Get something back this festive season
Earn free rides Opt in now
X’inhu l-Cloud Computing? Cloud Computing hija teknoloġija popolari llum. Il-Cloud Computing jinvolvi l-użu ta' network vast ta' remote servers interkonnessi bl-Internet imsejħa cloud, biex jagħtu servizzi bħall-storage, software, database, networking u diversi riżorsi tal-IT fuq l-internet imsejħa wkoll cloud.
Preżentazzjonijiet
Ritratti
Dokumenti
X'inhuma t-tipi differenti tal-Cloud? Privat
Jippermettu li s-sistemi u s-servizzi jkunu aċċessibbli minn ġo organizzazzjoni.
Informazzjoni
Mużika
Pubbliku
Jippermettu li s-sistema u s-servizzi jkunu aċċessibbli faċilment għallpubbliku ġenerali.
Hybrid
Kommunita’
Taħlita ta' clouds pubbliċi u privati. L-attivitajiet kritiċi jitwettqu bl-użu ta' clouds privati filwaqt li l-attivitajiet mhux kritiċi jitwettqu bl-użu ta' clouds pubbliċi.
Tippermetti li s-sistemi u s-servizzi jkunu aċċessibbli faċilment għall-pubbliku ġenerali.
Għaliex tuża l-Cloud?
Tnaqqas l-ispiża Inaqqas l-ispazju talstorage, inaqqas ilmanutenzjoni tad-dar u l-ispiża fuq ilhardware u l-liċenzjar.
Kollaborazzjoni Kulħadd jista' jaħdem fuq l-istess dokument.
Remote access Dokumenti, files u l-posta elettronika jistgħu jiġu aċċessati permezz ta’ konnessjoni talinternet sigura.
Sigurta’ fuq il-backup Iżżomlok il-files u l-informazzjoni sikuri minn diżastri naturali, hackers u viruses.
Tiffranka l-ħin Inaqqas il-ħin tarrispons u l-ħin waqt l-ivvjaġġar.
/ESkillsMalta
eSkills eSkills Malta Foundation @eSkills_Malta
www
eskills.org.mt
GVERN TA’ MALTA
MINISTERU GĦALL-AMBJENT IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ
Wied Fulija Minn miżbla għal spazju miftuħ għall-familji
mi
EDITORJAL #WERREJ Awguri!
ĦARĠA NUMRU 5 DIĊEMBRU 2021
D
in is-sena tista’ tgħid kienet waħda impenjattiva iżda mhux biss minħabba l-ħidma marbuta mal-pandemja tal-Covid-19. Bħala pajjiż rajna li din ma waqfitx il-ħidma biex jiġu varati proġetti ġodda intiżi li jġibu bidla pożittiva fil-ħajja tan-nies. Ilkoll niftakru dak li seħħ ftit tal-ġimgħat ilu fejn ġie ppreżentat l-aktar budget soċjali u li tassew għandu jagħti garanzija ta’ futur pożittiv. Semmejt li kienet sena impenjattiva u fil-fatt fost id-diversi suġġetti li jinsabu f’din il-ħarġa, nagħtu ħarsa lejn skema importanti li ġiet varata din is-sena - dik tan-New Hope Guarantee li żgur u mhux forsi toffri tama lil dawk li kienu qed isibuha diffiċli biex isiru sidien ta’ darhom minħabba d-diżabbiltà tagħhom. Fl-isfond li qed inħarsu ‘l quddiem bit-tama li għada jkun dejjem aħjar mil-lum, issa matul iż-żminijiet ta’ festi ma nistax ma nagħlaqx billi nappella għar-responsabiltà u l-osservanza tal-miżuri fis-seħħ. L-esperjenza tgħallimna li aħjar ‘uff’ milli ‘ajma’ u nistgħu niksbu r-riżultati jekk tassew ilkoll flimkien niġbdu ħabel wieħed. Fl-aħħar nett, minn qalbi… il-Festi t-tajba.
1
EDITUR: Maria Azzopardi mazzopardi@inewsmalta.com
Disinn: Union Print design@unionprint.com.mt
Reklamar: adverts@unionprint.com.mt +356 2590 0200 Stampar u Pubblikazzjoni: Union Print Co. Ltd Workers’ Memorial Building It-Tielet Sular, Triq in-Nofsinhar Il-Belt Valletta +356 2590 0200
02 04 06 08 12 14 16 22
Ir-regolamenti ġodda tal-kera... Il-potenzjal fl-industrija tal-films f’Malta... Intervista ma’ Leonid McKay New Hope Guarantee Insaħħu l-maskri u nersqu lejn xulxin Is-sitwazzjoni bankarja f’Malta Il-ġrajjiet fl-Istati Uniti matul din is-sena X’inhu l-pass li jmiss?
IR-REGOLAMENTI ĠODDA TAL-KERA X’KIENU L-IMPATTI?
Ħ
afna mill-ekonomisti jaqblu li bosta regolamenti huma tajbin - kemm jekk tkun biex tirrenja f’poter eċċessiv tas-suq, kemm biex tindirizza l-inugwaljanzi, biex tipprovdi materji ta’ mertu jew tnaqqas l-ispejjeż soċjali. Iżda l-ekonomisti huma wkoll kawti ħafna dwar it-tfassil tal-intervent u l-prospett li kwalunkwè intervent għandu t-tendenza li joħloq konsegwenzimhuxintenzjonatiuta’
ħsara lil hinn minn dawk maħsuba. Kien hemm kunsens ġenerali qabel l-2020 li s-suq tal-kera jitħalla mhux regolat daqsu kif toħloq effiċjenza soċjali, ġustizzja u benesseri. Il-
Dr Marie Briguglio kirjiet kienu qed jiżdiedu u kwistjonijiet ta’ affordabbiltà, sigurtà u standards ta’ kwalità kienu kollha qed jiġu mmarkati bħala tħassib. L-Att il-ġdid tal-2020 dwar il-Kiri Residenzjali Privati, introduċa kontrolli fuq diversi aspetti tal-kirjiet, inkluż regolament bażiku (eż. il-kirja kellha ssir bil-miktub u debitament reġistrata), multi għal nuqqas ta’ konformità (fuq ilkera) u Bord ta’ Aġġudikazzjoni (għal danni sa €5,000). Dan l-Att mar lil hinn minn dan u pprojbixxa ċerti klawsoli li qabel kienu jillimitaw id-drittijiet talkerrejja fi ħdan il-proprjetà mikrija u jirregolaw il-proċess ta’ żgumbrament.
2
B’mod aktar kontroversjali, ġie introdott limitu fuq ir-rati ta’ żieda fil-kirjiet għal kuntratti ta’ kiri fit-tul ... fuq perjodu minimu ta’ sena u stipula t-tul eżatt u l-kriterji għal kirjiet qosra u l-perjodu minimu ta’ kirjiet twal. Fost bidliet oħra fl-operat tas-suq ħieles, il-liġi tistipula wkoll li kirjiet b’terminu fiss jiġġeddu awtomatikament sakemm is-sidien ma jinnotifikawx mod ieħor permezz ta’ ittri reġistrati.
X’kienu l-impatti? L-ewwel nett, ir-reġistrazzjoni obbligatorja tal-kuntratti (u l-penali) ħolqot inċentiv biex tirreġistra l-kirja u biex timxi mal-kundizzjonijiet fir-regolamenti. Din kienet, wara kollox, il-konsegwenza maħsuba tar-regolament. Għalkemm wieħed minn kull ħamsa mill-kuntratti reġistrati kienu dawk li jappartjenu għall-kerrejja barranin (bil-liġi bla dubju ssib inqas azzjoni fost il-partijiet Maltin), l-Att ċertament jista’ jingħad li kien wieħed ta’ suċċess. L-Att ċaqlaq is-suq – tabilħaqq aktar minn 30,000 kuntratt fl-ewwel sena biss – li waslu minn xejn. Fil-proċess, id-dejta miġbura se tippermetti lil dawk li jfasslu l-politika u riċerkaturi tas-suq biex jifhmuh aħjar. It-tieni, għarfien bikri bbażat minn dejta amministrattiva minn Malta, evidenza minn diversi swieq oħra tal-kera u għarfien mit-teorija ekonomika flimkien jissuġġerixxu li l-introduzzjoni tar-regolament ħolqot pressjoni fuq il-kirjiet - minkejja li dawn eventwalment ġew kumpensati millpressjoni ’l isfel maħluqa minn effetti tal-Covid-19. Bħala effett dirett fuq diversi kundizzjonijiet imposti, ilkerrejja huma ffaċċjati bi spejjeż netti ogħla inkluż (għal xi wħud) l-obbligu ovvju li jiddikjaraw id-dħul (15%) jekk qabel ma kinux. Il-limitu fuq ir-rata taż-żieda tal-kirjiet kien iwassal ukoll lis-sidien biex jistabbilixxu kera inizjali għolja bħala linja bażika. Pressjoni biex il-kera tiżdied tinħoloq mill-inċertezza dwar it-tul tal-kiri nnifsu u għalhekk il-perjodu li matulu jiġu ammortizzati l-miżati u l-ispejjeż ġenerali tal-aġenzija.
Waħda minn din ir-riġidità hija l-limitu ta’ 5% obbligatorja fuq ir-rata ta’ żieda li tista’ tkun qed trażżan kuntratti għal żmien itwal (sidien jippreferu li jkollhom il-flessibbiltà li jtemmu l-kuntratt aktar milli jkunu marbuta b’limitu). Oħra hija l-awto-tiġdid amministrattiv ta’ kuntratti fissi. Tfakkira awtomatizzata tad-data tat-terminazzjoni talkuntratt tista’ tilħaq għanijiet simili mingħajr il-piż ta’ eluf ta’ ittri reġistrati. Il-proċess ta’ inventarju obbligatorju jista’ wkoll jitħaffef jew jiġi spjegat aħjar biex tiffoka fuq oġġetti ta’ valur materjali. Ħafna mill-ekonomisti jaqblu li r-regolamentazzjoni hija tajba - kemm jekk tkun biex tirrenja f’poter eċċessiv tas-suq, kemm biex tindirizza l-inugwaljanza, biex tipprovdi oġġetti ta’ mertu jew tnaqqas l-ispejjeż soċjali. Iżda l-ekonomisti huma wkoll kawti ħafna dwar it-tfassil tal-intervent u l-prospett li kwalunkwè intervent għandu t-tendenza li joħloq konsegwenzi mhux intenzjonati u ta’ ħsara lil hinn minn dawk maħsuba. Hemm evidenza biżżejjed ta’ konsegwenzi negattivi ta’ regolamentazzjoni bħal din fis-suq tal-kera nnifsu f’Malta. Ir-reġimi tal-kiri ta’ qabel l-1995 irriżultaw f’telf ta’ drittijiet fost is-sidien tal-proprjetà u konsegwenza ta’ tnaqqis tas-suq tal-kera. It-treġġigħ lura tal-impatt ta’ dawn il-liġijiet se jiswa li dawk li jħallsu t-taxxa f’miljuni ta’ ewro – hekk kif il-Gvern jipprova jgħaqqad is-sigurtà tal-kerrej u d-drittijiet tas-sidien tal-proprjetà. L-Awtorità tad-Djar, sal-lum li tirreaġġixxi għar-riċerka, uriet li hija ħerqana li tibbaża l-politika fuq l-evidenza. Hekk kif toħroġ aktar dejta, se jkun possibbli li jsiru valutazzjonijiet tal-impatt aktar profondi tar-regolament dwar l-attività u l-prezzijiet tal-kiri, dwar l-ekwità, il-ħelsien mill-faqar u l-koeżjoni soċjali, kif ukoll fuq il-GPD u l-benesseri b’mod aktar wiesa’. Dan, imbagħad, se jagħmilha possibbli li tkompli taġġorna l-liġi u tfassal interventi anċillari biex jintlaħqu l-għanijiet mixtieqa.
