DIÄŠEMBRU 2020
A T R E F OF SAL-15
EMBRU
TA’ DIĊ
IXTRI ONLINE
www.horizons.com.mt
3
EDITORJAL Huwa ta’ pjacir li qiegħed inwasslulkom ħarġa oħra tassuppliment edukattiv ta’ kull erba’ xhur Eduka, li jitqassam b’xejn malgazzetta It-Torċa u ma’ oħrajn ewlenin. Biex xieraq din il-ħarġa tinkludi intervista mal-Ministru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana li nħatret dan l-aħħar u niddiskutu wkoll il-ħidma li saret f’dan il-qasam fl-aħħar ġimgħat min naħa talMinisteru u d-Direttorati tal-Edukazzjoni. Ma jonqsux ukoll artikli oħra interessanti fosthom minn Dr Jeffrey Pullicino Orlando dwar dak li hemm imħejji għat-tfal tagħna min naħa ta’ Esplora għal żmien il-Milied u ieħor mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu dwar il-qari fi żmien ilpandemija. U xi ngħidu wkoll għall-paġna ddedikata għat-tfal tagħna ppreparata minn Rita Azzopardi, bl-għan li nħeġġuhom ukoll jaqraw aktar u jkollhom imħabba lejn il-qari. Elaine Azzopardi tkompli tgħaddilna aktar informazzjoni dwar il-prattika ta’ mindfulness u ma’ Abby Camilleri Pearson nagħtu ħarsa lejn il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tat-tagħlim online. F’din l-edizzjoni ssibu wkoll artikli oħra ta’ interess dwar il-koding, ir-risors ġdid mill-Estonja, 99math, li qiegħed jingħata b’xejn lill-edukaturi u tfal kollha Maltin, l-esperjenza edukattiva fi ħdan iċchildcares u s-servizz tal-fostering filkommunita’ Maltija. Għal darba oħra dan għandu jkun suppliment interessanti għal kull membru tal-familja. Finalment, ħajr speċjali jmur lejn id-diversi kollegi kontributuri li għamlu din l-edizzjoni oħra ta’ tagħrif interessanti u lejn Ryan Bezzina u Robert Caruana li bħassoltu ħadu ħsieb id-disinn. Jekk intom, qarrejja tagħna, tkunu tixtiequ li niddiskutu xi temi partikolari nitlobkom ukoll tibgħatuli email fuq kennethvella@hotmail.com Finalment il-Milied it-Tajjeb lill-qarrejja kollha tagħna.
Dr Kenneth Vella Editur Disinn: Ryan Bezzina, Robert Caruana design@unionprint.com.mt Avviżi: Tel: 2590 0200 - adverts@unionprint.com.mt
4
Intervista
Għal din il-ħarġa ta’ EDUKA, għamilna tliet mistoqsijiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni
Justyne Caruana
Fir-reshuffle imħabbra mill-Prim Ministru Robert Abela fil-21 ta’ Novembru li għadda, Dr Justyne Caruana ġiet fdata bid-dekasteru tal-edukazzjoni, ministeru ferm importanti, u wieħed mis-setturi tas-soċjetà li jikkontribwixxu biex il-familja Maltija u Għawdxija jkollha ħajja aħjar.
Ministru, b’mod ġenerali, x’inhuma l-ewwel ħsibijiet tiegħek għal dan is-settur? L-ewwelnett intenni r-ringrazzjament tiegħi lill-Prim Ministru li għoġbu jafdali f’idejja id-dekasteru tal-edukazzjoni, ministeru ferm importanti. U wkoll lill-ministri ta’ qabli għaxxogħol tagħhom f’dan is-settur. Nassigura lil min fdali dan id-dekasteru u lill-poplu Malti u Għawdxi kollu li jien dħalt b’impenn biex inkompli nibni u ntejjeb dak li sar. Bħala omm ta’ żewġt itfal li għadhom fis-sistema edukattiva, bħal ma nixtieq l-aħjar għat-tfal tiegħi, l-istess irrid nara li t-tfal kollha jkollhom l-aħjar. Fiċ-ċirkustanzi preżenti, minħabba r-restrizzjonijiet li ġabet magħha l-pandemija Covid, ilkoll flimkien irridu naraw li l-istudenti tagħha jibqgħu jingħataw l-aħjar tagħlim filwaqt li nassiguraw li jkun hemm dawk il-miżuri meħtieġa biex is-saħħa ta’ kull persuna li taħdem u titgħallem tkun imħarsa.
Fil-ħidma tiegħi se nara li l-istudenti tagħna jkollhom dawk l-opportunitajiet kollha possibbli u l-aqwa opportunitajiet biex jimxu ‘l quddiem fl-edukazzjoni tagħhom, mhux biss f’dak li huwa tagħlim, imma anké f’dik li hija infrastruttura tas-sistema edukattiva tagħna.
5
Qrajna li parti mill-ħidma tiegħek se tkun il-kuntatt dirett ma’ dawk kollha nvoluti fis-sistema edukattiva. Kif se tagħmlu dan?
Fl-ewwel jiem tiegħek diġa għamilt stqarrija importanti ferm li l-edukazzjoni inklussiva u l-ekwità huma dritt fundamentali ta’ kull tifel u tifla.
Jien persuna li nħobb nisma’ u niddiskuti. U nemmen li f’dan is-settur huwa ferm importanti li nisma’ dak li għandhom x’jgħidu dawk kollha involuti fil-qasam edukattiv. U f’dan se nara li niltaqà ma’ kulħadd. Mhux biss il-parti amministrattiva, imma wkoll dawk li għandhom sehem dirett fl-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi kollha.
Il-ħidma tiegħi se ddur fuq prinċipju li nemmen bis-sħiħ fih, prinċipju li ħaddant sa minn meta kont fdata s-settur talanzjani u persuni b’diżabilità, u issa ser nara li l-edukazzjoni nklussiva u l-ekwità huma dritt fundamentali ta’ kull tifel u tifla. L-edukazzjoni nklussiva u l-ekwità huma l-għażliet li se nimbotta, għaliex nemmen li l-edukazzjoni qiegħda hemm għal kulħadd u ħadd m’għandu jitħalla barra mis-sistema edukattiva. Se nara li jitwettaq dak li huwa bi dritt ta’ kull tifel u tifla tagħna – li jkollhom edukazzjoni talaqwa kwalità u li tingħata bl-aqwa mod possibli. Is-sistema edukattiva trid tilħaq lil kulħadd dejjem.
Pass li diġa bdejt nagħmlu. Filfatt l-ewwel żjara uffiċjali tiegħi bħala Ministru għall-Edukazzjoni kienet propju fil-Jum Internazzjonali tal-Persuni b’Diżabilità, li għamilt fil-Guardian Angel Resource Center li huwa parti mill-Kulleġġ San Ġorġ Preca. Hemmhekk tkellimt direttament malKap tal-Iskola, mal-edukaturi u wkoll mal-LSEs. Smajt l-opinjoni tagħhom, iddiskutejt l-andament tal-iskola u rajt b’għajnejja x-xogħol li qed isir. Dan it-tip ta’ approċċ se jkun importanti ferm biex ikoll flimkien intejbu dan is-settur. Għamilt dan ukoll fiż-żjajjar li kelli s’issa, fosthom fl-Iskejjel Primarji talQala, Nadur u Żebbuġ f’Għawdex. Imma se nagħti importanza wkoll lillistudenti. Meta kont qed inżur l-iskejjel f’Għawdex tlabt lill-istudenti biex huma wkoll jagħtuni l-ħsibijiet u l-opinjonijiet tagħhom. Flimkien, dawk kollha involuti, anké mal-imsieħba kollha f’dan is-settur, irrid nasal biex dan ikun verament joffri l-aqwa esperjenza edukattiva għal kulħadd. Li b’kull mezz possibbli dan is-settur ikun wieħed ta’ kwalità għolja, wieħed li jaqdi l-ħtiġijiet tal-edukaturi u tal-istudenti ta’ kull sena skolastika u ta’ kull livell skolastiku fl-istituzzjonijiet kollha edukattivi tal-pajjiż.
Intenni li nemmen bis-sħiħ li kulħadd għandu jkollu aċċess għall-edukazzjoni irrispettivament mill-kapaċitajiet tiegħu. L-edukazzjoni hija kruċjali flistadji kollha tal-iżvilupp tat-tfal u hija essenzjali matul il-mixja kollha tal-ħajja. It-tagħlim tul il-ħajja huwa fil-fatt l-idea komprensiva li tiddefinixxi l-kunċett kollu. Inklussività tfisser li l-istudenti kollha, irrispettivament minn kwalunkwe sfida li jista’ jkollhom, jitħalltu mal-klassijiet ta’ edukazzjoni ġenerali u jirċievu struzzjoni ta’ kwalità għolja, interventi, u appoġġ li jippermettilhom isegwu b’suċċess ilkurrikuli ewlenin. L-iskejjel u l-klassijiet għandhom joperaw fuq il-premessa li studenti b’diżabilità huma fundamentalment kompetenti daqs studenti mingħajr diżabilità. Dan ifisser li għal familji b’persuni li għandhom diżabilitajiet jew limitazzjonijiet oħra, is-sistema edukattiva qatt m’għandha tiġi meqjusa bħala xi forma ta’ terapija. Huwa mod ta’ rikonoxximent ta’ abbiltajiet moħbija jew alternattivi u jimmira lejn it-tisħiħ tagħhom fil-komunità.
Għall-quddiem? Il-bidliet li ilna naħdmu fuqhom issa, jiffokaw fuq il-ħolqien ta’ ambjent sikur li fih l-istudenti tagħna jistgħu jibqgħu jkollhom aċċess għall-edukazzjoni. Approċċi innovattivi biex jappoġġjaw ilkontinwità tal-edukazzjoni u t-taħriġ qed jiġu kontinwament aġġornati u aġġustati.
Dan huwa importanti għax il-futur soċjali u ekonomiku ta’ pajjiżna jiddependi fuq l-iktar riżors prezzjuż tagħna - ir-riżors uman. Ħadd m’għandu jidħalla warajh. Irridu naħdmu flimkien. L-edukaturi, il-ġenituri, l-istudenti u r-rappreżentanti għandhom jingħaqdu biex flimkien inkunu nistgħu noħorġu minn din ilpandemija ppreparati għallgħanijiet futuri.
