COVID 19 Maltese Version

Page 1


Malta’s newest Hospital. Right at your doorstep.


ST THOMAS

Malta’s newest Hospital. Right at your doorstep.

St Thomas Hospital Valletta Road Qormi

Now Open. Call us on 21 482 482


MINGŒAJR L-IÇKEN DUBJU L-IMXIJA TA’ COVID-19 HIJA L-IKBAR KRIŸI LI SEŒŒET MIT-TIENI GWERRA DINJIJA ‘L HAWN


D

in il-pandemija ħalliet u qed tħalli effetti mediċi, soċjali u ekonomiċi fuq id-dinja kollha, mhux b’inqas fuq Malta. F’Malta konna preparati sew għal din il-pandemija. Konna nafu x’irridu nagħmlu bi pjan komprensiv għas-setturi differenti li ġew milquta. Is-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi kollu kienet, għadha u tibqa’ l-ewwel prijorità. Id-deċiżjonijiet kollha li ttieħdu żammew dan il-punt kardinali fuq quddiem. F’dak li huwa l-qasam tas-saħħa, saru l-investimenti kollha neċessarji sabiex tingħata l-aħjar kura u sabiex jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha li jkun hemm bżonn li jittieħdu. Sar ukoll xogħol iżda f’dak li għandu x’jaqsam mal-aspett ekonomiku li ovvjament din il-pandemija affettwat, u qegħdha taffettwa. Fost l-iktar affarijiet importanti li bħala Gvern għamilna kien il-Patt soċjali li ġie milħuq mal-imsieħba soċjali kollha. Il-Gvern investa ħafna biex iżomm lin-negozji u lill-impjiegi f’pajjiżna ħajjin, sakemm jerġgħu jibdew jiġru waħedhom u l-fatt li kien hemm qbil bejn l-Unjins tal-ħaddiema u min iħaddem flimkien

mal-Gvern, juri l-importanza tal-konverġenza f’materja tant importanti. L-aġenziji ta’ kreditu internazzjonali laqgħu b’mod pożittiv dak li qed nagħmlu bħala pajjiż. Filfatt 3 aġenziji ta’ kreditu taw previżjoni stabbli għall-ekonomija ta’ pajjiżna wara li tgħaddi l-pandemija. Min-naħa l-oħra, l-Fond Monetarju Internazzjonali mar pass lil hinn meta ħabbar li minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, Malta se tkun l-inqas li tħoss l-impatt li se tħalli l-Covid-19. Issa li n-numru ta’ każijiet qegħdin jonqsu, ħafna birraġun bdew jistaqsu meta se jkun hemm tnaqqis f’dak li huwa mizuri ristrettivi. Dawn id-deċiżjonijiet se jittieħdu fuq bażi ta’ diversi fatturi, fosthom il-pariri mediċi li jingħataw u l-ħtiġijiet l-oħra daqstant ieħor importanti li għandu l-pajjiż. Kulħadd jixtieq li mmorru lura għan-normalità mill-aktar fis u anke’ jien għandi x-xewqa li nara l-prosperità mill-ġdid fil-pajjiż, u lin-nies kuntenti jgawdu l-ħajja. Bħala Gvern ħejjejna fuq pjan għal wara l-COVID-19 fejn it-tnaqqis tal-miżuri ser isir b’mod gradwali iżda wkoll b’mod tempestiv, li jfisser li ma rridux inkunu kmieni wisq fit-tneħħija tal-miżuri kollha, iżda fl-istess waqt lanqas tard wisq. Konvint li wara dan il-perjodu diffiċli bħala pajjiż se nerġgħu nqumu fuq saqajna u nitilqu niġru, aktar b’saħħitna minn qatt qabel.


ŒIDMA LI QED TISSARRAF BIEX JIÆU SALVATI L-IMPJIEGI TAL-ŒADDIEMA


S

a mill-bidu tal-imxija tal-Covid-19 f’Malta, il-General Workers’ Union (GWU) mill-ewwel kienet proattiva biex tipproteġi lill-ħaddiema kemm mill-aspett finanzjarju, millaspett mediku kif ukoll mil-lat uman. Dan għax l-għan prinċipali tal-GWU huwa biex tipproteġi lill-ħaddiema u jiġu salvati l-impjiegi tagħhom.

jindirizza l-isfida tal-Covid-19 - patt li fi kliem isSegretarju Ġenerali kien patt soċjali storiku li sar wara qbil tal-imsieħba soċjali kollha, jiġifieri l-Gvern, l-unjins u l-għaqdiet ta’ min iħaddem. Il-GWU baqgħet attiva u twassal il-messaġġ linnies tant li bidlet l-isfidi preżenti f’opportunitajiet anke mill-aspett fejn jidħlu l-gazzetti fejn ħolqot il-possibiltà biex il-gazzetti L-ORIZZONT u It-TORCA jkunu aċċessibbli b’mod virtwali. Apparti minn hekk l-GWU għaddejja b’ħidma kontinwa maċ-CGIL fejn jassiguraw li tingħata l-informazzjoni lill-ħaddiema Taljani li hawn Malta.

Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja

Il-prijorità tal-GWU kienet u tibqa’ dik li tħares

spjega dwar il-pjan ta’ kontinġenza li ġie implimentat

lill-ħaddiema kollha li tinkludi wkoll il-ħaddiema

f’diversi oqsma fejn ġie definit il-mod kif jistgħu

barranin, dawk Ewropej kif ukoll ħaddiema li

joperaw mingħajr ma jinfettaw lil ħaddieħor, bħal

ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea għax il-GWU

li jkun hemm shifts differenti, ilbies protettiv jew

temmen fil-kunċett ta’ ugwaljanza li kull ħaddiem,

separazzjoni bejn il-magni, fost oħrajn. Dan kollu sar

irrispettivament min-nazzjonalità, m’għandux jiġi

u għadu jsir bi pjan strutturat biex l-azjendi jibqgħu

abbużat.

għaddejja filwaqt li l-GWU tkun qed tipproteġi lill-

Il-GWU qed taħdem ukoll fuq proposti speċifiċi

membri tagħha biex kemm jista’ jkun tiġi mwaqqfa

għal meta tgħaddi din l-imxija biex jerġa’ jibda jiġi

l-imxija ta’ dan il-virus.

sostnut it-tkabbir filwaqt li l-affarijiet jistabilizzaw.

Fuq livell politiku, l-Amministrazzjoni tal-GWU

Bugeja qal li jifhem li l-akbar sentiment bħalissa

ħadmet flimkien mal-gvern f’konsultazzjonijiet

huwa ta’ dak li mhux magħruf iżda sostna li din hija

diretti biex tingħata għajnuna diretta. Matul

xi ħaġa temporanja u bil-kollaborazzjoni ta’ kull

din l-imxija l-Gvern ħabbar diversi

wieħed u waħda minna se ngħaddu minn dan il-

pakketti ta’ inċentivi biex il-pajjiż

perjodu wkoll.


EVITA L-KJU U L-UŻU TAL-FLUS KONTANTI

UŻA L-MEZZI ELETTRONIĊI TAGĦNA Kellimna | 21312020 | bov.com Maħruġ minn Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji u liċenzjata biex toffri l-kummerċ bankarju f’termini tal-Att dwaril-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta’ Malta).


EDITORJAL B’SAŒŒITNA AKTAR MINN QABEL

P

ajjiżna ilu għal dawn l-aħħar xahrejn jiġġieled l-imxija tal-Coronavirus. Ħidma li ma kinitx tinvolvi biss lill-awtoritajiet tassaħħa. Fuq livell ta’ Gvern kellek il-ministeri kollha għaddejjin b’ħidma relatata ma’ dan ilvirus, waqt li x-xogħol l-ieħor baqa’ għaddej.