Bl-istess mod inħasset pressjoni ’l fuq, fuq il-kirjiet blesklużjoni ta’ klawsoli li qabel kienu jagħtu komfort lillinvestitur. L-avvenimenti sussegwenti li seħħew mal-bidu talCovid-19, f’Marzu 2020, fissru li s-sidien issa qed jiffaċċjaw sfida doppja: spejjeż ogħla u domanda aktar baxxa. It-tielet, b’sena ta’ esperjenza, deher ċar li ċerti klawsoli setgħu ħolqu xi riġiditajiet bla bżonn. Hemm potenzjal li jiġi indirizzat kwalunkwè qabża regolatorja biex timmassimizza l-benefiċċji netti għas-sidien tal-proprjetà, l-inkwilini u s-soċ jetà, u fil-proċess, jiżdied l-inċentiv għar-reġistrazzjoni.
3
DOSSIER tkellem mal-Ekonomista Dr Marie Briguglio li esprimiet il-fehmiet tagħha dwar dan is-suġġett
Irridu nkomplu nkabbru l-għarfien dwar il-potenzjal fl-industrija tal-films minn Cristian Muscat
J
ohann Grech ilu jokkupa l-kariga
ta’ Kummissarju Malti għall-Films sa minn Diċembru 2017. In-namra
għax-xandirupartikolarmentil-films ilha miegħu sa minn meta kien
żagħżugħ. Qabel din il-kariga, hu serva bħala l-kap tal-marketing tal-Gvern għal ħames snin sħaħ.
Sa minn meta nħatar fit-tmexxija tal-Kum missjoni tal-Films, ħadem qatigħ sabiex aktar produtturi barranin jagħżlu lil Malta bħala d-des tinazzjoni tagħhom tant li l-qligħ iġġenerat hu sallum sostanzjali, dak ta’ €150 miljun. Fis-sena 2018, Grech nieda l-masterplan għal Malta Film Studios – investiment ta’ €35 miljun. Għalkemm l-istorja tal-films f’Malta tmur lura għal madwar mitt sena, kien biss fis-sena 2000 li ġiet imwaqqfa din il-kummissjoni bl-għan li tagħti sostenn lill-komunità ta’ produtturi lokali filwaqt li jissaħħaħ dan is-settur ferm importanti f’pajjiżna. Grech hu meqjus bħala bniedem b’viżjoni kbira lejn il-futur ta’ dan is-settur tant li implimenta ukoll strateġija sabiex l-industrija tal-films tqum fuq saqajha u dawn l-isforzi kollha taw il-frott għax Malta ġiet imfittxija aktar minn produtturi barranin, anke fi żmien il-pandemija. Iltqajt ma’ Johann Grech fejn staqsejtu xi mistoqsijiet dwar din l-industrija tant importanti f’pajjiżna. Grech beda biex faħħar il-ġenerazzjonijiet ta’ qabel li għamlu mezz sabiex jitwieled u jimraħ dan is-settur fil-gżejjer Maltin. Hu semma’ t-tankijiet li nbnew u li kienu mezz importanti sabiex ċerti produzzjonijiet li jirrikjedu effetti speċjali jkunu jistgħu jitwettqu f’ambjent kontrollat u sigur. Minkejja kollox, dawn il-faċilitajiet se jkomplu
4
jiġġeddu bl-investiment li se jkompli tal-masterplan. “Qed naħdmu sabiex ninvestu madwar €35 miljun sabiex barra l-faċilitajiet eżistenti jkollna l-ewwel soundstages f’Malta li huma importanti ħafna għallindustrija tal-films f’pajjiżna. Barra minn hekk se naċċertaw li l-industrija tal-films se tibda toħloq il-karrieri. Qed naħdmu qatigħ sabiex dan kollu jsir realtà.” Grech qalilna li l-industrija tal-films f’pajjiżna hi storja ta’ suċċess u din l-ambizzjoni trid tkompli tiġġedded anke għan-nies li ġejjin warajna. Għal dan il-għan, Grech flimkien mal-membri l-oħra li jiffurmaw il-Malta Film Commission, ħasbu biex iħejju avveniment ta’ livell għoli f’pajjiżna u li jkun wieħed memorabbli. Fil-fatt hu kkonfermat li fid-29 ta’ Jannar tassena d-dieħla se jsiru l-Malta Film Awards, avveniment li hu ferm mistenni għal dawk kollha li jaħdmu fil-films u t-televiżjoni f’pajjiżna. Iżda x’inhu l-għan ta’ din is-serata? “Nixtiequ nagħtu rikonoxximent lil crew u t-talent lokali kollhu li jaħdmu bis-sħiħ fl-industrija tagħna talkreattività. Se tkun ċelebrazzjoni biex nippremjaw ilkreattività. Jien nara wkoll li dan l-avveniment se jkun riklam b’saħħtu għal Malta.”
differenti. Din għamilha Stephen Spielberg fuq il-film rinomat “Munich”.” Grech qal li fil-Malta Film Awards ser ikunu involuti ukoll anke l-Kunsilli Lokali u l-Ministeru tal-Kultura, Arti u Gvern Lokali biex tiġi premjata l-“Best Film Location”. Hu faħħar ukoll il-ħidma tal-Ministru għat-Turiżmu l-Onorevoli Clayton Bartolo li dejjem sab għajnuna kbira mingħandu tant li qed jaħdmu flimkien biex isaħħu l-industrija tal-films f’pajjiżna. “Jien nemmen li s-suċċess tagħna hu s-suċċess ta’ kulħadd, għax fl-aħħar mill-aħħar kulħadd jiggwadanja minn dawn il-kisbiet.” Il-messaġġ hu wieħed ċar. Il-Maltin għandhom ikunu parti minn dan is-suċċess u diversi entitajiet qed jagħżlu li jaħdmu mal-Kummissjoni tal-Films għax jafu dwar ilpotenzjal li qed toffri din l-industrija. F’din l-intervista ma stajtx ma nsemmix il-pandemija tal-COVID-19 li laqtet fil-laħam il-ħaj diversi setturi fosthom dak ċinematografiku.
Iżda x’kien ir-rispons mill-produtturi lokali għal dawn l-awards li se jsiru?
“Qabel il-COVID, l-industrija tal-films kienet qed tesperjenza influss ta’ produtturi barranin li ma kienx biss wieħed staġjonali. Ħdimna biex nissalvagwardjaw l-impjiegi ta’ kull min ġie milqut ħażin bil-COVID f’din l-industrija, aċċertajna li naħdmu ukoll fuq pipeline qawwi ta’ produzzjonijiet li kienu lesti biex jiffilmjaw malli l-pajjiż reġa’ nfetaħ f’Lulju tal-2020 – u rnexxielna. Minn Lulju tal-2020 s’issa Malta ma waqfitx tattira produzzjonijiet ta’ kull daqs u għamla.
“Nista’ ngħidlek li apparti r-rispons li rċevejna, stajna naraw ukoll entużjażmu minn dawn il-produtturi li sa flaħħar se jaraw xogħolhom jiġi rikonoxxut. Ridna nkunu inklussivi fejn inkludejna s-sottomissjonijiet ta’ produtturi li jaħdmu fuq it-televixin u oħrajn li jipproduċu films b’mod ġenerali.”
Bdejna bil-blockbuster “Jurassic World: Dominion” li huwa l-ewwel film tal-kobor tiegħu li se juri lil pajjiżna bħala Malta fl-istorja. Ilkoll eċitati biex naraw lil pajjiżna esebit f’dan il-film fiċ-ċinema f’Ġunju tal-2022. Illum kburi ngħid li ħerqan għaż-żmien li ġej u nemmen li ser inkomplu jkollna suċċessi kbar f’dan il-qasam.
Ċertament li avveniment bħal dan jitlob ippjanar birreqqa. Grech qalilna li hu flimkien mat-tim tiegħu ilhom jaħdmu għal dawn l-aħħar tmien xhur sabiex jaraw li din is-serata tkun waħda memorabbli. Hu tenna li jrid joħloq spettaklu uniku u qed jaħdmu qatigħ sabiex il-poplu Malti jkun jista’ jgawdi din iċ-ċelebrazzjoni.
Grech semma’ wkoll li ma’ kull min jiltaqa’ hemm dik il-ħeġġa u entużjażmu sabiex ikun hemm żvilupp enormi f’dan is-settur.
Il-Kummissarju għall-Films f’Malta saħaq li din hija l-ewwel darba li diversi entitajiet fi ħdan il-Gvern, fosthom il-Public Broadcasting Services, qed jingħaqdu flimkien biex jippremjaw it-talent u l-kreattività ta’ din l-industrija.
