EDUKA March 2021

Page 1

MARZU 2021



3 Kollaborazzjoni kontinwa bejn

MALTA U L-FINLANDJA fil-qasam edukattiv

EDITORJAL

H

uwa ta’ pjacir li qiegħed inwasslulkom ħarġa oħra tassuppliment edukattiv ta’ kull erba’ xhur Eduka, li jitqassam b’xejn malgazzetta It-Torċa u ma’ oħrajn ewlenin. Biex xieraq din il-ħarġa tinkludi informazzjoni dwar il-ħidma li saret f’dan il-qasam fl-aħħar ġimgħat min naħa talMinisteru u d-Direttorati tal-Edukazzjoni. Ma jonqsux ukoll artikli oħra interessanti fosthom minn Dr Jeffrey Pullicino Orlando dwar dak li hemm imħejji għat-tfal tagħna min naħa ta’ Esplora għal jiem li ġejjin. U xi ngħidu wkoll għall-paġni ddedikati għat-tfal tagħna ppreparati minn Rita Azzopardi, bl-għan li nħeġġuhom ukoll jaqraw aktar u jkollhom imħabba lejn ilqari. Elaine Azzopardi tkompli tgħaddilna aktar informazzjoni dwar il-prattika ta’ mindfulness u ma’ Abby Camilleri Pearson nagħtu ħarsa lejn il-vantaġġi tal-użu tatteknoloġija fl-edukazzjoni, speċjalment biex wieħed jiffaċilita t-tagħlim tat-tfal li għandhom diffikultajiet fit-tagħlim. Claude Calleja, mill-Fondazzjoni eSkills Malta, jagħti ħarsa lejn kif ir-robots jieħdu l-impjiegi lill-bniedem u fl-istess ħin joħolqu l-karrieri. Għal darba oħra dan għandu jkun suppliment interessanti għal kull membru tal-familja. Finalment, ħajr speċjali jmur lejn id-diversi kollegi kontributuri li għamlu din l-edizzjoni oħra ta’ tagħrif interessanti u lejn Robert Caruana u Ryan Bezzina li bħassoltu ħadu ħsieb id-disinn. Jekk intom, qarrejja tagħna, tkunu tixtiequ li niddiskutu xi temi partikolari nitlobkom ukoll tibgħatuli email fuq kennethvella@hotmail.com Finalment l-Għid it-Tajjeb lill-qarrejja kollha tagħna.

Dr Kenneth Vella Editur Disinn: RYAN BEZZINA design@unionprint.com.mt Avviżi: Tel: 2590 0200 adverts@unionprint.com.mt

Ellimaija Ahonen – Kap Eżekuttiv Learning Scoop Finland

Matul l-aħħar tliet snin il-fuq minn 600 edukatur Malti ġew imħarrġa dwar l-edukazzjoni Finlandiża, il-pedagoġija Finlandiża u risorsi li ħarġu minn dan il-pajjiż u li jintużaw fil-qasam edukattiv. Dan waqt konferenzi li saru Malta u sessjonijiet ta’ taħriġ li ġew anki offruti online. Dawn is-sessjonijiet ta’ taħriġ ma kienx ikunu possibbli mingħajr l-inizjattiva u l-ħidma kontinwa ta’ Dr Kenneth Vella li barra li hu edukatur, huwa wkoll l-ambaxxatur ta’ Malta għall-Finlandja. Dawn l-okkażjonijiet waslu għal żvilupp professjonali tal-edukaturi Maltin u l-iskambju ta’ ideat bejn esperti Finlandiżi u għalliema Maltin. Barra dan, qabel mad-dinja ġiet milquta mill-imxija tal-COVID19, aktar minn sittin għalliem kienu laħqu vjaġġaw lejn Tampere fil-Finlandja biex jieħdu sehem f’esperjenza edukattiva f’diversi istituzzjonijiet edukattivi ta’ pajjiżna. Din l-esperjenza kienet iffaċilitata u kkordinata minn Learning Scoop Finland. Matul dawn iż-żjarat, l-edukaturi Maltin kellhom l-opportunita’ anki li jattendu lectures offruti mill-Universita’ ta’ Tampere. Hu mistenni li fis-snin li ġejjin aktar edukaturi Maltin se jivvjaġġaw lejn Tampere biex ikollhom esperjenza simili. Dan mhux kollox għax fl-aħħar xhur, anki fi żmien ta’ pandemija, aktar edukaturi Maltin komplew jagħmlu użu minn risorsi edukattivi Finlandiżi bħal LessonApp u Seppo. Sal-lum hemm il-fuq minn 600 edukatur Malti li rreġistra biex jagħmel użu minn LessonApp waqt il-lezzjonijiet tiegħu. L-użu tar-risors Seppo, fost l-aqwa fid-dinja fil-qasam ta’ lezzjonijiet barra mill-klassi u permezz tat-teknoloġija, ġie msaħħaħ aktar wara li l-bank HSBC iffinanzja seminar ta’ taħriġ tal-għalliema online li sar f’Ottubru li għadda u anki nieda proġett pilota għall-edukaturi Maltin fi tmiem is-sena li għaddiet. Ta’ min wieħed jinnota li permezz ta’ LessonApp, l-għalliema Maltin qiegħed igawdu minn ideat innovattivi biex jippreparaw lezzjonijiet ibbażati fuq is-sistema Finlandiża. Illum barra lezzjonijiet bil-lingwa Ingliża, LessonApp joffri wkoll lezzjonijiet b’lingwi oħra fosthom il-Portugiż, l-Ispanjol, il-burmiż u r-Rumen. Dan qiegħed iwassal biex l-app issir aktar internazzjonali. Fl-aħħar xhur, il-kollaborazzjoni fil-qasam edukattiv bejn Malta u l-Finlandja ssaħħet ukoll anki bl-organizzazzjoni ta’ konferenza online f’Novembru li għadda dwar kif it-tfal għandhom jiġu mgħallma jekk aħbar hix veritiera jew le. Din il-konferenza, kkordinata anki minn Dr Kenneth Vella kienet immexxija minn Kari Kivininen u Mikko Salo f’isem l-NGO Finlandiża Faktabaari, żewġ esperti li anki kienu nvoluti direttament fi proġetti mmexxija mill-Kummissjoni Ewropea. Hu mistenni li fix-xhur li ġejjin se jittieħdu aktar inizjattivi fil-qasam edukattiv ma’ entitajiet oħra Finlandiżi fosthom ukoll bl-involviment ta’ Universitajiet ewlenin Finlandiżi. Dan kollu jikkonferma kemm Malta u l-Finlandja fl-aħħar snin saru sieħba strateġiċi anki f’dan il-qasam.


Investiment ta’

€10 MILJUN fl-Iskola tar-Rabat, Għawdex Il-Gozo College Rabat Primary hija magħrufa wkoll bħala The Happy School u hija waħda mill11-il Skola Primarja tal-Gvern li nsibu f’Għawdex. Tinstab filqalba tal-Kapitali Għawdxija u tilqa’ fiha aktar minn 380 student u studenta Bejn l-etajiet ta’ 3 u 11-il sena.

L-iskola għandha għan, li qed tilħqu sew, li tipprovdi lill-istudenti tagħha bl-aħjar u l-aqwa edukazzjoni ħolistika, edukazzjoni li tmur ‘l hinn mill-parametri tas-suġġetti akkademiċi, għaliex it-tmexxija tal-iskola tara wkoll l-aspetti soċjali, emozzjonali, spiritwali u wkoll ta’ mġieba tal-istudenti tagħha. F’din l-iskola tiġi pprattikata b’mod sabiħ li l-istudent huwa protagonista u mhux spettatur!

biex tospita l-Wirja Agrarja li ssir kull sena fil-festa ta’ Santa Marija. Il-wirja ġiet trasferita aktar tard fil-Ġonna Pubbliċi ta’ Villa Rundle.

L-istudenti żgur li se jkunu protagonisti meta eventwalment se jżanżnu proġett li għaddej bħalissa f’din l-iskola li huwa investiment fihom, fl-edukazzjoni ta’ uliedna u fl-ambjent edukattiv. Proġett ta’ għaxar miljun ewro.

Matul it-Tieni Gwerra Dinjija l-bini tal-iskola serva bħala sptar għall-anzjani u għalhekk l-istudenti kienu ġew trasferiti għal dar fil-qrib. L-iskola tissejjaħ ukoll l-Iskola tal-Vajrinġa u tieħu dan l-isem mit-triq fejn tinsab. Fl-14 ta’ Ġunju 1994 ġiet msemmija għal Sir Arturo Mercieca, ċittadin Għawdxi magħruf u distint. Wara r-riforma tal-2006 li ntroduċiet is-sistema tal-Kulleġġi, l-iskola saret magħrufa bħala l-Gozo College Rabat Primary.

Dan il-proġett qed isir wara snin ta’ pjanar kif ukoll ta’ deċiżjonijiet u se jkun l-akbar proġett kapitali fl-infrastruttura edukattiva f’Għawdex. L-iskola primarja ezistenti fir-Rabat għandha madwar 160 sena. Għandha wkoll storja interessanti ferm.

Mal-mogħdija taż-żmien inħass il-bżonn li din l-iskola wkoll tingħata attenzjoni mistħoqqa biex isir tibdil fl-ambjent edukattiv tagħha, għaliex huwa mportanti li jkun hemm edukazzjoni li ma tkunx biss dik tat-tagħlim, imma wkoll li din tingħata fl-aqwa ambjent possibbli.