L-effetti tal-Coronavirus fuq pajjiżna huma sostanzjali. Huma ferm akbar mill-effett li ħalliet il-krizi finanzjarja. Kien għalhekk li l-Gvern ħareġ għajnuna sostanzjali biex jgħin lill-industriji u kumpaniji f’pajjiżna. Din l-għajnuna kienet diretta biex issalva l-impjiegi. La darba imbagħad pajjżna joħroġ minn din l-imxija, hemmhekk il-Gvern se jkun qed jagħti għajnuna ġdida lis-settur privat biex pajjiżna jerġa’ jaqbad ir-ritmu. Hu pożittiv li tisma’ li pajjiżna mil-lat ekonomiku se jkun fost dawk l-inqas milqutin u dan grazzi għal miżuri li ħa l-Gvern. Dan ikkonfermawh ftit jiem ilu Ftich u Moody’s. Fitch jinnotaw li l-gvern ħa passi urġenti u ta’ malajr kemm fil-qasam tas-saħħa kif ukoll mil-lat ekonomiku biex jilqa’ għall-effetti tal-coronavirus. Fitch qed ibassru li l-gvern din is-sena ser ikollu defiċit ta’ 8.2 fil-mija u 5 fil-mija s-sena d-dieħla. L-istess analisti qed

ibassru li d-dejn tal-gvern ser jitla’ għal kważi 56 fil-mija. L-analisti ta’ Fitch jenfasizzaw li l-indikaturi ekonomiċi huma imtaffija bil-fatt li l-gvern għandu imġemma’ kważi €380 miljun. L-ekonomisti ta’ Fitch qalu li l-fatt li Malta kellha ekonomija li kienet sejra tajba, ser tkun f’pożizzjoni li toħroġ mill-kriżi ekonomika tal-coronavirus qabel pajjiżi oħra. Jekk nieħdu l-analisti ta’ Moody’s naraw li dawn osservaw li pajjiżna għandu riservi tajbin, livell tad-dejn tal-gvern baxx u l-fatt li l-gvern jista’ jissellef lokalment. Dwar l-effett tal-pandemija, l-analisti ta’ Moody’s ikkonkludew li għalkemm din ser tikkawża xokkijiet fiskali u ekonomiċi din is-sena, jaħsbu li l-konsegwenzi mhux ser ikunu gravi ħafna fuq il-finanzi tal-gvern. Moody’s qed tbassar li din is-sena l-ekonomija Maltija ser tonqos bit-3.8 fil-mija tal-Prodott Domestiku Gross. Jenfasizzaw imma li jistennew li l-ekonomija Maltija tirpilja mill-effetti tal-pandemija s-sena d-dieħla bi tkabbir ekonomiku ta’ 3.2 fil-mija. Huma qed jistmaw li l-gvern ser ikollu defiċit ta’ 5 fil-mija waqt li d-dejn talgvern bħala proporzjon tal-GDP ser jitla’ għal madwar 50 fil-mija. Dawn hu tbassir li għandu jagħmlilna kuraġġ u juri l-għaqal ta’ dan il-gvern.

VICTOR VELLA

Disinn u stampar minn Union Print Co. Ltd., Valletta, Malta


Il-Marittimu u l-Avjazzjoni – żewġ pedini importanti waqt il-pandemija Covid-19 Dr Ian Borg, Ministru għat‑Trasport, l‑Infrastruttura u l‑Proġetti Kapitali

M

alta, arċipelagu ta’

tan‑negozji. Fejn il‑maġġoranza

industriji tibqa’ tiġi applikata

ġżejjer ‑ dan iġib

tal‑pajjiżi l‑oħra fl‑Ewropa

fil‑proċeduri li ġibna fis‑seħħ.

bosta vantaġġi,

għandhom il‑lussu li jużaw it‑toroq

imma fil‑kuntest

biex iwasslu l‑provvisti, f’pajjiżna

tat‑trasport jippreżenta diversi sfidi wkoll. Stajna nħossu aktar mill‑viċin dawn l‑isfidi fid‑dawl tal‑pandemija li ħakmet id‑dinja.

dan nafu li mhuwiex possibbli. Bħala Ministru għat‑Trasport, l‑Infrastruttura u l‑Proġetti Kapitali għandi taħt ir‑responsabilità tiegħi

Huwa fatt li pajjiżna primarjament

dawn iż‑żewġ industriji pilastri

jistrieħ fuq it‑trasport tal‑baħar u

– il‑marittimu u l‑avjazzjoni. U

tal‑ajru għall‑provvisti u għalhekk

għalhekk kien importanti għalija li

huwa biss jekk dawn iż‑żewġ

naħdem flimkien mal‑Awtoritajiet

mezzi jiffunzjonaw b’effiċjenza

kollha sabiex naraw li dik

li jkun possibbli li l‑poplu jsib

l‑effiċjenza li hija kelma pjuttost

dak li għandu bżonn fuq l‑ixkafef

sinonima ma’ dawn iż‑żewġ

Kemm kienu importanti d‑deċiżjonijiet li ħadna f’waqthom


sabiex filwaqt li nikkontrollaw

fid‑dawl ta’ din il‑pandemija jidħlu

l‑imxija tal‑virus qerriedi,

fis‑seħħ proċeduri ta’ operat li

naċċertaw illi l‑poplu b’mod

jkunu adattati biex jilqgħu kontra

ġenerali ma jsofrix konsegwenzi

din l‑isfida, speċjalment fejn tidħol

relatati ma’ nuqqas ta’ provvisti.

is‑saħħa tal‑ħaddiema.

Kemm kien essenzjali li l‑industriji tal‑marittimu u tal‑avjazzjoni jaħdmu id f’id mal‑Gvern sabiex mhux biss il‑merkanzija u t‑tagħmir mediċinali, fost oħrajn, jaslu sal‑port jew sal‑ajruport imma li din il‑merkanzija tasal ukoll ġol‑ħwienet tal‑ikel, għand l‑ispiżjara u fl‑isptarijiet tagħna.

“...qomna għall-isfida u qed nagħmlu dak kollu li hemm bżonn sabiex ma nħallux lil dan l-għadu jegħlibna.” Il‑kaptana, il‑baħħara, il‑piloti, il‑ħaddiema tax‑xatt, ix‑xufiera tat‑trailers, il‑crew tal‑ajruplani u l‑ħaddiema tal‑ajru, fost oħrajn – dawn kollha b’xi mod jew ieħor

Din is‑sena, is‑sena 2020, żgur li ser tibqa’ f’moħħna għaliex hija sena li ġabet magħha bosta sfidi. Dawn l‑istess industriji wkoll qegħdin jaffaċċjaw l‑isfidi tagħhom imma l‑Gvern u l‑Awtorità għat‑Trasport jibqgħu kommessi li jiddiskutu mal‑partijiet kollha sabiex naraw li l‑industriji jimxu ‘l quddiem.

kienu jagħmlu parti minn katina li

Għaliex kif dejjem għamel il‑Malti –

wasslet biex pajjiżna jibqa’ fornit

qomna għall‑isfida u qed nagħmlu

b’dak kollu li huwa neċessarju,

dak kollu li hemm bżonn sabiex ma

filwaqt li naċċertaw li l‑produzzjoni

nħallux lil dan l‑għadu jegħlibna.

li ssir Malta tkun tista’ xorta

Kif nista’ mela ma nirringrazzjax

waħda tiġi esportata. Kemm kienet

lil dawk kollha li jaħdmu f’dawn

daqstant importanti l‑ħidma ta’

l‑industriji u l‑Awtoritajiet kollha

Madanakollu, filwaqt li rajna li

dawn in‑nies sabiex inġibu lura

konċernati li bil‑ħidma tagħhom

jkollna garanzija ta’ provvisti,

lill‑għeżież tagħna jekk inqabdu

qegħdin iwasslu dak li hemm

ħdimna wkoll biex naraw li

barra minn xtutna.

bżonn lill‑poplu Malti u Għawdxi.


TELESKOLA.MT

IKTAR MINN 1000 LEZZJONI U ATTIVITÀ GĦALL-ISTUDENTI TA’ KULL ETÀ

facebook.com/edukazzjoni twitter.com/edukazzjoni #movingforward HELPLINE

2598 1000

EDUCATION UPDATE Il-vjaġġ tiegħi, tiegħek, tagħna


MALTA ,

EŻEMPJU GĦALL-EWROPA

1

XTRAJNA NUMRU KBIR TA’ TAGĦMIR PROTETTIV GĦALLĦADDIEMA FIS-SETTUR TAS-SAĦĦA KIF UKOLL TAGĦMIR MEDIKU IEĦOR BĦAL VENTILATURI SABIEX VENTI L-ISPTARIJIET TAGĦNA JKUNU PREPARATI GĦAL KULL EVENTWALITÀ.

2

ŻIDNA WKOLL IN-NUMRU TA’ SODOD FL-ITU U GĦAMILNA SEJĦA GĦAL PROFESSJONISTI FIL-QASAM TAS-SAĦĦA LI JIXTIEQU JAGĦTU KONTRIBUT F’XOGĦOL F’ RELATAT MAL- COVID-19.

3

FTAĦNA TESTING HUBS F’LUXOL, ĦAL LUQA, GĦAWDEX U MATER DEI FILWAQT LI ŻIDNA N-NUMRU TA’ TESTIJIET GĦALL- CORONAVIRUS KULJUM.