Meta staqsejnieh jekk il-gżejjer Maltin joffrux biżżejjed postijiet attraenti sabiex produttur jitħajjar jiġbed hawn Malta, Grech ikkonferma dan kollu. “Malta kapaċi tkun destinazzjoni versatili ħafna. Ilpostijiet li għandna fil-gżejjer Maltin huma uniċi u diffiċli ssib bħalhom. Biss biss f’ċerti films partikolari li nġibdu hawnhekk minn produtturi barranin, Malta libset xenarju differenti għal kollox filwaqt li setgħet tirrifletti sitt pajjiżi
5
Hu rringrazzja diversi istituzzjonijiet edukattivi fosthom l-MCAST u l-Università ta’ Malta li qed joffru korsijiet proprju fuq l-industrija tal-films. Qed naħdmu biex fiż-żmien li ġej, ikollna aktar ħaddiema jaħdmu f’dan il-qasam li kulma jmur aktar qed jikber. L-aħħar messaġġ ta’ Johann Grech kien wieħed sempliċi iżda effettiv. “Irridu nkomplu nkabbru l-għarfien tal-Maltin dwar il-potenzjal li nsibu fl-industrija tal-films. Irridu nħarrġu aktar nies sabiex ikollna ħaddiema futuri li jkollhom il-viżjoni għall-ġenerazzjonijiet li jmiss. B’hekk biss l-industrija tkompli tkun sostenibbli u World-class.”
“Ambizzjoni li nnaqqsu dejjem aktar il-lista ta’ stennija tan-nies li japplikaw mal-Awtorità”
L
Intervista mal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar minn Cristian Muscat
eonid McKay ilu jokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar sa minn Settembru 2018. Bħala persuna, għandu għal qalbu ħafna l-qasam soċjali fejn anke wettaq xi riċerka fuq
diversi setturi partikolarment dak relatat malhousing.
Apparti li gradwat f’dan is-settur, McKay għandu esperjenza vasta bl-objettiv ewlieni tiegħu hu li jkompli jdaħħal aktar policies u strateġiji li jgħinu sabiex ikun hemm żvilupp tal-housing soċjali u jiġu ġġenerati aktar inizjattivi li wara kollox jgħinu lin-nies meta jiddeċiedu li jsiru sidien ta’ djarhom jew dawk li għandhom kirja ta’ post. Iltqajna mas-Sur McKay fejn mal-ewwel deher motivat li jkompli jagħmel il-ġid f’dan is-settur tant sensittiv għal pajjiżna. Kif imħabbar, l-iskema tal-Equity Sharing se tiġi estiża għal dawk li jgħoddu minn tletin sena ‘l fuq. Skont McKay, din l-iskema hi ferm importanti tant li gawdew minnha nies li għandhom ‘il fuq minn 40 sena u li qed isibuha diffiċli li jissellfu minħabba l-età tagħhom. Li kien qed jiġri hu li nies li jew ikunu separati jew inkella għal xi raġuni jew oħra xtaqu jkollhom id-dar tagħhom għall-ewwel darba ma kinux qed jingħataw approvazzjoni millbank kummerċjali minħabba li ż-żmien ta’ self hu ferm iqsar u differenti minn oħrajn li għandhom fuq l-20 sena. Bis-saħħa tal-Equity Sharing, l-Awtorità tad-Djar qed tassisti grupp ta’ nies li anke jgħoddu dawk ‘il fuq minn 30 sena sabiex jipprevjenu kull tip ta’ diskriminazzjoni u jassistu wkoll lil dawn
in-nies li jixtiequ jsiru sidien ta’ djarhom. Dan kollu li l-gvern preżenti flimkien mal-Awtorità tad-Djar għandhom dik ir-ruħ soċjali li tgħin lil ċerta faxxa ta’ nies li se jsibuha diffiċli jinvestu fl-akkomodazzjoni personali tagħhom. Min-naħa l-oħra, il-budget li tħabbar ġie f’kuntest fejn il-waiting list naqset bin-nofs bis-saħħa ta’ 700 allokazzjoni fi tliet snin apparti l-għajnuna u l-iskemi kollha baqgħu fis-seħħ. “Dan tassew huwa budget minsus fuq il-qalb u l-politika soċjali minħabba li l-gvern preżenti investa bil-kbir u ħoloq nisġa ta’ skemi li jagħmluha aktar attraenti sabiex wieħed jinvesti f’post ġdid. B’hekk il-Gvern bl-għajnuna ta’ Malita Investments qed jgħinu biex jinbnew postijiet tal-Gvern bl-għan li jkun hemm 1,700 appartament ġdid.” Barra minn hekk, il-Ministru Roderick Galdes kien iddikjara li se jkollna aktar appartamenti minn kemm għandna waiting lists. Iżda kemm hi reali din il-mira? “Nibda billi ngħid li waħda mill-ambizzjonijiet tiegħi hi dik li nnaqqsu dejjem aktar il-lista ta’ stennija tan-nies li japplikaw mal-Awtorità tad-Djar. Irridu ngħidu li l-Awtorità kellha lista
6
ma tispiċċa qatt forsi għax kien hemm mument fejn kien hemm iġġamjar sħiħ tas-sistema. Kien għalhekk li żidna l-benefiċċji soċjali u dan wassal biex il-lista kompliet ċkienet għalkemm il-mira dejjem hi dik li nnaqqsuha aktar u aktar. Sadanittant jeżisti fenomenu fejn hemm każijiet ta’ kirjiet baxxi li qed jiġu żgumbrati. McKay qal li jaf b’dawn il-każijiet u kien għalhekk li l-gvern preżenti ħadem sabiex dawk l-inkwilini li kellhom il-kera ta’ djarhom qabel l-1995 jiġu protetti u mhux jispiċċaw barra kif ġie ġie. Hu faħħar il-ħidma tal-Ministru Roderick Galdes li indirizza din il-problema u qal li sa ċertu punt irnexxielu joħloq bilanċ bejn sid id-dar li forsi ma kienx qed jieħu kemm suppost ħaqqu minħabba l-prezz kummerċjali preżenti u l-inkwilin li xorta jibqa’ jagħti l-kontribut finanzjarju tiegħu iżda bi ftit għajnuna. Peress li ħafna minn dawn l-inkwilini huma anzjani, il-benefiċċji soċjali huma kruċjali f’dan irrigward. Iżda Leonid McKay jaqbel li d-depożitu għal xiri tal-ewwel darba ma jibqax 10% għax hawn bosta persuni li qed isibuha diffiċli? “L-ewwel u qabel kollox irridu sistema stabbli f’dan ir-rigward. Sistema li tkun magħmulha bil-għaqal bi prassi li hi wkoll mifruxa barra minn xtutna. Din l-istess sistema tiggarantixxi futur aħjar għal kulħadd u fuq kollox titħaddem aktar il-ġustizzja soċjali. Huwa għalhekk li ċerti żgħażagħ li ma jifilħux iħallsu l-10% li jitlob il-bank jiġu mgħejjuna sabiex imbagħad fil-futur qrib irodduha lura lill-Awtorità mingħajr interessi. Naħseb li dan hu pass importanti sabiex ikun hemm dik il-ġustizzja soċjali li tant nippriedkaw fuqha.”
riġenerazzjoni għax b’hekk tkun qed toffri post attraenti u tnaqqas id-dehra kerha li joffri bini mitluq. Fi sfond tal-kostruzzjoni li għaddej, għax hawn domanda għallproprjetajiet, McKay kif tara li dan se jaffettwa l-prezzijiet? “Din hi kwistjoni li tqum kull darba u li naraha ferm kruċjali. Kien għalhekk li nħoloq partnership bejn l-istat u l-knisja sabiex nippromwovu aktar djar affordabbli li jkunu għall-kiri jew għallbejgħ għalkemm nixtiequ wkoll li aktar nies ikunu sidien ta’ djarhom.” Finalment xtaqna li Leonid McKay jagħti aktar informazzjoni fuq l-inizjattiva msejħa New Hope Guarantee. Hawn hu spjega li diversi persuni kienu qed imorru l-bank sabiex jissellfu iżda ma kinux qed jiġu aċċettati minħabba l-kwistjoni tal-assikurazzjoni fuq ħajjithom. Huwa għalhekk li l-Gvern se jidħol bħala garanzija għal dawk l-individwi li għandhom problemi ta’ saħħa jew għandhom diżabbiltà sabiex anke huma jkunu sidien tad-dar tagħhom. Leonid McKay temm jgħid li dawn il-miżuri kollha li qed jiġu ipprattikati se jgħinu mhux ftit lil diversi faxex tas-soċjetà li jixtiequ jkollhom id-dar tagħhom personali u li sa ftit tas-snin ilu kienet ħolma impossibbli għalihom. Bħala Kap Eżekuttiv, l-objettiv tiegħu hu li l-Awtorità tad-Djar tkun organu importanti sabiex tgħin filprogress tas-soċjetà Maltija.
Mill-banda l-oħra, bosta huma dawk il-persuni weħidhom u anke familji li qed imorru Għawdex minħabba l-fatt li l-kirjiet hemmhekk huma irħas. McKay ikkonferma dan fejn semma’ nies li huma separati jew inkella għandhom dħul baxx. Huwa għalhekk li persuna timxi skont ir-riżorsi li għandha. Min-naħa tiegħu, McKay flimkien mal-kollegi tiegħu se jkomplu jagħmlu moniteraġġ fuq dan il-fenomenu. Tlabna lill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar sabiex jagħtina l-idea tiegħu dwar proprjetà mibnija f’Urban Conservation Area. “Nibda biex ngħid li l-budget imħabbar riċentement kien wieħed ferm ġeneruż f’dan ir-rigward. L-għan tiegħi u tal-awtorità hu dak li fejn hu possibbli nirriġeneraw postijiet li huma mitluqa u li m’għandhom ebda użu. Nista’ nikkonfermalek li fil-Belt Valletta investejna f’erba’ toroq partikolari u żviluppajna madwar 40 unit jew appartamenti li kienu mitluqin. Aħna nemmnu f’din irRitratt: Alan Saliba
7
AVVIŻ BI ĦLAS
NEW HOPE GUARANTEE TAMA LIL ŻGĦAŻAGĦ LI KIENU QED ISIBU L-BIEB MAGĦLUQ MINĦABBA D-DIŻABBILTÀ TAGĦHOM
P
ermezz tal-iskema New Hope Guarantee, il-Gvern se jkun garanti biex individwi bi kwistjonijiet mediċi jew b’diżabilità jkunu jistgħu jsiru sidien ta’ darhom. Il-Gvern permezz tal-Awtorità tad-Djar se jkun qed joffri garanzija li se tkopri self massimu ta’ €250,000 fuq proprjetà li se tintuża bħala residenza primarja.
dawn ma ngħatawx life policy. Ma ħarisniex biss lejn il-bżonnijiet tal-maġġoranza, imma rajna kif il-minoranza tingħata l-għajnuna wkoll u din il-minoranza llum għandha tama ġdida.” Din l-iskema hija xhieda ta’ kemm il-Gvern għandu ruħ soċjali, hekk kif kulħadd għandu jkollu l-opportunità li jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu.