L-iskola oriġinarjament inbniet fl-1854 u bdiet tiffunzjona fl-1856. Il-bini ġie estiż fl-1893 u wara nbniet sala kbira fl-ewwel sular biex isservi bħala librerija pubblika. Saru aktar estensjonijiet fl-1919. Fl-1855, il-bitħa tal-iskola bdiet tintuża

Id-daqs tal-iskola se jkun ta’ madwar 8,000 metru kwadru, bi 3,000 minnhom għall-isport u għar-rikreazzjoni tat-tfal. L-iskola primarja gdida u l-kindergarten flimkien se jkunu kapaċi jesgħu madwar 650 tifel u tifla. L-iskola l-ġdi-


5

da se jkollha 16-il klassi għas-snin tal-edukazzjoni primarja u 10 klassijiet għall-kindergarten. Se jkollha wkoll klassijiet għal suġġetti speċifiċi fosthom għat-tagħlim tax-xjenza, tat-teknoloġija tal-informatika u tal-arti. Fl-iskola l-ġdida, minbarra l-klassijiet, hemm ukoll kmamar fejn jistgħu jiġu mgħallma suġġetti speċifiċi, bħall-arti, il-mużika, id-drama u x-xjenza. Se jkollha staffroom spazjuża li tixraq lill-edukaturi kollha kif ukoll gym li se jkun mgħammar tajjeb li żgur se jtejjeb l-attivitajiet sportivi fuq ġewwa, minbarra ż-żoni ta’ barra fejn l-istudenti jistgħu jkollhom il-brejk tagħhom fil-beraħ. L-iskola l-ġdida se jkollha wkoll sala għall-assembly ta’ filgħodu meta t-temp ikun kiesaħ u attivitajiet oħra simili. Dan il-proġett qed isir fi sfond ta’ investiment akbar li qed jagħmel il-gvern fl-iskejjel tal-Istat, investiment li jlaħħaq madwar €50 miljun. Tajjeb li jingħad li dan mhux l-uniku investiment li l-Ministeru għall-Edukazzjoni qiegħed jagħmel f’Għawdex. Filfatt hemm ukoll tkabbir u modernizzar tal-middle school ta’ biswit, xogħol li wkoll diġa beda. Imma ta’ min isemmi li sa’ mill-2013 b’dan l-investiment

inkluż, il-Gvern permezz tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada biss, diġa investa xejn inqas minn €15-il miljun. Il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana għaddejja b’dan l-impenn li tara ‘l hinn mit-tagħlim u li fejn huwa possibbli jkun hemm titjib fl-ambjent edukattiv permezz ta’ proġetti infrastrutturali. Għall-Ministru Caruana s-settur edukattiv f’pajjiżna huwa prijorità għall-gvern għax wara l-investiment ta’ ’l fuq minn €30 miljun addizzjonali fl-edukazzjoni minħabba l-pandemija biex setgħu jinfetħu l-iskejjel għat-tkomplija tal-edukazzjoni ta’ uliedna, minħabba l-pandemija, b’dan il-proġett u oħrajn qed naraw il-parti l-oħra, il-proġetti infrastrutturali li għadejjin madwar Malta u Għawdex kemm bil-bini ta’ skejjel ġodda, l-immodernizzar ta’ oħrajn u xogħol ieħor li dejjem għaddej ta’ manutenzjoni u tat-tisbiħ tal-ambjent. Bħall-proġetti li qed isiru, l-komunità lokali wkoll se tgawdi minn dan il-proġett permezz ta’ ċentru għall-ħarsien tat-tfal għall-ġenituri li jaħdmu kif ukoll permezz ta’ bosta faċilitajiet sportivi li jistgħu jintużaw wara l-ħinijiet tal-iskola. Dan huwa wkoll gvern għan-nies u għalhekk dawn il-faċilitajiet se tgawdi minnhom ukoll il-komunità.


6

L-edukazzjoni trid toħroġ il-ħiliet u l-elementi kollha differenti li għandu kull student

K

ull sena l-Kummissjoni Ewropea u l-istati membri tal-Unjoni Ewropea jorganizzaw ġimgħa ta’ avvenimenti biex l-inizjattivi u l-ħiliet li jiġu żviluppati permezz tal-isforzi kbar li kull pajjiz jagħmel fil-qasam tal-edukazzjoni vokazzjonali jiġu ċċelebrati u jingħataw viżibilità.

Malta tingħaqad mal-istati membri l-oħra fit-tisħiħ ta’ dan l-impenn u biex tagħti appoġġ lil kull min jaħdem f’dan is-settur, inkluż l-istudenti, l-għalliema, il-letturi, u l-isħab fl-industrija kif ukoll l-amministraturi. F’Ottubru tas-sena l-oħra, il-Ministeru għall-Edukazzjoni nieda programm ta’ inizjattivi biex jiċċelebra s-settur vokazzjonali. Il-programm kien jinkludi kampanja ta’ informazzjoni pubblika (fuq is-suġġetti vokazzjonali u l-karrieri li dawn iwasslu għalihom), kif ukoll sensiela ta’ premjijiet għas-settur tat-Tagħlim u Taħriġ Vokazzjonali – il-Malta VET Awards. B’dan il-mod, il-gvern qiegħed iwessa’ l-għarfien u l-viżibilità tat-tagħlim b’mod prattiku, li permezz tiegħu ħafna żgħażagħ u adulti jtejbu l-ħiliet bżonnjużi għall-ekonomija tagħna. Il-proċess tal-għażla għal dawn il-premjijiet kien miftuħ għall-pubbliku u dan wassal biex kollegi preparaw, kitbu u bagħtu nomini biex jiġu kkunsidrati mill-Bordijiet tal-Għażla. It-tliet Bordijiet tal-Għażla rċevew 14-il nomina fil-kategorija tal-għalliema u letturi; 13-il nomina fil-kategorija tal-istudenti; u tliet nomini fil-kategorija tat-tagħlim fuq il-post tax-xogħol. Iċ-ċerimonja tal-għoti tal-awards saret b’mod ristrett minħabba ċ-ċirkostanzi li qed ngħixu fihom f’dan il-perjodu. Imma kienet ċerimonja sinifikattiva ħafna li matulha individwi jew kumpaniji li spikkaw fit-tagħlim jew taħriġ vokazzjonali jew applikat. Il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana, li ppresediet iċ-ċerimonja qalet li “Ħidma kbira, impenn

kbir u dedikazzjoni ħafna akbar, huma l-qofol tal-edukazzjoni tagħna”. Hija enfasizzat li din hija ċerimonja li tagħti valur lir-riżors uman. Qalet ukoll li rridu naraw kif noħorġu l-ħiliet ta’ kull persuna, imma wkoll norjentawhom skont il-ħiliet personali u skont il-ħtiġijiet ekonomiċi li għandu l-pajjiż. “L-edukazzjoni hija vjaġġ, u hawnhekk nitkellmu dwar ‘My Journey’, li aħna kburin ħafna bih, li għandu element ta’ taħriġ vokazzjonali. Permezz tal-edukazzjoni rridu noħorġu l-elementi u l-ħiliet kollha differenti tal-istudenti, iżda mhux biss, għaliex dan huwa wkoll vjaġġ li jgħaqqad flimkien l-istudenti, l-edukaturi u d-dinja tax-xogħol u din iċ-ċerimonja tal-lum tagħmel propju dan”, kompliet tgħid il-Ministru Caruana.


7

It-tliet rebbieħa huma:

VET/Applied Student Award – Premju intenzjonat biex jidentifika student kurrenti li jeċċella fl-istudji vokazzjonali tiegħu/tagħha: Liam Jake Vella, St Catherine’s High School, Pembroke

VET/Applied Lecturer/Teacher/Trainer Award – Premju intenzjonat biex jidentifika għalliem/lettur/trainer li jeċċella fit-titjib tal-esperjenza tat-tagħlim VET jew li kkontribwixxa biex jintroduċi innovazzjoni fil-mod ta’ kif jiġu mgħallma s-suġġetti vokazzjonali jew applikati (b’mod partikolari matul il-perjodu ta’ COVID-19 li għexna s-sena l-oħra): Claire Lauri, Immaculate Conception School, Tarxien

Training at Work Award – Premju intenzjonat biex jagħti valur lil prattiċi tajbin ta’ tagħlim professjonali u prattiku li jsir fuq il-post tax-xogħol indirizzat għall-ħaddiema relevanti, li permezz tagħhom jissaħħaħ it-tagħlim matul il-ħajja: Simonds Farsons Cisk.


