxa fuq programmi ffinanzjati mill-budget ta’ kull seba’ snin (MFF) tal-Unjoni Ewropea u minn fondi mill-istrumenti ġodda ta’ rkupru u ta’ tranżizzjoni (RFF) li nediet il-Kummissjoni Ewropea fl-isfond ta’ sfidi kbar ambjentali u tal-krizi tal-Covid-19.
Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi fl-ewwel laqgħa li attenda għaliha tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fi Frar li għadda. Huwa jirrappreżenta lil Malta f’dawn il-laqgħat regolarment.
Permezz ta’ dawn il-fondi Ewropej il-Gvern Malti se jkompli jsaħħaħ l-investiment meħtieġ f’diversi setturi b’mod partikolari fejn għandu x’jaqsam l-ambjent, it-tibdil fil-klima, l-innovazzjoni u l-qalba għal ekonomija diġitali u investimenti oħra fl-edukazzjoni, is-sigurta tal-pajjiż, fil-qasam soċjali, il-biedja u s-sajd.
Kif intqal fid-diskors tal-Budget, il-Gvern se jkun qiegħed jalloka madwar €120 miljun f’fondi Ewropej il-ġdid React EU, biex ikompli jagħti s-sostenn tiegħu għall-impjiegi li ntlaqtu ħażin mill-pandemija Covid-19. Permezz ta’ kofinanzjament minn dawn il-fondi Ewropej qed ikun hemm finanzjament tal-wage supplement biex hekk inkunu nistgħu ngħinu lill-ħaddiema u n-negozji.
Il-biedja u s-sajd huma setturi ewlenin li bbenefikaw minn Fondi Ewropej sa minn meta Malta saret membru tal-Unjoni Ewropea.
maltabudget21.com
Programm ieħor li stabbiliet il-Kummissjoni Ewropea fid-dawl tal-pandemija huwa dak magħruf bħala l-Faċilita għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) li minnu Malta akkwistat €220 miljun f’għotja diretta. Dawn il-flus se jintefqu biex inkomplu nirriġeneraw l-ekonomija ta’ pajjiżna filwaqt li ssir emfasi fuq is-setturi tal-ambjent u l-klima, kif ukoll fil-qasam tal-qalba diġitali li għalih l-Ewropa qegħda tiddedika ħafna mir-riżorsi tagħha għas-seba’ snin li ġejjin. Huwa fatt magħruf li l-Unjoni Ewropea fis-seba’ snin li ġejjin se tagħti importanza kbira lil żewg oqsma partikolari li fihom, l-Istati Membri kollha qed jiġu mħeġġa biex jinvestu mill-biljuni kbar ta’ Ewro allokati. Dawn huma l-qasam ambjentali u dak diġitali. F’dak li jirrigwarda l-ambjent, permezz tal-Green Deal, l-istati membri kollha qegħdin jintrabtu li jaħdmu flimkien biex sas-sena 2050 l-Unjoni Ewropea kollha tkun “carbon neutral”, jiġifierri jitnaqqsu għall-kollox l-emmissjonijiet tal-karbonju fl-arja. Il-Fondi Ewropej huma sors ewlieni ta’ finanzjament għall-proġetti infrastrutturali kbar li saru u li qegħdin isiru fil-pajjiż kollu.
Il-budget li tressaq fl-aħħar jiem fil-Parlament jikkumplimenta l-viżjoni tal-Unjoni Ewropea għal dan il-qasam b’diversi inċentivi fuq bdil ta’ karozzi qodma, ix-xiri ta’ karozzi elettriċi, aktar sussidji fuq il-pannelli foto-voltajiċi u anke proġetti infrastrutturali ta’ impjanti ġodda. Dawn flimkien mat-tneħħija gradwali tas-‘single use plastic’ u pakketti attraenti għall-investituri permezz ta’ ‘Green Bonds’ li jiffinanzjaw proġetti li jippromwovu enerġija rinovabbli. Fost proġetti maġġuri favur arja aktar nadifa li se jitwettqu b’fondi Ewropej fix-xhur u s-snin li ġejjin hemm dak magħruf bħala x-“ship-to-shore energy” fil-Port il-Kbir biex il-cruise liners li jidħlu f’dan il-port maestuż, ma jużawx aktar il-magni tagħhom li jniġġżu imma jibdew jieħdu l-enerġija tagħhom mill-grid nazzjonali tal-enerġija. Qegħdin isiru wkoll studji biex proġett simili jkun jista’ jitwettaq ukoll fil-Port Ħieles u b’hekk jitnaqqas ukoll it-tniġġiż għar-residenti ta’ Birżebbuġa. Dan l-investiment sostenibbli fl-infrastruttura tal-baħar qed jiġi kkumplimentat mal-investiment fuq l-art, hekk kif permezz ta’ fondi Ewropej qed naraw proġetti bħal Marsa Junction u t-tunnels ta’ Santa Luċija li se jkunu qed isaħħu in-network ta’ toroq, inaqqsu bottlenecks u konsegwentament inaqsu t-tniġġis.