Applikant li ma jirnexxilux jikseb polza tal-assigurazzjoni għandu japplika għal din l-iskema. Dan tal-aħħar ikun mitlub jippreżenta dokumentazzjoni mingħand tabib jew speċjalist fuq il-kundizzjoni tiegħu. L-Awtorità tad-Djar u l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità ħa jivverifikaw d-dokumenti sottomessi biex ikun żgurat li ma jkunx hemm ebda abbuż.
“Din l-iskema hija l-epiċentru tal-valuri tagħna. Bl-għajnuna mill-istat u bin-New Hope Guarantee qed inkunu inklussivi u qed noffru t-tama lil individwi li jbatu minn kwalunkwè tip ta’ diżabilità għax huma wkoll għandhom id-dritt li jwettqu l-ħolma tagħhom li jsiru sidien ta’ darhom,” temm jgħid il-Ministru Galdes.
Il-Ministru Roderick Galdes fisser kif il-garanzija New Hope ġabet ottimiżmu ġdid fost żgħażagħ li sal-lum ma setgħux isiru sidien ta’ darhom minħabba diżabilità jew raġunijiet mediċi, “Iltqajt ma’ ħafna persuni li spjegawli li minħabba d-diżabilità tagħhom meta ġew biex jixtru post, sabu imblokk hekk kif
Min-naħa tagħha l-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità talĦajja Julia Farrugia Portelli stqarret li l-fatt li kien kważi kompletament impossibbli li persuna b’diżabilità tinħarġilha polza ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja biex setgħet tirrikorri għand bank kummerċjali għal self biex tixtri residenza kien qed jirrendi sitwazzjoni li teskludi lill-persuna b’diżabilità minn din il-faċilità.
8
“Il-kelma esklużjoni m’għandhiex postha fil-vokabolarju tal-Gvern, anzi l-oppost. Naħdmu għall-inklużjoni kompleta. Il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżablità (CRPD) ilha sa mis-sena 2014 taħdem biex titneħħa din l-anomalija. Ħadmet qatigħ biex wara konsultazzjonijiet anke ma’ entitajiet barranin fasslet pjan li ġie preżentat lill-Gvern u li eventwalment wassal biex inħoloq grupp interministerjali u kienet parti mit-tim li fassal l-iskema New Hope Guarantee. Is-CRPD se tibqa’ involuta fl-implimentazzjoni tal-proċess billi tiċċertifika l-eliġibilità tal-applikant skont il-kundizzjonijiet mediċi stipulati u se tkun parti mill-bord konsultattiv li se jibqa’ jaħdem biex isaħħaħ l-iskema f’termini ta’ eliġibilità.” Il-Ministru Farrugia Portelli temmet tgħid li “Huwa ta’ sodisfazzjon kbir li issa, b’konformità mal-prinċipju tal-inklużjoni, qegħdin bħala Gvern inwasslu din il-faċilità lil min sa ftit taż-żmien ilu kien qiegħed iħossu eskluż minn dak li kien jibbenefika minnu ħaddieħor. Din hija miżura oħra li tikkonferma d-determinazzjoni tal-Gvern li ħadd ma jitħalla jaqa’ lura jew li jħossu inqas minn ħad-
9
dieħor.” Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżablità ikollha bejn żewġ u tliet każi fis-sena ta’ din ix-xorta. Il-Kummissarrju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, Samantha Pace Gasan, fakret li s-CRPD ilha mill-2014 tagħmel ir-riċerka sabiex din l-anomalija tiġi indirizzata biex b’hekk persuni b’diżabilità u oħrajn jistgħu jkunu rikonoxxuti bħala konsumaturi u jkollhom aċċess sħiħ għas-suq tal-propjetà u jsiru sidien ta’ darhom. Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Leonid McKay qal li bħal fi skemi oħra, qed jikkommettu li joffru proċess spedit fl-iskema New Hope ukoll. Huwa spjega li immedjatament wara li jiġu provduti dokumenti meħtieġa se jsir kuntatt mal-Kummissjoni għal Persuni b’Diżabilità biex isiru r-riċerki neċessarji. Jekk l-applikant ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-iskema toħroġ ittra ta’ rakkomandazzjoni lill-Bank biex tinħareġ il-garanzija fuq il-valur ta’ €250,000 minflok il-polza ta’ assigurazzjoni mitluba mill-banek kummercjali. Is-Sur McKay reġa’ sostna li l-politika socjali ma ssirx skont min jgħajjat l-aktar iżda skont il-vulnerabilità tal-persuna.
Il-Malta Enterprise b’aktar skemi biex tgħin lin-negozji
Il-Malta Enterprise qed taħdem fuq żewġ skemi ġodda li huma stabbiliti biex jgħinu lin-negozji jagħmlu l-bidliet meħtieġa biex ikabbru n-negozji tagħhom. Il-Malta Entersprise kienet kruċjali għan-negozji fi żmien il-pandamija, b’ħafna negozji jiddependu fuq għajnuna mogħtija mill-entità bħassuppliment tal-pagi. Issa li Malta qed tidħol f’naħa ġdida ta’ rkupru ekonomiku wara l-pandemija, il-Malta Enterprise hija impenjata li tgħin permezz ta’ dawn l-iskemi multipli.
X’inhi l-iskema Smart and Sustainable? L-Unjoni Ewropea hija impenjata li ssir l-ewwel blokk newtrali għall-klima fid-dinja sal-2050. Biex dan jsir jeħtieġ li jkun hemm investiment sinifikanti kemm mill-UE kif ukoll missettur pubbliku nazzjonali u mis-settur privat. Minbarra li hija obbligu, it-tranżizzjoni doppja għal prattiki tan-negozju aktar diġitali u ambjentalment sostenibbli tipprovdi opportunità għall-intrapriżi biex jikbru, isaħħu l-kompetittività u jtejjbu s-sostenibbiltà tal-attività ekonomika. Il-Malta Enterprise, bħala aġenzija ċentrali għall-iżvilupp ekonomiku f’Malta, se tkun qed tappoġġja n-negozji flinvestimenti tagħhom biex tiġi inċentivata l-adozzjoni ta’ dawn il-mogħdijiet aktar sostenibli. L- Iskema Smart and Sustainable tipprovdi għotja finanzjarja sabiex tappoġġja l-investimenti ta’ negozji li jwasslu għal proċessi aktar sostenibbli u diġitalizzati li jistghu jwasslu għattitjib tal-kompetittività tal-intrapriżi permezz tal-ottimizzazzjoni tal-użu tar-riżorsi fl-attivitajiet tagħhom.
X’għajnuna tista’ tingħata lin-negozji? L-għotja massima li tista’ tingħata biex tappoġġja investiment eliġibbli għandha tkopri 50 % tan-nefqa jew sa għotja massima ta’ €50,000 għal kull proġett. Barra minn hekk, Tax Credit sa €20,000 għal kull proġett jista’ jingħata bħala 10% addizzjonali jekk il-proġett jissodisfa wieħed mill-kriterji ta’ hawn taħt u 20% jekk il-proġett jissodisfa xi tnejn minn dawn il-kriterji ta’ hawn taħt: • Il-proġett jirriżulta f’investiment ġdid (inkluż espansjoni ta’ investimenti eżistenti) f’Għawdex; • Il-proġett jitwettaq minn negozju li jkun ilu stabbilit inqas minn tlieta snin. • Il-proġett huwa appoġġat minn verifika u valutazzjoni tal-marka tal-karbonju indipendenti u juri tnaqqis sinifikanti fil-carbon footprint tal-applikant.
Liema investimenti huma eliġibbli? Investimenti eliġibbli jaqgħu taħt waħda mit-taqsimiet li ġejjin: • Tnaqqis tal-Iskart - Inkluż affarijiet bħall-introduzzjoni ta ‘soluzzjonijiet industrijali ġodda jew modifiki strateġiċi għal-impjant u makkinarju eżistenti • Materjali Sostenibbli - Jistgħu jkunu meħtieġa investimenti biex jiġu ttestjati (imwettaq proġetti pilota) u jippermettu li ssir bidla għall-użu ta’ materjal aktar sostenibbli u/jew favur l-ambjent. • Effiċjenza tal-Enerġija - Investimenti f’soluzzjoni biex jitnaqqas il-ħtieġa tal-enerġija fir-rigward talmakkinarju u d-dawl, it-titjib tal-insulazzjoni tal-bini, investimenti f’ koġenerazzjoni tas-sħana u l-enerġija u installazzjonijiet ġeo-termali. • Effiċjenza tal-Ilma - Investimenti f’soluzzjonijiet biex jitjiebu l-użu tal-ilma bħal investimenti f’sistemi talilma b’ċiklu magħluq. • Diġitalizzazzjoni Sostenibbli - L-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet diġitali biex itejbu l- prestazzjoni • Ambjentali.
X’inhi l-iskema tar-Rent Subsidy Extension? L-iskema bl-isem ta’ Rent Subsidy Scheme oriġinarjament kienet ġiet imnehdija f’Mejju tal-2020. Minħabba iż-żidiet fil-prezzijiet tat-trasport internazzjonali l-Gvern iddeċieda li jestendi l-attivitajiet eliġibbli taħt din l-iskema. Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise, Kurt Farrugia spjega li b’ diskusjsonijiet kontinwi mal-industrija u l-korpi kostitwiti, il-Malta Enterprise għarfet li l-bidla fil-ktajjen tal-provvista fuq livell internazzjonali, trid tigi ndirizzata fuq livell lokali u għal daqs tant il-Malta Enterprise qed tipprovdi s-soluzzjoni permezz tal-estensjoni ta’ din l-iskema.
X’għajnuna tista’ tingħata lin-negozji? L-għajnuna totali li tista’ tingħata lil impriża waħda, fuq perjodu ta’ 12 -il xahar hija Eur 25,000. Din l-għajnuna tista’ tiġi approvata għal perjodu ta’ tlett snin konsekuttivi biex b’hekk jkun hem total ta’ għajnuna massima ta’ €75,000.