8

-AFFARIJIET L U F aR Ħ G Na NA A T I N PRATTIK LI TGĦIN J AJ A Ħ ’ F U N D SBIEĦ LI NĦAD ELAINE AZZOPARDI

F

ilwaqt li fl-aħħar artiklu ddiskutejna fuq mindfulness bħala prattika li tiffoka fuq in-nifs, din id-darba se nagħtu ħarsa kif din il-prattika ħa tgħinna nagħarfu l-affarijiet sbieħ li diġa nħaddnu f’ħajjitna. Nibda qabel xejn billi nfakkar ftit x’inhu mindfulness. Mindfulness huwa mod t’għajxien fejn wieħed ikun preżenti u konxju fil-mument, mingħajr ġudizzju iżda b’attenzjoni mil-qrib ta’ dak li qed jiġri madwaru, f’moħħu u f’ġismu dak il-ħin. Il-kilba li wieħed dejjem jibqa` irid u jfittex dak li m’għandux, twasslu biex qatt ma jkun kuntent b’dak li diġa`għandu. Saħansitra, taljenah b’tali mod li ma jkunx kapaci lanqas jagħraf dan x’inhu. Mindfulness jgħinna nagħarfu napprezzaw l-affarijiet żgħar

Din twassalna għal dik li tissejjaħ gratitudni. Gratitudni hija meta nagħarfu l-valur li xi ħaġa għandha f’ħajjitna lil hinn millvalur monetarju, kemm dak interjuri kif ukoll esterjuri. Li nħossuna

diġa` eżistenti f’ħajjitna, sew jekk huma kwalitajiet fina nfusna

grati għal dak kollu li għandna f’ħajjitna kif tkellimna fil-paragrafi

bħal qalb tajba, ġenerożita`, paċenzja; jew inkella affarijiet

preċedenti (intern) u dak kollu li ħaddiehor jagħmel magħna

madwarna bħal familja li tħobbna, annimali domestiċi, pjanti,

(estern), joħloq fina kuntentizza, emozzjonijiet pożittivi u sens ta’

dar fuq rasna, xogħol sikur, ħbieb sinċiera, ikla tajba jew ħin

sodisfazzjon in ġenerali; ċiklu li jwassalna nfittxu aktar episodji

biex insegwu xi programm favorit tagħna, biex insemmu xi ftit

fejn aħna nistgħu nkunu grati. Kemm hi ħaġa sabiħa li nżommu

minnhom. Kemm hu importanti li nitgħallmu nagħarfu x’inhuma

djarju u niktbu fih għalxiex aħna grati (li nqumu filgħodu u niftħu

dawn l-affarijiet u ngħożżuhom ħalli ngħixu ħajja aktar kuntenta!

għajnejna diġa` hija waħda minnhom). U kemm hu ġest sabiħ ukoll

F’mindfulness nitgħallmu nagħarfu xi ħsibijiet, emozzjonijiet

li nesprimuwha ma` ħaddieħor. Li nitgħallmu ngħidu grazzi per

u sensazzjonijiet f’ġisimna dawk il-mumenti ta’ ferħ iqanqlu

eżempju lil ommna li ppreparatilna l-kolazzjon filgħodu jew lill-

fina. Per eżempju, jekk meta nipprattikaw l-isport favorit tagħna,

kollega li tagħna daqqa t’id f’biċċa xogħol fuq il-post tax-xogħol.

dan iġibilna ferħ, allura nkunu kapaċi nagħarfu li forsi nixtiequ

Bħalma l-pjanti għandhom bżonn l-ilma, ix-xemx u l-arja bħala

nagħmlu aktar minnu (ħsieb), nħossu ferħ u eċċitament fil-

nutrienti biex jikbru, hekk ukoll aħna. Meta nitgħallmu npoġġu

ġurnata li jkun imissna biex nagħmluh (emozzjoni), u għajnejna

l-attenzjoni tagħna fuq is-sabiħ li hemm diġa` f’ħajjitna, nkunu

jixgħelu u ħalqna jitbissem meta niftakru fih (sensazzjonijiet

qed inrawmu fina sens ta` apprezzament biex nikbru, speċjalment

f’ġisimna). Is-sbuħija ta` dan kollu tintlaħaq meta naslu li naqsmu

meta dan naqsmuh mal-oħrajn. Nispiċċa billi nirringrazzja lilkom li

dan il-ferħ tagħna mal-oħrajn. Kemm hu rigal sabiħ li bil-

qed taqraw dan l-artiklu u nistedinkom issegwu l-paġna tiegħi fuq

ġenerożita` tagħna nkabbru lilna nfusna u lil oħrajn. Niftakru li

Facebook Mindfulness with Elaine: Calming the puppy mind jekk

l-kuntentizza hi kontaġjuża!

tixtiequ aktar informazzjoni dwar is-suġġett.


9

Għarfien ta’ prevenzjoni fl-iskejjel

Dan iseħħ permezz ta’ żewġ programmi Tfal Favur Ambjent

Liberu (T.F.A.L.) 3 u 5 li jiġu offruti lill-iskejjel kollha tal-istat, indipendenti u tal-knisja f’Malta u Għawdex. Tiġi organizzata wkoll laqgħa mal-ġenituri (inklużi gwardjani legali) biex jiġi spjegat il-kontenut ta’ dawn il-programmi. Minħabba

Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali

l-pandemija tal-COVID-19, dawn il-programmi bħalissa mattfal qed isiru onlajn filwaqt li verżjoni rreġistrata qed tkun provduta lill-ġenituri u l-gwardjani legali. Il-programm T.F.A.L. 3 jikkonsisti f’sitt sessjonijiet u jingħata lil studenti ta’ bejn 3 u 7 snin. Is-suġġetti diskussi jinkludu s-sentimenti u l-immaġni tagħhom infushom, teħid ta’ deċiżjonijiet, il-ħiliet biex ilaħħqu mal-ħajja, u l-vizzji. L-aħħar sessjoni sservi bħala reviżjoni u t-tfal jingħataw ċertifikat ta’ parteċipazzjoni. Il-lezzjonijiet huma nterattivi kemm jista’ jkun. Is-suġġett huwa nterattiv għall-aħħar bl-użu ta’ wirjiet talpupazzi fejn umbagħad issir diskussjoni fil-klassi. Kull sessjoni għandha kanzunetta abbinata biex tgħin lit-tfal jiftakru l-punti ewlenin tad-diskussjoni. Jingħata wkoll workbook lit-tfal fejn fih dawn jistgħu juru l-ħiliet kreattivi tagħhom billi jpinġu, jirrevedu l-lezzjonijiet u jilagħbu diversi logħob relatat mas-suġġetti. Il-programm T.F.A.L. 5 huwa kontinwazzjoni ta’ T.F.A.L. 3, u jingħata lil studenti ta’ bejn il-5 u 9 snin. Il-programm jinvolvi ħames lezzjonijiet dwar l-awtovalutazzjoni u l-ħiliet biex

L

-Aġenzija Sedqa fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), tirsisti biex tara li kulħadd ikollu l-possibbiltà li jgħix stil ta’ ħajja b’saħħtu ‘l bogħod mill-vizzju. Għal din ir-raġuni, l-għan ta’ Sedqa huwa li jagħti lit-tfal, sa minn età żgħira, il-ħiliet meħtieġa biex jikkonfrontaw sitwazzjonijiet tal-ħajja li jiltaqgħu magħhom.

ilaħħqu, it-teħid tad-deċiżjonijiet, vizzji, drogi u l-użu għaqli tal-mediċini, l-użu tat-teknoloġija u l-logħob tal-azzard. Dan il-programm għandu wkoll workbook dedikat filwaqt li logħob interattiv jintuża wkoll biex is-suġġett tas-sessjoni fil-klassi jkun imwassal aħjar. Għal

aktar

informazzjoni

jew

kwalunkwe

kjarifika,

ikkuntattjana billi tibgħat imejl fuq sedqa@gov.mt, ċempel 23885110 jew ibgħatilna messaġġ fuq Facebook fuq il-paġna tagħna Sedqa Malta. Il-messaġġ ewlieni tagħna dejjem kien ‘IlPrevenzjoni hija aħjar mil-Kura.’


10

Il-programmi tat-tagħlim fl-Esplora huma varjati u mqanqla mill-kurżita’ Dr Jeffrey Pullicino Orlando Executive Chairman MCST

Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, ġie mwaqqaf fuq il-prinċipju li t-tagħlim jaħdem l-aħjar meta jkun immexxi mill-istudent.

L-istaff tal-Esplora huma mħarrġa f’tagħlim ibbażat fuq il-ħsieb kritiku (IBL), u jużaw il-mudell ta’ kostruttiviżmu, fejn jistaqsu mistoqsijiet lill-istudenti iktar milli jippruvaw iwasslulhom il-fatti. L-għan huwa li jħeġġu lill-istudenti sabiex iħaddnu l-kurżità tagħhom u jrawmu l-ħiliet fil-ħsieb kritiku.

Nippruvaw nużaw l-ambjent informali tagħna biex noħolqu opportunitajiet fejn l-istudenti jieħdu gost jitgħallmu, u nixtiequ li jitilqu miċ-Ċentru tagħna bil-ħsieb illi x-xjenza hija interessanti, pjaċevoli, u li tgħodd għal kulħadd, mhux biss għal dawk l-istudenti li huma intelliġenti ħafna.

Aħna nemmnu li meta persuna tiskopri xi għarfien ġdid waħedha, dak il-mument ta’ “Illallu!” jiswa mitqlu deheb, għax dik il-persuna se tibqa’ tiftakru u tgħożżu.

Aħna nwettqu din ix-xewqa tagħna billi noffru varjetà ta’ esperjenzi - xows fejn nuru diversi esperimenti, workshops hands-on fejn l-istudenti jesperimentaw huma stess, u l-opportunità li jesploraw u jesperimentaw ma’ iktar minn mitejn esibit.

F’Esplora, l-għan tagħna mhux li nwasslu l-għerf lill-istudenti, imma li nispirawhom li jkunu kurjużi u jfittxu l-għerf huma stess - u mhux biss waqt il-mawra tagħhom għandna, imma għal għomorhom!