Eluf ta’ żgħażagħ, ħaddiema u negozji ibbenefikaw minn Fondi Ewropej permezz ta’ diversi skemi.
L-Unjoni Ewropea trid li fl-Istati Membri kollha jsiru żviluppi teknoloġiċi kbar biex din il-qalba diġitali tagħmel differenza reali fil-ħajja tan-nies. Ekonomija diġitali b’saħħitha u kompetittiva trid tkun waħda li tirrispetta l-valuri Ewropej. Għaldaqstant l-Unjoni Ewropea qed tikkommetti ruħha li tistabbilixxi standards internazzjonali għat-teknoloġiji l-ġodda biex l-ekonomija tagħha tkun l-aktar waħda fid-dinja miftuħa għall-investiment fil-qasam tat-teknoloġija. Jekk pajjiżna jirnexxielu jkompli javvanza teknoloġikament fil-qasam diġitali, jkun qed ilesti ruħu biex jilqa’ investiment ġdid mid-dinja kollha li jkun qed jitħajjar jinvesti fl-Ewropa.
SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ
MALTIN B’SAĦĦITNA ’L QUDDIEM B U D G E T 2 0 2 1
Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat
Clifton Grima
Sports
€ €
Investiment f’faċilitajiet sportivi bħala parti mill-preparazzjonijiet sabiex Malta tospita l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fl-2023
Rinovazzjoni tal-faċilità tal-BMX f’Pembroke
Adventure Park fil-Kottonera għall-familji kollha
Ser jitlesta ċ-ċentru ta’ Tennis f’Pembroke u t-tieni fażi tal-kumpless tal-baskitbol f’Ta’ Qali
Titlesta il-Pixxina ta’ Sirens f’San Pawl il-Baħar
Jitkompla x-xogħol fuq il-pixxina ta’ ġewwa (indoor pool) ta’ daqs olimpiku fil-Kottonera Grawnd tal-futbol fl-Imsida tal-għola livell
maltabudget21.com
Titlesta il-Pixxina f’Marsaskala Investiment f’Rowing Tank fil-Kottonera għad-dilettanti tal-Qdif
Żgħażagħ Politika Nazzjonali ġdida taż-żgħażagħ ‘Lejn l-2030’, sabiex jiġu ndirizzati l-isfidi l-ġodda li ż-żgħażagħ ser jiffaċċjaw fis-snin li ġejjin u li se tidħol fis-seħħ minn Jannar 2021
Rinovazzjoni tal-Youth Hostel f’Marsaxlokk. Dan l-investiment ser ikompli jżid il-kwalità tas-servizz li jingħata sabiex verament iż-żgħażagħ ikollhom faċilitajiet moderni u tal-aqwa kwalità
Investiment f’mobility hub f’Santa Venera sabiex ikun hemm aktar spazju għal skambji lokali u internazzjonali
Volontarjat L-Għaqdiet Volontarji, li huma rreġistrati u qed jimxu skont dak li hu stipulat fil-liġi li tirregola l-istess organizzazzjonijiet, sejrin jiġu eżentati milli jħallsu taxxa fuq xi profitt li jagħmlu matul is-sena, jekk l-introjtu annwali ma jaqbiżx il-€50,000.
Ċentru tal-Volontarjat ġdid f’Marsaxlokk b’investiment ta’ madwar €1.8 miljuni
€
€ SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, L-ISPORT U L-VOLONTARJAT
maltabudget21.com
MALTIN B’SAĦĦITNA ’L QUDDIEM B U D G E T 2 0 2 1
Traħħis fit-taxxa fuq propjetà li tinata b’donazzjoni Inqas taxxi u piżijiet! Estendejna l-ammont eżentat mit-taxxa fuq propjetà li l-ġenituri jgħaddu lil uliedhom b’donazzjoni biex jgħixu fiha. Dan l-ammont se nżiduh minn €200,000 għal €250,000.
Pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika Il-miżura li daħħalna ftit tax-xhur ilu fil-Pjan ta’ Riġenerazzjoni Ekonomika, fejn konna niedejna miżura li r-rata tal-boll fuq xiri ta' propjetà naqset minn ħamsa fil-mija (5%) għal wieħed punt ħamsa fil-mija (1.5%) fuq l-ewwel erba' mitt elf ewro (€400,000) tal-valur talpropjetà u t-tnaqqis tar-rata ta' taxxa, minn tmienja fil-mija (8%) għal ħamsa fil-mija (5%) fuq minn min qed ibiegħ propjetà, se tibqa' fis-seħħ. 5%
8%
1.5% 5%
Estensjoni ta’ skemi eżistenti fuq xiri u bejgħ ta’ propjetà Irridu bil-fatti li aktar Maltin u Għawdxin isiru sidien ta’ djarhom. F'dan il-budget mhux biss qegħdin naraw li l-iskemi tant popolari li konna għamilna jiġu estiżi, fosthom tal-First Time Buyers u Second time Buyers, iżda qed fejn jidħlu First Time Buyers qed naraw li l-ammont eżenti jitla minn €175,000 għal €200,000.