X’ tip ta’ negozji jistgħu jiġu mgħejjuna b’ din l-iskema? Din l-iskema hija disponibbli għal impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs). L-applikant irid ikun jopera f’wieħed minn dawn l-oqsma: • Manifattura; • Manutenzjoni u Tiswijiet ta’ Vetturi bil-Mutur; • Tiswija ta’ Makkinarju u Tagħmir; • Attivitajiet industrijali relatati ma’ dawn t’ hawn fuq; • Attivitajiet ta’ negozju li jeħtieġu faċilitajiet temporanji għall-ħażna tal-merkanzija biex jottimizzaw il-ktajjen tal-provvista u/jew itaffu l-varjazzjonijiet fil-provvista u l-varjazzjonijiet fl-ispejjeż Skemi bħal dawk ta’ hawn fuq huma eżempji tal-ħafna modi differenti kif il-Malta Enterprise qiegħda hemm biex tgħin lin-negozji jikbru. Aktar informazzjoni tista’ tiġi aċċessata fuq il-websajt Regeneration.maltaenterprise.com. Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jċempel fuq il-helpline 144.
Insaħħu l-maskri u nersqu lejn xulxin Minn Evarist Bartolo Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej
M
alta se tkompli taħdem biex l-Unjoni għall-Mediterran tingħata iżjed ħajja biex aħna l-pajjiżi kollha li ninsabu filMediterran nikkoperaw biex nilqgħu għall-isfidi komuni li għandna. L-Unjoni għall-Mediterran hija l-unika struttura reġjonali li ġġib flimkien il-pajjiżi li huma fuq iż-żewg xtut u li jdawru l-baħar Mediterran.
Il-ġirien tagħna fil-Mediterran huma l-Albanija, l-Alġerija, ilBosnja u l-Herzegovina, il-Kroazja, Ċipru, l-Eġittu, Franza, il-Greċja, l-Iżrael, l-Italja, il-Libanu, il-Libja, Malta, Monako, Montenegro, il-Marokk, il-Palestina, Slovenja, Spanja, is-Sirja, it-Tuneżija u t-Turkija. Għalkemm ninsabu ġirien ta’ xulxin fil-ġografija, ninsabu mifrudin fi sferi differenti politiċi u soċjo-ekonomiċi li jagħmilha iżjed diffiċli u jagħmilna iżjed dgħajfa biex flimkien niffaċċjaw u negħlbu l-isfidi komuni li għandna. L-erba’ sfidi ewlenin li lkoll għandna u li l-ebda pajjiż waħdu ma jista’ jsib tarfhom huma: il-ħarsien ambjentali, il-produzzjoni ta’ biżżejjed ikel għal 480 miljun ruħ li jgħixu fil-Mediterran, żvilupp inklussiv li minnu jgawdi kulħadd u l-kriżijiet u t-tensjoni bejn il-ġirien jiġġieldu għall-istess biċċa art jew firxa ta’ baħar u l-ġid li hemm fihom. Il-Mediterran qed jisħon iżjed mill-bqija tad-dinja u dan qed iġib miegħu temp estrem ta’ nixfa u għargħar, foresti jinħarqu, inqas art għall-biedja u livell tal-baħar tiela’. Hemm diżugwaljanza kbira bejn iż-żewġ naħat tal-Mediterran: ix-xatt ta’ fuq fil-kontinent Ewropew aktar avvanzat u b’rata ta’ twelid aktar baxx mix-xatt ta’ isfel fil-kontinent Afrikan. Il-pajjiżi Mediterranji-Afrikani qed jaqgħu lura mqabbla mal-pajjiżi Mediterranji-Ewropej. Dan iwassal biex iżjed żgħażagħ ifittxu li jaqsmu l-baħar regolarment jew irregolarment biex ifittxu ħajja aħjar. Għandna mbagħad inkwiet bejn il-ġirien bħat-Turkija, il-Greċja, Ċipru u l-Eġittu, il-kunflitt bejn l-Iżrael u l-Palestina, Ċipru għadu mifrud, il-Libja għadha mkissra wara għaxar snin mit-tneħħija ta’ Gaddafi, instabilità fit-Tuneżija, tensjoni bejn il-Marokk u
l-Alġerija, il-gwerra tas-Sirja, l-Albanija, Montenegro u l-Bosnja u Herzegovina li jaraw il-ħolma li jingħaqdu mal-Unjoni Ewropea titbiegħed …
Bżonn ta’ governanza reġjonali Għandna ħafna rapporti eċċellenti b’soluzzjonijiet u proposti tajbin hafna. Iżda mbagħad għandna dgħufija politika reġjonali biex nikkordinaw flimkien kif se nsolvu dawn il-problemi reġjonali. M’għandniex koordinazzjoni bejnietna u allura nibqgħu nagħmlu l-affarijiet bil-biċċiet u mmissu biss biċċiet mill-problemi li aktar ma ndumu ma nsibu tarfhom aktar ikomplu jikbru. Għandna kriżi fil-klima politika u għandna l-Covid fir-relazzjonijiet ta’ bejnietna bil-virus tal-firda u l-ġlied bejnietna. Għandna bżonn id-djalogu u l-koperazzjoni. Il-Covid talkunflitt u t-tilwim nirbħulu billi nneħħu l-maskri u nersqu lejn xulxin.
12
Għandna bżonn governanza reġjonali biex nindirizzaw l-isfidi Mediterranji b’mod sħih u mhux bil-biċċiet u bil-koordinazzjoni. L-Unjoni għall-Mediterran għandha tingħata r-rwol li tagħmel dan, mhux biex tikkompeti mal-Unjoni Ewropea u mal-Unjoni Afrikana iżda biex tikkumplimenta u tikkordina dak li għandu jsir biex nindirizzaw l-isfidi komuni reġjonali tagħna. Jirnexxielna nimxu ’l quddiem jekk niġu flimkien miż-żewġt ixtut tal-Mediterran b’rispett sħiħ lejn xulxin bħala sħab indaqs, billi niżguraw li nneħħu kull tip ta’ kolonjaliżmu u naraw li jsir passat u noħolqu ġejjieni flimkien ta’ prosperità, ġustizzja soċjali, demokrazija u paċi. Hemm bżonn ta’ riformi biex ikun hemm ħolqien tax-xogħol u ġid inkella l-qgħad kbir fost iż-żgħażagħ, in-nuqqas ta’ nisa fixxogħol, il-faqar, edukazzjoni dgħajfa, nuqqas ta’ infrastruttura, nuqqas ta’ ambjent tajjeb biex jikber in-negozju … se jibqgħu.
13
Hemm bżonn kbir li jikbru l-kuntatti u r-rabtiet bejn il-pajjiżi talMediterran, min-naħa għall-oħra għax għalkemm jinsabu fl-istess baħar qishom maqtugħa minn xulxin f’dinjiet differenti. Hemm periklu kbir li l-Mediterran jiġi abbandunat għax hemm min iqisu li naqset l-importanza strateġika tiegħu u marret l-Asja. Dan huwa żball kbir. Il-Mediterran għadu importanti ħafna. Ilkontinent Afrikan se jżid fl-importanza tiegħu u fis-snin li ġejjin se jkompli jikber u jissaħħah. Fl-interess tagħhom it-tnejn li ż-żewġ kontinenti ġirien, l-Ewropa u l-Afrika jaħdmu flimkien bl-Unjoni għall-Mediterran tkun ħolqa ewlenija u essenzjali bejniethom. Hemm bżonn strateġiji ġodda li jgħaqdu l-għodda diplomatiċi, ekonomiċi, soċjali u militari b’mod reġjonali biex niffaċċjaw l-isfidi tal-klima, tat-tensjonijiet u l-kunflitti, tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali, tal-kriminalità internazzjonali … li l-ebda pajjiż waħdu ma jista’ jsib tarfhom.
IS-SITWAZZJONI BANKARJA
F’MALTA
Dr Andy Ellul Avukat u Konsulent Legali
F’DINJA MGĦAĠĠLA LI QED NGĦIXU FIHA, LI TKUN KAPAĊI TAGĦMEL PAGAMENT HU NEĊESSITÀ
X
i jiem ilu, ġiet għall-attenzjoni tiegħi ċirkolari millAwtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji li kienet ħarġet f’Diċembru 2018, fejn fiha r-Regolatur għasServizzi Finanzjarji jirrimarka kif kull resident legali f’Malta għandu d-dritt li jiftaħ kont bażiku bankarju ġewwa wieħed mill-banek Maltin, proprju minħabba l-fatt li kull individwu għandu jkollu aċċess għal pjattaforma li tipproċessa pagamenti. U tagħmel ħafna sens, għax f’dinja mgħaġġla bħal dik li qed ngħixu fiha, li tkun kapaċi tagħmel pagament huwa neċessità. Matul dawn l-aħħar snin il-banek żiedu l-iskrutinju tagħhom, kemm fuq individwi kif ukoll fuq kumpaniji, sabiex jinfetħulhom jew jinżammilhom miftuħ kontijiet bankarji. Mijiet ta’ individwi, ċittadini jew residenti f’Malta, kif ukoll kumpaniji inkorporati f’Malta ġew irrifjutati kont bankarju minn banek Maltin. Dan l-aġir tal-banek fil-konfront ta’ individwi li huma ċittadini jew residenti f’Malta huwa kontradittorju għad-dritt li persuna għandu jkollha aċċess għal kont bankarju bażiku. Ta’ min isemmi wkoll li bosta individwi u kumpaniji sfaw maħsuda meta l-banek li kellhom relazzjoni magħhom għal tul ta’ snin informawhom li se jagħlqulhom il-kontijiet bankarji tagħhom. Filwaqt li wieħed jifhem is-sitwazzjoni u r-raġunament tal-banek, li huma suġġetti għal obbligi regolatorji riġidi ħafna, u hekk għandu jkun, ma nistax ma nirrimarkax però r-riperkusjonijiet negattivi li qed ikollu dan l-aġir tal-banek fuq il-ħajja personali ta’ dawn l-individiwi u kif ukoll fuq l-operat tal-kumpaniji li jispiċċaw
14
mingħajr kont bankarju. Wieħed irid jgħid li l-banek għandhom dritt u saħansitra obbligu li jirrifjutaw jew jagħlqu kont bankarju ta’ klijenti li jitqiesu riskjużi jew fejn ikun hemm suspett jew għarfien ta’ ħasil ta’ flus. Għandi dubji serji madankollu, kemm f’kull każ, l-applikant jaqa’ f’waħda minn dawn. M’hemmx għalfejn ngħidu li l-funzjoni tal-banek fl-ekonomija huwa kruċjali. Kif iż-żejt jgħin magna ta’ karozza biex taħdem tajjeb, hekk ukoll ekonomija ta’ pajjiż għandha bżonn banek li jiffunzjonaw u li jgħinu biex ekonomija tikber. Jekk kumpaniji żgħar u medji, li huma pilastru għall-ekonomija ta’ pajjiżna jsibuha diffiċli biex jieħdu self mingħand il-banek lokali jew saħansitra joperaw kont kurrenti b’mod effiċjenti, ċertament dan huwa fattur li se jżomm lura t-tkabbir ta’ dan is-settur u allura tal-ekonomija. Bl-istess mod, jekk kumpaniji barranin jirrilokaw hawn Malta jew saħansitra jibdew joperaw hawn Malta għall-ewwel darba, u dawn il-kumpaniji ma jingħatawx l-opportunità li jiftħu kont bankarju hawn Malta ta’ lanqas kemm iħallsu l-ispejjeż tagħhom, inkluż il-pagi, allura nkunu qed nibgħatu l-messaġġ li ma rridux intrapriżi barranin f’pajjiżna, li huwa ħafna ’l bogħod mir-realtà.