Nemmnu ħafna fil-valur tal-interattività bejn l-istaff tagħna u l-istudenti - għalkemm persuna tista’ faċilment tfittex xi spjegazzjonijiet fuq l-internet,


11 m’hemm xejn aħjar milli jkollok edukatur quddiemek, preżenti jew onlajn, li qed jagħtik tweġibiet li huma addattati għalik, skont il-livell u l-interessi tiegħek. Tul din l-aħħar sena, minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid-19, ftit li xejn setgħu jżuruna studenti, u għalhekk dorna għal alternattivi diġitali. Bħal ħafna istituzzjonijiet oħrajn, kellna niffaċċjaw diversi sfidi fejn jidħol l-apparat, il-pjattaformi diġitali, mezzi differenti, u problemi tekniċi. L-ikbar ostaklu li għandna negħlbu huwa ta’ kif nistgħu nistabbilixxu u nżommu r-relazzjoni mal-istudenti fil-klassi minkejja li m’aħniex preżenti fiżikament. Minkejja d-diffikultajiet, skoprejna li hemm benefiċċji sostanzjali fit-tagħlim diġitali wkoll. Pereżempju, ħadna pjaċir illi stajna nilqgħu studenti vulnerabbli minn ġod-dar tagħhom stess kemm dawk illi huma ġewwa minħabba li huma vulnerabbli għal Covid-19, imma wkoll dawk illi anke minn qabel ma kinux setgħu jitħalltu ma’ studenti oħrajn minħabba xi kundizzjonijiet jew limitazzjonijiet. Meta l-istudenti jipparteċipaw minn ġod-dar tagħhom stess, dan ukoll jagħti lok li jisimgħuna l-ġenituri tagħhom - u dan huwa importanti għax il-ġenituri għandhom sehem kbir fl-attitudni u l-aċċess tat-tfal tagħhom għax-xjenza.

Il-programm il-ġdid tagħna “Esplora Mill-Iskola” jipprovdi servizz ta’ livestreaming mill-edukaturi tagħna dirett għal ġol-klassijiet, u ħadna pjaċir ukoll illi stajna nilqgħu studenti Għawdxin bl-istess faċiltà tal-istudenti li jgħixu pass ’il bogħod minna. Ikollna nammettu li għadna nippreferu li nkunu wiċċ imb wiċċ mal-istudenti, għax hija xi ħaġa speċjali li jkollok in-nies quddiemek f’post attrezzat apposta, bħalma hu l-Esplora! Iżda la skoprejna daqshekk benefiċċji fit-tagħlim diġitali, bi ħsiebna nkomplu nsaħħu u nkabbru dan l-aspett tal-offerti edukattivi tagħna wkoll, anke wara li nkunu nistgħu nerġgħu nilqgħu l-istudenti fiċ-Ċentru tagħna. Nittamaw li ma ndumux ma narawkom!


12

Eduka GHat-Tfal

G

ħeżież tfal qarrejja ta’ din ir-rokna, illum iddeċidejt li naqsam magħkom artikli differenti. L-ewwel wieħed huwa dwar l-istorja tat-trasport f’Malta. Imbagħad, fuq l-istess tema, għandkom silta ħelwa ħafna fejn se niltaqgħu ma’ xarabank antika li taqsam magħkom l-esperjenzi tagħha u n-nostalġija li tħoss. Tistgħu wkoll taqraw djalogu bejn l-għalliem u xi studenti mill-klassi tiegħu u flimkien magħhom nitgħallmu xi fatti interessanti dwar xi postijiet f’Malta.

IT-TRASPORT F’MALTA ta’ trasport li għażla varjata ta’ mezzi Illum il-ġurnata għandna Ta’ min isemmi w f’Malta jew f’Għawdex. bihom nistgħu nivvjaġġa id-dgħajjes u l-isri, il-vapur ta’ Għawdex, l-karozzi, ir-roti, il-mutu sport li llum lta rat mezzi oħra ta’ tra Ma , nin is-s tul ma a Iżd kuters. m’għandhomx magħna. fl-antik. Dan trasport użat mis-sinjuri Il-kaless kien il-mezz ta’ miġbud minn żiekabina u żewġ roti kbar kien ikun magħmul minn a sat-tmiil-Kavallieri u baqa’ jintuż ien Żm fi a lur ur im ss ale mel. Il-k familja nobbli, privati, jiġifieri li kienu ta’ ssi ale Il-k . 19 klu -se tas em ieba tal-kabina. -familja mpinġija fuq il-b kien ikollhom l-arma tal li daħal mezz ta’ trasport pubbliku L-omnibus kien l-ewwel i. L-istess a fl-1856, fi Żmien l-Ingliż fi gżiritna. Dan beda jintuż as mill-kaless. minn żiemel iżda kien irħ ed ġib jin n kie ess kal allbħ il-Belt u Ħal Lija. ruħ. Ir-rotta kienet bejn L-omnibus kien jesa 16-il dejjem mimli. polari u kien ikun kważi L-omnibus malajr sar po issibu madt kienu limitati u ma kontx oto r-r li n kie lu kel li ġġ Żvanta war Malta kollha. sport li kien a parti mill-mezzi ta’ tra It-tren ukoll kienet tifform toroq imsemmija i. Għad għandna diversi hawn f’Malta fl-imgħodd rrovija taħt mm ukoll l-istazzjon tal-fe He . ija rov fer jew n tre għatt tajjeb. F’xi mm Birkirkara għadu fi sta l-Imdina. L-istazzjon li he -ferrovija. It-tren wkoll il-ħadid tal-linji tal lokalitajiet għadna nsibu bil-faħam. It-tren ur tal-art u kien jaħdem kien magħruf bħala l-vap

RITA AZZOPARDI

sar-Rabat. Kien al, il-Belt, u tibqa’ sejra kienet toħroġ minn Putirj n Ħaż-Żebbuġ, tat-tren jiġi estiż ukoll lej hemm il-ħsieb li s-servizz a dan baqa’ qatt ma sar. il-Mosta u Tas-Sliema, iżd elettriku. fl-1903 u kien jaħdem blIt-tramm daħal f’Malta i tal-ħadid. ram kien jimxi fuq il-linj L-istess bħall-ferrovija, it-t ra, Raħal Ġdid w f’Birkirkara, fil-Kottone Dawn il-linji kienu tpoġġe nduttur li kien mm kien ikun hemm ku tra ll ku q Fu . uġ bb Że ażu f’Ħ -servizz. jieħu ħsieb it-tħaddim tas -linja. deħlin l-ewwel karozzi tal Fil-bidu tas-seklu 20 bdew ja wieħed trasport, bil-karozzi tal-lin ta’ ħra l-o i ezz -m tal za B’differen mm 16-il rotta ma kinux limitati. Kien he t oto Ir-r . irid n fej ur jm seta’ ħula mal-Belt ja rnexxielha tgħaqqad l-ir b’kollox. Il-karozza tal-lin kienu jieħdu lewn differenti. Is-sidien Valletta. Kull rotta kellha li minnha. u huma kienu responsabb ħsieb il-karozza tagħhom n jikkonsisti trasport tradizzjonali. Da ta’ ezz l-m wa hu n zzi Il-karo għoddi kien nn żiemel jew tnejn. Fl-im f’karozzella miġbuda mi ġ jew funeral. enimenti speċjali bħal tie popolari ħafna għal xi avv għed ukoll xi alkemm dan l-aħħar qie għ ti, ris t-tu fna ħa h xu Illum ifitt eral. kultant jintuża għal xi fun alta. Is-servizz kif nistgħu nivvjaġġaw f’M Il-lanċa hija mezz ieħor u lura, kif ukoll bejn Tas-Sliema u l-Belt tal-lanċa jinkludi r-rotot zo Channel mm ukoll il-vapuri tal-Go He a. lur u elt il-B n lej u mill-Birg Malta u Għawdex. li jipprovdu trasport bejn


13

A Z Z O R A K IL A J N I L TAL D I Ħ G T A H Ħ TAG

Eduka GHat-Tfal

iha qatt. mhu se nins t ib -S s ta a jja li, ik l-għodw en lil widne m m e n t d ri ak Bilkemm qa ġewwa d lu ħ g a m ħ a l wara snin sħ ’ nara d-daw a rġ e n e s t n ar u vojt, ko ew mill-aħħ ġ il-garaxx kbir n w a h a q magħlu -aħħar vjaġġ ll a ħ g i n tax-xemx. Ili ġ ri a e 11 – data li s Pawlu kien ħ 0 i 2 id , s u li lj u a L ’ rb a ta d fit-2 ar konna eżattament kar li dakinh a ift N . ri tiegħi. Kien m bta talo rha għal għ lura għal ħa a a k a ln a ift ħ n d ’ a u ħħar q u nib n wassal l-a ieni filgħod ie m k k , r u a rl fi -d ħ id ja m lu, Alla tlaqna jl wara li Paw le il b ’ ta ra x għa at. ri lejn ir-Rab i ġun. Għadn ftit passiġġie Għandkom ra