6
Alternative Learning Programme għas-servizz ta’ diversi studenti
Fl-ewwel intervista li għamilna lill-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana, u li qed tidher ukoll f’din il-ħarġa ta’ EDUKA, naqraw li l-ħidma tagħha se ddur fuq prinċipju li temmen bis-sħih fih, li l-edukazzjoni nklussiva u l-ekwità huma dritt fundamentali ta’ kull tifel u tifla. Il-Ministru Caruana tgħidilna wkoll li l-edukazzjoni nklussiva u l-ekwità huma l-għażliet li se timbotta, għaliex temmen li l-edukazzjoni qiegħda hemm għal kulħadd u ħadd m’għandu jidħalla barra mis-sistema edukattiva. B’dan f’moħħna, ħsibna li niddiskutu xogħol kbir li qed isir mill-ALP - l-Alternative Learning Programme, il-Programm ta’ Tagħlim Alternattiv u li jifforma parti millKulleġġ San Tumas More, f’Raħal Ġdid. Nitilqu mill-premessa li l-ħajja li ngħixu hija diversa u jekk nieqfu ftit u naħsbu f’dak kollu li naraw madwarna, naraw il-varjetà, naraw il-ħiliet differenti, naraw kompetenzi differenti, naraw snajja’ differenti, ħidma manwali fid-diversi forom tagħha. Kull sengħa, kull ħila li għandu l-bniedem hija importanti filħajja tagħna ta’ kuljum. U għalhekk huwa importanti ferm li bħala pajjiż noffru edukazzjoni li ma tkunx “one size fits all”. Irid ikollna sistema edukattiva li toffri alternattivi għall-istudenti tagħna, biex inkompu noħorġu l-kompetenzi u l-ħiliet differenti li kull student, mingħajr eċċezzjoni, huwa tajjeb fihom. L-Alternative Learning Programme tifforma parti mill-Kulleġġ San Tumas More, f’Raħal Ġdid u hawnhekk naraw il-ħidma verament dedikata ta’ dawk kollha li huma parti minn dan il-programm. Programm uniku fix-xorta tiegħu u huwa offrut biss f’din l-iskola. Huwa ħolqa oħra fis-sistema edukattiva li qed tagħti ċans ieħor li l-istudenti jaqbdu karriera, bil-ħsieb li ma jħallix aktar studenti jintilfu mis-sistema edukattiva. L-istudenti fl-ALP kienu fil-kulleġġi ma’ Malta kollha u li jħossu li għandhom bżonn edukazzjoni alternattiva, li l-ħiliet u l-kapaċitajiet tant bżonnjużi tagħhom jistgħu joħorġuhom aħjar permezz ta’ din is-sistema. Huma wkoll studenti li għal xi raġuni jew oħra, ma jkunux se jkomplu l-vjaġġ edukattiv u għalhekk lil dawn qed tingħatalhom l-opportunità li jistudjaw is-suġġetti vokazzjonali u applikati.
Suġġetti li huma wkoll fuq quddiem fil-ħtieġa tagħhom fid-dinja tax-xogħol. L-ALP tipprovdi opportunitajiet alternattivi għall-istudenti permezz tas-suġġetti vokazzjonali u applikati, filwaqt li jissaħħu l-ħiliet u kompetenzi relevanti, li ‘l quddiem jippreparawhom għal edukazzjoni ogħla, kemm f’għarfien prattiku, kif ukoll teoretiku. Dan huwa ċentru vokazzjonali u kreattiv li joffri ħafna xogħol applikat u opportunitajiet prattiċi, bl-għajnuna ta’ numru ta’ programmi u korsijiet. Programm li jħejji l-istudenti għall-ħtiġijiet tas-soċjetà tallum u ta’ għada, li kuljum qed titlob għal aktar ħaddiema mħarrġa u kompetenti. Il-programm huwa għal studenti li qegħdin fl-aħħar sena taledukazzjoni formali (Year 11) u jista’ jiġi segwit għal sentejn. Hemm ukoll l-ALP+ li huwa wkoll disponibbli għal studenti bejn l-età ta’ 16 u 18. Għalhekk l-importanza li tiġi offruta edukazzjoni alternattiva għallistudenti tagħna, billi nipprovdulhom il-possibbiltà li jfittxu triq vokazzjonali jew applikata. Kulħadd għandu ħiliet differenti, u l-ħidma tagħna bħala pajjiż trid tkun iffukata wkoll biex nagħtu l-appoġġ kollu possibli ħalli noħorġu dawn il-ħiliet u l-kompetenzi differenti li kollha kemm huma huma importanti għall-ħajja ta’ kuljum tagħna. Permezz tal-ALP l-istudenti qed jingħataw taħriġ f’oqsma varji u esperjenza “hands-on”, b’mod li jkunu pprovduti l-għodod meħtieġa biex jiffurmaw il-futur tagħhom. ls-suċċess ta’ din l-iskola tagħti sodisfazzjon kbir, għal ħafna raġunijiet. Huwa ta’ sodisfazzjon li tara studenti ma jaqtgħux qalbhom, anzi jkomplu l-istudji f’suġġetti vokazzjonali u applikati. Huwa ta’ sodisfazzjon li tara li t-tagħlim fil-qasam edukattiv jilħaq l-istudenti kollha. Huwa wkoll ta’ sodisfazzjon li tara l-ġenerazzjonijiet li telgħin ikunu pprovduti b’appoġġ u wkoll sistemi fejn jistgħu jimirħu f’dak li huwa tajjeb għalihom fuq bażi personali. Għalhekk ninnotaw b’sodisfazzjon dak li qalet il-Ministru Caruana, li fil-ħidma tagħha se tara li din tkun iffukata wkoll biex fis-sistema edukattiva ħadd ma’ jaqa’ lura f’dan is-settur.
7
Teleskola Lezzjonijiet Onlajn Il-Ministeru għall-Edukazzjoni kkoordina l-pjan għall-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel fis-Sajf li għadda bi pjan komprensiv li jinkludi aktar minn 50 miżura mplimentati madwar l-iskejjel tal-Istat, li jħarsu l-edukaturi u t-tfal tagħna billi jimminimizzaw drastikament ir-riskju tattixrid tal-pandemija
Il-miżuri kollha stabbiliti ġew iċċertifikati bħala konformi mal-linji gwida u l-protokolli tal-Awtoritajiet tas-Saħħa diskussi qabel il-ftuħ tal-iskejjel minn assessuri indipendenti rreġistrati mal-OHSA. Bħala parti mill-pjan ta’ ftuħ gradwali mill-ġdid rajna l-ewwel ftuħ ta’ childcare centres, SkolaSajf, saru l-eżamijiet ta’ MATSEC, imbagħad reġgħu fetħu l-iskejjel.
Il-pjan komprensiv għall-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel inkluda mill-bidu nett, qafas oriġinali ta’ ħames xenarji possibli li l-Ministeru addatta fuq mudell tal-UNICEF; •
pjan ta’ implimentazzjoni loġistika u operattiva
•
pjan kurrikulari li nkluda fost l-oħrajn reviżjoni tas-sillabi u żvilupp ta’ timetable ġdida li tippermetti miżuri ta’ restrizzjonijiet ġodda
•
rakkomandazzjonijiet għas-saħħa u s-sigurta’ taledukaturi u tal-istudenti, u rakkomandazzjonijiet għallġenituri.
Miżura oħra mnedija mill-Ministeru għall-Edukazzjoni kienet Teleskola.mt, lezzjonijiet irreġistrati mill-għalliema għassuġġetti kollha mill-Primarja sas-Sekondarja. Sejħa għallinteress inħarġet aktar minn darba u saret komunikazzjoni biex jinstabu kemm jista’ jkun għalliema għal dan il-proġett. Ħafna lezzjonijiet dwar suġġetti differenti ġew irreġistrati u telgħu fuq is-sit teleskola.mt. Il-lezzjonijiet qed jiġu rrekordjati u jittellgħu kuljum u huma aċċessibbli għal kulħadd f’kull ħin. Sa’ nhar il-Ġimgħa s-sit kellu 2,640 lezzjoni rreġistrata disponibbli. Imma ta’ kuljum qed jitilgħu dejjem aktar lezzjonijiet. Tajjeb li jingħad li l-portal fih materjal adattat għat-tfal tal-kinder, għall-istudenti tal-primarja, tal-medja u tas-
sekondarja, f’kull suġġett. Wieħed ikun jista’ wkoll iħalli l-kumment tiegħu ħdejn kull lezzjoni sabiex jikkomunika mal-għalliema. Il-portal fih minjiera ta’ tagħlim u ta’ riżorsi marbutin mas-sillabi li jintużaw fl-iskejjel tagħna kollha, talIstat, tal-Knisja u l-indipendenti. Miżura oħra kienu l-ewwel Skola Primarja virtwali li tfasslet fuq pjattaforma diġitali waħda, tinkludi 25 klassi mill-Ewwel sas-Sitt Sena. Din tinkludi wkoll timetable fissa, teħid talattendenza kuljum, u tagħlim u assessjar li jsir “online”. F’din l-iskola għandna madwar 600 student vulnerabbli jew li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ vulnerabilità u li għalhekk ma jistgħux jattendu l-iskola b’mod fiżiku. Il-pjan huwa li l-iskola virtwali tibqa’ titħaddem biex jintlaħqu tfal u studenti vulnerabbli li jkunu ‘l bogħod mill-iskejjel minħabba l-vulnerabilità tagħhom. Il-portal jikkonsisti f’materjal adattat għat-tfal li għadhom filkindergarden, kif ukoll studenti tal-Primarji u s-Sekondarja. Il-Ministeru żgura li r-riżorsi onlajn jiġu pprovduti lill-istudenti u lill-ġenituri biex ikunu jistgħu jagħmlu użu minnhom hekk kif l-iskejjel ingħalqu f’daqqa f’Marzu minħabba l-pandemija. Teleskola.mt huwa faċli għal min jagħmel użu minnu u qed jiġi aġġornat kuljum b’lezzjonijiet irrekordjati ġodda. Wieħed jista’ jidħol http://teleskola.mt
fis-sit
permezz
ta’
dan
il-link:
Il-Coding għat-Tfal http//
</CODE>
First Name
Last Name
User Name
City
Address
Phone Number
CREATE ACCOUNT
Il-Coding huwa mod ta’ kif inti tagħti struzzjonijiet lill-kompjuters biex iwettqu kmand. Dan jista' jissejjaħ ukoll programming. Sett ta' struzzjonijiet tal-kompjuter jissejjaħ programm.