15
Allura dan huwa kollu tort tal-banek Maltin? Li nista’ ngħid huwa li l-banek, bħal kumpaniji ġenerali għandhom ir-responsabbiltà li jagħmlu profitt biex jgħadduh lill-azzjonisti. Għalhekk, jista’ jkun li klijenti li huma kkunsidrati bħala l-aktar riskjużi minħabba di versi fatturi, bħal industriji jew il-ġurisdizjonijiet li joperaw fihom, u għaldaqstant jeħtieġu aktar kontrolli fuqhom mir-Regolatur, mhux fl-interess kummerċjali tal-banek li joffrulhom servizzi. Naturalment, ir-Regolatur irid jagħmel xogħlu u l-fatt li dan talaħħar jifforma parti minn sistema Ewropea li għandha ċertu restrizzjonijiet, huwa diffiċli għar-Regolatur lokali li jkun flessibli f’dak li jimponi fuq il-banek lokali. Is-sitwazzjoni hija altru milli faċli imma fil-frattemp, ma nistawx inkomplu naċċettaw sitwazzjoni fejn min għandu bżonn servizz bankarju dan jiġi miċħud lilu. Iċċittadini u l-intrapriżi Maltin mhux qed jinqdew kif mistenni u xi ħadd irid jaqbad il-barri minn qrunu u jassigura anqas diffikultajiet biex ikun hemm aċċess għal servizzi bankarji għal kull min għandu bżonn. Għaldaqstant irid jinstab bilanċ bejn l-iskrutinju li qed japplikaw il-banek meta joffru s-servizzi tagħhom biex jonoraw l-obbligi regolatorji, u fuq in-naħa l-oħra, in-neċessità li individwi u kumpaniji jkollhom aċċess għal servizzi bankarji bħal ma huma kont kurrenti jew self.
OPINJONI
L-2021 FL-ISTATI UNITI IL-ĠRAJJIET LI SPIKKAW minn Dott. Brendan Zerafa
Indubjament, jekk l-2021 se tibqa’ mfakkra għal xi ħaġa, din ix-xi ħaġa se tkun id-dħul ta’ Joe Biden fl-uffiċċju ta’ President. Kien hemm ħafna stennija fil-kamp Demokratiku, imma wkoll fost l-attivisti xellugin Amerikani, biex fl-aħħar mill-aħħar jaqilgħu lil Trump mill-Whitehouse. Għalkemm id-Demokratiċi waslu, dan ma jfissirx li dan ġie mingħajr problemi ta’ xejn, anzi, pjuttost bil-kontra.
Il-protesti fuq Capitol Hill Niftakru pereżempju li fis-6 ta’ Jannar, meta l-kungress Amerikan kien qiegħed japprova r-riżultati tal-elezzjoni Presidenzjali, kellek diversi partitarji ta’ Trump li daħlu fil-Capitol ta’ Washington DC, bl-intenzjoni tkun li jwaqqfu l-Kungress milli japprova r-riżultati. Dan kien episodju li ħalla xokk fuq id-dinja sħiħa, u ħafna minn dawn il-partitarji spiċċaw ittellaw il-qorti kriminalment, b’numru konsiderevoli minnhom saħansitra jeħlu snin ħabs.
Il-ħruġ mill-Afganistan Aktar tard tul l-2021, kellek dik li tista’ tissejjaħ bħala l-ewwel disfatta ta’ Biden, disfatta li ġiet fil-qasam internazzjonali. Biden, li nistgħu ngħidu kompla fejn ħalla Trump f’dan ir-rigward, ta struzzjonijiet biex il-forzi Ame rikani joħorġu mill-Afganistan, xi ħaġa li tat iċ-ċans lit-Taliban jerġgħu jieħdu kontroll tal-is tess pajjiż. Issib min jgħidlek li l-ħruġ tal-Ame rka mill-Afganistan kien fih innifsu sinjal ta’
dgħufija, anke jekk wieħed iħares lejn il-mod inkompetenti ta’ kif bdew isiru l-evakwazzjonijiet mill-ajruport ta’ Kabul. Huwa ċar daqs ilkristall li l-kwistjoni tal-Afganistan setgħet ġiet indirizzata b’mod aħjar mill-Gvern Amerikan, speċjalment meta wieħed jikkunsidra l-fatt li deher biċ-ċar li l-Amerka ma kinitx preparata għal kull eventwalità. Dan l-episodju, jista’ jissimbolizza l-fatt li l-poter miexi lejn il-Lvant mill-Punent. Aktar ma’ jgħaddi ż-żmien, aktar qegħdin naraw liċ-Ċina tissaħħaħ ekonomikament, imma wkoll militarment, xi ħaġa li bla dubju ta’ xejn tinkwieta lillpajjiżi tal-Punent. Madanakollu, qegħdin naraw ukoll li l-poplu Amerikan ukoll jixtieq aktar investimenti u aktar infieq fuq kwistjonijiet domestiċi, bħas-saħħa u l-edukazzjoni, xi ħaġa li fiha nfisha tfisser li l-attenzjoni mill-qasam internazzjonali ddur ukoll fuq il-qasam domestiku.
Il-qasam tal-infrastruttura u l-COP26 Jekk Biden beda l-2021 ħażin bl-Afganistan,
16
nistgħu ngħidu li l-aħħar xhur tal-2021 kienu aktar favorevoli għalih. F’Novembru infatti, rajna li Biden ipparteċipa fil-konferenza COP26, li laqqgħat diversi mexxejja globali, imma wkoll li rnexxielu jgħaddi mill-Kungress Amerikan liġi li ser tagħmilha possibbli biex l-Amerka tinvesti fil-qasam infrastrutturali. Fejn jidħol il-konferenza COP26, nistgħu ngħidu li Biden ħareġ relattivament tajjeb minnha. Il-mexxejja tar-Russja u taċ-Ċina, iddeċidew li ma jattendux din il-konferenza. Naturalment, il-fatt li Putin u Xi Jinping m’attendewx fisser li Biden seta’ jieħu l-maġġor parti tal-attenzjoni, kif fil-fatt għamel, u għalkemm kellek kritiċi li ddeskrivew il-COP26 bħala stunt tar-relazzjonijiet pubbliċi, xorta jibqa’ l-fatt li saru diversi ftehimiet importanti. Fost dawn pereżempju, insibu l-qbil li d-deforestazzjoni tispiċċa sal-2030, u kif ukoll id-dikjarazzjoni biex l-użu tal-faħam jibda jispiċċa gradwalment. Fir-rigward tal-qasam infrastrutturali, rajna li grazzi għassuċċess ta’ Biden fil-Kungress Amerikan, issa se jkollok investiment ta’ aktar minn triljun dollaru fl-infrastruttura Amerikana. Din hija xi ħaġa li mhux biss għandha twassal għal infrastruttura aħjar, imma wkoll li għandha tagħti stimolu lill-ekonomija Amerikana.
Il-qasam ekonomiku Għalkemm però stimoli bħal dawn dejjem jgħinu biex l-ekonomija timxi ‘l quddiem, huwa ċar li l-inflazzjoni (l-għoli tal-ħajja), qed twassal biex diversi Amerikani ma jkunux jistgħu jlaħħqu mal-ħajja. Dan kollhu huwa frott l-infieq li sar tul iż-żmien tal-pandemija, u kif ukoll iż-żieda fil-prezzijiet tażżejt. Għaldaqstant, huwa previst li l-Federal Reserve (il-bank ċentrali Amerikan), jgħolli r-rata t’interessi fiż-żmien li ġej; xi ħaġa li tagħmilha aktar diffiċli biex in-negozji jieħdu self favo revoli. Dan naturalment mistenni jwassal biex il-provvista ta’ flus tonqos, u għaldaqstant l-għoli tal-ħajja jerġa’ jinżel.
Il-każ ta’ Kyle Rittenhouse Fl-2020, waqt irvellijiet fil-belt ta’ Kenosha ġewwa Wisconsin wara l-qtil ta’ Jacob Blake, kellna każ fejn Kyle Rittenhouse, ġuvni ta’ 17-il sena, spara fuq tliet min-nies li kienu qegħdin jipprotestaw. Dan il-każ tista’ tgħid li qasam lill-Amerka min-nofs, b’nofs l-Amerikani jgħidu li Rittenhouse kellhu jmur il-ħabs, filwaqt li n-nofs l-ieħor jgħidu li Rittenhouse kien qiegħed jiddefendi lilhu nnifsu. Rittenhouse, għadda ġuri Novembru li għadda, u nstab mhux ħati kontra l-akkużi kollha miġjuba kontriħ. L-evidenza
17
miġjuba kemm mill-prosekuzzjoni, u wkoll mid-difiża, uriet biċ-ċar li Rittenhouse ġie attakkat mit-tlett persuni inkwistjoni. Naturalment, ir-riżultat tal-ġurija ma ntlaqax minn kulħadd, b’diversi Amerikani b’mod speċjali dawk fuq ix-xellug jgħidu li b’dan il-verdett ser tkun mħeġġa aktar vjolenza. Biss però, xogħol il-qorti, qatt m’huwa li tgħaddi messaġġ politiku jew ieħor, imma li tiġġudika abbażi tal-fatti quddiema. Il-fatti f’dan ir-rigward kienu ċari, u għaldaqstant Rittenhouse ma seta’ qatt jinstab ħati lil hinn mid-dubju raġjonevoli.