D

n min jien! a b’faxxa n il-mustard d tistaqsu jie e w q le li ja m lti a ko a M b’ġilda tika Nimmaġin wwa miksija xarabank an a ġe n n e Ji in i. M ħ . d ru jtx xufier at-ton ma ntroduċe fier. Wara xdiem ġej għ d xu u xq i ta d a n a in ħ b a jjat. G tt hemm il-k -żmien u bloranġjo jgħa quddiem ne tqattgħu biż q m o Fu h r. n ċa in a m ll qaddisin, xi ftit lewn kanne fna santi talgħoxrin sit li a u ħ n jn li e ħ tn ħ a r a w mula im hemm madw ’ żiemel magħ xufier hemm xta ta la t si għ a sn ta u r le’ ha ħa azzjonali Pe q. Fuq in-na użu. Mad-da tarġiet dojo ’ fama intern 3 ta ’ r a tl je ji . le b p id n ljr ġe ritratt ta jirkeb ġo fija waħħla maltal-injam im Biex wieħed . a ll xx għhom ta e ka ta m m ltti il m je m u l-bil rm arġiet he ja -t it n li n iż w n a d u ’ ma tax-xellug ta ssiġġieri, hu ża biex il-pa tu n ti t e n ie n meta Din k hemm żmie n ie K r. . lu k u k -k e għi kien dan il hemmh r oriġinali tie dejjem kont lu n in ku lm a x u m h a. In-nies dar. Im Jien m skont ir-rott iż-żebbuġ aħ u n għ w b le że i n in u n ri minn nna kienu żebgħ ien aħna ko lill-passiġġie l m a -ż ss iż a k w a in d f’ t n ax na. Jiena ko turisti. Kont kulur blu għ wkoll ħafna ill-kuluri tagħ u m b a a rk n ji u u rf n għ ie għhom imm ra. K kienu ja Valletta u lu i differenti ta lt e gw B in l a -l il għ b u ġa llm Birżebbu għhom jitke u gost nisma ħ ie jgħidu! n d tu. Ta’ w e e q ss u ta k li jkun isni kont bin a q d u ’ b ta e si rt ħ a t u d jieħ ien joħroġ qatt ma qba Pawlu kienu era l-oħra, k u fi id xu għ xn u b xi a x qasir ma’ sħ M’għandnie u sew. Kemm jieħu xi brejk dafni waħda d n a ie jn k li u s ra it a -s w aħħal mastaħt is kuljum, iġġier kien iw kien iżomm ss li a p il xi rm li a b m ll-ixkupa u xi chewing gu eta kien isib m ja b waqaft a rr ji n kie akinhar jien D ! u lj Lu f’ a rh ekk kont se il-ġurnata ke sits tiegħi! derni. Daqsh o d waslet dik a m r għ a ta b ik m u a r Imm ikba iex jitkellem aħlu karozzi lu jgħajjat b d w i a k P o l fl li ’ in a m m nis a u l-barmil naħdem u ekk kont se jjes tal-ixkup sh se q ħ a lD ’ a s. ie m is -n n ta’ Malta. t se niltaqa’ man ra s-sbuħija aqshekk kon a D n x. se u t tr n n ko ie k k ieħor shek qisu kulħadd lu ma’ raġel x-xufier. Daq w u a ħ P e ji n e n ib ie k e ġi ss li i bil-kuluri reġa’ nfetaħ ma’ kull sko għu jiżbgħun b tal-garaxx rġ ie b je lli se r a ke h n a Dakin rranġawni u j! jgħidu li se ji m jaf x’inhu ġe o h in jt M a ! sm ta u ta ċi e n e ji i. Kemm oriġinali tiegħ


14

IŻ-ŻIEMEL L-ISWED Eduka GHat-Tfal

Bħal kull nhar ta’ Sibt filgħodu, Sara marret il-librerija ta’ Belt is-Sebħ tbiddel il-kotba tal-librerija. Dik il-mawra sal-librerija fil-Furjana kienet tkun qed tistenniha minn ġimgħa għal oħra. Kemm kienet tħobb taqra. Għaliha l-ktieb kien bħal passaport li joħodha f’dinja oħra ta’ avventuri u fantasiji.

Fost il-kotba favoriti tagħha kien hemm il-kotba tal-istejjer klassiċi. Kienet qrathom kważi kollha kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti. Dik il-ġimgħa ħassitha se ttir bil-ferħ. Fuq l-ixkaffa ta’ dawn il-kotba kien irnexxielha ssib il-ktieb ta’ Black Beauty, iż-żiemel iswed b’tebgħa bajda fuq rasu, li tant kienet ilha tfittex. Kellha seba’ mitt sena sakemm tasal id-dar u tibda taqrah. Minbarra li jogħġobha l-qari, iż-żwiemel kienu l-mimmi t’għajnejha Ix-xewqa tagħha kienet li la tikber ikollha żiemel

tagħha. Għalhekk mhux ta’ b’xejn li hekk kif waslet id-dar intefgħet komda fuq is-sodda tagħha u bdiet tqalleb ilpaġni u taqra dwar il-ħajja ta’ Black Beauty. “Miskin,” bdiet tgħid bejnha u bejn ruħha hi u taqra u timmaġina liż-żiemel. “Kemm kellu ħajja iebsa miskin.” Dakinhar filgħaxija n-nannu Lippu mar s’għandhom bħalma kien jagħmel kważ kull filgħaxija. Miegħu ħadilhom borża qagħaq tal-ġunġlien u kaxxa pasti tal-krema. In-nannu kien dilettant taż-żwiemel għalkemm qatt ma rabba wieħed. Għalhekk tistgħu timmaġinaw fuq xiex waqa’ l-kliem. “Nann illum bdejt naqra ktieb dwar żiemel sabiħ jismu Black Beauty. Min jaf kemm beża’ meta waħlulu n-nagħla ma’ saqajh u meta libbsuh ix-xedd ma’ rasu u poġġewlu s-sarġ fuq dahru,” qaltlu Sara. “U xi jweġġa’ hu,” weġibha n-nannu Lippu. “Iż-żiemel ikun xi ftit imbeżża’ veru minħabba t-tismir tal-imsiemer man-nagħla. Imma min jagħmel dan ix-xogħol ikun imħarreġ apposta u jagħmel minn kollox biex jikkalma liż-żiemel.”


15

l

at-Tfa Eduka GH

PELE’

leġġenda ali internazzjon

K

qli ienet xemx ta q l-ankri. It-toro , tal-bliet foqra favelas jew aħjar talu miksija Brażiljani kien ix-xemx ramel jikwi b nofsinqalila ta’ wara net qihar. Il-belt kie et ħaġa sha forn. Kien gruppi normali li tara rx subien, ta’ tfal, x’akta fjin jew jiġru barra ħa fsu mqab’xi karkur no nu jinbxu tta’. Uħud kie dejja, x-xemx għad jaraw kif oħrajn kienu iet u oħrajidħlu fl-inkw en Pele jn, bħaċ-ċkejk toroq kien idur matl-favela kważi vojta ta il-papaja. jipprova jbigħ na komuni Din kienet xe Brażil. fil-favelas tal-

kellu tfulija tbol, xejn ma fu lta a n lja żi -Brażil, nda Bra ill-ifqar bliet fil Pele’, il-leġġe m a d aħ f’w ira d ġo familja fq ibigħ il-frotta faċli. Imwiele ħroġ fit-toroq jo llu ke ira ħ età żg ma f’dik Pele’ sa minn all-familja. Im ħ g a jd że a x jaqla’ xi ħaġ ra. Dan kien tal-papaja bie en jidher bar ki a m t ris tu a ’ Pele’. wija, l-ebd ra u ħelwa ta ju is m is-sħana qaw a aj ap p tri laħal ma kien ħa jix lt u ma kien d ifisser li ħadd -toroq tal-be at m r u id iħ , iddeċieda li m sħ t għall-aħħar Kien qatta’ ju ta n u p ap iż D nżmu fil-but. acabana. l-ebda ċente l-baj ja ta’ Cop sa d e b jiġ , ar ol fit-triq. r lejn id-d jilagħbu futb rin qabel ma jmu rf fa im al tf a’ ma’ grupp Meta ma Mat-triq iltaq t-tfaj jel Pele’. ta i n o sj as p ilx forsi jsib xi ballun kienet Il-logħba talfil-miżbliet bie b le al iq w je ħ il-papaja fit-toroq ma’ kienx ikun ibig xuttja l-ballun jix u b si is t n ol. Kemm , lil Pele’ ko ata fuq il-futb ss ħaġa xi jbigħ iffi t e n e ki ħu il-papaja ilja kollha tieg lun. Ħares lejn sħabu. Il-fam al b ilak d jn reġa’ ħares jixxuttja xi tne xtaq jieqaf u u u mbagħad b n e aġ m ’ ta xa tal-injam biex nixtru ftit li kellu fil-kax id-dar, lanqas s u fl x u iħ n a “Jekk m ruħu. lejn il-ballun. bejnu u bejn al q ” a, lln o jk etu, il-balhu se mitluf fi ħsibiji ħobż u ilma m u ad ħ g n e ki da, waqt li t ikkontrolla F’daqqa waħ ele’ kien pron P , ad as ħ in pront ħalkemm u ’l fuq u kien ħ llg lun tar lejh. G te , su ra fuq ċċassati ru, ibbilanċjah em u baqgħu sr e l-ballun b’sid ħ fu aq w ra ajh. It-tfal l-oħ niżlu taħt saq aja jew inkella jħarsu lejh. li jbigħ il-pap p m o Ik l? e m i iebsa jagħ ol? X’deċiżjon tb Issa sew ... x’se fu lal ħ g a ħtih wisq. Hu inn idejh u jag ni kienet kbira jitlaq kollox m jo zz ta n te Iti. setax jirreżist la, imma xtaq dik! Pele’ ma apaja fil-fave p ilħ ig jb a taa’ ħajtu kollh rit tiegħu, Bo ma riedx jibq mat-tim favo ab ħ g jil u i al na. Żgur rofessjon bħal Barċello isir futboler p ew p ro w E tim jistgħu ansitra ma’ xi ikax. Il-papaja foga, jew saħ tt ra p jip a m ti! ir futboler jekk iktar importan li ma setax is l huwa ħafna o tb fu Il. b e jistennew, ħas


16 Eduka GHat-Tfal

POSTIJIET F’MALTA

Is-Sur Psaila, l-għalliem tas-sitt sena fliskola Santa Fawstina, kien qiegħed jistaqsi xi mistoqsijiet ta’ reviżjoni lil żewġ studenti tiegħu, Sabrina u Kevin, dwar xi postijiet f’Malta.