IS-SETTUR EDUKATTIV WAQT IL-COVID-19

L

-ewwel aħbarijiet dwar l-imxija tal-COVID-19 bdew lejn tmiem l-ewwel ġimgħa ta’ Jannar li għadda, bl-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa tiddikjara li din l-imxija hija emerġenza għas-saħħa pubblika u ta’ tħassib internazzjonali fit-30 ta’ Jannar.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol madankollu beda mall-ewwel bl-azzjonijiet li fl-ewwel post poġġew saħħet l-istudenti u l-edukaturi tal-pajjiż. Tant li qabel malOrganizazzjoni Dinjija tas-Saħħa ddikjarat il-COVID-19 bħala emergenza u ta’ tħassib internazzjonali, id-Dipartiment talEdukazzjoni kien diġa beda jaħseb biex jara kif se jilqa’ għassitwazzjoni u f’dan mexa id f’id mal-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika. U hekk bdew sensiela ta’ komunikazzjonijiet mal-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi kollha biex jinżammu aġġornati b’dak li kien hemm bżonn b’rabta ma’ dak li kien qed jiġri u li kien jaffettwa l-andament skolastiku. Hekk kif bdiet tiżviluppa s-sitwazzjoni dinjija, kien ovvju li l-ewwel pass kien se jkun l-għeluq tal-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi bħala prekawzjoni. Għalhekk, apparti l-pariri kontinwi tal-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika, bdew sensiela ta’ laqgħat interni biex mall-ewwel jitkompla t-tfassil ta’ pjan f’din l-eventwalità. B’hekk, mat-tħabbira tal-għeluq tal-iskejjel fit-12 ta’ Marzu, kien diġa hemm pedament sod għal dak li kellu bżonn isir, aktar u aktar meta ftit tal-jiem wara tħabbar li l-għeluq kien se jibqa’ għaddej sa’ tmiem is-sena skolastika. Prattikament dan kien ifisser li għal din is-sena skolastika, l-iskejjel kienu se jibqgħu magħluqin. Bla telf ta’ żmien, Grupp ta’ Ħidma stabbilit apposta mill-

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u magħmul minn rappreżentanti mit-tliet setturi: l-Istat, il-Knisja u l-iskejjel Indipendenti, flimkien mal-Malta Union of Teachers (MUT), ħareġ linji ta’ gwida dwar diversi setturi, bi prijorità tkun ittagħlim onlajn. Dawn id-deċiżjonijiet li ttieħdu fi spirtu ta’ kordjalità bejn is-sħab kollha mall-ewwel ġew komunikati mhux biss lill-istudenti u l-edukaturi, imma wkoll lill-pubbliku. B’hekk kien hemm trasparenza sħiħa fil-mod kif beda jaħdem il-Ministeru. Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici sadanittant kompla bil-ħidma tiegħu anki permezz ta’ laqgħat virtwali – minħabba r-restrizzjonijiet ta’ safar kawża tal-imxija - ma’ ministri għall-edukazzjoni Ewropej, b’diskussjonijiet dwar kif din il-pandemija kienet qed taffettwa it-tagħlim tradizzjonali fil-klassijiet fl-iskejjel, imma aktar importanti, diskussjoni dwar x’kellu jsir biex it-tagħlim ikompli għaddej. F’dawn il-laqgħat spikka l-mod kif pajjiżna kien minn talewwel li beda t-triq għat-tagħlim onlajn. Sadnittant fuq front ieħor komplew sensiela ta’ diskussjonijiet kumplikati – minħabba n-natura tagħhom, għax ir-rieda għal soluzzjoni kienet dejjem f’moħħ ilparteċipanti – biex ikunu magħluba għadd ta’ sitwazzjonijiet oħra. Dawn ukoll kellhom importanza massima għax fuq dawn id-deċiżjonijiet kien marbut il-futur ta’ kull student u


studenta, huma min huma, qegħdin f’liema sena skolastika qegħdin u wkoll ta’ kull età. Deċiżjonijiet li riedu jindirizzaw x’se jiġri mill-eżamijiet, mid-dħul fl-istituzzjonijiet, kif student kien se jgħaddi minn sena għall-oħra – deċiżjinjiet li riedu jittieħdu fuq bażi li jkunu ġusti mhux biss għal kull naħa, imma fuq kollox għall-istudent li f’din is-sitwazzjoni kollha ma kellux ikun hu li jbati. U meta jkun hemm rieda tajba u determinazzjoni, issoluzzjoni ma ddumx ma tasal. Filfatt il-Ministeru għallEdukazzjoni u x-Xogħol, fil-preżenza tar-rappreżentanti tassetturi kollha, nkluż l-MCAST, l-Università ta’ Malta u wkoll ir-rappreżentanti tal-għaqdiet tal-istudenti, l-KSJC u l-KSU, ħabbar dawk li ssejħu “seba’ deċiżjonijiet marbuta maliskejjel, l-istituzzjonijiet edukattivi u l-eżamijiet”. Dawn kienu s-sisien ta’ Pjan Nazzjonali mifrux u li kien ikopri dak kollu li kien f’moħħ l-istudent, il-ġenitur u wkoll l-edukatur. Ma’ dan ix-xogħol kollu kienu għaddejjin fronti ta’ ħidma oħra, bid-diversi dipartimenti tal-Ministeru u wkoll bid-diversi sezzjonijiet tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni għaddejjin id f’id biex is-sitwazzjoni tal-pandemija ma tfixkel l-ebda aspett taledukazzjoni ta’ uliedna. Dan wassal għal helpline dedikat li kien indirizzat għallistudenti u wkoll għall-edukaturi kollha biex jassistihom fiddiffikultajiet jew mistoqsijiet tagħhom, repositorju ta’ tagħlim biex ukoll jgħin, aġġornament kontinwu tas-sit Edukazzjoni fuq facebook, b’informazzjoni, ħoloq li jeħduk f’siti ta’ tagħlim u wkoll attivitajiet, aħbarijiet marbuta mas-settur u għexieren ta’ siti oħra.

F’dan kollu l-Ministeru ta appoġġ lil inizjattivi li bdew ħerġin mill-edukaturi nfushom, li kienu l-ħafna li ħolqu huma stess lezzjonijiet, mogħdija tal-ħin, kwiżiż u kull xorta ta’ għajnuna lill-istudenti. Propju fil-jiem li għaddew tnieda wkoll sit ġdid teleskola. mt, b’iktar minn 1,000 lezzjoni u attività għall-istudenti kollha mis-snin bikrin sa tmiem is-Sekondarja. Il-portal fih materjal adattat għat-tfal tal-Kinder, għall-istudenti tal-Primarja, talMedja u tas-Sekondarja, f’kull suġġett. Wieħed ikun jista’ wkoll iħalli l-kumment tiegħu ħdejn kull lezzjoni sabiex jikkomunika mal-għalliema. Il-portal fih minjiera ta’ tagħlim u ta’ riżorsi marbutin mas-sillabi li jintużaw fl-iskejjel tagħna kollha, tal-Istat, tal-Knisja u l-indipendenti. Il-Ministeru ma ħalla l-ebda student jaqa’ lura. Tant li ħaseb ukoll biex studenti li jinsabu fuq Skema 9, jingħataw mhux biss servizz ta’ internet b’xejn u tablets jew mezz ieħor b’self, biex huma jkunu fuq l-istess livell ta’ sħabhom, imma kompla wkoll bis-servizz tal-kollazzjon li jingħata b’xejn lil madwar 500 tifel u tifla li ma jkollhomx il-kollazzjon biex jitrejqu meta jkunu fil-klassijiet tagħhom u li qed jitwassal salgħatba ta’ darhom. Anki ‘l hinn mis-settur edukattiv, apparti l-miżuri bla preċedent li ttieħdu, il-Ministeru ingħaqad ma’ ministeri, entitajiet oħra jew ukoll individwi biex jgħin. Dan qed jagħmlu billi offra spazju jew apparat li bl-għeluq tal-iskejjel ma kienx qed jintuża. Kif jgħaddi kollox b’wiċċ il-ġid din se tkun esperjenza li minnha se noħorġu rebbieħa u fuq kollox se jgħinuna u jissodawna l-esperjenzi pożittivi li se nkunu ġbarna matul dawn il-ġimgħat sħaħ ta’ ħidma f’settur wisq importanti.


- IBQA' D-DAR -

x 3/4


X’inhuma l-aktar sintomi komuni tal-COVID-19 Sogħla

Deni

Qtugħ ta’ nifs

Uġigħ fil-griżmejn

Għejja

Uġigħ fil-muskoli

Uġigħ ta’ ras

Imnieħer iqattar

Diarrhoea

Nuqqas fix-xamm

Nuqqas fit-togħma


NINSABU LKOLL FL-ISTESS ILMA Ikollna nammettu li bħalissa kulħadd qed iħossu li qed jgħix f’xi ħolma. Huwa naturali li l-ħsibijiet tagħna jduru madwar issitwazzjoni tal-COVID-19 għax is-saħħa pubblika tiġi l-ewwel. Però, aħna bħala individwi xorta waħda għandna l-kapaċità li nkunu l-bidla. Biex inżommu l-indafa, kulħadd qed juża iktar ilma bħalissa. Jeħtieġ li naħslu jdejna iktar minn qatt qabel u dan huwa tajjeb għax b’hekk inkunu nistgħu nżommu l-virus ’il bogħod minna. Billi kważi kulħadd jinsab id-dar, il-viti tal-ilma, ix-showers, it-toilets, il-magni tal-ħasil u d-dishwashers qed jaħdmu fuq li jaħdmu, u b’hekk qed jiżdied il-konsum u anke l-kontijiet. Għalhekk hemm bżonn li nsibu bilanċ! Dawn huma ftit pariri dwar kif int ukoll tista’ żżid l-isforzi ta’ konservazzjoni tal-ilma tiegħek, anke f’dan iż-żmien: •

Għandna bżonn innaddfu d-dar ta’ spiss bħalissa. Però, jekk nagħtu kinsa qabel ma naħslu l-art, nużaw ferm inqas bramel tal-ilma waqt li xorta nżommu nadif.