Kull app, logħba u softwer li nużaw jeħtieġu programm bil-coding biex jaħdmu. Ħafna mill-apparat tad-dar tagħna u anke l-karozzi tagħna jeħtieġu programm bil-coding biex jaħdmu.
Biex programm jaħdem irid jinkiteb bil-lingwa tal-kompjuter. Hemm lingwi tal-kompjuter differenti ddisinjati għal tipi differenti ta' programmi tal-kompjuter. Lingwa tal-kompjuter tikkonverti l-istruzzjonijiet iġġenerati mill-bniedem f'binary code - jiġifieri, ones U zeros u li juru lil kompjuter x'għandu jagħmel.
It-tfal jibdew jagħmlu l-coding billi jużaw għodod ta’ programming viżwali ssimplifikati li jippermettulhom jibnu programmi bi blokki ta’ coding magħmula minn qabel. Huma jistgħu mbagħad jgħaddu għat-tagħlim tal-coding b'lingwi ta' programming li jużaw kliem, numri u simboli biex joħolqu l-istruzzjonijiet.
eSkills eSkills Malta Foundation /ESkillsMalta
Il-coding jgħin lit-tfal kif isolvu l-problemi bil-perseveranza, kif ukoll jifhmu l-kawża u l-effett. Huma jużaw ħsieb analitiku u ħiliet ta' raġunament, u ħiliet fil-matematika u l-litteriżmu. Il-coding jagħti sfida lit-tfal biex jaħsbu b'mod kreattiv u biex isegwu soluzzjonijiet innovattivi.
@eSkills_Malta
www
eskills.org.mt
GĦALIEX IT-TFAL GĦANDHOM JITGĦALLMU L-CODING?
9 Andrew Grima Senior Executive
ibdew jagħmlu l-coding billi jużaw għodod ta’ amming viżwali ssimplifikati li jippermettulhom programmi bi blokki ta’ coding magħmula minn Huma jistgħu mbagħad jgħaddu għat-tagħlim ding b'lingwi ta' programming li jużaw kliem, u simboli biex joħolqu l-istruzzjonijiet.
eSkills
eSkills Malta Foundation
/ESkillsMalta It-tagħlim tal-coding lit-tfal qed isir kuljum iżjed popolari. Bosta intrapriżi pubbliċi u privati bdew iqajmu kuxjenza dwar din il-kwistjoni. X’inhuma @eSkills_Malta r-rekwiżiti bażiċi li huma tant speċjali, importanti għall-coding li jinsabu kważi fil-professjonijiet www kollha? eskills.org.mt Fi kliem ieħor, għaliex it-tfal tal-lum għandhom jiġu mgħallma xi tip ta’ coding?
F’intervista, STEVE JOBS kien qal li “Kulħadd f’dan il-pajjiż għandu jitgħallem jipprogramma l- kompjuter minħabba li dan jgħallmek kif taħseb”. Xi ismijiet famużi bħall l-atleta tal-NBA Chris Bosh, l-ewwel inġinier femminili ta’ Facebook Ruchi Sanghv, u l-fundatur tal-Microsoft Bill Gates ukoll jaħsbu bl-istess mod. U t-tagħlim talcoding jipprovdi xogħol aħjar lil dawk li jitgħallmuh? Assolutament! Għax b’hekk nistgħu ntejbu l-ħiliet talmod ta’ kif nirraġunaw, insolvu problema kumplessa u naħsbu b’mod kreattiv billi nitgħallmu l-coding. FTIT RAĠUNIJIET GĦALA T-TFAL GĦANDHOM JITGĦALLMU L-CODING • It-tagħlim tal-coding m’għandux għalfejn ikun xi ħaġa diffiċli. Wieħed jista’ jitgħallem l-coding sempliċiment billi jitgħallem lingwi ħfief tal-kompjuter bħal “Scratch ”jew“ Python”. Imma hemm aktar lingwi ta’ coding li ġew maħluqa speċifikament għal dawk li jridu jibdew jitgħallmu l-coding b’iktar serjetà. • L-edukazzjoni fil-coding tagħti lit-tfal ħiliet filmatematika, xjenza, kif issolvi l-problemi, ‘project-based thinking’, u arti kreattiva. Bil-coding it-tfal qed jiskopru, l-ewwel u qabel kollox, kif jaħdem il-kompjuter. Huwa fatt li l-‘computational thinking’ qed jiġi mgħallem fliskejjel illum. Il-‘computational thinking’ huwa mod ta’ kif naħsbu loġikament, norganizzaw u naqsmu d-data biex naslu għal soluzzjonijiet iktar effiċjenti.
• L-ipprogrammar huwa attwalment bħat-tagħlim ta’ lingwa ġdida. Il-coding isir permezz tal-lingwa tal-kompjuter. Skont l-esperti, huwa aktar faċli li titgħallem il-lingwi f’eta żgħira u dan japplika wkoll biex titgħallem il-lingwa tal-kompjuter. • Madwar 60% tal-impjiegi l-ġodda fil-futur floqsma tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika se jkunu relatati mal-kompjuter. • Il-coding jipprepara lit-tfal għall-ħajja u l-impjiegi ta’ għada. Kważi l-impjiegi kollha, mhux fis-settur tal-ICT biss, fil-ġejjieni se jinkludu xi tip ta’ coding u dawk il-persuni li tgħallmu il-coding se jsibuha aktar faċli li jsibu xogħol. Il-coding jista jintuża kullimkien mill-biedja, għal-liġi u għall-mediċina. • It-tagħlim tal-coding jagħti iktar kunfidenza lit-tfal fitteknoloġija. • Il-coding hija wkoll waħda mill-‘liberal arts’. ‘liberal arts’ huwa l-istudju tal-istorja, letteratura, kitba, filosofija, soċjoloġija, psikoloġija, arti kreattivi, u aktar. B’hekk mod aktar ġenerali, studenti jitgħallmu dan is-suġġett jifformulaw argumenti aktar effettivi, jikkomunikaw sew u jsolvu problemi. Hemm ħafna pjattaformi ta’ programmazzjoni żviluppati għat-tfal. Code.org, Kodable, Tynker, Scratch u Codeacademy huma biss ftit eżempji minnhom. It-tagħlim ta’ dawn u pjattaformi simili fl-iskejjel jew fid-djar se jiftaħ it-triq għall-ġenerazzjonijiet futuri biex jagħrfu aħjar iddinja li fiha se jgħixu uliedna u jsiru individwi li mhux biss jikkunsmaw it-teknoloġija iżda wkoll jipproduċuha. Dan l-artiklu tħejja billi inġabru diversi sorsi onlajn disponibbli pubblikament. Segwina fuq: eskills.org.mt jew Facebook: www.facebook. com/ESkills-Malta; www.facebook.com/CodeEUMalta/ jew fuq Twitter: https://twitter.com/eSkills_Malta jew ibgħatilna email fuq: info.eskills@eskills.org.mt
10
Iċ-Childcare Centres
prijorita’ fl-agenda ta’ FES
Therese Ellul Manager FES
Bil-bidl a f’impjie fis-soċjeta’ M al g fiss, il -kwistjo tija, fejn il-ġe skussjo n ni tat-t n robbija ituri ħafna dra care Ce i nazzjonali, li tat bi h wa n għal Se tres. Dawn iċ- ssal biex il-G -tfal saret pun uma v ċ rvizzi E t ta’ diern jifta entri hu du ċentru mxerrd kattivi (FES), ma mmexxija ħ diversi Child u llum mill-Fo in ma’ M jenti. Fis il-ġ nda al filwaqt sena 2019 infe ta, biex tiżdie urnata jgħodd zzjoni dl li u t tri kollh dalwaqt se jin aħ ċentru ġdid -aċċessibilita mat-13-il ’ fetaħ ċ a jagħm għal kl f’Ħaż Ż en ie lu parti mill-isk tru ġdid fil-Qa bbuġ (Żmeral d ema ta ’ childc wra. Dawn iċ- i), ċenare b’xe jn.
Il-Kwalita’ ma tonqosx
Iċ-ċentri tal-FES jilqgħu fihom trabi u tfal minn tlett xhur sa tlett snin. Kull ċentru huwa liċenzjat u sorveljat mid-Direttorat għal Kwalita’ u l-iStandards fl-Edukazzjoni, fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni. L-FES tmexxi dawn iċ-ċentri skont l-iStandards Nazzjonali taċ-childcare centres, u għalhekk tagħmel aċċenn fuq punti bħal kwalifiki tal-ħaddiema, in-numru ta’ tfal fiċ-ċentru u n-numru ta’ ħaddiema, ir-riżorsi li jkun hemm fiċ-ċentru, u anke l-kobor taċ-ċentru. Biex tilhaq dawn l-għanijiet, l-FES hija dejjem għaddejja b’taħriġ kontinwu għal ħaddiema tagħha, xiri ta’ riżorsi edukattivi, u b’xogħolijiet u manutenzjoni biex tassigura li kull ċentru għandu l-faċilitajiet kollha meħtieġa. Ta’ min wieħed jinnota li meta ġenitur jagħżel ċentru taċ-childcare tal-FES, ma jintalabx biex iħallas spejjeż amministrattivi, depożitu, jew ħlasijiet oħra għar-riżorsi li jintużaw fil-programm tal-attivitajiet.