Konklużjoni Għalkemm l-2022 se tkun sena ġdida, l-affarijiet trattati fl-2021, mistennija jibqgħu fuq nett tal-aġenda. L-ambitu ekonomiku b’mod speċjali irid jingħata importanza kbira speċjalment fid-dawl taż-żieda fl-inflazzjoni. Dan aktar u aktar meta wieħed jikkunsidra l-fatt li l-elezz joni presidenzjali tal-2024 jaf tkun missielta ferm, bl-aħħar polls tal-opinjoni pubblika jindikaw tellieqa mill-qrib bejn Biden u Trump. Madanakollu, il-verità hi li ċ-ċans huwa li ma jkunx Biden li jikkontesta fl-2024, b’kandidati bħall-Viċi President Kamala Harris u s-Segretarju tat-Trasport Pete Buttigieg ikunu fost l-aktar imsemmija li jistgħu jmexxu t-torċa demokratika. Għalkemm dawk huma l-għidut, il-verità hi li anke ġimgħa hija żmien twil fil-politika, aħseb u ara tlett snin. Sal-2024, is-sitwazzjoni jaf tinbidel, u allura ma nagħmlux ħażin jekk nibqgħu nsegwu l-aħħar żviluppi mill-qrib.
L-AFRIKA T’ISFEL, L-IRĠULIJA U L-OMICRON
18
Minn Ruben Briffa
M
ingħajr dubju ta’ xejn, is-sena li waslet biex tispiċċa ma kinitx waħda tajba għall-Afrika t’Isfel. Is-sena 2021 kienet ikkaratterizzata minn protesti kbar madwar il-pajjiż minħabba qtugħ ta’ spiss tal-provvista tal-elettriku kif ukoll minħabba serq sfaċċat ta’ fondi li kienu ntiżi sabiex jingħataw bħala għajnuna għall-ġlieda kontra l-pandemija. Minħabba f’dan l-iskandlu rriżenjaw diversi politiċi. Fl-aħħar ġimgħat tassena, il-Covid-19 reġgħet tat daqqa ta’ ħarta kbira lill-gvern immexxi minn Cyril Ramaposa. Però, din id-darba, ilkonsegwenzi negattivi tal-virus fuq il-poplu mhumiex tort tal-politiċi Sud Afrikani.
Jiskopru l-varjant il-ġdid F’nofs Novembru li għadda, grupp ta’ xjentisti rinomati minn dan il-pajjiż, li fil-passat kienu taw kontribut b’saħħtu fil-ġlied kontra l-HIV, ġew ikkummisjonati mill-awtoritajiet tas-saħħa sabiex jinvestigaw ir-raġuni wara ż-żieda qawwija ta’ każi ta’ nies infettati bil-Covid-19. Fil-fatt, f’temp ta’ ftit ijiem, il-każi ta’ nies li kienu qegħdin jiġu infettati bil-virus żdied minn ftit aktar minn 300 kuljum għal kważi 9,000 kull
19
ġurnata. Din iż-żieda hekk kbira mill-ewwel bdiet tinkwieta ħafna lill-awtoritajiet tas-saħħa minħabba li huma kienu taħt l-impressjoni li l-poplu kien protett mill-virus. Dan minħabba li minbarra li hemm kwart tal-popolazzjoni li ħadu l-vaċċin, f’ċertu provinċji l-aktar popolati bħal dik ta’ Gauteng li fiha hemm il-kapitali Johannesburg, kważi 70% tan-nies diġà laqqtu l-virus u allura suppost kellhom inqas ċans li jerġgħu jiġu infettati. Wara li studjaw diversi kampjuni tal-virus li ttieħdu minn numru ta’ pazjenti li ġew infettati rriżulta li l-virus tal-Covid-19 li kien daħal ġewwa ġisimhom kien varjant ġdid li huwa differenti sew mill-varjanti l-oħra li kienu ġew misjuba sa issa mix-xjenzati madwar id-dinja. Dan il-varjant ingħata l-isem ta’ Omicron, kelma li bħalissa qiegħda fuq fomm kulħadd.
L-irġulija tissarraf f’iżolament Kif titlob il-prassi xjentifika, malli ġie skopert l-Omicron, dawn ix-xjenzati għamlu d-dover tagħhom u informaw millewwel lill-komunità xjentifika dinjija. Fi żmien ftit sigħat mill-komunikat mediku tal-gvern tal-Afrika t’Isfel fuq il-preżenza tal-Omicron, il-Gvern Ingliż
ħabbar li kien qiegħed jagħlaq b’mod immedjat l-aċċess talajruporti kollha tiegħu għat-titjiriet kollha ġejjin mill-Afrika t’Isfel, kif ukoll minn diversi pajjiżi oħra ġirien li jnsabu finnofsinhar tal-kontinent Afrikan. Fi żmien 24 siegħa, il-gvern Amerikan, kif ukoll l-Unjoni Ewropea, ħabbru li kienu sejrin jimxu fuq l-istess passi tal-gvern tar-Renju Unit billi kienu sejrin iżommu passiġġieri li kienu ġejjin mill-Afrika t’Isfel u pajjiżi qrib tagħha milli jidħlu għandhom.
Diżastru finanzjarju Naturalment, kulħadd jifhem li dawn il-deċiżjonijiet millgvernijiet tal-punent kienu ġġustifikati. Però wieħed ma jistax ma jissimpatizzax mal-gvern tal-Afrika t’Isfel li minħabba l-irġulija tiegħu issa qiegħed jissogra daqqa oħra kbira fuq l-ekonomija tiegħu minħabba dan l-iżolament. Dan wara li l-gvern ta’ dan il-pajjiż kien qiegħed jittama li l-industrija tatturiżmu terġa’ tibda tirkupra xi ftit fl-aktar żewġ xhur li fihom s-soltu jmorru ħafna turisti jżuru lill-Afrika t’Isfel, jiġifieri f’Diċembru u Jannar. Dan minħabba li miljuni ta’ turisti jmorru hemm sabiex jaħarbu t-temp kiesaħ li jkun hemm ġewwa
pajjiżhom matul dawn il-ġranet xitwin. Dan jgħodd ukoll għal pajjiżi oħra ġirien bħan-Nambja u l-Botswana. Il-gvernijiet ta’ dawn il-pajjiżi huma mwerwra li din issena sejjer jiġri bħal dak li ġara s-sena l-oħra, fejn minħabba l-Covid-19, it-turisti naqsu b’aktar minn 70%. Dan wassal għal telfien ta’ mijiet ta’ eluf ta’ postijiet tax-xogħol. Fil-fatt, il-gvern tal-Afrika ta’ Isfel aktar kmieni din is-sena kien qal li minħabba d-daqqa kbira li ħa t-turiżmu kienu ntilfu kważi 350,000 post tax-xogħol. L-impatt li dan kellu fuq l-ekonomija kien wieħed notevoli ħafna tant li din ċkienet bi kważi 7%.
Kritika ħarxa Diversi ġurnali prominenti tal-Afrika t’Isfel kienu mimlija bi kritika ħarxa għad-deċiżjonijiet li ħadu diversi pajjiżi filkonfront tal-Afrika t’Isfel. Kien hemm minnhom li qalu li ma setgħux jifhmu kif minkejja li ġewwa l-Ewropa kważi l-pajjiżi kollha qegħdin ikollhom mases kbar ta’ nies jaraw logħbiet tal-futbol u sport ieħor ġewwa grawnds kbar, dawn qegħdin jibżgħu daqshekk mill-Afrika t’Isfel. Barra minn dan l-argument, xi wħud minn dawn il-ġurnali qegħdin ġustament jgħidu li ħadd
20
Minn Ruben Briffa
mhu ċert li l-Omicron oriġina ġewwa l-Afrika t’Isfel minkejja li ġie misjub hemm. Fil-fatt, huma innutaw li dan l-varjant diġà jinsab ġewwa diversi pajjiżi tal-punent minkejja l-iżolament talAfrika t’Isfel. Skont l-istess xjentisti li sabu l-Omicron, dan l-iżolament jaf ikollu riperkussjonijiet fuq ir-riċerka li qiegħda ssir fuq dan il-varjant fost il-komunità xjentika dinjija minħabba li jista’ jxekkel il-konsenji ta’ ċertu kimiċi li jintużaw fir-riċerka fuq viruses ta’ din ix-xorta.
Il-poplu jipprepara bil-mod kif jaf hu Matul il-lockdowns preċedenti li ġew imposti fuq il-poplu talAfrika t’Isfel matul dawn is-sentejn ta’ pandemija, il-gvern kien ħa d-deċiżjoni kemmxejn stramba li jwaqqaf kompletament ilbejgħ tal-alkoħol ġewwa l-pajjiż. Ir-raġuni li ngħatat kienet dik li l-gvern ried jassigura li ma jkunx hemm sodod meħuda minn pazjenti li jkollhom bżonn jiġu rikoverati ġewwa l-isptarijiet minħabba problemi relati direttament jew indirettament malkonsum eċċessiv tal-alkoħol. Dan sabiex dawn is-sodod ikunu jistgħu jintużaw minn pazjenti infettati bil-Covid-19.
21
Dan wassal sabiex malli l-midja ħabbret l-iżolament talpajjiż, kjuwijiet twal ta’ nies bdew jiffurmaw barra l-ħwienet li jbigħu dan it-tip ta’ xorb. Minkejja l-kritika tal-gvern ta’ Ramaposa għall-izolament li ġie impost fuq l-Afrika t’Isfel, wieħed jifhem li minħabba l-pressjoni li għandhom fuqhom il-gvernijiet ta’ ħafna pajjiżi sabiex ma jkunx ripetut dak li ġara fil-bidu tal-pandemija meta ħafna mexxejja kienu ġew kritikati li ma ħadux passi sabiex jiżolaw liċ-ċittadini tagħhom minn nies li jkunu ġejjin minn pajjiż fejn ikun hemm il-virus, huma ma setgħux jagħmlu mod ieħor ħlief li jiżolaw ruħhom mill-Afrika t’Isfel. Però, sabiex jiġi assigurat li fil-futur pajjiżi oħra li jsibu xi varjant ġdid tal-Covid-19 jew xi virus ġdid ma jkunux imnaffra milli jinfurmaw lil kulħadd bih mill-ewwel, il-pajjiżi li imponew dan l-iżolament fuq l-Afrika t’isfel għandhom isegwu b’mod regolari s-sitwazzjoni u jneħħu dan l-iżolament mal-ewwel ċans li jkollhom. Fuq kollox, għandu jiġi kkunsidrat li pajjiżi sinjuri jgħinu finanzjarjament lil dan il-pajjiż ħalli jiġi ppremjat għall-mod altruwist li mexa bih fuq il-kwistjoni tal-Omicron.
X’INHU L-PASS LI JMISS?