Qegħdin ukoll insajru ferm iktar mis-soltu, u l-ilma li nużaw waqt it-tisjir jista’ jinżamm u jerġa’ jintuża. Ilma li tgħalli l-ħaxix fih tista’ żżommu biex tagħmel xi soppa, u ilmijiet oħra li ssajjar bihom tista’ tużahom għat-tisqija meta jiksħu. Ippjana xi tkun se ssajjar minn qabel biex tħalli l-prodotti tal-friża jinżlu mis-silġ matul il-lejl filfriġġ minflok tħalli l-misħun nieżel fuqhom biex idubu.

Tħallix il-vit għaddej waqt li taħsel il-platti. Minflok, imla s-sink bl-ilma bis-sapun u aħsilhom sewwa, imbagħad laħlaħ fl-ilma nadif u ħallihom joqtru. Aħjar minn hekk, jekk għandek dishwasher, stenna sakemm timtela u uża lilha.

Żomm buqar vojt qrib il-vit tal-kċina u użah biex terfa’ l-ilma li jinżel waqt li tkun qed tistenna, bħall-ilma li taħsel il-frott u l-ħaxix bih jew sakemm tistenna l-ilma jisħon. Meta jimtela’, użah biex issaqqi l-pjanti.

Qed tippjana biex tagħmel l-eżerċizzju u tieħu shower dritt wara? Agħżel diska għal qalbek li tkun twila 4

minuti u pprova lesti mix-shower tiegħek qabel tintemm id-diska. Tinsiex tagħlaq l-ilma sakemm tkun qed tingħorok. Poġġi barmil vojt miegħek fix-shower biex jiġbor l-ilma żejjed li jinżel, u użah biex tifflaxxja meta jimtela. •

Jekk int fortunat biżżejjed li għandek ġnien jew bitħa bilpjanti, saqqihom wara li tinżel ix-xemx jew qabel titla’ biex tnaqqas it-telf tal-ilma permezz tal-evaporazzjoni.

Ħu vantaġġ mill-fatt li mhux qed tuża l-karozza daqs qabel u għalhekk, taħsilx il-karozza jekk verament m’hemmx bżonn.

Meta nerġgħu nużaw l-ilma, inkunu qegħdin ingawdu kollha kemm aħna, imma ftakar li kollox jibda minnek. Ħu ħsieb! Għal iktar informazzjoni żur www.ilma.org.mt

Il-Ministeru jixtieq jirringrazzja lill-haddiema kollha li ghadhom qeghdin jahdmu u jirsistu f’dawn iz-zminijiet daqshekk difficli biex jizguraw tqassim ta’ ilma frisk u sikur.

Michael Farrugia Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma


BĦALISSA HEMM BŻONN LI TAGĦMEL HEKK

ŻOMM BARMIL FIX-SHOWER. META JIMTELA UŻA L-ISTESS ILMA SABIEX TIFFLAXXJA. Żur www.ilma.org.mt għal aktar pariri dwar kif tiffranka l-ilma

Programm Operattiv I - Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014-2020 “It-trawwim ta’ ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa’ l-isfidi tagħna” Proġett parzjalment iffinanzjat mill-Fond ta’ Koeżjoni Rata ta’ ko-finanzjament: 85% Fondi mill-Unjoni Ewropea; 15% Fondi Nazzjonali

U JEKK TĦADDEM RASEK TISTA TAGĦMEL HEKK UKOLL



BIEX NGŒELBU L-PANDEMIJA FLIMKIEN – MEP Miriam Dalli

• Is-saħħa mentali hija importanti daqs is-saħħa fiżika. Flimkien ma’ Richmond Foundation wassalna pariri siewja dwar kif tieħu ħsieb saħħtek. Jekk tħossok anzjuż jew iżolat, fittex l-għajnuna billi ċċempel 1770. • Il-panedmija tista’ tiggrava s-sitwazzjoni ta’ nisa u rgiel li huma vittmi ta’ vjolenza domestika. Flimkien ma’ kollegi Ministri u entitajiet ohra, ħrigna b’inizjattiva għal assitenza legali b’xejn għal dawn il-vittmi. Ikun x’ħin ikun, ċempel għall-għajnuna fuq 79747974 jew 25674330 jew ibgħat email fuq: domesticviolence.legalaidmalta@gov.mt. Dan hu pass iehor filglieda kontra kull forma ta’ abbuż. • Jekk taħseb li tista’ tgħin fil-komunità avviċina lil Kunsill Lokali rispettiv tiegħek. Bi ftehim ma’ Ozo Group u Bad Boy Cleaners, qed inressaq ħaddiema mis-settur privat lejn kunsilli lokali, u qed isir xogħol ta’ tindif u għajnuna għat-tqassim ta’ prodotti f’diversi lokalitajiet madwar Malta.

• Jekk tinnota xi prezzijiet differenti fuq mediċini importati, tkellem mal-Awtorita tal-Konsumatur (MCCAA). Din hija realtà li qed jifdaccjaw diversi pajjiżi, għalhekk tkellimt mal-Kummissarju Ewropew Thierry Breton, li kkonferma l-ħtiega li l-Ewropa tkun aktar indipendenti fil-produzzjoni tal-mediċina, biex ikollna kontroll fuq il-prezzijiet. • Jekk int negozjant taf li issa, aktar minn qatt qabel, hu importanti li n-negozju tiegħek ikun sostenibbli. Nemmen bis-sħiħ li l-pandemija ma tistax titfa’ lura l-pjanijiet li hemm biex l-ekonomija ta’ għada tkun aktar reżiljenti. Bħalissa qiegħda naħdem flimkien ma’ numru ta’ persuni differenti dwar proposti li flimkien nemmnu li jistgħu jgħinu lin-negozji jkunu aktar sostenibbli. F’dawn iż-żminijiet, ħidmieti bħala rappreżentanta tal-poplu fuq livell Ewropew inġorrha b’ferm iktar responsabiltà. Nemmen li kull wieħed u waħda minnha nistgħu nagħmlu d-differenza aktar w aktar meta nsegwu b’attenzjoni l-appelli tal-awtoritajiet Maltin.


Eżenżjoni minn ħlas ta’ tariffi ta’ Reġistru tal-Qorti għaċ-ċittadinanzi fiż-żminijiet ta’ COVID-19 Avviż Legali li jaħseb sabiex waqt li r-Reġistru jkun magħluq b’ordni tas-Superintendent tas-Saħħa Pubblika, persuna li tkun trid tressaq rikors għall-ftuħ tar-Reġistru tkun tista’ tagħmel dan mingħajr ma tħallas id-drittijiet għall-ftuħ tar-Reġistru b’riferenza għall-kawzi ta’: - separazzjoni personali, - divorzju, - annullament, - manteniment, - filjazzjoni, - paternità, - sekwestru jew - kustodja ta’ minuri. L-eżenzjoni mill-ħlas tat-tariffa għall-ftuħ in konnessjoni mal-kawżi indikati tapplika biss jekk il-ftuħ tar-Reġistru jintalab fil-ġranet tax-xogħol matul il-ħinijiet tal-ftuħ tar-Reġistru stabbiliti mill-liġi jiġifieri mit-Tnejn sal-Ġimgħa mid-9am sat-3pm.


Helpline għall-mistoqsijiet dwar l-operat tal-Qorti: 2590 2000 Il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza, qed jassigura l-ħarsien tas-saħħa b’miżuri li jħarsu lill-ħaddiema u ċ-ċittadini li jiffrekwentaw il-Qorti. Is-seduti quddiem il-ġudikanti ġew sospiżi b’effet mis-16 ta’ Marzu ‘l quddiem. Mhux ser ikun possibli li jiġu preżentati atti fir-reġistri kollha, salv għal dawk li jiġu meqjusa bħala urġenti. Din il-miżura qed tgħin biex jittnaqqas b’mod drastiku l-preżenza tal-professjoni legali u tal-pubbliku. Ittieħdu miżuri oħrajn biex sa fejn hu possibli mpjegati tal-qorti ikunu jistgħu jaħdmu ukoll bit-telework, dan filwaqt li baqgħet tkun imħarsa s-saħħa tal-ħaddiema.


IL-PREPARAZZJONIJIET F’GŒAWDEX B’RABTA MAL-COVID-19

S

a mill-bidu li bdew ifeġġu l-każijiet talCOVID-19 f’Malta, dan il-Gvern għamilha ċara li s-saħħa talpoplu tagħna hija l-ewwel prijorità. F’Għawdex saru preparamenti daqs Malta u eventwalment il-kura għall-COVID-19 lill-pazjenti Għawdxin bdiet tingħata minn Għawdex stess.