Programm edukattiv
Pero’ is-servizz f’dawn iċ-ċentri jmur lil hinn minn sempliċiment ħarsien ta’ tfal. Is-servizz huwa wkoll l-ewwel pass fil-vjaġġ edukattiv tat-tfal. Infatti, studju ppublikat mill-Uffiċju tal-Unjoni Ewropea, bit-titlu ‘’Study on the effective use of early childhood education and care (ECEC) in preventing early school leaving (ESL)’’ (2014), jindika ċar id-diversi benefiċċji li jiggwadanjaw tfal li jattendu dawn iċ-ċentri qabel jibdew l-iskola. Dawn jinkludu trawwim fil-ħiliet tal-lingwa u tal-matematika, li mbagħad jixprunaw iktar kisbiet, bħal dawk marbutin mal-lingwa u anke għarfien ġenerali. Ir-riċerka turi wkoll li dawn l-benefiċċji jibqgħu jakkumpanjaw lit-tfal tul il-vjaġġ edukattiv tagħhom anke sa meta jikbru. F’dawn iċ-ċentri ma jonqsux ukoll it-trawwim ta’ ħiliet oħra bħal kif wieħed jissoċjalizza u jġib ruħu ma’ nies oħra. Tfal li jattendu fiċ-childcare centres mmexxija mill-FES, ikunu f’ambjent li jikkultiva l-kurżita’ naturali tat-tfal, li tgħin-
11 hom josservaw, jiskopru, u jitgħallmu. B’hekk it-tfal joħorġu l-kapaċitajiet naturali tagħhom filwaqt li jiżviluppawhom taħt il-ħarsien tal-edukaturi tagħhom. Il-programm tal-attivitajiet huwa msejjes fuq iċ-Child Led Approach, li jħares lejn l-interessi tat-tfal u b’hekk jinħolqu attivitajiet li żgur jolqtuhom. L-edukaturi tal-FES joffru lit-tfal diversi riżorsi u opportunitajiet, filwaqt li josservawhom biex jaraw kif qed jiżviluppaw il-ħiliet fiżiċi, soċjali u emozzjonali tagħhom. Hekk l-edukaturi ikunu qegħdin jibnu stampa kompleta tal-iżvilupp tat-tfal, u dan iservi għal assessjar awtentiku ta’ dak li jkunu verament kisbu t-tfal. Dan it-tip ta’ assessjar jissejjaħ awtentiku proprju għaliex ikun qiegħed isir fuq attivitajiet li t-tfal ikunu qegħdin jagħmlu b’mod spontanju, u f’ambjent li jkun sar naturali għat-tfal. Kull kisba sservi bħala punt ta’ tluq għall-istadju li jkun imiss fil-vjaġġ edukattiv tagħom. Punt ieħor importanti ferm f’dawn il-kisbiet tat-tfal, hija r-relazzjoni soda li teżisti bejn l-edukaturi tal-FES u l-ġenituri. Il-ġenituri huma kkonsultati regolarment fuq l-abiltajiet tattfal, u jingħataw aġġornamenti ta’ kuljum. Dan kollu jservi biex l-edukaturi flimkien mal-ġenituri, jkomplu jsaħħu l-pedament li jgħin lit-tfal biex kuljum jikbru u jiskopru għarfien differenti.
Saħħa u sigurta’
Is-serħan il-moħħ tal-ġenituri huwa kruċjali, għaliex bir-raġun qed jafdaw lil uliedhom mal-edukaturi. Illum il-ġurnata dan huwa iktar importanti, minħabba ċ-ċirkustanzi li qed ngħixu fihom. Meta ċ-ċentri tal-FES għalqu minn Marzu sal-aħħar ta’ Mejju, l-edukaturi żammew kuntatt mat-tfal u mal-ġenituri permezz tal-komunikazzjoni onlajn. Pero’ huma baqgħu wkoll jaħdmu biex ilestu ċ-childcare centres b’mod li jkun ambjent sikur, skont il-linji gwida kif maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Saru risk assessments f’kull ċentru, u ttieħdu l-miżuri kollha meħtieġa. Dan kollu wassal biex meta reġgħu fetħu ċ-ċentri fil-5 ta’ Ġunju 2020, it-tfal setgħu jirritornaw f’ambjenti fejn ir-riskji huma minimizzati kemm jista’ jkun. Illum il-ġurnata ċ-ċentri ilhom li reġgħu fetħu 7 xhur. Kuljum il-Koordinaturi jagħmlu kull ma jistgħu biex jirrispettaw il-linji gwida. Flimkien ma’ tindif kontinwu matul il-ġurnata kollha, dan qed ikun ta’ għajnuna kbira biex iċ-ċentri jinżammu miftuħa u sikuri kemm jista’ jkun. Meta ġenitur juri xewqa li juża s-servizz ta’ wieħed miċ-childcare centres tal-FES, il-prassi ġenerali hija li jitkellem mal-Koordinatriċi taċ-Ċentru, u jkun jista’ jagħmel żjara biex jara b’għajnejh il-faċilitajiet li jeżistu. Pero’, waħda mill-miżuri li ttieħdu minħabba l-pandemija COVID-19, kien propju li tnaqqsu n-numru ta’ nies li jidħlu fiċ-ċentri. Filwaqt li l-FES daħlet din ir-regola skont il-linji gwida kif maħruġa mill-Awtoriatjiet tas-Saħħa, ħasbet biex l-informazzjoni lill-ġenituri tibqa’ aċċessibbli. Għal dan il-għan, inħolqu sensiela ta’ filmati qosra li joffru dawra ma’ kull ċentru tal-FES. Wieħed jista’ jara dawn il-filmati fis-sit tal-FES, fl-indirizz https://fes.gov.mt/ en/Pages/Centres/centres_child_care.aspx
Filwaqt li l-għożża tal-familja tibqa’ l-aqwa punt ta’ tluq għal kull tifel u tifla, wieħed ma jistax jinjora s-sapport li huwa offrut minn childcare centre li joffri ambjent u programm ta’ attivitajiet ta’ kwalita’. Huwa propju dan ilkunċett li jimmotiva lil FES biex tkompli tisħaq fuq il-kwalita’ fis-servizz mogħti lil kull tifel u tifla li jattendu fiċ-ċentri tal-FES.
Iktar informazzjoni dwar iċ-Ċentri ta’ Ħarsien tat-Tfal tal-FES, inkluż l-lokalitajiet, in-numri tat-telefon, u l-formola tar-registrazzjoni, jinsabu fis-sit talFES https://fes.gov.mt/en/Pages/ default.aspx
Is-serħan il-moħħ tal-ġenituri huwa kruċjali, għaliex bir-raġun qed jafdaw lil uliedhom mal-edukaturi.
12
Il-Qari u l-Litteriżmu fi żmien il-Pandemija
DAVID MUSCAT, Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu
M
atul il-pandemija, l-Aġenzija Nazzjonali talLitteriżmu, fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, baqgħet għaddejja bil-ħidma tagħha biex ixxerred l-imħabba għall-qari u l-kitba, u tgħin lil tfal vulnerabbli jtejbu l-litteriżmu tagħhom. L-impjegati
Riċerka li saret min-National Literacy Trust tal-Ingilterra fis-sajf li għadda wriet li l-qari waqt il-COVID-19 qiegħed jgħin littfal b’bosta modi. It-tfal li qegħdin jaqraw f’dawn iċ-ċirkostanzi mwiegħra qegħdin ikampaw aħjar minn dawk li ma jħobbux jaqraw. Il-kotba jgħinu lit-tfal iħossuhom aħjar, jistimulawhom l-immaġinazzjoni u jispirawhom iħarsu lejn il-ġejjieni b’tama. B’mod partikolari, mir-riċerka li saret l-Ingilterra nstab li l-audiobooks, ewlenin fosthom dawk virtwali, qegħdin jinqraw ħafna aktar minn qabel u l-aktar li jitħajru għalihom huma s-subien, fosthom dawk li trid tiekol qalbek biex jaqbdu ktieb b’idejhom. Biex it-tfal jissoktaw jitħaddtu, jaqraw u jiktbu għall-gost mal-familji tagħhom, fil-bidu ta’ din is-sena skolastika (2020-21) l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu nediet inizjattivi u programmi ġodda. Fost oħrajn, issa, il-programm ‘Naqraw Flimkien / Let’s Read Together’ minbarra li jixxandar kuljum fuq TVM 1 fit-3:15 pm u TVM 2 fit-7:40 am u fis-6:45 pm, il-familji jistgħu jissellfu sessjonijiet irrekordjati tiegħu minn librerija virtwali li nħolqot apposta u wieħed jista’ jaċċessaha minn https://education. gov.mt/en/nationalliteracyagency/Pages/Resources/Lets-Read-Together.aspx Barra minn hekk, dawk it-tfal li qegħdin miżmumin id-dar kwarantina jew minħabba li għandhom membri vulnerabbli fil-familja tagħhom jew qegħdin isegwu t-tagħlim fl-iskola virtwali jistgħu jagħżlu u jissellfu kotba tal-qari bil-Malti u bl-Ingliż mill-katalgu tal-iskema ‘Aqra d-Dar / Read at Home’ - https://education.gov. mt/en/nationalliteracyagency/Pages/
tal-Aġenzija għarfu jaddattaw ruħhom għaċċirkostanzi, bidlu ħidmiethom, u minħabba f’hekk ix-xogħol fl-oqsma tal-qari, il-kitba, l-irrakkattar talistejjer u l-litteriżmu kotor u kompla jinfirex f’aktar skejjel u fost il-familji.
Programmes/Aqra-Kemm-Tiflah.aspx Il-kotba jitwasslu lit-tfal f’darhom minn impjegat tal-Aġenzija u jistgħu jintraddu lura bil-posta jew jittieħdu u jitqiegħdu f’kontenitur apposta li tpoġġa barra l-uffiċċju tal-Aġenzija, il-Ħamrun. L-Aġenzija temmen bis-sħiħ li l-qari qabelxejn għandu jkun esperjenza li tagħti gost. Għal dan il-għan qegħdin jixxandru kuljum sessjonijiet ta’ qari divertenti online, kemm irrekordjati kif ukoll diretti bl-internet, bil-Malti u bl-Ingliż, għal familji ta’ tfal ta’ etajiet differenti permezz talpaġni ta’ Facebook u l-istazzjon tal-YouTube tal-Aġenzija. Fi kliem ieħor, qiegħed nirreferi għal ‘Aqra Miegħi / Read with Me’ għall-ġenituri/kustodji u t-trabi tagħhom mit-twelid sa 3 snin, ‘Seħer l-Istejjer / The Magic of Stories’, għall-ġenituri/kustodji u wliedhom bejn 4 u 7 snin, u ‘Gost il-Qari / The Pleasure of Reading’ għal tfal bejn 8 u 11-il sena. Minflok il-programm ‘Bil-Qari u l-Kitba Niskorja / Footballers Read and Write Programme’, il-promoturi tal-litteriżmu tal-Aġenzija qegħdin jagħtu sessjonijiet sinkroniċi u asinkroniċi permezz tal-internet tal-programm ‘Tir Stupend / Golden Goal’, u wara l-ħin tal-iskola, l-ex plejers internazzjonali ta’ Malta Gilbert Agius, Carmel Busuttil u Saviour Darmanin qegħdin joffru sfidi kalċistiċi lil tfal ta’ bejn 9 u 12-il sena individwalment fil-grawnd ta’ Santa Venera. Bis-saħħa tal-midja soċjali, l-Aġenzija għaddejja wkoll b’sessjonijiet ta’ rrakkontar ta’ stejjer fuq il-paġna ta’ Facebook ‘Għidli Storja / Tell Me a Story’ u f’kollaborazzjoni ma’ Dr Chris Smith qiegħda ttella’ stejjer
moqula b’teknika partikolari fuq il-paġna ta’ Facebook ‘Storytelling Schools Malta / Skejjel Rakkontaturi’. Dawn il-programmi ta’ narrazzjoni ta’ stejjer idarru lit-tfal jesprimu ruħhom dwar temi differenti u jiddiskutuhom b’kunfidenza u b’reqqa. Biex inkomplu nħeġġu lit-tfal jiktbu tajjeb bil-Malti, l-Aġenzija toffri lill-għalliema tal-ħames u s-sitt sena tal-primarja logħba tal-ispellija bil-MS Teams, jiġifieri ‘Raddiena Kliem’. Ma jonqosx ukoll il-logħob interattiv u preżentazzjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż fuq il-paġna ta’ Facebook tal-programm ‘Aqra Kemm Tiflaħ / Enriching Classroom Libraries’. F’dan iż-żmien ta’ sfida, l-Aġenzija baqgħet għaddejja tħarreġ lill-ġenituri u l-edukaturi f’oqsma varji tal-litteriżmu. Hekk, ngħidu aħna, it-Taqsima tal-Politika Lingwistika fl-Edukazzjoni torganizza webinars dwar kif għandna nrawmu lil uliedna f’persuni bilingwi, u flimkien mal-Parentcraft qegħdin isiru taħditiet lill-ġenituri ta’ trabi jew li jkunu qed jistennew tarbija, dwar kif it-trabi jitgħallmu l-lingwi u kif nistgħu ngħinuhom jinnamraw mal-kotba. Ma’ dawn, nonqos jekk ma nsemmix ilkors online ‘Il-Kitba Tgħaqqadna’ u x-‘Xalati ta’ Kitba’, li kellhom ukoll jingħataw xeħta virtwali. Minn qalbi nixtieq nirringrazzja lill-impjegati kollha tal-Aġenzija li qegħdin iħabirku biex jitwettqu l-għanijiet tal-programmi u l-inizjattivi anki f’dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji. Min ikun jixtieq ikun jaf aktar fuq il-programmi tal-Aġenzija jista’ jżur il-paġna tal-Facebook L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu jew iċempel 2598 2992.