L-għalliem: Issa ħa naraw inti Kevin. Semmili tliet personaġġi magħrufa li twieldu Ħaż-Żebbuġ.

L-għalliem: Mela, ħa nibdew minnek Sabrina. Taf tgħidli kif inhu magħruf Raħal Ġdid? Sabrina:

Raħal Ġdid huwa magħruf ukoll bħala Paola għax ġie msemmi għall-Gran Mastru De Paule.

Kevin: Faċli Sir. Mikiel Anton Vassalli, Dun Mikiel Xerri u l-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila. L-għalliem: Min kien ta t-titlu ta’ belt lil dan ir-raħal?

L-għalliem: U għal min hija ddedikata l-knisja parrokkjali?

Kevin:

Sabrina:

L-għalliem: Bravu Kevin. Qed turini li anke inti qiegħed tistudja. U issa għidli xi ħaġa żgħira dwar l-istatwa ta’ San Filep li hija tant għal qalb iżŻebbuġin.

Il-knisja ta’ Raħal Ġdid hija l-ikbar waħda f’Malta u hija ddedikata lil Kristu Re. Imma hemm knisja oħra, iżgħar, iddedikata lillMadonna ta’ Lourdes.

L-għalliem: Brava tassew. Tidher li qed tistudja. Issa għidli xi tagħrif dwar l-Ipoġew. Sabrina:

L-Ipoġew tfisser għar imħaffer taħt l-art fejn qabel kienu jinżammu l-mejtin. F’Raħal Ġdid issib wieħed minnhom.

L-għalliem: Illum għadu jintuża dan l-Ipoġew? Sabrina:

Le, Sir. Illum hemm iċ-ċimiterju tal-Addolorata li hu wieħed mill-isbaħ ċimiterji fl-Ewropa.

Kevin:

Il-Gran Mastru De Rohan.

Din l-istatwa hija magħmula kollha mill-fidda. Fil-knisja hemm ukoll niċċa bir-relikwa ta’ San Filep. Din ir-relikwa hija biċċa għadma żgħira li kienet ġiet meħuda minn id il-qaddis.

L-għalliem: Prosit ħej. Taf ħafna iktar minn dak li tgħallimna fil-klassi. Kevin:

Għax in-nannu Lippu minn ħaż-Żebbuġ u tgħidx kemm iħobb jirrakkontali dwar raħal twelidu.


17

Wasal

is-Sagħtar stampat!

ta ħabbret li r-rivis T U l-M an d ħ fi ħtar a. Fondazzjoni Sag rivista stampat a al ħ b a ar xt tin ta’ Sagħtar issa tis Is-Sagħtar huwa sinonimu mal-qari tajjeb bil-Malti għat-tfal, u bħalma jaf kulħadd jinkludi varjetà kbira ta’ artikli, stejjer, poeżiji, logħob u kompetizzjonijiet edukattivi, informattivi u divertenti. Ir-rivista stampata għandha sservi sabiex tilħaq aktar tfal, li għall-ewwel darba ser ikollhom l-esperjenza ta’ rivista bil-Malti stampata apposta għalihom, bħalma kien hemm għal tant snin fil-passat. Min hu interessat jakkwista kopja stampata għandu jissieħeb bħala membru tal-Fondazzjoni u jmur fil-ħanut li għadu kif infetaħ bħala parti mis-sit saghtar.org.mt. Hemmhekk wieħed jista’ jabbona għal tmien edizzjonijiet stampati tal-magażin, jiġifieri minn Ottubru 2020 sa Mejju 2021, jew inkella jixtrihom waħdiet. Fl-istess ħanut hemm ukoll għażla ta’ pubblikazzjonijiet sbieħ għat-tfal. Infakkrukom li l-verżjoni diġitali tar-rivista tittella’ b’xejn kull xahar fuq saghtar.org.mt, fejn wieħed isib ukoll l-edizzjonijiet kollha passati sa mill-bidu nett. Dawn il-ħamsin sena sħaħ ta’ rivisti jistgħu jinqraw minn fuq kompjuter, mowbajl jew tablet. Siltiet minnhom jistgħu wkoll jinstemgħu moqrija minn qarrejja differenti u kultant mill-awturi stess!

Għal darb’oħra l-Fondazzjoni tixtieq tirringrazzja lill-kontributuri kollha li permezz tagħhom kien possibbli li jerġa’ jibda s-Sagħtar – kittieba, illustraturi, membri tal-bord editorjali u ħafna persuni oħrajn. Nirringrazzjaw minn qalbna wkoll lill-edukaturi kollha li qegħdin jużaw is-Sagħtar fil-klassi kif ukoll lil dawk kollha li qegħdin iħeġġu lit-tfal sabiex jaqraw ir-rivista. Nawgurawlkom ħafna qari interessanti, gost u divertiment!


18

X’inhu l-Internet of Things (IoT) L-Internet of Things mqabbad bl-internet u kapaċi takkumula u taqsam informazzjoni fuq netwerk. Filwaqt li l-pjattaformi użati biex jiżviluppaw apparat bl-IoT jistgħu jvarjaw, kollha għandhom l-istess komponenti ewlenin komuni meta niġu għall-arkitettura tagħhom.

Eżempji tal-Internet of Things Jekk xtrajt arloġġ tal-Apple jew apparat bħal Google Home f'dawn l-aħħar snin, inti sirt parti mir-rivoluzzjoni tal-IoT. Applikazzjonijiet oħra tal-Internet of Things jinkludu Alexa u l-qanpiena tal-bieb ta’ barra bil-kamera fost oħrajn. Google, Apple, u Amazon huma biss ftit mill-kumpaniji tal-Internet of Things l-ħajja tagħna ta’ kuljum.

Tkabbir tal-Internet of Things fis-snin riċenti Ir-riċerkaturi jistmaw li l-persuna medja se jkollha mill-inqas erba’ tipi ta’ apparat imqabbdin sal-2021. 13% biss tal-kumpaniji ta’ daqs medju u 18% tan-negozji ż-żgħar kellhom it-teknoloġija tal-IoT bħala prijorità lura biex jħaddmu l-proċessi tan-negozju ta' kuljum.

Ħtieġa għal aktar bandwidth Il-varjetà ta' użu għat-teknoloġija tal-IoT xprunat it-tkabbir mgħaġġel tagħha internet bandwith doppju għall-bżonnijiet ta' komunikazzjoni tagħhom.

eSkills eSkills Malta Foundation /ESkillsMalta

@eSkills_Malta

www

eskills.org.mt


Ir-Robots jieħdu l-impjiegi, imma joħolqu l-karrieri Jekk għandek ftit minuti, fittex fuq l-internet għal impjiegi li jinvolvu r-robotika u ftit affarijiet huma ċari daqs il-kristall. L-Awtomatizzazzjoni miżjuda hija realtà, u se tbiddel it-tip ta’ impjiegi tan -nies li se jagħmlu fil-futur, kif ukoll se tbiddel il-mod kif jagħmlu xogħolhom. Dan huwa dak li qed jinwieta lilħaddiema madwar id-dinja kif ukoll inkwetati dwar il possibilita li jitilfu l-impjieg tagħhom. Rapport maħruġ dan l-aħħar mill-Forum Ekonomiku Dinji juri li l-intelliġenza artifiċjali se tieħu aktar impjiegi fil-ħames snin li ġejjin. Dan huwa pass mgħaġġel li bih il-magni jieħdu aktar xogħol mill-bnedmin fuq il-post tax-xogħol sal-2025. Ir-rapport tal-Forum Ekonomiku Dinji, “The Future of Jobs 2020,” huwa bbażat fuq stħarriġ ta’ aktar minn 1,000 mexxej tan-negozju minn aktar minn 60 pajjiż li jirrappreżentaw ekonomiji żviluppati u emerġenti, kif ukoll l-Istati Uniti, l-Ewropa u l-Asja. Il-Forum Ekonomiku Dinji jistma li l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ta’ awtomazzjoni bħal Intelliġenza Artifiċjali tista’ tbiddel 75 miljun impjieg u joħloq 133 miljun impjieg ġdid sal2022 hekk kif il-kumpaniji jirrevedu t-tqassim tax-xogħol bejn il-bnedmin u l-magni. Skont dan ir-rapport ixxogħol qed jawtomatizza aktar malajr milli mistenni u nofs ix-xogħol kollu se jsir mill-magni sal-2025.. l-iktar kumpaniji li ħa jkunu kompetittivi se jkunu dawk li jiddeċiedu li jħarrġu u jikkwalifikaw mill-ġdid il-ħaddiema attwali tagħhom. Ir-rivoluzzjoni robotika se toħloq 97

miljun impjieg ġdid, il-komunitajiet l-aktar f’riskju ta’ tfixkil se jkollhom bżonn l-appoġġ tan-negozji u l-gvernijiet, hekk kif isiru aktar vulnerabbli biex jiġu mibdula filħames snin li ġejjin. Huwa għalhekk li ħafna xogħol aktar baxx jitħalla għall-awtomazzjoni: ilmagni jistgħu jagħmlu dak kollu li jista’ jsir ripetutament kuljum, u ma jagħmilx sens li jinħela x-xogħol talbniedem fuq dan it-tip ta’ xogħlijiet. Bħalissa madwar 1.5 miljun kompitu li m’għadux jiddependi fuq ix-xogħol tal-bniedem, iżda dak in-numru mistenni jiżdied hekk kif it-teknoloġija titjieb. Impjiegi ġodda se jieħdu post dawk qodma, u oħrajn ġodda se jsiru aktar popolari hekk kif l-awtomazzjoni tirrilaxxa impjiegi li kienu ħżiena u ta’ dwejjaq. Ir-rivoluzzjoni robotika qegħda magħna, u qed toħloq rivoluzzjoni industrijali ġdida li fiha l-bnedmin xorta se jkollhom l-iktar rwol importanti. Aħna nħarsu ‘l quddiem għal futur fejn ir-robots imexxu t-tkabbir tal-impjiegi u joħolqu impjiegi eċċitanti li lanqas biss nistgħu nimmaġinaw illum. L-eSkills Malta Foundation tilqa’ dan għax taf li se tagħmilna ħajjitna aktar faċli, kif dejjem tagħmel itteknoloġija, u għax taf li l-eżistenza