Biex dan seta’ jsir, il-Ministeru għal Għawdex flimkien mal-Ministeru għas-Saħħa u Steward Healthcare ħadu ħsieb li Jattrezzaw l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Fil-fatt fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex tlestew 120 sodda għall-pazjenti bil-COVID-19, f’każ li jkun hemm bżonn, wara li ġew irrilokati l-pazjenti anzjani li kienu qed jokkupaw il-ward ta’ Sant’Anna fl-istess sptar. Dawn l-anzjani kienu rrilokati f’akkomodazzjoni liċenzjata, ftit metri ’l bogħod mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Wara evalwazzjoni professjonali flimkien mal-awtoritajiet tas-saħħa din il-binja kienet identifikata bħala l-aktar post ideali minħabba diversi raġunijiet. Din il-binja, fir-Rabat, ġiet mgħammra bl-esiġenzi kollha għal dar tal-anzjani u kapaċi toffri servizz tajjeb u livell tajjeb ta’ kumdità. Din l-istess akkomodazzjoni kellha 80 sodda li kienu aċċessibbli immedjatament u għandha l-potenzjal li tilqa’ mal-20 anzjan ieħor, kemm-il darba jinqala’ l-bżonn. Tqieset ukoll bħala l-post ideali minħabba l-fatt li għandha waste area iżolata, servizzi u faċilitajiet oħra li huma meħtieġa f’dar tal-anzjani. Din kienet waħda minn sensiela ta’ inizjattivi li ħadu l-Ministeru għas-Saħħa, u Steward Healthcare flimkien mal-Ministeru għal Għawdex biex jassiguraw li l-gżira Għawdxija tkun attrezzata sew għallimxija tal-COVID-19. Infetaħ iċ-ċentru għall-iswab testing fix-Xewkija wara li l-Ministeru għal Għawdex flimkien mal-Ministeru għas-Saħħa ħadu d-deċiżjoni li ż-żona tal-VIP tal-Heliport ġewwa Għawdex li ma kinitx għadha tintuża, tibda tintuża bħala ċentru għat-testing sabiex jittieħdu l-iswabs minn hemmhekk. Saru diversi xogħlijiet biex dan iċ-ċentru seta’ jibda jopera fi ftit jiem.

Sadanittant, baqgħu jittieħdu diversi miżuri ta’ prekawzjoni fosthom fumigazzjoni tal-vapuri, tat-terminals u l-karozzi tal-linja, screening tal-passiġġieri kollha miċĊirkewwa u mill-Imġarr u bdejna skeda ġdida tal-Gozo Channel. Ingħataw struzzjonijiet biex il-bibien tal-vapuri li jagħtu għal barra jibqgħu miftuħin il-ħin kollu, miżura li baqgħet fis-seħħ. Dan kemm sabiex stajna nnaqqsu l-kuntatt bejn persuni u l-handrails tal-istess bibien kif ukoll għallventilazzjoni, minflok tintuża s-sistema tal-air conditioning. Il-Kumpless Sportiv tar-Rabat ukoll inbidel f’bażi għadDipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Barra minn hekk, kuljum jiġu ddiżinfettati diversi lokalitajiet u latrini pubbliċi. Kif tistgħu tinnutaw f’Għawdex il-preparamenti u x-xogħol ma waqfux. Dan il-Gvern qatt ma ddejjaq jieħu l-miżuri li kien hemm bżonn għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi u mhux se jiddejjaq jagħmel dan kemm-il darba jkun hemm bżonn.



L-MFA toffri għall-akkomodazzjoni lill-ħaddiema fil-kura tas-saħħa

L-MFA tniedi programm televiżiv għat-tfal

I

I

s-sitwazzjoni diffiċli u mingħajr preċedent li qed niffaċċjaw titlob solidarjetà, rispett reċiproku u għaqda. L-MFA hi impenjata li tappoġġa mhux biss lil dawk involuti fil-logħba tal-futbol iżda l-komunità Maltija kollha f’dawn iż-żminijiet ta’ sfida. Fi żmien meta x-xogħol iddedikat tal-professjonisti mediċi huwa essenzjali fl-isforzi kontinwi biex ikun kontrollat it-tixrid ta’ COVID-19, l-MFA qed toffri appoġġ lill-ħaddiema tal-kura tas-saħħa li għandhom jeħtieġu akkomodazzjoni alternattiva fl-interess tas-saħħa pubblika. Għadd ta’ kmamar qed ikunu disponibbli għall-Ministeru tas-Saħħa wara li l-FA ta’ Malta laħqet ftehim ma’ tliet fornituri tas-servizzi ta’ akkomodazzjoni - Cozy Rooms Hotel (Sliema), Inħawi Boutique Hostel (San Ġiljan), Charleston Heights Residence fin-Naxxar u l-Euro Guest House fil-Gżira. Dawn il-proprjetajiet kollha huma ta’ membri tal-familja tal-futbol lokali li naqqsu sinifikament ir-rati tal-kmamar ta kuljum tagħhom bħala appoġġ għal din l-inizjattiva. L-ispejjeż relatati se jkunu koperti millMFA permezz tal-fond ta’ responsabbiltà soċjali, il-Football For Life. Dan il-programm ta’ appoġġ se jkun ikkoordinat mis-Central Procurement and Supplies Unit fil-Ministeru tas-Saħħa. Filwaqt li tenniet il-gratitudni tagħha lejn l-istaff mediku u dawk kollha li jikkontribwixxu għall-isforzi tal-pajjiż biex jindirizzaw il-Coronavirus, l-MFA irringrazzjat wkoll lill-fornituri tas-servizzi ta’ akkomodazzjoni msemmija għall-kooperazzjoni u l-appoġġ tagħhom. L-Assoċjazzjoni appellat lill-pubbliku ġenerali biex isegwi l-parir u l-istruzzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet tassaħħa.

nizjattiva li għandha l-għan li tħeġġeġ lit-tfal jibqgħu attivi f’darhom

6 ta ‘April 2020: It-tfal jistgħu jibqgħu attivi d-dar. Dan jista’ jsir permezz ta’ #TrainingWithMFA, li hu l-isem ta’ programm televiżiv li għadu kif ġie imniedi mill-Malta Football Association. L-għan tal-programm hu li jħeġġeġ lit-tfal jagħmlu l-eżerċizzji fiżiċi fid-dar waqt il-kriżi COVID-19. Il-programmi, jintwerew kuljum fuq One ​​TV, Net TV u l-istazzjon Promo ta’ Melita kif ukoll fuq il-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali tal-MFA. Il-programmi jippromwovu attività fiżika u eżerċizzji ta’ ħiliet tal-futbol li jistgħu jitwettqu fid-dar. L-eżerċizzji divertenti huma immirati lejn tfal u adolexxenti żgħar, u dawn qed isiru minn plejers tat-tim nazzjonali taħt il-gwida ta’ kowċis tal-futbol ikkwalifikati u tal-fitness li jiffurmaw parti mis-settur tekniku tal-MFA. Dr Matthew Paris, il-Viċi President tal-MFA, li qed jikkoordina dan il-proġett, qal li l-motivazzjoni tat-tfal biex jibqgħu attivi d-dar tinsab fil-qalba ta’ din l-inizjattiva. “Matul perjodu fejn l-iskejjel huma magħluqa u l-attivitajiet sportivi fil-beraħ twaqqfu, inħasset ħafna ilħtieġa li t-tfal jagħmlu eżerċizzji fiżiċi regolarment f’darhom” qal Paris. “Permezz ta’ dawn il-programmi, nittamaw li nwasslu lit-tfal tagħna biex jagħmlu l-eżerċizzji fiżiċi u b’hekk ​​nippromwovu stil ta’ ħajja attiv waqt li t-tfal jibqgħu d-dar skond il-pariri mogħtijin mill-awtoritajiet tas-saħħa”. Il-programm jixxandar kuljum fuq NET TV fl-10 ta’ filgħodu, ONE TV fil-15.55, u l-Promo Channel ta’ Melita fis-17.00.




IT-TURIŸMU:

SFIDA LI QED INDAWRUHA F’OPPORTUNITÀ

I

s-settur tat-turiżmu bħal ħafna setturi oħra ġie milqut ħażin minħabba

l-Covid, tista’ tgħid li t-turiżmu ġie żero u rridu nerġgħu nibdew mill-bidu. Stajna faċilment naqtgħu qalbna u nieqfu. Imma minflok iddeċidejna li ndawru din l-isfida f’opportunita’. Fi ftit kliem qed naħtfu dan il-ħin biex intellgħu aktar xogħol. Biex meta jiġu l-ewwel turisti, isibu prodott aħjar.


Ħloqna pakketti ta’ inċentivi biex insalvaw eluf ta’ impjiegi fit-turiżmu.

Ressaqna 6 proposti fuq livell Ewropew biex it-turiżmu jerġa’ jqum fuq saqajh.