“Dan huwa l-ikbar budget li qatt ġie ipprezentat fl-istorja ta’ pajjizna” -
Ikomplu insaħħu l-industrija tal-kostruzzjoni Għaddej ix-xogħol sabiex ikollna l-bidliet neċessarji fil-qasam tal-bini u kostruzzjoni, sabiex aktar tard titwaqqaf l-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni. Dan il-pass ser jara li din l-industrija topera b’aktar professjonaliżmu sabiex b'regolamentazzjoni u standards mhux biss nnaqqsu ir-riskju ta’ inċidenti fejn ikun qed isir xogħol ta’ kostruzzjoni iżda wkoll ikun mħares l-ambjent tal-madwar. Din il-ligi ser tipprovdi wkoll li għall-ewwel darba se jiġi introdott Fond ta’ Kumpens. Matul din is-sena daħħalna liġi li tirregola r-real estate agents. Diġa kien hemm numru ta' persuni li jaħdmu fis-settur li bdew it-taħriġ tagħhom. Kull persuna li ssegwi dan it-taħriġ, imbagħad tapplika sabiex tinħareġ liċenzja biex jkun jista' jaħdem ta' aġenti tal-propjetà immobbli; sensara tal-propjetà u konsulenti tal-propjetà.
Segretarju Parlamentari Għall-Artijiet u l-Kostruzzjoni
Chris Agius
FOR SALE
SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ARTIJIET U L-KOSTRUZZJONI
Membru Parlamentari
Miriam Dalli
Infasslu Ekonomija Reżiljenti Dan huwa żmien ta’ sfidi kbar, però huwa wkoll żmien ta’ opportunitajiet bla preċedent. Qatt daqs illum fl-istorja riċenti ma kellna il-ħtieġa li nibnu ekonomija reżiljenti u b’saħħitha.
COVID-19 uriena li mhux talli rridu nkattru t-tkabbir ekonomiku, talli rridu nagħmlu dan b’mod sostenibbli u b’mod li jippreparana għall-futur. L-għaqal fil-mod kif pajjiżna amministra l-ekonomija matul dawn l-aħħar snin qed jippermettilna biex illum jiġi preżentat baġit li fil-qalba tiegħu żamm ir-ruħ soċjali tal-pajjiż. F’dawn iċ-ċirkostanzi s-saħħa tibqa’ prijorità, imma bl-istess mod irridu nagħtu attenzjoni kbira lill-anzjani u l-edukazzjoni ta’ wliedna. Dwar saħħitna, ma rridux biss nillimitaw l-impatt tal-virus, imma naraw ukoll kif ninvestu f’tip ta’ ekonomija li trendi kemm finanzjarjament u anke’ fit-tisħiħ tal-kwalità tal-ħajja.
Quddiemna għandna sfidi jew aħjar opportunitajiet ġodda, fosthom li nidikarbonizzaw l-ekonomija tagħna sal-2050. Ifisser li flimkien rridu nfasslu mudell ekonomiku ġdid li jkun reżiljenti u sostenibbli. Dawn iż-żminijiet fetħulna għajnejna fuq ħafna sfidi oħra. Qed nintebħu li mhux neċessarjament irridu nkunu fiżikament preżenti għax-xogħol biex inkomplu b’ħidmietna. Qed nindunaw li mhux bilfors nużaw il-vetturi tagħna u li jekk nagħtu spazju lill-biedja Maltija u Għawdxija se nnaqsu d-dipendenza tagħna fuq l-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli minn barra. It-triq quddiemna fiha ħafna opportunitajiet jekk ngħarfu nisfruttawhom, filwaqt li ma nneħħu qatt minn quddiem għajnejna l-ħtiġijiet ta’ dawk li l-aktar għandhom bzonn.
MALTIN B’SAĦĦITNA ’L QUDDIEM B U D G E T 2 0 2 1
Kisbiet mis-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità
Ir-Residenza ta’ San Vinċenz De Paul
• Qed isir investiment f’sistemi effiċjenti fl-enerġija fis-swali
• Qed jiġu rrinovati t-toroq u l-parking areas kollha tal-binja.
• Saret ħidma mal-Univeristà ta’ Malta sabiex jinħarġu applikazzjonijiet għal kors dwar il-kura għall-anzjani
• Qed issir ħidma għal spiżerija ġdida.