VALUES WE CAN ALL AGREE ON. Call E-mail Visit
+356 2122 4405 info@laferla.com.mt www.laferla.com.mt
Laferla Insurance Agency Ltd. 204A, Vincenti Buildings, Old Bakery Street, Valletta VLT 1453 Malta, Europe
Laferla Insurance Agency Ltd. is enrolled under the Insurance Distribution Act, Cap 487 to act as an Insurance Agent for MAPFRE Middlesea plc (MMS). MMS is authorised by the Malta Financial Services Authority (MFSA) under the Insurance Business Act, Cap 403 of the Laws of Malta. Both entities are regulated by the MFSA.
It-tagħlim online vantaġġi u żvantaġġi
Minn meta nfetħu l-bibien ta’ l-iskejjel f’Ottubru, l-istudenti kellhom jaddattaw għat-tagħlim b’mod differenti u nistgħu ngħidu li tant dħalna f’din issistema malajr, li donna konna ilna naħdmu b’dan il-metodu ta’ tagħlim u kommunikazzjoni għal ħafna żmien. Qed ikollna sessjonijiet virtwali u korsijiet online fejn l-edukaturi jaħdmu bla waqfien biex iġibu l-iskola u l-edukazzjoni lejn djarna. L-iskejjel jagħmlu l-almu tagħhom biex l-istudenti kollha jkunu nformati x’qed jigi mgħallem, kemm dawk li jattendu fiżikament fl-iskola u kemm dawk li jattendu virtwalment mid-djar tagħhom. Nistgħu ngħidu li t-transizzjoni għat-tagħlim fi zmien il- COVID-19, meta tikkunsidra kollox kienet esperjenza pożittiva. Bis-saħħa ta’ diversi teknoloġiji rnexxilna nibqgħu f’kuntatt mal-istudenti, il-kollegi, il-familji u l-ħbieb. Ħafna minna rrealizzajna li l-avvanzi fit-teknoloġija meta verament meħtieġa huma ferm effettivi u utli. Nemmnu li kulħadd, mill-kbir saż-żgħir skopra xi ħaġa ġdida permezz ta’ dawn il-mezzi ta’ komunikazzjoni. Dwar dan u aktar iddiskutejt ma’ Abby Camilleri Pearson, edukatriċi li tħarreġ għalliema fl-użu tat-teknoloġija fi ħdan il-kumpanija robocoach.
X’inhuma l-iżvantaġġi ta’ tagħlim onlajn?
X’inhuma l-kunċetti bażiċi tat-tagħlim onlajn?
Il-komunikazzjoni onlajn għal skopijiet ta’ tagħlim, tista’ ssir b’modi differenti kif ukoll maħduma biex tindirizza kategoriji differenti ta’ nies. Tkun maħsuba b’għanijiet ta’ tagħlim differenti għal studenti, edukaturi, professjonisti u uffiċjali eżekuttivi rispettivament. L-ambjent diġitali għandu jkun adattat għall-bżonnijiet speċifiċi ta’ din l-udjenza. Hemm aspetti komuni f’dawn it-tipi kollha ta’ komunikazzjoni li huma l-użu ta’ kameras, mikrofoni, il-klassi virtwali, tqassim tad-dokumenti relatati u aktar. F’dawn il-każijiet kollha, hemm żewġ kunċetti bażiċi fit-tagħlim onlajn: tagħlim sinkroniku, fejn iż-żewġ partijiet jikkomunikaw f’ħin reali (bħal webinars) u tagħlim mhux sinkroniku, fejn iż-żewġ partijiet ma jikkomunikawx f’ħin reali (bħal assessments).
X’inhuma l-vantaġġi tat-tagħlim onlajn?
Bit-tagħlim onlajn tista’ titgħallem mill-kumdità ta’ darek. Xi nies jitgħallmu aħjar f’ambjenti online meta mqabbla mal-ambjent tal-klassi tradizzjonali. L-ambjent tal-klassi tradizzjonali jġib miegħu ħafna tfixkil li jista’ jtellef il-konċentrament ta’ xi individwi, waqt li d-dar wieħed jista’ jiffoka bla tfixkil fuq il-kunċett li qed jiġi mgħallem. It-tagħlim onlajn jwasslek biex tistudja ma’ universitajiet internazzjonali mill-kumdità tad-dar. It-tagħlim mhux sinkroniku, fejn iż-żewġ partijiet ma jikkomunikawx f’ħin reali jippermetti li t-tagħlim isir fil-ħin tiegħek. Wieħed jista’ jaħdem pjan ta’ ħidma maħluq għalih, bil-miżuri li jrid jilħaq fi skeda li tolqot il-ħtiġijiet tiegħu. Kull student jinterpreta informazzjoni mogħtija lilu b’mod differenti; allura dan il-metodu ta’ tagħlim jolqot kull tip ta’ student. Kulhadd jista’ jaħdem fil-ħin tiegħu mingħajr pressjoni żejda biex ilaħħaq mal-kumplament tal-klassi għaliex ikun jista’ jaċċessa l-informazzjoni meta jrid. Meta t-tagħlim ikun sinkroniku, fejn iż-żewġ partijiet jikkomunikaw f’ħin reali, għandek l-opportunità li tistaqsi mistoqsija u jkollok risposta immedjata. Tista’ wkoll tingħata attenzjoni individwali permezz ta’ dawn il-mezzi ta’ tagħlim biex tiċċara xi diffikultajiet li qed issib. Dan it-tip ta’ tagħlim jgħinek tkun aktar dixxiplinat miegħek innifsek kif ukoll motivat u komunikattiv. Trid bilfors tipparteċipa, verbalment jew bil-miktub, mal-għalliem u studenti oħra waqt dawn il-lezzjonijiet. Allura dan il-metodu naturalment jkun qed isaħħaħlek il-ħiliet kommunikattivi u jagħtik l-opportunità li trawwem il-ħiliet tal-logical thinking.
Il-parteċipazzjoni fit-tagħlim onlajn tgħinek isaħħaħ il-ħiliet kommunikattivi tiegħek. Però jekk ma tkunx responsabbli u ma timbottax lilek innifsek biex titgħallem, ma jirnexxilekx tkampa. Dan it-tip ta’ tagħlim jista’ jkun tedjanti għal xi studenti sakemm jidraw dan l-ambjent. It-tagħlim onlajn jagħtik aktar libertà li mhux kulħadd jiflaħ għaliha. Jekk ma tkunx dixxiplinat miegħek innifsek u tara li ssegwi t-tagħlim kollu mogħti lilek, tista’ faċilment titlef it-triq li twaslek għas-suċċess. Ikollok studenti li ma jirnexxilhomx jikkonċentraw meta l-persuna ma tkunx fisikament quddiemhom; allura dan it-tagħlim onlajn mhux daqshekk effettiv għalihom. Fl-istess ħin hawn tfal li meta jitilfu l-konċentrazzjoni ġol-klassi tradizzjonali , l-għalliema jindunaw u jiġbdulhom l-attenzjoni. Ġo klassi virtwali mhux dejjem tkun qed tara l-persuna allura ma tkunx tista dejjem iżżommhom iffukati. It-tagħlim onlajn iġib isolament soċjali u allura important li issib il-ħin li tikkomunika man-nies fiżikament.
X’tissuġġerixxi jew temmen li huwa l-aħjar tip ta’ tagħlim onlajn?
Allavolja dan il-kunċett ta’ tagħlim virtwali ilu jintuża għal bosta snin, daħal fil-ħajja ta’ ħafna għalliema u studenti minħabba il-kriżi tal-COVID-19. Huwa ferm importanti li nipprovdu għodda u gwida addattata lill-partijiet kollha ikkonċernati fl-edukazzjoni, sabiex jinħoloq ambjent diġitali li jkopri l-bżonnijiet speċifiċi ta’ l-għalliema u studenti kollha. Jien nemmen li jrid ikun hemm pjattaforma b’ taħlita ta’ tagħlim sinkroniku u tagħlim mhux sinkroniku biex tolqot kull aspett ta’ tagħlim li nużaw fil-ħajja reali tagħna. Istituzzjonijiet edukattivi għandhom joħolqu dan it-tip ta’ ambjent li jixbah kemm jista’ jkun il-klassi fiżika li fl-istess ħin tgħinhom jibnu l-ħiliet diġitali għall-futur tagħhom. Nemmen li għandna ngħallmu lit-tfal minn età żgħira biex ikunu kapaċi jaħdmu kemm fi klassi tradizzjonali kif ukoll klassi virtwali. Per eżempju meta student ikun marid id-dar ikun jista’ jkompli l-lezzjonijiet. B’din it-teknoloġija inkunu qegħdin inkabbru il-ħiliet komunikattivi u diġitali tagħhom għal ħajja li se jħabbtu wiċċhom magħha la jikbru, meta jibdew id-dinja tax-xogħol jew juzaw it-teleworking. robocoach joffri konsultazzjoni fuq online management solutions bhal Student Information System (SIS), School Management System (SMS) u Learning Management System (LMS). Għal aktar informazzjoni, ikkuntattjana fuq 21317486. Tista wkoll iżur il-websajt www.robocoach.com.mt
15
www.inewsmalta.com
immedjat | informattiv | investigattiv
r a t ħ g a -S !