19 Claude Calleja Executive eSkills Malta Foundation

tagħha stess se toħloq impjiegi ġodda. L-awtomazzjoni ma tfissirx it-tmiem tal-impjiegi, iżda l-bidu ta’ impjiegi ġodda u ħiliet ġodda. Pjuttost milli joħolqu impjiegi ġodda, ir-robots sejrin ibddlu n-natura tax-xogħol u l-ħiliet meħtieġa, billi jċaqalqu l-impjiegi eżistenti għal kompiti u ta’ valur ogħla. Bl-istess mod, maż-żieda fl-era talkompjuter, l-aspettattiva qed tikber li r-robots se jtejbu l-impjiegi, mhux jeħduhom. Bl-istess mod, iż-żieda fl-awtomazzjoni f’ħafna industriji ma kinitx dwar ħsieb mill-ġdid ta’ operazzjonijiet ta’ negozju, iżda dwar ħtif ta’ opportunitajiet u ħolqien ta’ karrieri aktar sinifikanti u produttivi għall-impjegati. L-impjiegi se jinbidlu wkoll, u min iħaddem u l-edukaturi għandhom sehem x’jagħtu biex in-nies jiġu mgħammra bil-ħiliet li għandhom bżonn. L-awtomazzjoni qed tittrasforma l-fluss tax-xogħol ta’ organizzazzjonijiet fis-setturi kollha u tinfirex fost l-industriji mingħajr ma tnaqqas l-opportunitajiet ta’ impjieg għannies. Billi tgħaqqad l-awtomazzjoni u t-teknoloġija ma’ l-iżvilupp tal-ħiliet, l-impjiegi ta’ għada se jkunu aktar mifruxa u ta’ sodisfazzjon minn qatt qabel.

Segwina fuq: eskills.org.mt jew Facebook: www.facebook.com/ESkillsMalta; www.facebook.com/CodeEUMalta/ jew fuq Twitter: https://twitter.com/eSkills_Malta jew ibgħatilna email fuq: info.eskills@eskills.org.mt


20

Educaaon/Assissve

C-PEN®

Effeccve at all Ages

Produccvity/Text Entry

- The original pen scanner brand

The C-PEN® ReaderPen scans text and reads it aloud or via headphones, facilitating the user’s desire to read independently. It is a robust, portable, pocket-sized standalone wireless device with no additional software required for all individuals working at home, school, library or at an office. C-PEN® products are designed to promote independent learning and are a major technological breakthrough for any individual suffering from any type of reading difficulties such as dyslexia.

FREE ONE WEEK TRIALS AVAILABLE Contact us on: info@robocoach.com.mt


21

L-Użu tat-Teknoloġija

Assistiva fl-edukazzjoni It-teknoloġija assistiva tista’ twassalna għall-indipendenza fit-tagħlim tagħna, tajjeb li nkun nafu li hawn għajnuna kemm għaż- żgħar kif wkoll għall-kbar meta jiffaċjaw id-dinja taxxogħol. Dwar dan u aktar tkellimna ma’ Abby Camilleri Pearson, edukatriċi li tħarreġ għalliema fl-użu tat-teknoloġija fl-edukazzjoni.

X’diffikultajiet qed jesperjenzaw l-istudenti tagħna meta jiġu biex jaqraw? Saż-żmien li l-istudenti jkunu fl-iskola sekondarja, jista’ jkun diffiċli li għalihom li jsolvu d-diffikultajiet tal-qari li setgħu ilhom għaddejjin matul is-snin primarji u bikrin. Allura nemmen li t-teknoloġija assistiva fl-iskejjel għandha tiġi implimentata mil-bidu tas-snin edukattivi u bikrin ħalli ma’ l-ewwel għarfien ta’ xi diffikultà tiġi ndirizzata l-problema b’mod xieraq u effettiv. Din it-teknoloġija assistiva tista’ tgħin u tiffaċilita ħafna l-ħajja ta’ studenti b’Dyslexia u SpLD. Għal bosta snin edukaturi, kapijiet tal-iskejjel, assoċjazzjonijiet u membri fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni ħadmu bla waqfien biex iżidu u jkomplu jagħarfu lill-ġenituri u l-pubbliku dwar id-dyslexia u diffikultajiet ta’ tagħlim speċifiċi marbuta mal-qari u ftehim ta’ taħriġ. L-edukaturi jaħdmu ħafna biex jgħinu lil kull student biex jitgħallem u jaċċelera fl-edukazzjoni tiegħu biex ikun ta’ suċċess. L-istudenti li għandhom dyslexia jew SpLD ħafna drabi isibu li anke kompitu sempliċi quddiemhom jikkawżalhom sentimenti kbar ta’ għeja, konfużjoni, ansjetà u biża’ kbira. Iħossu sentimenti ta’ falliment u frustrazzjoni jekk ma jingħatawx l-għajnuna meħtieġa.

It-Teknoloġija assistiva tista’ twassal għall-indipendenza tal-individwu ? It-Teknoloġija assistiva tista’ ħafna drabi tintuża biex tissostitwixxi “human reader”. Jekk inneħħu l-“human reader” għal ċertu individwi, awtomatikament l-istudent jibda iħossu aktar responsabbli tal-qari u t-tagħlim tiegħu. Hu jsir indipendenti u jħossu aktar kapaċi u huwa għalhekk li r-reader pen tgħin lil individwu jitgħallem b’mod awtonomu. Din l-għodda tista tiġi wżata wkoll minn individwi fuq il-post tax-xogħol biex ikomplu l-ħajja tagħhom b’independenza u trankwillita’.

X’taghmel ir-reader pen? Ir-reader pen qed tbiddel l-istil tat-tagħlim tal-istudenti li għandhom dyslexia jew diffikultajiet biex jaqraw u jinterpretaw il-kliem miktub. Din ir-“reader pen” qisha pinna li tikteb biha, imma aktar goffa. Hija apparat li tista’ tinġarr kullimkien bla problemi. Tista żżommha f’idejk, fil-but talġakketta jew qalziet u tqabbad il-headphone kull meta trid taqra xi kelma jew kuntest. Dan l-apparat isir parti integrali ta’ ħajtek biex jgħinek taqra kulma għandek bżonn tul il-ġurnata tiegħek, kemm l-iskola, kif ukoll meta tmur

tixtri ġo ħanut. It-“text-to-speech facility” fuq ir-“reader pen” tippermetti lill-istudenti jiskenjaw it-test li jkollhom quddiemhom u awtomatikament l-apparat jaqralhom lura dak it-test mill-ispeaker, jew billi tqabbad earphones u tisma’ għall-kwiet waħdek. Ċerti reader pens għandhom ukoll il-faċilità li jiskenjaw kelma u tagħtik it-tifsira tagħha. Allura tgħin lill-istudenti jfittxu kliem li ma jkunux ċerti minnhom weħidhom u ma jkollhomx bżonn jgħollu jdejhom biex jistaqsu lill-għalliem.

Dawn ir-reader pens jistgħu jintużaw fl-eżamijiet tal-MATSEC? Iva. Il-Bord ta’ l-Eżamijiet tal-Matsec irreveda l-“Access Arrangement guidelines” fejn kull student li japplika għalleżamijiet tal- MATSEC li ser iseħħu mill-2020 ‘il quddiem jista’ jkun eliġibbli għal “reader pen” skont il-proċeduri meħtieġa li jridu jiġu validati. Ir-reader pens li jintużaw fleżamijiet ikollhom biss it-“text-to-speech facility” u mhux id-dizzjunarju. Din il-gwida tiddikjara li r-“reader pen” tista’ tiġi wżata minn kull individwu li japplika għal dan l-aċċess biex isir kompletament indipendenti waqt l-eżami tiegħu. Hekk ma jkollhomx bżonn human reader biex tassistijhom. Jużaw biss ir-“reader pen” indipendentement.