• Se tinfetaħ daqt il-binja Narċiż • Ġiet estiża din ir-residenza biex issa żdiedu 500 sodda oħra. • Qed issir ħidma biex ikun hemm uffiċji ġodda. • Qed issir ħidma biex titlesta t-tieni fażi ta’ Rużar Briffa.
• Qed isir pjan biex ikomplu jissebbħu l-ġonna tal-madwar u anki li jkun hemm restaurant. • Saret għotja 64 siġġu tar-roti u 7 saqqijiet speċjalizzati sabiex jintużaw minn anzjani li jgħixu fir-residenza ta’ San Vinċenz De Paul u minn persuni b’diżabilità li jgħixu fir-residenzi li jaqgħu taħt l-Aġenzija Sapport.
maltabudget21.com
Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità • Ġie estiż is-servizz tat-teħid tad-demm fil-komunità għall-anzjani fil-lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex kollha. • Ġie estiż is-servizz tal-Home Help sabiex dawk l-anzjani li għandhom iżjed minn 75 sena u li jgħixu waħedhom jingħataw b’mod awtomatiku sagħtejn assistenza ta’ home help. • Tnediet mill-ġdid il-Kartanzjan. Fil-fatt se jinħareġ l-ewwel ktejjeb daqt. • Infetħu Kliniċi tal-Kontintenza fil-Mosta, fiż-Żurrieq u fil-Ħamrun. Barra minn hekk qed jitqassmu iżjed prodotti ta’ kontinenza. • Sar ftehim ma’ Friends of the Sick and the Elderly f’Għawdex. • Se jinħareġ tender ġdid tal-Meals on Wheels b’investiment ta’ €1 miljun. • Se jinħareġ tender ġdid għall-ikliet fid-djar residenzjali b’investiment ta’ €1.5 miljun.
L-Aġenzija Sapport • Refurbishments f’Bormla home u fi Mtarfa Home. • Wifi fis-sezzjoni ta’ Dimensja f’Mellieħa Home, u Nurse Call fi Floriana home. • Qed issir ħidma fuq iċ-ċentru ta’ matul il-jum u l-lejl tad-dimensja f’Ħal Safi b’investiment ta’ nofs miljun. • Refurbishment ta’ Msida Home b’investiment ta’ €5 miljun • Jitkompla l-proġett tal-Home ta’ Birkirkara. • Is-servizz tas-silver T se jiġi estiż fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex. Ftit ġimgħat ilu dan ġie estiż għal total ta’ 18-il lokalità differenti. • Tisħiħ fis-servizzi tal-Handy Man.
• Qed jitfassal u daqt se jiġi implimentat il-Pjan Nazzjonali għall-Awtiżmu. • Tnediet strateġija tal-iscreening tat-tfal • Inxtraw 15-il vettura ġdida għall-persuni b’diżabilità • Sar invesitment għal defibrillaturi fil-binijiet kollha tal-Aġenzija Sapport. • Għaddej il-proġett soċjetà ġusta fejn sal-aħħar ta’ din is-sena se tkun lesta dar fiż-Żejtun u aktar ‘il quddiem djar fil-Qrendi u f’Ħal Kirkop. • Qed jiġu mmodernizzati diversi ċentri ta’ matul il-jum. • Qed isir taħriġ professjonali għall-ħaddiema fis-settur tad-diżabilità • Se jkun hemm helpline għall-persuni b’diżabilità u l-familjari tagħhom. • Qed ikompli jissaħħaħ il-proġett Reach • Qed issir ħidma biex jitwettaq il-proġett fil-kumpless Vajrita.
SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA U L-PERSUNI B’DIŻABILITÀ
MALTIN B’SAĦĦITNA ’L QUDDIEM B U D G E T 2 0 2 1
Segretarju Parlamentari għad-Drittjijiet tal-Konsumatur u Ndafa Pubblika
Deo Debattista
“Il-ħidma ta’ kull settur fi ħdan id-dekasteru tiegħi huma kollha ffukati fuq il-ġid tal-poplu malti u għawdxi, għalhekk l-individwu huwa ċ-ċentru ta’ kollox.”
Public Cleansing Matul Matul is-sena is-sena 2020, 2020, id-Diviżjoni id-Diviżjoni għat-Tindif għat-Tindif u Manutenzjoni u Manutenzjoni kompliet kompliet bil-missjoni bil-missjoni fdata fdata lilha, bil-għan lilha, bil-għan prinċipali prinċipali jkun, lijkun, jinżammu li jinżammu ż-żoniż-żoni tal-gvern tal-gvern ċentrali ċentrali nodfanodfa kemmkemm jista jkun jista jkun u bl-aħjar u bl-aħjar mod possibli. mod possibli. 1. Matul 1. Matul is-sena is-sena 2020 (Jannar 2020 (Jannar sa sa Awissu), Awissu), inġabar inġabar l-ammont l-ammont ta’ 11,000 ta’ 11,000 tunnellata tunnellata ta’ skart ta’ illegali. skart illegali. 2. Matul 2. Matul ix-xhurix-xhur tal-pandemija tal-pandemija inħaslu inħaslu iktar minn iktar 70,000 minn 70,000 km ta’km bankini ta’ bankini kif kif ukoll eluf ukollta’eluf busta’shelters, bus shelters, sinjalisinjali tat-traffiku, tat-traffiku, handrails, handrails, tabellitabelli u u għamara għamara ohra. ohra. 3. Il-ħaddiema 3. Il-ħaddiema li jnaddfu li jnaddfu t-toroqt-toroq arterjali, arterjali, bdew bdew inaddfu inaddfu t-toroqt-toroq bi bi frekwenza frekwenza ta’ 7 darbiet ta’ 7 darbiet fil-ġimgħa. fil-ġimgħa.