Is
a n ħ g ! l a a s m a w ’ r a a
ġ nnewh u fl-aħħ re niste
Ilna
L
-ewwel żewġ ħarġiet tar-rivista Sagħtar maħruġa millFondazzjoni Sagħtar fi ħdan l-MUT, dawk t’Ottubru u Novembru 2020, ittellgħu fis-sit saghtar.org.mt. Diddarba hija rivista diġitali, li tista’ taqraha meta trid minn fuq kompjuter, mobile jew tablet, u tinkludi materjal varjat, informattiv, divertenti u interattiv.
www.saghtar.org.mt
Tħobbu l-futbol? Le? M’intix waħdek! Is-Sagħtar ta’ Novembru (n. 356) fih rakkont ħelu u umoristiku ta’ Trevor Zahra dwar x’kien jagħmel meta kontra qalbu kien ikollu xi logħba futbol. Tistgħu wkoll tisimgħu lil Trevor stess jaqraha! Tħobbhom il-komiks? Segwi l-istejjer kull xahar, miktuba u mpenġija minn Dean Fenech Mela fittex irreġistra b’xejn f’dan is-sit u ħeġġeġ lil tal-familja u l-ħbieb biex jirreġistraw ukoll, biex taraw l-edizzjoni l-ġdida ta’ Sagħtar! Issibu wkoll l-edizzjonijiet passati kollha, flimkien ma’ siltiet moqrija minn
qarrejja differenti, u kultant mill-awturi stess! Minn qalbna nirringrazzjaw lillkontributuri kollha li permezz tagħhom huwa possibbli li nagħmlu s-Sagħtar – kittieba, illustraturi, membri tal-bord editorjali u persuni oħrajn. Nirringrazzjaw ukoll lill-edukaturi kollha li se jagħmlu użu minnu fil-klassi. Nieħdu gost nirċievu kummenti u suġġerimenti kif nistgħu ntejbu din l-esperjenza edukattiva u divertenti tal-istudenti. Nawgurawlkom ħafna qari interessanti, gost u divertiment permezz ta’ dan il-magażin magħmul għalikom it-tfal. Il-qari t-tajjeb!
17
WEâ&#x20AC;&#x2122;LL DONATE 5c FOR EVERY KILO BOUGHT
SUPPORTING FEEDERS AND LOCAL SANCTUARIES #staysafe 2020
importaturi tal-marki rinomati
ta’ ikel tal-klieb u l-qtates, Royal Canin, varaw inizjattiva filantropika bil-għan li jgħinu klieb u qtates fil-bżonn. Il-kampanja, li l-aħħar li saret kien sena ilu, bl-isem ta’ Royal Canin Malta Charity Campaign u permezz tagħha l-kumpanija ser tagħmel għotja ta’ 5c għal kull kilo ta’ ikel tal-annimali ta’ Royal Canin li jbiegħu f’Malta u Għawdex minn kwalunkwe petshop.
an in The R oya lC
kilo er cp 5 . ed
elped dogs & ave h c ats uh i n yo ne
B
org Cardona & Co. Ltd,
Matul ix-xahar ta’ Dicembru 2020 ser tkun ghaddejja din tal-kampanja, fejn il-konsumaturi ser iħallsu l-istess prezz li normalment iħallsu fil-waqt li Borg Cardona & Co. Ltd. ser ikun qed jagħti d-donazzjoni tagħha ghal kull borża ikel tal-annimali li jkollha l-istiker ta’ The Royal Canin Malta Charity Campaign imwaħħla fuqha. Il-flus li jinġabru ser jingħataw lil numru ta’ santwarji tal-annimali u lil individwi reġistrati li jitimgħu annimali abbandunati (strays). L-għan ta’ din l-inizjattiva hi li jagħtu ikel lil dawn il-klieb u qtates fil-bżonn; biex itejbu s-saħħa u jipprovdilhom b’alternattivi ta’ saħħa; biex itejbu l-kwalità ta’ ħajja ta’ dawn il-klieb u qtates; u biex jinħoloq iktar għarfien fil-komunità fuq il-benessere tal-annimali. Nigel Borg Cardona, Direttur ta’ Borg Cardona & Co., qal: “Permezz ta’ Royal Canin, li ilna nirrappreżentaw f’Malta u Għawdex għal iktar minn 30 sena, nixtiequ nuru li aħna qegħdin fuq quddiem fl-appoġġ għal annimali abbandunati. “Grazzi għall-volum ta’ bejgħ ta’ Royal Canin f’Malta u Għawdex, din id-donazzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza kbira. Ninsab kunfidenti li permezz ta’ dan il-flus dawk l-annimali li qegħdin f’santwarji u li huma abbandunati ser igawdu, u li l-komunità ssir aktar taf fuq kemm dawn l-annimali għandhom bżonn min jieħu ħsiebhom wara li ġew abbandunati mis-sidien tagħhom.”
e as
ivaraw kampanja biex jappoġġjaw annimali fil-bżonn
po rti
mals - With th Ani is p ay ur Str ch ng
Borg Cardona & Co.
a alt M
Campaign Sup arity h C
Waħda millistikers fuq ikel tal-qtates li qiegħed tintuża għar-Royal Canin Malta Charity Campaign
20 minn Rita Azzopardi
L-istorja tal-ħmara Simcha Jiena jisimni Simcha. Dan l-isem ifisser ‘Ferħ’. Jien kont għadni żgħira ħafna meta kien xtrani raġel jismu Ġużeppi. Forsi tistaqsu għaliex dan il-mastrudaxxa żagħżugħ tani dan l-isem stramb. Imma tajjeb li tkunu tafu li fi żmien Ġużeppi kienu jgħidu li persuna ferħana ssibha iktar faċli li sservi lil Alla u li taħdem u tistinka iktar. Jiena u Ġużeppi sirna ħbieb mill-ewwel. Wara kollox aħna kellna nqattgħu ħafna mill-ġurnata filkumpanija ta’ xulxin. Bħala mastrudaxxa, Ġużeppi kellu jivjaġġa ta’ spiss minn Nażaret għal Sepphoris fejn kien qed jgħin fil-bini ta’ belt kbira. Ladarba Ġesu’ jikber, ikun jista’ jakkumpanja lili u lil Ġużeppi waqt dawn il-vjaġġi. Nispera li nkun għadni ħajja ħalli nkun nista’ nisma’ l-konverżazzjonijiet ta’ bejniethom u biex inkun nista’ nara lil Ġesu’ jikber u, min jaf, forsi anke hu jsir mastrudaxxa bħal missieru. Ġużeppi kien għadu ġuvni meta jien u hu bdejna ngħixu u naħdmu flimkien. Gużeppi minn dejjem kien raġel bieżel imma, ftit wara li xtrani, indunajt li kien tefa’ ħarstu fuq tfajla mill-istess belt. Kien jisimha
Marija. Meta Ġużeppi u Marija kien se jkollhom tarbija, bħal kull familja oħra, kellhom jivvjaġġaw sa Betleħem biex jinkitbu fiċ-ċensiment. Jien kont ilmezz ta’ trasport tagħhom. Il-vjaġġ kien wieħed twil u iebes imma sa fl-aħħar irnexxieli nwassal lil din ilkoppja speċjali sad-destinazzjoni tagħhom. Kemm ħassejtni kburi meta twieled Ġesu’ – jien kont dik id-daqsxejn ta’ ħmara li wassalt lil Marija sa dak il-post fejn f’dak il-lejl qaddis kellu jitwieled ilMessija. Dakinhar ma tantx kont fhimt x’kien qed jiġri ... smajt l-għana u l-leħen sabiħ tal-anġli, rajt il-ferħ f’għajnejn ir-ragħajja, imbagħad niftakar kienu waslu t-Tliet Irġiel Għorrief u offrew liċ-ċkejken Ġesu r-rigali tagħhom. Il-paċi li ħassejt f’dak il-lejl ma kont ħassejtu qatt qabel! Jiena, Simcha l-ħmara ffortunata li ġarret lil Messija, nawguralkom Milied hieni u mimli ferħ u paċi, lilkom u lill-familji tagħkom.
21 Il-ġulbiena Jamie kien tifel ta’ 10 snin. L-hena tiegħu kienu l-festi u t-tradizzjonijiet li dawn iġibu magħhom. M’għandniex xi ngħidu li, bħal kull tifel u tifla tal-età tiegħu, il-Milied kienet l-iktar festa għal qalbu. Arah malli jibda Novembru jieħu ras ommu u missieru biex jibdew iżejnu ... joħorġu l-presepju u l-pasturi minn taħt is-sodda l-kbira, itellgħu s-siġra talMilied minn ġol-garaxx, jibda jikteb il-kartolini, iżejjen kamartu imma fuq kollox jiżra’ dik l-imbierka ġulbiena. U ngħiduha kif inhi? X’inhu l-Milied mingħajr il-ġulbiena ... b’dak qisu xagħar abjad abjad impoġġiha ħdejn il-Bambin jew inkella ħdejn il-presepju. Kien jaf x’għandu jagħmel bl-amment. Kien jiftakar lin-nannu Pinu, Alla jaħfirlu, jurih għall-ewwel darba kien tinżera’ l-ġulbiena. Dakinhar kien għad kellu biss 6 snin. Minn dakinhar ‘il quddiem, il-ġulbiena kienet saret parti minn xogħlu. Missieru kien jieħu ħsieb li jixtrilu xi kilo jew tnejn żeriegħa tal-ġulbiena u jħalliha tixxarrab għal jumejn ġo barmil mimli ilma. In-nannu kien dejjem jgħidlu li l-aħjar li l-ġulbiena
minn Rita Azzopardi
tinżera’ f’jum Santa Katerina, fil-25 ta’ Novembru, eżatt xahar qabel il-Milied. Imbagħad Jamie kien jaqbad xi kontenituri vojta tal-butir li jkun ġemma’ matul is-sena u jiksihom b’xi karti jleqqu. Fil-qiegħ ta’ kull kontenitur jitfa’ ftit tajjar u jxarrbu bl-ilma. Wara jiksi sew it-tajjar biż-żerriegħa tal-ġulbiena u jpoġġi kollox f’post mudlam għax in-nannu dejjem kien jgħidlu li l-ġulbiena, biex tikber bajda u sabiħa, għandha bżonn iddlam. Kien ikun fuq ix-xwiek biex jaraha tinbet u tikber. M’għandniex xi ngħidu, kien jieħu ħsieb li jsaqqiha darba iva u darba le biex ikun ċert li l-ġulbiena ma tmutx.