Dawn ir-reader pens jistgħu jinxtraw lokalment? Energy Investment Limited huma d-distributuri lokali uffiċjali tal-iscanning pens f’Malta, joffru sessjonijiet ta’ online demos għal kull individwu kif ukoll għall-iskejjel. Jagħtu wkoll ġimgħa prova ta’ “reader pen” lil kull min tinteressah. Waqt din il-ġimgħa tingħata kwalunkwe għajnuna meħtiega biex jifhmu kif dan l-apparat jaħdem. Dan is-servizz huwa bl-ebda obbligu li tixtri. Jagħtu provi kif ukoll taħriġ lil kwalunkwe skola, ġo Malta u Għawdex, li hi interessata timplementa din it-teknoloġija assistiva fis-sistema edukattiva tagħhom. Jekk tixtri din ir-reader pen is-servizz ta’ assistenza jibqa jingħata kull meta jkun hemm bżonn. Kull ġenitur jew individwu jista jikkuntattjana fuq (+356) 2131 7486 biex jagħmel appuntament għal prova biex jara kif jaħdem dan l-apparat. Nistgħu wkoll nitkellmu ma’ l-iskejjel jekk ikunu interessati biex ikunu jafu iktar dwar dan isservizz li qegħdin noffru, u dan isir mingħajr l-ebda obbligu li jixtru. L-għan tagħna hu wkoll li nkabbru għarfien ta’ din ittip ta’ teknoloġija assistiva f’pajjiżna. Wieħed jista’ ukoll iżur is-sit elettroniku tagħna www.digital.com.mt biex jixtri jew jagħmel kuntatt magħna.


22

L-MCAST f’Għawdex: Ċentru ta’ eċċellenza li qed jinvesti fl-operat u fl-istudenti Għawdxin

Il-kampus tal-MCAST f’Għajnsielem, Għawdex qed ikompli dejjem itejjeb l-operat tiegħu biex jibqa’ jkun ċentru ta’ eċċellenza li joffri opportunitajiet ta’ kwalità lill-istudenti Għawdxin f’Għawdex stess. L-MCAST f’Għawdex toffri opportunitajiet ta’ tagħlim u taħriġ fis-setturi vokazzjonali u professjonali għall-istudenti Għawdxin f’Għawdex stess, fl-isfond tal-limitazzjonijiet relatati mal-economies of scale ta’ gżira żgħira u l-isfidi li dawn iġibu magħhom. Matul is-snin, l-MCAST kompliet tiżviluppa u

Il-korsijiet offruti mill-MCAST f’Għawdex jgħaddu millistess għarbiel rigoruż bħal dawk f’Malta biex ikun assigurat li jinżammu l-istess standards għoljin ta’ tagħlim, taħriġ u assessjar, kif dejjem jirriżulta mill-quality audits interni u esterni li jsiru minn żmien għall-ieħor. Fl-aħħar snin, il-kampus tal-MCAST f’Għawdex beda wkoll iħares lejn possibilitajiet ġodda biex ikompli jżidu l-opportunitajiet ta’ tagħlim anke permezz tal-użu tatteknoloġija u tal-video conferencing. Għal dan l-għan, sar investiment ta’ aktar minn €60,000 f’sistema moderna u avvanzata ta’ videoconferencing u collaborative learning, fl-

tifrex l-opportunitajiet billi żiedet il-korsijiet f’livelli u f’oqsma

infrastruttura tan-netwerk tal-kampus u upgrade tal-link li

vokazzjonali differenti. Illum, l-MCAST toffri għażla wiesgħa ta’

tgħaqqad lill-kampus ta’ Għawdex ma’ dak ta’ Raħal Ġdid.

korsijiet f’oqsma varji li wħud minnhom jaslu sas-sitt livell tal-

Is-sena li għaddiet, fuq medda ta’ sentejn, beda investiment

qafas nazzjonali tal-kwalifiki.

ta’ madwar €190,000 f’tagħmir ġdid li jinkludi Electronic

Fis-sena akkademika 2020-21, fil-kampus ta’ Għawdex għaddejjin 21 kors minn 24 offruti fil-prospett 2020-21 li jvarjaw minn informatika, inġinerija, accounting, finanzi, hairdressing,

Test & Measurement Equipment, PLC Automation Training Equipment, Power Electronics Equipment u Renewable Energies Equipment, apparti investiment infrastrutturali.

saħħa, ħarsien u kura soċjali għal edukazzjoni bikrija u

Żvilupp pożittiv tal-pandemija kien li tħaffef il-pass fl-

edukazzjoni inklussiva. Il-kampus għandu popolazzjoni ta’

implimentazzjoni ta’ tagħlim permezz ta’ pjattaformi diġitali.

kważi 250 student full-time. L-istaff akkademiku jinkludi 34

Mal-għeluq tal-istituzzjonijiet edukattivi minħabba l-COVID-19,

lettur full-time u 16 fuq bażi part-time.

saret qalba għal tagħlim u assessjar onlajn li permezz tagħha


23

L-ewwel esebizzjoni miftuħa tal-arti f’Malta tinsab fil-Marsa-Ħamrun Bypass L-ewwel esebizzjoni miftuħa tal-arti f’pajjiżna li tinsab fil-Marsa-Ħamrun Bypass u saret wara kollaborazzjoni bejn Infrastructure Malta u l-MCAST. L-esebizzjoni tinkludi 10 inkwatri kbar li fihom jista’ jiġi esebit ix-xogħol artistiku tal-istudenti tal-Istitut għall-Arti Kreattiva fl-MCAST. Eventwalment l-esebizzjoni se tinfetaħ ukoll għall-artisti lokali u anke dawk internazzjonali sabiex huma jkunu jistgħu jesebixxu xogħolhom f’post li jara eluf ta’ sewwieqa ta’ kuljum. L-MCAST hija dejjem minn ta’ quddiem biex tassigura li t-tagħlim ikun relevanti għad-dinja tax-xogħol. Qalet li l-prattika u l-kollaborazzjoni mal-industrija, anke mas-settur pubbliku, huma meħtieġa biex l-istudenti jkollhom esperjenza hands-on u mhux biss teorija.

nagħlqu ħafna mill-korsijiet, b’mod diġitali, iżda fiż-żmien ippjanat. Minħabba n-natura vokazzjonali u teknika talprogrammi, f’xi wħud mill-korsijiet, komponenti prattiċi u assessjar prattiku saru aktar tard bejn Lulju u Settembru. Din l-esperjenza qed tiswa biex jitwessgħu l-għarfien u l-kompetenzi tal-MCAST biex il-kulleġġ ikompli jespandi l-opportunitajiet għall-istudenti permezz ta’ dawn ilblended delivery approaches fiż-żmien li ġej, għallbenefiċċju tal-Għawdxin. Żvilupp interessanti tal-aħħar ġimgħat kienet ittnedija tal-mobajl app My MCAST. App li hija pont siewi ta’ kuntatt bejn il-kulleġġ u dawk kollha li jkollhom bżonn informazzjoni u kuntatti fi ħdan l-MCAST, speċjalment f’dawn

iż-żminijiet

ta’

restrizzjonijiet

minħabba

l-pandemija. L-app tipprovdi diversi servizzi ta’ informazzjoni dwar l-MCAST u d-dipartimenti u s-servizzi kollha li jingħataw f’dan il-Kulleġġ Terzjarju. Din l-app tnediet waqt żjara li l-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana għamlet filkampus tal-MCAST f’Għawdex flimkien mal-Prinċipal u Kap Eżekuttiv tal-MCAST il-Professur James Joachim Calleja.

Tajjeb ngħidu li fl-Istitut għall-Arti Kreattiva fi ħdan l-MCAST insibu diversi letturi li huma fost l-aqwa artisti li għandna f’pajjiżna u issa b’dedikazzjoni kbira qed jgħaddu s-sengħa tagħhom lil studenti żgħażagħ. Dan il-proġett flimkien ma’ Infrastructure Malta juri l-kreattività u l-innovazzjoni tal-letturi u tal-istudenti tal-Kulleġġ. L-industrija turina wkoll li qed tfittex studenti tal-MCAST b’dawn il-ħiliet li jġibu magħhom esperjenza u kreattività fuq il-post tax-xogħol. Infrastructure Malta qed turi li fil-proġetti li qed twettaq tinsab kommessa li tabbina l-arti mal-infrastruttura. Dan il-proġett fil-Marsa-Ħamrun Bypass huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f’pajjiżna, kif kien l-itwal ġnien vertikali ta’ 350 metru biswit din l-esebizzjoni. Din l-ewwel kollezzjoni ta’ arti saret minn Carmen Aquilina, Pierre Mifsud u Darren Tanti, ilkoll letturi tal-arti. L-artisti użaw kombinazzjoni ta’ fotografija, tpinġija, l-isfera diġitali u mezzi tal-midja oħra sabiex joħorġu l-arti dwar numru ta’ speċi ta’ fjuri lokali. Preżenti kien hemm ukoll il-Prinċipal tal-MCAST, il-Prof. James Calleja kif ukoll letturi u studenti li ħadmu x-xogħlijiet artistiċi. Il-wirja kienet inawgurata mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg u l-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana.


VALUES WE CAN ALL AGREE ON. Call E-mail Visit

+356 2122 4405 info@laferla.com.mt www.laferla.com.mt

Laferla Insurance Agency Ltd. 204A, Vincenti Buildings, Old Bakery Street, Valletta VLT 1453 Malta, Europe

Laferla Insurance Agency Ltd. is enrolled under the Insurance Distribution Act, Cap 487 to act as an Insurance Agent for MAPFRE Middlesea plc (MMS). MMS is authorised by the Malta Financial Services Authority (MFSA) under the Insurance Business Act, Cap 403 of the Laws of Malta. Both entities are regulated by the MFSA.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.