L-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, l-MTA, b’kampanja b’saħħitha ta’ promozzjoni internazzjonali dwar Malta b’14-il lingwa differenti; Oħlom issa ... żurna ‘l quddiem.

Restawr ta’ żoni turistiċi u siti storiċi.

Flimkien ma’ Heritage Malta u l-MTA dawwarna siti storiċi b’mod virtwali madwar id-dinja.

L-Istitut tal-Istudji Turistiċi kien l-ewwel istituzzjoni edukattiva li mar bil-korsijiet kollha online. L-ITS nieda prospett ġdid għal Ottubru li jinkludi fih 2 korsijiet uniċi u ġodda li jimbuttaw turiżmu sostennibbli: Diploma Favur il-Klima u Baċellerat taxXjenza fl-Immaniġġjar tas-Sigurta’ talGħadis.

Fl-indafa pubblika sar xogħol ta’ iffumigar fuq: 18,800 km ta’ bankini, 1,042 bus shelter, u f’54 lokalita’.


GŒAD JERÆA’ JASAL ŸMIEN TA’ NORMALITÀ

NŸOMMU SODI

F

’dawn il-ġimgħat, ħajjitna nbidlet ħesrem. Ħafna ġew affettwati direttament minn din il-pandemija. Dan il-virus qed jħalli warajh konsegwenzi iebsa, minn tbatija fiżika għal diffikultajiet ekonomiċi. Filwaqt li fil-passat flimkien affaċċjajna diversi sfidi, dan l-episodju nistgħu ngħidu li huwa differenti.


Għal ħafna nies, li jibqgħu fil-kumdita’ ta’ djarhom serviet ta’ opportunità biex jirriflettu, jirtiraw mir-ritmu frenetiku tal-ħajja, jibqgħu mal-maħbubin tagħhom u jgawdu ftit ħin ta’ kumpanija. Madankollu, għal ħafna, dan huwa wkoll żmien ta’ inċertezza, impjiegi li jinsabu f’riskju u ħafna aktar konsegwenzi oħra. Nammira l-kuraġġ, mhux biss tat-tobba u l-infermiera, iżda ta’ kulħadd - tal-persuni li jnaddfu, dawk li taw ħinhom biex jqassmu l-ikel lill-ħaddiema frontliners u lil dawk li huma fil-bżonn, tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa, ħaddiema tal-Enemalta u WSC, sewwieqa tal-karozzi tal-linja, ħaddiema fi ħwienet tal-merċa u taż-żebgha, kolletturi tal-iskart u uffiċjali f’entitajiet bħal Identity Malta, fost oħrajn, li baqgħu għaddejjin b’ħidmiethom, f’dan iż-żmien diffiċli. Irrid nirringrazzja lill-poplu Malti għall-ubbidjenza tiegħu fir-rigward tar-restrizzjonijiet imposti matul dan il-perjodu. Ħafna qed jħarsu dak li kien mitlub minnhom. Dawn l-istess nies għaddejjin minn fażi xejn ideali, sfortunatament kapaċi nħossuna waħedna. Madanakollu, dan għad jgħaddi ukoll. Flimkien, se nerġgħu ngawdu minn żmien sabiħ. Kull min qed isegwi l-istruzzjonijiet biex jibqa’ d-dar qed jgħin biex jipproteġi lil dawk il-vulnerabbli. Fil-fond ta’ qalbna, aħna nafu li din hija l-aħjar ħaġa li nistghu naghmlu. Fil-futur, kulħadd se jkun kburi bil-mod kif irrispondejna għal din l-isfida. Kull siegħa ta’ xogħol tressaqna eqreb lejn ritorn għal żminijiet iktar normali. Se nirnexxu - u

dak is-suċċess jappartjeni lil kull wieħed u waħda minna. Filwaqt li jista’ jkollna ftit aktar żmien ta’ stennija sakemm nirritornaw għan-normal, għandna nagħmlu kuraġġ u niftakru li se nkunu mill-ġdid mal-ħbieb tagħna; se nkunu mill-ġdid mal-familji tagħna; se nerġgħu nissoċjalizzaw. Għalkemm qed nagħmlu progress f’din il-ġlieda nazzjonali kontra l-COVID-19, ġlieda kontra għadu li għadna ma fhimnix għal kollox, xorta għadha gwerra mhux mirbuħa. Xejn u ħadd mhu se jwaqqaf lill-Gvern milli jagħmel dak li hu meħtieġ fl-interess nazzjonali. Aħna lil min qed jaqdi dmiru biex jipproteġina, mhux nitfgħuh il-ħabs irridu, iżda nirringrazzjawh. L-imħabba tagħna lejn il-poplu Malti u lejn pajjiżna hija kbira wisq biex nabbandunawhom f’dan il-mument importanti. Rajna, li nagħmlu miżuri li ngħinu lil ħaddiema u lin-negozji Maltin u Għawdxin jibqgħu fuq saqajhom. F’dawn l-aħħar snin, flimkien, affrontajna diversi maltempati u matul dan il-vjaġġ, ħdimna flimkien biex insostnu u nassistu liċ-ċittadini u lin-negozji tagħna. Hekk kif nindirizzaw din il-pandemija, li bla dubju se ssir kapitlu fil-kotba tal-istorja, dan il-Gvern kommess li jerġa’ jkompli fejn ħalla. Flimkien qed nindirizzaw dan iż-żmien iebes, u jekk nibqgħu magħqudin u riżolti, m’għandi l-ebda dubju li se negħlbuha. Din il-kriżi hija mument li se jiddefinixxina bħala pajjiż, li għal dejjem se jibqa’ mfakkar għall-isforz kollettiv tiegħu. Għal darb’oħra se nerġgħu noħorġu rebbieħa.




Ambjent aħjar Saħħa aħjar

I

s-Sajf dalwaqt magħna imma f’dan iż-żmien ta’ inċertezza, irridu noqogħdu attenti millazzjonijiet tagħna iktar minn qatt qabel minħabba bosta raġunijiet – fosthom is-saħħa tagħna li hija ta’ priorità għal kulħadd.

L-Epidemija tal-COVID-19 uriet l-impatt enormi li jista’ jkollu l-ambjent fuqna. Skont ir-riċerka li saret mix-xjentisti fi ħdan L-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi (ERA), rajna titjib sostanzjali fejn tidħol il-kwalità tal-arja u tjiebet ukoll is-sitwazzjoni tal-istorbju fejn ukoll rajna tnaqqis drastiku. Issa nistgħu nisimgħu aktar l-għasafar jgħannu u nieħdu arja aktar nadifa. Iżda x’nistgħu nagħmlu biex din il-bidla favur l-ambjent tibqa’ waħda sostenibbli wara l-pandemija għall-ġid ta’ saħħitna u tal-ambjent ta’ madwarna? Ejja nibdew billi nitkellmu dwar l-iskart. Bosta spiċċaw jgħixu bejn l-erba’ ħitan tad-djar tagħhom għal ġimgħat sħaħ, 24 siegħa kuljum. Dan ifisser illi qed nieklu, nixorbu u ‘niddevertu’ fl-istess post – u dan kemm-il darba b’detriment għall-ambjent. Ir-raġuni prinċipali hi li l-iskart li niġġeneraw kollu jispiċċa fil-boroż taż-żibel u minħabba s-sitwazzjoni attwali niġġeneraw aktar skart domestiku. Agħti daqqa t’għajn fil-boroż taż-żibel tiegħek u x’issib: Plastik? Karti? Ikel? Dawn li ġejjin huma ftit suġġerimenti għal kif wieħed jista’ jnaqqas

il-volum tal-iskart li jiġġenera f’dawn iż-żminijiet eċċezzjonali. L-ewwel nett, ixtri l-ammont ta’ ikel li beħsiebek tiekol. Iffriża dak li ma tkunx kilt – ikun utli ħafna f’dik il-ġurnata mimlija li jkollok. Tista’ tuża l-ikel li jifdal l-għada billi żżidu ma’ xi biċċa ħobż jew bħala mili ġo xi torta. Però, l-isfida tal-iskart iġġenerat ma tiqafx biss bl-ammont ta’ ikel li tixtri. Trid iżżomm għajnejk fuq il-kontenitur li tixtri l-ikel fih! U hawnekk irridu nitkellmu dwar l-ippakketjar. Ejja nkunu realistiċi. Kemm-il darba qattajt kartuna kbira eżaġerata li tikkontjeni l-ikel imgeżwer fil-plastik, biex fil-qiegħ issib ammont vera żgħir ta’ ikel? Mur għamel ix-xirja tiegħek armat bl-informazzjoni li mhux se tiekol il-pakkett ikkulurit tal-ikel li tixtri imma l-kontenut tiegħu. Wara kollox, ilflus li tant stinkajt għalihom aħjar tużahom għall-ikel li se tiekol! Mela ħares sew madwarek meta terġa tmur tixtri u agħżel prodotti b’inqas ippakketjar. B’hekk tkun miexi fit-triq it-tajba biex tnaqqas l-iskart tiegħek – kull ma jonqos issa huwa l-użu tal-oġġetti tal-plastik li tarmi