4. Matul 2020 poġġejna 4. Matul 2020 poġġejna għad-dispożizzjoni tal-pubbliku għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mal-230 kontenitur li jesgħu mal-230 kontenitur ġdid liġdid jesgħu madwar litruwieħed. kull wieħed. madwar 90 litru90kull 5. Żdiedet l-effiċjenza li jirrigwarda 5. Żdiedet l-effiċjenza f’dak lif’dak jirrigwarda Customer Care. Il-konkorrenza Customer Care. Il-konkorrenza hija hija inkoraġġanti u bi ħsiebna inkoraġġanti ħafnaħafna u bi ħsiebna nżidu nżidu u ntejjbu s-servizzi li noffru. u ntejjbu s-servizzi li noffru. Ġew Ġew irreġistrati iktar 7,000 minn 7,000 li irreġistrati iktar minn ilmentilment li minn dawn 96%solvuti. ġew solvuti. minn dawn 96% ġew 6. Komplejna inkattru l-inizjattivi 6. Komplejna inkattru l-inizjattivi in in konessjoni mal-kampanja ‘Għalfejn konessjoni mal-kampanja ‘Għalfejn Tħammeġ Pajjiżek?’, billi għamilna Tħammeġ Pajjiżek?’, billi għamilna programm ta’ attendenza fl-iskejjel programm ta’ attendenza fl-iskejjel tal-gvern, dawk privati wkoll sajf. skola sajf. tal-gvern, dawk privati u wkolluskola 7. Matul din is-sena jew biddilna 7. Matul din is-sena żidna żidna jew biddilna 68sellum ġdid tul il-kosta. Kif ukoll 68sellum ġdid tul il-kosta. Kif ukoll l-kontenituri tal-iskart żidna żidna l-kontenituri tal-iskart fuq fuq il-bajjiet minnbiex 300b’hekk biex b’hekk il-bajjiet b’iktarb’iktar minn 300 issa għandna madwar issa għandna madwar 1800 1800 kontenitur li tpoġġew fuq il-bajjiet kontenitur li tpoġġew fuq il-bajjiet għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
maltabudget21.com
8. Investejna 8. Investejna f’3 vannijiet f’3 vannijiet ġodda,ġodda, 2 2 vetturivetturi li jgħabbu li jgħabbu l-iskart, l-iskart, kif ukoll kif ukoll makkinarju makkinarju ġdid liġdid jnaddaf li jnaddaf u jneħħi u jneħħi l-graffiti. l-graffiti. 9. Komplejna 9. Komplejna insaħħu insaħħu l-infrastruttura l-infrastruttura tal-proġett tal-proġett ta’ CCTV ta’cameras. CCTV cameras. Il-ħsieb Il-ħsieb hu li nkomplu hu li nkomplu inżiduinżidu dawn dawn is-sistemi is-sistemi biex niproteġu biex niproteġu iż-żoniiż-żoni li li jsir abbuż jsir abbuż fihom.fihom.
Malta Medicines Authority Din l-Awtorità rawmet eċċellenza xjentifika fil-qasam tax-xjenza regolatorja. L-Awtorita twettaq ħidma sfieqa biex tissalvagwardja s-saħħa tal-pazjent billi tassigura l-kwalità, is-sigurtà u l-effikaċja tal-mediċini. 1. Minn mindu bdew id-diskussjonijiet dwar il-kannabis mediċinali f’Malta, l-Awtorità investiet fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet tagħha f’dan il-qasam. Id-Direttorat għall-Inizjattivi Xjentifiċi Avvanzati fassal qafas regolatorju għall-importazzjoni, id-distribuzzjoni u l-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali u ta' riċerka. Ix-xogħol huwa kollu bbażat fuq il-ligijiet u r-regoli ta’ pajjiżna kif ukoll dawk Ewropej u internazzjonali. Ħdimna fuq prattiċi ta’ kwalità sabiex fi ftit xhur kellna l-ewwel prodotti ta’ kannabis għall-użu mediku. 2. L-Awtorità dwar il-Mediċini ġiet inkarigata mill-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini ta’ mija tmienja u sittin (168) proċedura ta’ liċenzjar fejn issa Malta hija l-pajjiż ta’ referenza minflok ir-Renju Unit. Filwaqt li kontinwament qed tissorvelja l-prodotti kollha awtorizzati lokalment biex tiżgura li kumpaniji bbażati fir-Renju Unit jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom f'konformità mar-rekwiżiti regolatorji meħtieġa.