EDU advert.pdf
1
10/12/2020
09:14
MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI
SIBNA
online C
M
Y
CM
MY
CY
CMY
K
23
Prattika li tiffoka wkoll fuq in-nifs ELAINE AZZOPARDI Edukatrici li temmet b’ suċċess kors dwr mindfulness fl-Ingilterra
M
indfulness huwa mod t’għajxien fejn wieħed ikun preżenti u konxju fil-mument, mingħajr ġudizzju iżda
b’attenzjoni mill-qrib ta’ dak li qed jiġri madwaru, f’moħħu u f’ġismu dak il-ħin. Ċertament ilbenefiċċji li tiġi addottata din il-prattika f’ħajjitna huma varji u fost l-aktar komuni nsibu li tgħina niffukaw aktar f’dak li nkunu qegħdin nagħmlu. Li nkunu distratti minn affarijiet esterni (eżempju l-ħoss tat-tfal jgħajtu fil-bitħa) jew saħansitra dawk interni (il-ħsibijiet tagħna bħal x’ħa nagħmlu wara l-iskola), huwa inevitabbli. Mindfulness ħa jgħina nagħrfu meta jiġri dan u billi nkunu kompassjonali u paċenzjużi magħna nfusna, nerġgħu nġibu l-attenzjoni tagħna lura għal dak li nkunu qegħdin nagħmlu. Dan jgħin b’mod speċjali lil dawk l-istudenti b’diffikultajiet ta` iffukkar għax jitgħallmu jgħarfu meta l-attenzjoni tagħhom tkun intilfet u allura jkunu jistgħu jerġgħu jiddireġuwha lura. Barra minnhekk, f’mindfulness naħdmu ħafna fuq in-nifs. In-nifs huwa l-ankra fejn nitfgħu l-attenzjoni tagħna speċjalment f’mumenti diffiċli. F’mindfulness nitgħallmu nkunu konxji ta` kif qed nieħdu n-nifs billi ninnutaw il-flow ta` kif dieħel `il ġewwa u `il barra, fejn qed inħossuh (f’żaqqna, f’sidirna?) u x’sensazzjonijiet oħra qed ninnutaw (nifs sħun, kiesaħ, mgħaġġel?). L-enfasi hawnhekk dejjem tkun li ninnutaw mingħajr ma nbidlu kif qegħdin nieħdu nifs. Peress li n-nifs huwa dejjem magħna (lill-istudenti ngħidulhom dan huwa qisu l-ħabib tagħna li qatt mhu ħa jħallina – our mindfulness friend), allura jista` jgħina f’mumenti anzjużi jew ta` paniku, b’mod speċjali qabel xi eżami, test jew preżentazzjoni.
Diversi prattiċi li jintużaw, speċjalment fost l-istudenti li jinvolvu n-nifs huma Counting Breaths, Finger Breathing u Teddy Bear Belly Breathing. Din tal-aħħar l-aktar li tintuża mażżgħar u tinvolvi l-istudenti jimteddu mindudin mal-art, iżommu soft toy fuq żaqqhom u jinnutaw kif dan qed jiċċaqlaq man-nifs filwaqt li żaqqhom qegħda tiela` u niżla. Counting Breaths huwa wieħed mil-eżerċizzji li nibdew bih għal studenti naqra ikbar biex jitgħallmu jużaw in-nifs u jittrenjaw moħħhom għal konċentrazzjoni aħjar. Dan jinvolvi l-istudenti jpoġġu id waħda fuq sidirhom u l-oħra fuq żaqqhom, u jgħoddu kemm ‘il nifs ikunu ħadu f’minuta. Minn naħa l-oħra, filFinger Breathing l-istudenti jitgħallmu jesploraw ir-ritmu tan-nifs permezz tal-id u s-swaba. Dan isir billi jiftħu id waħda, u bis-sebgħa tal-id l-oħra jmexxu subgħajhom madwar is-swaba tal-id ilmiftuħa filwaqt li jieħdu nifs ‘il ġewwa u ‘il barra b’pawsi bejn nifs u ieħor. Tista` tgħid li hemm ħafna xi tgħid dwar mindfulness u għal aktar informazzjoni inħeġġiġkom tidħlu fil-paġna tiegħi ta` Facebook, Mindfulness with Elaine: Calming the puppy mind. Madankollu, mindfulness jibda jagħmel sens għalina fil-mument li jiġi inkorporat f`ħajjitna permezz ta` prattika kontinwa. Nagħlaq billi nikkwota lil Jon Kabat-Zinn, il-pijunier ta` Mindfulness fil-Punent, fejn jgħidilna:
YOU CANNOT STOP THE WAVES, BUT YOU CAN LEARN TO SURF F’ħajjitna ma nistgħux inwaqqfu l-affarijiet milli jiġru imma nistgħu nitgħallmu nikkontrollaw ħsibijietna u nħossu dak li nkunu għaddejin minnu sabiex nirkbu l-mewġ b’mod aktar faċli.
24
Ir-Risors Edukattiv Estonjan
issa f’Malta wkoll Għalliema u studenti Maltin se jkunu l-ewwel li se jużaw il-verżjoni premium b’xejn għal sena
I
l-logħba onlajn u risors edukattiv tal-matematika - 99math rikonoxxut bħala waħda millaktar risorsi innovattivi, fost l-aqwa għaxra maħluq minn kumpaniji tatteknoloġija edukattiva fl-Ewropa issa se jkun f’Malta wkoll. 99math qegħda tipprepara studenti fil-matemetika b’mod ġdid. Aktar minn 60 miljun problema tal-matematika kienu solvuti minn studenti mid-dinja kollha. Dan irrisors issa se jkun għad-disposizzjoni biex jibda jintuża minn għalliema u studenti f’Malta. Dan seta’ jseħħ wara diskussjonijiet u negozjati bejn Tonis Kusmin CEO ta’ 99math u Dr Kenneth Vella, Ambaxxatur innominat għallEstonja u l-Finlandja. Din l-inizjattiva għandha l-appoġġ tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u tas-Segretarju Permanenti fi ħdan l-istess Ministeru Dr Frank Fabri. Ta’ min jinnota li f’dawn l-aħħar snin, l-Estonja għamlet progress enormi fis-settur edukattiv u dan kien ikkonfermat dan l-aħħar fi studji bħal PISA u TIMSS. Il-missjoni ta’ 99math hi li tinvolvi studenti jikkombinaw l-istil tal-logħob eSports mas-soluzzjoni ta’ problemi matematiċi. Tonis Kusmin wieħed mill-fundaturi tal-logħba fittex li juża l-passjoni tiegħu għal-logħob kompetittiv biex jibdel il-mod kif tfal jitgħallmu l-matematika. 99math għandha tkun il-pedament għal ħafna mill-professjonijiet moderni. “Il-problema l-kbira hi li hemm perċezzjoni li l-matematika hu suġġett iebes jew ta’ dwejjaq, u għalhekk
it-tfal jispiċċaw jaqtgħu qalbhom li jsolvu l-problema qabel il-ħaġa ssir interessanti. Qed inbidlu l-problema billi niżviluppaw pedament għallġenerazzjoni l-ġdida. Irrid nagħmlu mill-matematika suġġett li t-tfal jieħdu gost u pjaċir jitgħallmu s-suġġett,” qal Kusmin. 99math hi aċċessibli ħafna u diġa’ qed tintuża fl-iskejjel internazzjonalment. Permezz talinternet u tagħmir diġitali kull student jista’ jilgħab 99math b’xejn. Din illogħba saret ukoll għodda utli għallgħalliema u studenti waqt il-pandemija tal-Covid-19 billi żammet ħafna tfal okkupati jsolvu problema talmatematika u jtejbu l-ħiliet tagħhom. Għajnuna bżonnjuża għall-għalliema tal-matematika
Kif taħdem ? 99math hu b’xejn għall-edukaturi u studenti Maltin u jista’ jintuża minn għalliem jew student f’kull ħin fuq smartphone. tablet jew kompjuter fuq www.99math.com. M’hemmx apps jew downloads, issegwi biss il-link u taghmel sign up. Bi klikk waħda tidħol fil-logħob u tibda tilgħab. Impatt fuq l-istudenti It-tim ta’ 99math irrikonoxxa l-bżonn tal-istudenti li jiżviluppaw il-bażi ta’ kif jifhmu u jirnexxu fil-matematika akkademikament. Li tagħmel logħba kif issolvi problema tal-matematika tikkombina attivita’ li jħobbu t-tfal (jilagħbu mal-ħbieb u jilħqu l-livell ta’ xulxin) u hi attivita’ li t-tfal iridu jħabblu moħħhom biex jagħmlu t-tagħlim interessanti u eċċitanti. Il-logħba tnaqqas mill-pressjoni li jitgħallmu xi ħaġa diffiċli u tippermetti studenti li jkollhom kompetizzjoni b’saħħitha.