wara li tużahom. Kollha kemm aħna nafu li l-plastik li jintuża darba biss huwa ħażin għall-ambjent. Dawn il-prodotti jniġġsu l-ibħra tagħna u joqtlu l-ħlejqiet tal-baħar. Saħansitra jitfarrku fl-hekk imsejjaħ microplastic u jispiċċaw fil-katina tal-ikel tagħna stess. Ir-risposta hi l-użu ta’ pużati li jistgħu jibqgħu jintużaw – u jekk verament trid tuża pużati li jintremew, uża l-ekwivalenti li huma riċiklabbli u ma jagħmlux daqsekk ħsara għall-ambjent. L-għażliet tiegħek huma ċ-ċavetta għas-suċċess – u tinsiex tieħu l-basket tiegħek meta tmur tixtri! Li wieħed jixtri ikel lokali, ta’ spiss ifisser li nixtru l-ikel innifsu għat-tisjir tagħna mingħajr il-kaxxi u ppakketjar. B’hekk tkun qed tgħin il-biodiversità u x-xogħol kollu siewi li jmur fit-tkabbir tal-ikel tagħna waqt li fl-istess ħin inkunu qed innaqsu l-impronte tal-karbonju tagħna minħabba li ma jkunx hemm bżonn ta’ trasportazzjoni tal-ikel minn barra. Ambjent san jimplika li għandu biodiversità b’saħħitha fi ħdanu. Il-biodiversità hija importanti fil-provvis-

ta tal-ilma, ikel, għalf u affarijiet oħra essenzjali għal saħħitna u l-benessri tagħna – bħal ma huma per eżempju d-dakkara u pjanti li huma essenzjali għall-produzzjoni tal-ikel tagħna; ix-xagħri li huwa fundamentali biex jimtela l-ilma ta’ taħt l-art; il-widien tagħna li huma essenzjali għat-tnaqqis t’għargħar u bosta speċi oħra li huma fundamentali fil-ħolqien tal-ħamrija. F’dan ir-rigward, l-ERA qed taħdem minn bosta bnadi biex tassigura l-protezzjoni għall-ambjent tagħna li jinkludu l-Istrateġija Nazzjonali u Pjan ta‘ Azzjoni dwar il-Biodiversità (NBSAP) u l-Istrateġija Nazzjonali għall-Ambjent (NSE) li jinkludu pjanijiet nazzjonali fuq il-kwalità tal-arja, biodiversità, storbju u l-użu uniku tal-plastik fost ħafna affarijiet oħra. L-iskop huwa biex tiġi aġġornata l-istrateġija nazzjonali tal-Gvern bl-isfidi, pressonijiet u theddid attwali. Madanakollu, bidla fil-politika hija biss fergħa waħda mill-azzjonijiet meħtieġa biex titwaqqaf it-telfa tal-biodiversità. L-azzjonijiet tagħna ta’ kuljum huma vitali biex intejbu l-benessri tagħna u tal-ambjent kollu ta’ madwarna.


IRRIDU NASSIGURAW LI MA JINTILFUX XOGŒLIJIET

U LI L-ŒADDIEMA JKOLLHOM DŒUL DIÇENTI

F

il-ġimgħat li għaddew, idDipartiment għarRelazzjoni Industrijali u l-Impjiegi kien impenjat sabiex joffri gwida f’dan iż-żmien diffiċli. Żminijiet fejn kien hemm ħafna mistoqsijiet. Kien proprju għalhekk li ħejjejna żewġ numri bħala helplines.

CARMELO ABELA


Xtaqna li dan id-Dipartiment ikun punt ta’ riferiment li permezz tiegħu jinħoloq il-bilanċ meħtieġ, biex kemm jista’ jkun ngħaddu minn dan iż-żmien b’serenità industrijali. Ridna nassiguraw li ma jintilfux xogħlijiet u li l-ħaddiema jkollhom dħul diċenti. Fejn la jkun hemm abbużi minn naħa u lanqas nuqqasijiet min-naħa l-oħra. B’hekk kulħadd, ikun jaf id-drittijiet tiegħu u nassiguraw li dawn ma jitnaqqrux. Il-ħaddiema tagħna tad-DIER qegħdin jirċievu medja ta’ 500-800 kuljum telefonata u 300 email kuljum. Tim ta’ 16-il persuna qed jaħdmu bla waqfien, sabiex ikunu ta’ servizz għall-ħaddiema u għal min iħaddem. Nitolbukom tikkoperaw magħhom. B’mod regolari jiena nitkellem magħhom biex nifhem aħjar x’inhuma l-aktar każi komuni li jiltaqgħu magħhom u kif bħala Gvern nistgħu naġixxu, ngħinu u nikkoreġu. Nappella lil min iħaddem sabiex jagħmel dak kollu possibli biex iżomm lill-ħaddiema kollha tiegħu fl-impjieg. Jekk ikun hemm għaqda, solidarjeta’ u sagrifiċċju minn kulħadd din il-burraxka tista’ tingħeleb. Qed nagħamlu minn kollox biex nappoġġjaw l-umanità u l-moralità li qed juru bosta sidien tax-xogħol u imprendituri sabiex l-impjiegi kollha possibbli jkunu salvati. Imma fl-istess waqt, mhux se noqogħdu siekta u passivi ma min se jipprova jabbuża. Dan il-Gvern se jibqa’ jagħmel kull sforz possibli, sabiex jassigura li kemm jista’ jkun, il-ħaddiema jkollhom dħul xieraq, fiċ-ċirkustanzi preżenti. Se jaslu żminijiet aħjar, fejn min iħaddem se jkollu bżonn ir-riżorsi umani li tant investa fihom, u jerġa’ jibda jiġri ‘l quddiem.

Id-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi ħoloq żewġ helpines: • • •

1575 għall-ħaddiema u 1576 għal min iħaddem Li qed jilqgħu t-telefonati mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit08:00-16:00.

Qabel ma jsiru xi tibdiliet filkundizzjonijiet tax-xogħol jew filpagi tal-ħaddiema, dejjem trid issir diskussjoni mad-Dipartiment.

Għal iżjed dettalji żur dier.gov.mt jew ibgħat email fuq info.dier@gov.mt.


Mistoqsijiet Frekwenti mill-ħaddiema dwar ilkundizzjonijiet tax-xogħol Minħabba s-sitwazzjoni kkawżata bl-imxija talCOVID-19, l-operat tal-kumpanija ntlaqat b’mod ħażin u issa hemm bżonn anqas riżorsi umani biex jissokta l-istess operat. F’dan il-kuntest, jista’ min jimpjega jbiddel ilkundizzjonijiet tal-ħaddiema? Iva, bħala miżura temporanja sabiex l-organizzazzjoni tibqa’ teżisti u, għaldaqstant, sabiex jinżammu l-impjiegi, wara talba bil-miktub minn min iħaddem, jista’ jingħata permess mid-Direttur Ġenerali tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg sabiex jinbidlu l-kundizzjonijiet applikabbli taxxogħol b’mod temporanju. Jista’ min iħaddem jobbliga leave sfurzat? Min iħaddem jista’ jiddeċiedi li jirrikorri għal ‘leave sfurzat’ (kif ipprovdut fil-L.S. 452. 115) sakemm min iħaddem jipprovdi lill-ħaddiem/a b’ġustifikazzjoni bil-miktub li fiha jitfisser għaliex il-persuna tkun qed tiġi mġiegħla tapplika għal-leave sfurzat. Id-dikjarazzjoni bil-miktub trid tingħata lill-ħaddiema qabel ma jibda l-perjodu tal-leave sfurzat. Jista’ min iħaddem jirrikorri għall-possibbiltà li jnaqqas il-pagi bħala mod biex jevita r-redundancy? Ħlief fejn jippermettu b’mod ċar id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, min iħaddem ma għandux inaqqas xi elementi minn kuntratti jew jagħmel kuntratti ġodda ma’ xi ħaddiem fejn jawtorizza tnaqqis fil-pagi li għandhom jitħallsu lill-ħaddiema mingħand min iħaddem.