3. Aspett ġdid fil-ħidma tal-Awtorita’ kien l-estensjoni tal-mandat regolatorju tagħha biex jinkludi wkoll l-apparat mediku billi anke’ saru t-tibdiliet leġislattivi neċessarji. Dan il-qafas regolatorju se jkompli jissaħħaħ fix-xhur li ġejjin b’inizjattivi ta’ taħriġ u żvilupp t’infrastruttura tal-informatika apposta għar-regolazzjoni tal-apparat mediku. 4. Mill-ħidma sfieqa tal-Awtorità, qed igawdi mhux biss il-poplu Malti, iżda anke ċ-ċittadini Ewropej billi qed inżidu l-aċċessibiltà għall-mediċini ta’ kwalità għolja fl-Ewropa.
MCCAA
L-Awtorita’ ta’ Malta għal-Kompetizzjoni u għall-affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) tippromwovi, issostni u tinkoraġixxi l-kompetizzjoni, biex tissalvagwardja l-interessi tal-konsumaturi. 1. Wettaqna emendi fil-liġi tal-kompetizzjoni u tal-konsumatur sabiex nindirizzaw it-tħassib tal-Qorti Kostituzzjonali. 2. Waqt il-pandemija tal-COVID-19 l-Awtorità assistiet lill-konsumaturi Maltin u Għawdxin f’il fuq minn disa’ t’elef (9000) rikjesta mill-bidu tas-sena ‘l hawn. Fost dawn ta min isemmi numru sostanzjali ta rikjesti relatati ma bookings għas-safar li kellhom jiġu postposti jew kanċellati.
3. L-Awtorità għamlet il-moniteraġġ meħtieġ fuq prezzijiet ta’ prodotti essenzjali sabiex tħares l-interessi tal-konsumaturi, filwaqt li tħeġġeġ kompetizzjoni ġusta. L-MCCAA ssorveljat it-tqegħid ta’ prodotti fis-suq, bħal sanitizers u maskri fost l-oħrajn 4. Beda u miexi b’ritmu tajjeb il-proċess ta’ rinovazzjoni tal-laboratorji fi ħdan din l-Awtorita’. Qed isir investiment f’apparat ġdid b’valur ta’ €100,000 għal-laboratorju tal-metroloġija. 5. Matul ix-xhur li ġejjin ser ninvestu fir-rinovazzjoni tal-laboratorju tal-ittestjar. Dan il-laboratorju għandu rwol important fil-pajjiż għax iħares lejn il-kwalità ta’ setturi kritiċi bħal ma huma t-toroq u l-gassijiet mediċi li jintużaw fl-isptarijiet tagħna. 6. Fi proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropeja, din l-Awtorità bdiet timplimenta proġett b’valur ta’ madwar €120,000 bl-għan li tiffaċilita aktar l-proċess li permezz tiegħu l-konsumaturi u n-negozjanti jkunu jistgħu isibu riżoluzzjoni alternattiva għal xi tilwim ta’ bejnietom. 7. Ser ninvestu sabiex inkomplu nassiguraw il-ħarsien tal-konsumatur, anke’ fil-qasam onlajn. Matul is-sena d-dieħla se jiġi mwaqqaf e-Enforcement Unit ġdid.
SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR U NDAFA PUBBLIKA
MALTIN B’SAĦĦITNA ’L QUDDIEM B U D G E T 2 0 2 1
Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet
Alex Muscat
Baġit li jkompli jikkonferma s-suċċess ekonomiku ta' pajjiżna Għadna kemm esperjenzajna baġit li, minkejja ż-żmien diffiċli li għaddej minnu kulħadd madwar id-dinja, kompla jikkontribwixxi lejn il-kwalità tal-ħajja tagħna. Filwaqt li huwa importanti li nħarsu lejn il-miżuri mħabbra u naraw l-impatt tagħhom fuq iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, huwa wkoll kruċjali li nqisu, li dan kollu ma kienx ikun possibbli jekk mhux għall-inizjattivi li jattiraw investiment barrani.
Dan huwa żmien straordinarju għall-ekonomija Ewropea. F’Mejju, qabel it-tieni mewġa tal-pandemija, il-Kummissjoni Ewropea stmat li l-ekonomija tal-Ewropa mistennija tonqos b’7.4% din is-sena.