FIX-XHUR LI ĠEJJIN SE NARAW MIŻURA WARA L-OĦRA TIDĦOL FIS-SEĦĦ BIEX MALTA TIMXI ’L QUDDIEM
F
Rebecca Buttigieg
l-24 ta’ Novembru, il-Kummissjoni Ewropea approvat ilBudget 2022, hekk kif ippreżentat mill-Gvern Malti. Dan it-timbru ta’ approvazzjoni jfisser li l-miżuri tal-budget huma konformi mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Ewropew. Għalkemm fil-preżent, minħabba l-pandemija, ir-regoli fiskali mhux qed jiġu inforzati b’riga stretta, il-pjan ekonomiku ta’ kull pajjiż qed jiġi skrutinizzat mill-Kummissjoni Ewropea u hemm każijiet fejn ikun hemm bżonn isir ċertu tibdil jekk il-Kummissjoni tara li l-miżuri proposti mhux qed jimxu skond ir-regoli Ewropej. Pereżempju, fir-rapport tal-Kummissjoni, ġie rrimarkat u rrakkomandat li l-Gvern Taljan jillimita l-infieq nazzjonali. L-istess valutazzjoni saret fuq il-Latvja u l-Litwanja. Il-Kummissjoni wissiet ukoll lill-Belġju, Franza, il-Greċja, l-Italja u Spanja li minħabba l-livell għoli fid-dejn nazzjonali, jeħtieġ li l-Gvernijiet rispettivi jippreżentaw pjan ekonomiku aktar prudenti sabiex il-finanzi pubbliċi jerġgħu jinbnew fuq sisien sodi. Iżda l-Kummissjoni x’qalet fuq pajjiżna? Malta hija waħda minn żewġ pajjiżi, fejn il-Gvern qed ikun ferm aktar kawt fl-infieq mir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea. Il-pajjiż l-ieħor huwa s-Slovakkja. Dan iġib fix-xejn il-kritika tal-Oppożizzjoni li fit-tweġiba tagħha għall-miżuri tal-budget argumentat li dan huwa eżerċizzju fit-tberbieq tal-flus. Il-Partit Nazzjonalista qal ukoll li l-estimi tal-Gvern ma jagħmlux sens u ma jistgħux jintlaħqu. Madankollu, fir-rapport tagħhom, l-esperti tal-Kummissjoni ddikjaraw aktar minn darba li l-estimi huma konformi mat-tbassir tal-ħarifa tal-Kummissjoni 2021. Filwaqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni sostna li l-pjan ta’
22
riġenerazzjoni ekonomika li ħabbar il-Prim Ministru Robert Abela kien froġa, ir-rapport tal-Kummissjoni jgħid li dan il-pjan għandu l-potenzjal li jżid il-Prodott Gross Domestiku ta’ Malta b’0.7%, għal 1.1% sal-2026. Issa jekk din froġa, immaġina x’kienet tgħid il-Kummissjoni dwar it-track record li kellha amministrazzjoni nazzjonalista li daħħal lil pajjiżna fil-proċedura ta’ defeċit eċċessiv għal tliet darbiet konsekuttivi. Filwaqt li l-Oppożizzjoni tikkritika lill-Gvern u tgħid li jaħseb għallum biss, dwar l-investiment pubbliku l-Kummissjoni tgħid, “il-livell ta’ investiment huwa storikament għoli u mistenni jappoġġja l-produttività, kif irrakkomandat mill-Kunsill”. Esperti Ewropej jenfasizzaw ukoll li ż-żieda fl-investiment pubbliku kif ippjanat fil-Budget 2022, mistenni jappoġġja t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali li jwassal għal żieda fit-tkabbir ekonomiku. Għal darb’oħra, il-kredenzjali ekonomiċi tal-amministrazzjoni mmexxija minn Robert Abela qed jingħataw t-timbru ta’ approvazzjoni filwaqt li jidher biċ-ċar li l-ħiliet ekonomiċi tal-Oppożizzjoni huma ineżistenti. Madankollu, issa li ġie approvat il-budget mill-Kummissjoni Ewropea, x’inhu l-pass li jmiss? Issa ngħaddu għall-implimentazzjoni tiegħu. Minn Jannar 2022, setturi differenti fis-soċjetà ser jibdew jibbenifikaw mill-ħemel ta’ miżuri li ħabbar il-Gvern propju ftit tal-ġimgħat ilu. Fosthom il-pensjonanti, anzjani, familji bit-tfal, persuni b’diżabbiltà, persuni bi dħul baxx, u dawk il-persuni li kellhom il-pensjonijiet jew allowances tagħhom affettwati minn anomaliji tal-passat. Flimk-
23
ien ma’ dan il-pakkett ta’ miżuri, hemm ukoll l-introduzzjoni ta’ diversi riformi fil-qasam soċjali li wkoll ser ikollhom effett pożittiv fuq l-għajxien ta’ mijiet ta’ persuni. Waħda mill-aktar wegħdiet importanti fil-manifest elettorali tal-2013 kienet li jiġu indirizzati lmenti u anomaliji li fil-passat kienu affettwaw eluf ta’ persuni fis-servizz pubbliku u s-settur pubbliku. Matul dawn l-aħħar snin, dan il-Gvern ħallas miljuni ta’ ewro lil dawn l-impjegati sabiex tibda ssir ġustizzja magħħhom. Filwaqt, li s-sena d-dieħla, madwar 5,200 ħaddiem se jerġgħu jiġu msejħa biex japplikaw għal skema oħra fejn ser jibdew jirċievu ħlasijiet li jammontaw għal madwar €10 miljuni. Anomalija oħra kienet li l-pensjonanti li rtiraw wara l-2008 jieħdu Bonus tal-Għoli tal-Ħajja anqas minn dak mogħti lil persuni li rtiraw qabel. Fil-manifest elettorali tiegħu tal-2017, il-Partit Laburista kien wiegħed li se jikkoreġi din l-anomalija. Din il-wegħda ser tiġi mwettqa issa bl-introduzzjoni gradwali fuq numru ta’ snin sakemm tintlaħaq rata uniformi għall-pensjonanti kollha. Dan minħabba n-nefqa sostanzjali li tinvolvi din il-korrezzjoni, li fl-2022 biss ser tiswa’ madwar €2.5 miljun għal kważi 43,000 pensjonant. Fix-xhur li ġejjin se naraw miżura wara l-oħra tidħol fis-seħħ biex b’hekk Malta tkun tista’ timxi ‘l quddiem. Huwa żmien diffiċli għall-Unjoni Ewropea peress li għaddejjin minn pandemija li tista’ tgħid li hija l-akbar kriżi tal-ġenerazzjoni tagħna. Minn din l-isfida ser noħorġu aktar reżiljenti, iżda dan jista’ jsir għaliex il-Gvern Malti huwa għaref jaġixxi malajr u l-miżuri tal-budget huma mezz kif pajjiżna jirkupra u jkollu għada aħjar.
Servizzi Ewropej f’Malta (SEM) hija l-aġenzija ewlenija li tinvolvi liċ-ċittadini f’Malta u f’Għawdex f’dak li għandu x’jaqsam mal-Unjoni Ewropea. SEM toffri servizzi marbuta mal-Unjoni Ewropea billi tinforma lill-organizzazzjonijiet u lill-pubbliku dwar l-istrateġiji, il-politiki, l-inizjattivi u l-obbligi tal-Unjoni Ewropea u billi tassisti entitajiet biex jibbenefikaw mid-drittijiet u l-opportunitajiet li joħorġu mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea, inklużi l-fondi Ewropej. SEM twettaq il-missjoni tagħha permezz ta’ tliet funzjonijiet prinċipali: TINFORMA dwar politiki, liġijiet, inizjattivi u opportunitajiet tal-Unjoni Ewropea u tal-Istituzzjonijiet tagħha, inkluż dwar fondi Ewropej. TINVOLVI kategoriji differenti tas-soċjetà f’diskussjonijiet marbuta mal-Unjoni Ewropea. TASSISTI organizzazzjonijiet jibbenefikaw mill-opportunitajiet ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea, kemm biex japplikaw għall-fondi u kemm biex jimplimentaw il-proġetti. SEM tmexxi wkoll Europe Direct Valletta – wieħed minn 424 ċentru ta’ informazzjoni fl-Unjoni Ewropea. Żur il-websajt ta’ SEM – sem.gov.mt – biex tkun taf aktar. Telephone: 2200 3300 Email: info.sem@gov.mt Facebook: /servizziewropej
X’inhu l-Cloud Computing? Cloud Computing hija teknoloġija popolari llum. Il-Cloud Computing jinvolvi l-użu ta' network vast ta' remote servers interkonnessi bl-Internet imsejħa cloud, biex jagħtu servizzi bħall-storage, software, database, networking u diversi riżorsi tal-IT fuq l-internet imsejħa wkoll cloud.
Preżentazzjonijiet
Ritratti
Dokumenti
X'inhuma t-tipi differenti tal-Cloud? Privat
Jippermettu li s-sistemi u s-servizzi jkunu aċċessibbli minn ġo organizzazzjoni.
Informazzjoni
Mużika
Pubbliku
Jippermettu li s-sistema u s-servizzi jkunu aċċessibbli faċilment għallpubbliku ġenerali.
Hybrid
Kommunita’
Taħlita ta' clouds pubbliċi u privati. L-attivitajiet kritiċi jitwettqu bl-użu ta' clouds privati filwaqt li l-attivitajiet mhux kritiċi jitwettqu bl-użu ta' clouds pubbliċi.
Tippermetti li s-sistemi u s-servizzi jkunu aċċessibbli faċilment għall-pubbliku ġenerali.
Għaliex tuża l-Cloud?
Tnaqqas l-ispiża Inaqqas l-ispazju talstorage, inaqqas ilmanutenzjoni tad-dar u l-ispiża fuq ilhardware u l-liċenzjar.
Kollaborazzjoni Kulħadd jista' jaħdem fuq l-istess dokument.
Remote access Dokumenti, files u l-posta elettronika jistgħu jiġu aċċessati permezz ta’ konnessjoni talinternet sigura.
Sigurta’ fuq il-backup Iżżomlok il-files u l-informazzjoni sikuri minn diżastri naturali, hackers u viruses.
Tiffranka l-ħin Inaqqas il-ħin tarrispons u l-ħin waqt l-ivvjaġġar.
/ESkillsMalta
eSkills eSkills Malta Foundation @eSkills_Malta
www
eskills.org.mt
GVERN TA’ MALTA
MINISTERU GĦALL-AMBJENT IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ
Wied Fulija Minn miżbla għal spazju miftuħ għall-familji
Get something back this festive season
Earn free rides Opt in now