Kif għandu jsir is-suppliment min-naħa ta’ min iħaddem? Jista’ jkun hemm xenarji differenti, kif ġej: L-ewwel xenarju: Ħaddiem ikun qiegħed b’leave bla ħlas jew b’ħinijiet imnaqqsa u s-salarju bażiku tal-persuna jaqbeż it-€800, iżda huwa anqas minn €1,200. F’dan il-każ min iħaddem għandu jkopri d-differenza bejn is-salarju bażiku u t-€800. It-tieni xenarju: Ħaddiem li s-salarju bażiku tiegħu huwa aktar minn €800 u li jkun qed jaħdem anqas sigħat min-normal, u dawn is-sigħat ta’ xogħol ma jlaħħqux il-valur ta’ €800. Hawnhekk il-ħaddiem jingħata €800 f’għotja, kif ukoll is-suppliment mingħand min iħaddem li jkun id-differenza bejn is-salarju bażiku u t-€800, sal-massimu stabbilit ta’ €1,200. It-tielet xenarju: Ħaddiem li s-salarju bażiku tiegħu jaqbeż it-€800, ikun qed jaħdem ammont ta’ sigħat li jaqbżu, f’termini ta’ valur, it-€800. Hawnhekk id-differenza bejn l-għotja ta’ €800 li tkopri s-salarju u l-valur tas-sigħat maħduma għandu jitħallas. Jekk dan l-ammont li jaqbeż it€800 ma jitħallasx, dan jitqies bħala xogħol mhux imħallas. Il-prinċipju ta’ suppliment li jlaħħaq il-massimu stabbilit ta’ €1,200, xorta japplika fejn il-ħlas tas-salarju ma jilħaqx is-salarju bażiku. Il-post tax-xogħol tiegħi ngħalaq b’mod temporanju. Issa x’jiġri? Fejn il-post tax-xogħol waqqaf l-operat tiegħu b’mod temporanju minħabba infurzar tal-Gvern jew minħabba tnaqqis fin-negozju li jwassal biex is-sidien tan-negozju jagħlqu n-negozju tagħhom b’mod temporanju, min iħaddem għandu l-ewwel jagħti leave sfurzat lill-ħaddiema qabel ma jibda l-leave bla ħlas f’każ illi l-leave bi ħlas ikun intuża kollu.


Ritratt meħud qabel l-imxija tal-Covid-19

Filwaqt li min iħaddem jista’ jagħżel li jagħti lillħaddiema l-leave kollu bi ħlas li huma intitolati għalihom, huwa biss obbligat li jagħti lill-ħaddiema dak il-leave akkumulat. Dan il-leave għandu jittieħed minn dak il-leave bi ħlas li l-ħaddiem huwa intitolat għalih u jitħallas bir-rata normali ta’ dak il-ħaddiem fis-siegħa. Jien intitolat/a għal-leave għal kwarantina? Il-leave għal kwarantina jista’ jingħata biss lil dawk il-persuni li jkollhom joqogħdu fi kwarantina obbligatorja, kif stabbilit mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika. Jekk professjonist tas-saħħa jirrakkomanda li dik il-persuna impjegata trid toqgħod fi kwarantina, dik il-persuna tkun intitolata għal-leave għal kwarantina, li jitħallas b’mod sħiħ min minn iħaddem. Min iħaddem imbagħad jista’ jibgħat applikazzjoni lill-Malta Enterprise għal għotja ta’ EUR350 għal kull ħaddiem fi kwarantina.

Jekk il-ħaddiem ikun fi kwarantina aktar minn darba, allura jkun eliġibbli għal-leave għal kwarantina kull darba li hu jew hi jkunu obbligati li joqogħdu fi kwarantina. Dan għandu japplika wkoll f’dawk il-każijiet fejn min iħaddem jitlob lill-ħaddiem biex hu jew hi joqogħdu fi kwarantina bħala miżura ta’ prekawzjoni. Ma hemmx għadd minimu jew massimu ta’ ġranet għal-leave għal kwarantina, minħabba li dan in-numru jiġi ddeterminat skont il-każ minn professjonisti tas-saħħa.


Inħarsu u nimmaniġjaw is-settur tal-bini u kostruzzjoni fil-Gżejjer Maltin.

www.bca.org.mt


C

M

Y

CM

EDUCATION UPDATE

MY

my journey, your journey, our journey CY

CMY

K

KICKSTART YOUR CAREER WITH ERREMME Tax - Accounting - Audit - Corporate - Compliance www.erremme.com.mt - smicallef@erremme.com.mt - 2166 1723

ADVANCE DIPLOMA IN INTERNATIONAL TAXATION

email: info@taxacademy.mt for further information.


IL-ŒIDMA TKOMPLI FL-INTERESS TAL-POPLU MALTI U GŒAWDXI

S

a mill-bidu talpandemija talCOVID-19 bdejna naraw l-importanza li nsegwu s-sitwazzjoni ġurnata b’ġurnata. Ridna naraw li nintroduċu miżuri li jgħinu lill-familji u lill-industrija sabiex l-impatt fuqhom ikun minimizzat. Għalhekk ħdimna sabiex permezz tal-għajnuna li offrejna stajna nassiguraw illikwidità neċċessarja lin-negozji sabiex ikunu jistgħu ikomplu bloperat tagħhom.


Flimkien mal-Ministru tal-Finanzi l-Profs Edward Scicluna, ħdimt sabiex ilħaqna ftehim storiku mal-banek lokali. Dawn il-banek qed joffru għajnuna lin-negozji permezz ta’ working capital loans. Ir-rati tal-interessi fuq dan is-self ġie maqbul permezz ta’ ftehim mal-Malta Development Bank. Ħabbarna wkoll li l-Gvern se jkun qed joffri sussidju fuq l-interessi sa massimu ta’ 2.5%. Ħassejna li dan ma kienx biżżejjed, għalhekk ukoll ħabbarna permezz ta’ avviż legali l-moratorju fuq il-ħlas ta’ pagamenti, din id-darba mhux għan-negozji biss iżda anke għall-familji. Ridna nassiguraw li kull min ġie milqut b’mod negattiv millpandemija jkun jista’ jkompli għaddej bil-ħajja ta’ kuljum u jiflaħ għall-ispejjeż li ġġib magħha. Il-batut għalina jibqa’ prijorita’! Jidher li l-użu tat-teknoloġija ħa spinta f’dawn iż-żminijiet tal-pandemija. Ħafna kumpaniji qegħdin joffru lill-impjegati tagħhom il-faċilita’ tat-telework sabiex inaqqsu l-kuntatt uman u allura jirrispettaw ir-rakomandazzjonijiet tas-social distancing. Bla dubju, konsegwenza ta’ dan qiegħed isir iktar użu minn pjattaformi ta’ video conferencing sabiex ilħaddiema jkunu jistgħu jikkomunikaw. Stajna wkoll naraw investiment ikbar minn diversi kumpaniji f’servizzi ta’ eCommerce. Bħala Gvern qegħdin naraw l-importanza ta’ dan il-qasam, u filfatt għal darb oħra qiegħed ikun varat il-programm edukattiv eBiznify, li jara li jeduka kumpaniji żgħar u medji f’dan is-settur. L-importanza tar-riċerka u t-teknoloġija hija kbira sabiex inkunu nistgħu noħorġu mill-pandemija kemm jista’ jkun malajr. Kien għalhekk li nedejna fond ta’ riċerka b’valur ta’ €5.3miljun sabiex ngħinu riċerkaturi f’riċerka relatata mal-COVID-19.

Grazzi għall-kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Malti g]ax-Xjenza u t-Teknoloġija u MaltaEnterprise, riċerkaturi jistgħu jibbenefikaw minn fondi li jistgħu jgħinuhom fl-istudji tagħhom dwar l-imxija tal-COVID-19 jew anke fi studji sabiex inkunu nistgħu nipprevjenu pandemiji bħal din fil-futur. L-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta’ Malta nediet inizjattiva li permezz tagħha tinkoraġixxi u tippremja ideat innovattivi li huma mmirati biex tkun ikkontrollata l-pandemija tal-COVID-19. Il-Premju għat-Teknoloġiji Innovattivi b’Rispons għall-COVID-19 huwa mmirat biex jinkoraġġixxi l-iżvilupp u l-implimentar ta’ dawn l-istess teknoloġiji fi żmien adekwat. Sabiex it-teknoloġija tkun eliġibli għal dan il-premju, din trid tkun diġa implimentata sad-data tas-sottomissjoni, u jrid jintwera li qed tindirizza s-sitwazzjoni tal-COVID-19 u possibilment sitwazzjonijiet simili li jistgħu jiġru fil-futur. L-iskop taż-żmien qasir qiegħed hemm sabiex ikun assigurat li t-teknoloġija verament għandha impatt immedjat fuq is-sitwazzjoni lokali b’rabta mal-pandemija tal-COVID-19. Żviluppaturi ta’ dawn itteknoloġiji innovattivi li jkollhom impatt fuq is-sitwazzjoni lokali jistgħu jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom sat-18 ta’ Mejju 2020.


#BEACTIVE AT HOME Let's get stronger together...from home!

www.sportmalta.org.mt


For All Your Daily Needs Open Monday till Sunday including Public Holidays

all you need is...


250 STUDENT FUQ SKEMA 9 JIRĊIEVU INTERNET BLA ĦLAS U TABLETS B'SELF SABIEX IKUNU JISTGĦU JKOMPLU L-ISTUDJI TAGĦHOM

facebook.com/edukazzjoni twitter.com/edukazzjoni #movingforward HELPLINE

2598 1000

EDUCATION UPDATE Il-vjaġġ tiegħi, tiegħek, tagħna


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.