Qed nisimgħu diskors dwar l-iktar riċessjoni ekonomika profonda fl-istorja tal-Unjoni Ewropea: mit-tieni gwerra dinjija ’l hawn. Biex inpoġġu din il-figura f'perspettiva, l-ekonomija tal-grupp ta' 27 membru stat kienet imbassra li tikber b'1.2% din is-sena. Fl-2009, wara tal-kriżi finanzjarja globali, din naqset b'4.5%. Anke’ jekk dan il-virus inaqqas mil-qilla tiegħu, il-konsegwenzi ekonomiċi jistgħu jagħmlu pressjoni fuq l-ekonomija Ewropea għal xhur, jekk mhux ukoll snin.
Fl-eqqel tal-pandemija, għall-kuntrarju ta’ pajjiżi oħra Ewropej, bqgħajna nsostnu lill-familji tagħna u lin-negozji tagħna. Pajjiżna, llum għandu l-anqas rata ta’ qgħad fiż-Żona Ewro, u dan għaliex kreajna sors ta’ resiljenza, l-IIP li l-frott tiegħu qed narawh illum, investiment li ħalla ġid kbir f’pajjiżna.
F’dan il-kuntest, għalfejn għandha Malta tkun ikkastigata għal programm li qed iwassal għal storja ta’ suċċess ekonomiku? L-ewwel programm, li issa intemm u li minnu tgħallimna, iġġenera €1,500 miljun fl-ekonomija Maltija. Qatt daqs illum ma kien hawn bżonn dawn it-tip ta’ inizjattivi. M’għandhiex tkun il-Kummissjoni Ewropea stess li twaqqaf sors regolat immens ta’ qliegħ lil pajjiżna. Nemmen li l-iskop kollu li ninsabu f’Unjoni jorbot mal-fatt li s-suċċess tagħna huwa s-suċċess tal-pajjiżi membri kollha. Wara kollox, id-dritt fundamentali tal-moviment tal-ivjaġġar u x-xogħol fi xtajta Ewropej ifisser li mhux il-Maltin biss qed igawdu mis-suċċess ekonomiku li ksibna u għadna qed niksbu.
maltabudget21.com
Iċ-ċittadinanza Maltija hija kompetenza tal-Maltin, mhux Brussell. Daqs kemm iċ-ċittadinanza ta’ Ċipru hija affari tac-Ċiprijotti, u m’għandhiex titqabbel ma’ tagħna. Ħadd ma jrid deni lil pajjiżu stess, għalhekk kien fl-ogħla interess tagħna li naraw li min għandu intenzjoni li jaħsel il-flus, jew iwettaq xi forma ta’ reat ieħor, imur iħabbat bieb ieħor.
Għadu kemm kellna baġit li ta jum ieħor ta’ leave lill-ħaddiema kollha. Ta rifużjoni tat-taxxa għal kull min jaħdem, €100 oħra f’vouchers għal kulħadd, tejjeb iċ-children’s allowance, tejjeb fil-benefiċċji tal-inwork għal kull wild, żied il-pensjonijiet kollha, estenda l-iskema tal-first-time buyers, tella’ l-eżenzjoni mill-VAT…u nista’ nkompli nsemmi.
Jekk immissu l-inizjattivi li qed iservuna bħala sors ta’ dħul, il-konsegwenzi jaf inbagħtuhom bil-baġits li jmiss. Ħafna mill-kritika ddur mal-fatt li dawn l-inizjattivi ma jiġux mingħajr riskju. Filwaqt li rridu nagħrfu li dan huwa minnu, ir-realtà hi li r-riskji involuti fi proċess bħalma għandha Malta huma drastikament inqas minn dak li jiġri mal-kumplament tal-Ewropa kuljum. Qed nirreferi għal iktar minn 600,000 persuna li jsiru ċittadini Ewropej kull sena, permezz ta’ mekkaniżmi Ewropej stess, li huma perfettament legali. Il-fatt hu li ħadd minn dawn in-nies ma jgħaddi minn proċess ta’ skrutinju qawwi daqs dawk li jsiru ċittadini permezz tal-programm tagħna.
Qed nitkellmu fuq madwar 1,600 persuna kuljum fis-sena, li jsiru ċittadini Ewropej, mingħajr verifiċi ta’ Pulizija, skwardi ta’ intelliġenza, esperti finanzjarji u aġenziji internazzjonali. Naħseb kull qarrej jiftakar żmien meta l-baġit kien ikun meqjus bħala kundanna, b’sens ta’ biża’ għal dak li se jogħla u dak li se jsir aktar inaffordabbli. Niftakru meta f’baġits preċedenti fi żmien Gvern Nazzjonalista, konna naraw kontijiet tad-dawl u l-ilma jogħlew, u prezzijiet tal-fjuwil u tal-gas dejjem jiżdiedu. Kienu jitħabbru miżuri t’awsterità fi żminijiet meta pajjiżna seta’ jikber ekonomikament.
Jeħtieġ nirrealizzaw li sabiex insostnu baġit wara baġit bħal dak li għadu kif kellna, irridu nħarsu s-sovranità tagħna fuq kunċetti bħal dawn. Jeħtieġ nużaw l-għaqal, ir-raġuni, u nżommu l-attitudni ta’ djalogu li għandna, sabiex insostnu s-suċċess ekonomiku tagħna.
Dan il-Gvern wera li m’huwiex baħri tal-bnazzi anzi kien kapaċi jaħseb għall-maltemp. Għall-kuntrarju, rajna li nagħtu lill-poplu Malti u Għawdxi wieħed mill-aktar baġits b’saħħithom fl-istorja ta’ pajjiżna, minkejja ż-żmien diffiċli li bħalissa qegħdin naffaċċjaw. Għaliex bl-għaqal tagħna, rajna li jkollna viżjoni li twieżen lil pajjiżna f’każ ta’ bżonn.
SEGRETARJAT PARLAMENTARI, GĦAĊ-ĊITTADINANZA U L-KOMUNITAJIET
Register Today on
arms.com.mt or download the
ARMS Mobile App
Register Today Register on Today on arms.com.mt
arms.com.mt
ARMS Malta App ARMS Malta App Download Today!Download Today!
executive
a sky high vision with feet planted firmly on the ground.
VIP Handling • Business Jet Charter • Aircraft Fuel Flight Support • VIP Chauffer • Concierge Services
Executive Aviation Malta Ltd. Apron 3, Malta International Airort, Luqa 4000, Malta, Europe Phone: +356 9990 0747 | +356 9944 1432 Email: ops@executivefbo.com | Website: www.executivefbo.com
MALTIN B’SAĦĦITNA ’L QUDDIEM B U D G E T 2 0 2 1
Ministru għall-Wirt Nazzjonali l-Arti u l-Gvernijiet Lokali
José Herrera
1. Investiment dirett ta’ €300,000 fl-Underwater Cultural Heritage Unit. 2. €3.1 miljun fondi Nazzjonali għar-restawr ta’ fortifikazzjonijiet u siti storiċi.
Gvernijiet Lokali 3. €3 miljuni għall-proġetti ta’ rinnovar u restawr fil-mużewijiet u siti storiċi fi ħdan Heritage Malta.
1. €1 miljun żieda fl-allokazzjoni lill-Gvernijet Lokali. 2. €3 miljuni fi skemi għall-Gvernijiet Lokali. Żieda ta’ 36% fuq l-2020. 3. Strateġija tal-ICT li tkopri l-Gvernijiet Lokali kollha.
€ €
Wirt Nazzjonali
maltabudget21.com
4. Il-kunsilli reġjonali ser jingaġġaw nies professjonali biex jgħinu lill-Kunsilli Lokali 5. It-tindif u l-manutenzjoni fil-komunitajiet jingħataw prijorità.
2. Vouchers ta' mitt ewro (€100) ser jerġgħu jkunu disponibbli għal kull resident f'Malta li jkun għalaq 16-il sena sal-aħħar ta’ din is-sena li minnhom erbgħin ewro (€40) jistgħu jissarrfu fil-ħwienet u servizzi li jinkludu l-arti u l-kultura.
€100 VOUCHER
Setturi Kulturali u Kreattivi 1. €1 miljun żieda fl-allokazzjoni lill-Gvernijet Lokali. 2. €3 miljuni fi skemi għall-Gvernijiet Lokali. Żieda ta’ 36% fuq l-2020.
1. €2 miljuni se jiġu investiti f'sala tal-kunċerti li se tkun mgħammra biex tindirizza t-talbiet attwali tas-settur tal-arti u l-ispettaklu.
3. Strateġija tal-ICT li tkopri l-Gvernijiet Lokali kollha.
3. Reviżjonijiet fil-Wage Supplement sabiex is-setturi li l-iktar intlaqtu ekonomikament ikunu qed jibbenefikaw. 4. Il-Baġit 2021 qed jikkommetti investiment lejn Simpożju Nazzjonali tal-kultura u l-Kreattività għas-sena d-dieħla.
5. Investiment totali ta' €23 miljun se jkun allokat lill-Organizzazzjonijiet Kulturali Pubbliċi fi ħdan il-KMA b’żieda ta' 6% minn dik ibbaġitjata għall-2020. 6. Żieda ta' 41% fuq il-Baġit 2020 ġiet irreġistrata fil-programmi ta' finanzjament tal-KMA għall-2021, b'allokazzjoni totali ta' €3.4 miljun. 7. Allokazzjoni ta' miljun ewro (€1m) għal Fond ġdid ta' Għajnuna għall-Kultura bħala reazzjoni għall-impatt tal-pandemija fuq is-setturi kulturali u kreattivi.
€ MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONLI, L-ARTI U GVERNIJIET LOKALI