Sa mill-bidu l-fundaturi ta’ 99math ħolqu l-logħba bl-għalliema u l-istudenti f’moħħhom. “Jeżistu faxex wiesgħa ta’ suġġetti f’livelli differenti Grazzi għall-ftehim ta’ u diffikultajiet biex għalliema talkollaborazzjoni, il-logħba 99math matematika fil-livelli primarju u medju issa se tkun għad-dispożizzjoni taljkunu jistgħu jimplimentaw il-logħba edukaturi, studenti tal-primarja u fil-klassijiet bi ftit klikks. Għalliem jista’ l-klassijiet medji u l-ġenituri Maltin jissettja logħba f’inqas minn minuta. b’xejn u tista’ tintlagħab fil-klassijiet Wara kull logħba. l-għalliema jista’ kemm b’mod fiżiku u diġitali. Għandu jara riżultati dettaljati ta’ kull student jkun innutat li fil-preżent l-esperti u jidentifika l-problemi li jridu jkunu Estonjani tal-matematika u l-IT qed ndirizzati. Hu importanti li t-tfal jieħdu jaħdmu fuq verżjoni superjuri jew gost jilagħbu l-logħba biex jiġġeneraw Premium li se tkun preżentata fil-Ħarifa l-ambjent pożittiv ħalli jitgħallmu 2021. l-matematika b’mod effiċjenti,” jispjega Kusman. Għal aktar informazzjoni, edukaturi, ġenituri u studenti huma mħeġġa jidħlu fis-sit https://99math.com/ jew fil-paġna ta’ youtube https://www.youtube.com/ watch?v=mlXCSQz8Fx0
27
“Iftaħ Qalbek u Darek, Agħżel il-Fostering”
L
-għan tal-’Fostering’ hu li tfal jiġu mrobbija f’ambjent ta’ familja, b’dak kollu li għandhom bżonn, sakemm il-familja bijoloġika tagħhom tkun f’qagħda aħjar biex tieħu ħsiebhom. IlFostering jagħti wkoll opportunitajiet ġodda lil tfal li kienu jgħixu f’sitwazzjoni li setgħet kienet ta’ riskju għalihom u li jkunu għaddew minn diversi trawmi. Jagħtihom opportunità ta’ ambjent san u sigur fejn jistgħu jħejju t-triq futura tagħhom u anke jsaħħu r-relazzjoni mal-familja bijoloġika tagħhom. Kull persuna tista’ tagħmel fostering, sakemm ikun adult, tidħol fil-kriterji ta’ eleġibilità, u jkollha l-abiltajiet u l-ħiliet neċessarji biex tieħu ħsieb lit-tfal. Hemm proċess biex wieħed isir ‘Foster Carer’. Dan jinkludi laqgħa inizjarja mal-Ħaddiema
Soċjali fejn issir diskussjoni u jinġabru dokumenti uffiċjali tal-applikanti kif ukoll ta’ membri oħrajn li jgħixu fl-istess residenza. Wara din il-laqgħa jsir it-taħriġ għal-‘Foster Carers prospettivi, assessjar intensiv mill-Ħaddiema Soċjali u flaħħarnett issir evalwazzjoni tar-rapport mill-Bord tal-Fostering hekk kif rakkomandat mill-Ħaddiema Soċjali. Il-foster carers ikollhom kuntatt kontinwu mal-Ħaddiema Soċjali li tkun qed taħdem id f’id magħhom biex jiġi mħares l-interess tat-tfal fostered. Dan il-kuntatt jista’ jikkonsisti minn telefonati, e-mails u żjajjar fir-residenza tal-foster carers. Barra mill-kuntatt mal-Ħaddiema Soċjali, il-foster carers jingħataw aktar appoġġ permezz ta’ taħriġ kontinwu, jingħataw l-opportunità li jitkellmu ma’ counsellor fi ħdan il-Fostering tim stess jekk ikollhom bżonn aktar sapport u jibbenefikaw minn servizzi oħrajn fi ħdan l-Aġenżija, bħal terapija tal-familja. Isiru wkoll Webinars għal foster carers kollha darba fix-xahar, fejn jiġu diskussi suġġetti relatati mal-fostering. Għal aktar informazzjoni dwar il-Fostering wieħed jista’ jagħmel kuntatt mat-tim billi jċempel fuq in-numru: 22959000, jew iżur l-Aġenzija Appoġġ f’dan l-indirizz: 36, Triq San Luqa, Gwardamanġa. Barra minn hekk wieħed jista’ jagħmel kuntatt permezz tas-sit eletroniku ta’ Facebook, fuq il-paġna ‘Fostering Service – Malta’.
28
iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza fi żmien il-Milied
E
splora, ġewwa l-Kalkara joffri bosta attivitajiet relatati max-xjenza matul is-sena kollha. Wieħed mill-aktar avvenimenti li kulħadd jistenna bil-ħerqa huwa dak ta’ żmien il-Milied. Din is-sena mhux b’inqas, għalkemm wieħed irid iżomm f’moħħu l-imxija tal-Covid-19. Minħabba f’hekk, fl-Esplora ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji sabiex il-ħarġa tagħkom tkun waħda li tistgħu tgawdu b’serħan ilmoħħ.
Dr Jeffrey Pullicino Orlando Chairman Eżekuttiv MCST
Apparti minn hekk għal dawk li għalihom mhux possibli li jżuru l-Esplora f’dan iż-żmien ġew ippreparati wkoll bosta attivitajiet li mhux se jkunu qed isiru ġewwa ċ-ċentru biss, iżda attivitajiet li wieħed jista’ jsegwi mill-kumdità ta’ daru b’mod virtwali. Matul il-ġranet kollha ta’ Diċembru sal-Milied, fuq issit tal-Esplora se tkunu tistgħu ssibu Kalendarju Xjentifiku tal-Avvent b’attività ġdida kuljum li tistgħu tagħmluhom filkumdità ta’ djarkom. Żuru s-sit tal-Esplora, esplora.org.mt, għal aktar informazzjoni. Ħarġa sal-Esplora mhiex biss waħda li tferraħ lit-tfal, iżda fiha wkoll element ta’ edukazzjoni b’mod informali. Dan il-fatt jgħin lil kull ġenitur biex ikompli jagħti ċans lit-tfal sabiex jesploraw l-interessi diversi li għandhom f’ambjent sabiħ u attraenti. Dawn huma xi wħud mill-attivitajiet li se jkunu offruti matul ix-xahar ta’ Diċembru:
29 12 DAYS OF CHRISTMAS Fix-xow tax-xjenza bit-titlu ta’ 12 Days of Christmas, se jkun hemm tnax-il esperiment differenti li se jingħataw lill-viżitaturi bħala rigal minn Esplora stess. Qatt rajtu fjammi tal-kulur bħal ngħidu aħna ta’ lewn aħmar jew aħdar? Malta ma tagħmilx borra imma xorta nistgħu nagħmlu l-borra bl-użu tal-kimiċi. Żuru l-Esplora biex tiskopru x’inhuma dawn it-tnax-il esperiment. ELECTROBUZZ Għall-viżitaturi ta’ età ftit ikbar hemm ix-xow ElectroBuzz fejn fih tistgħu tiskopru aktar dwar minn fejn jiġi l-elettriku u anke tesperjenzaw sajjetti ffurmati f’gaġġa fit-teatru stess. Tistgħu wkoll tiskopru aktar fuq modi differenti ta’ kif wieħed jista’ jipproduċi l-elettriku. Dan ix-xow qed jiġi mtella’ bissapport ta’ Identity Malta. WONDERS OF THE NIGHT SKY Il-famuż ballun tal-ħġieġ li tħaddan fiha l-binja talPlanetarju, għal dan ix-xahar se jkun qed juri filmati tal-ispazju relatati mal-ħajja tal-astronawti fl-istazzjon internazzjonali fl-ispazju. Kif jiċċelebrawh il-Milied hemm fuq? Apparti minn attivitajiet bħal dawn t’hawn fuq, waqt iżżjara tagħkom fl-Esplora, tistgħu wkoll iżżuru s-swali talesebiti u anke tingħaqdu f’xi workshop, bħal pereżempju tistgħu ssiru tafu kif toħolqu ornament li jixgħel u b’hekk tkunu tistgħu tieħduh id-dar magħkom biex twaħħluh fuq issiġra tal-Milied. Tistgħu wkoll tmiddu jdejkom biex tippruvaw tibnu oġġett li jtir. Ma jonqsux id-dekorazzjonijiet tal-Milied li jagħmlu dan ix-xahar tant għal qalb it-tfal u l-adulti. Tistgħu tieħdu xi ritratt gustuż fuq is-slitta jew mal-borrinu li s’issa għadu ma nħallx! Matul ix-xahar kollu ta’ Diċembru sas-6 ta’ Jannar 2021, it-tfal kollha se jidħlu l-Esplora b’xejn. Din l-offerta tapplika għal tfal sa ħmistax-il sena.
MALTA QUALIFICATIONS DATABASE TAGĦRIF DETTALJAT DWAR KWALIFIKI U ĊERTIFIKATI F’MALTA
I
l-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE) nediet databank dwar il-kwalifiki Maltin, il-Malta Qualifications Database.
Il-Malta Qualifications Database tiġbor fiha tagħrif dettaljat dwar kwalifiki u ċertifikati f’Malta u hi sors tajjeb għal tweġibiet ta’ mistoqsijiet importanti li wieħed għandu jagħmel meta jifli l-programmi varji ta’ studju. L-istrateġija tal-UE għal 2020 enfasizzat l-importanza tal-edukazzjoni fil-kontribut tagħha lejn l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tas-soċjetajiet tagħna. Dan għandu jintlaħaq bit-tnaqqis fl-inċidenza ta’ tluq bikri mill-iskola u ż-żieda fil-kisba ta’ edukazzjoni għolja. Fatturi ewlenin biex jintlaħaq dan l-iskop huma li niżguraw li l-opportunitajiet fl-edukazzjoni għandhom assigurazzjoni ta’ kwalità, li jkun hemm klassifikazzjoni skont il-livelli u li t-tagħrif ikun aċċessibbli faċilment għal dawk li jixtiequ jkomplu bledukazzjoni tagħhom. Il-Malta Qualifications Database hi marbuta malQualifications Database Register, reġistru li kien żviluppat permezz ta’ proġetti ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea, b’konformità mar-regoli tal-programm Erasmus+, Grant Agreement for an Action with One Beneficiary. Din id-database se tgħin biex min jistudja f’Malta, jew barra mill-pajjiż, ikollu aċċess faċli għal tagħrif dwar programmi akkreditati f’Malta. B’hekk ikun żgurat li kull min jixtieq ikompli l-edukazzjoni tiegħu jkollu aċċess għal informazzjoni koretta li tgħinu jagħmel għażliet informati u li jkun żgur li l-programm li jagħżel ikun akkreditat u li jingħata klassifikazzjoni skont il-livell. It-tagħrif ipprovdut fuq programmi akkreditati hu komparabbli u kumpatibbli ma’ dak ipprovdut minn pajjiżi oħra biex ikun żgurat it-trasparenza tas-sistema ta’ akkreditazzjoni li saret f’Malta u li tkabbar il-fiduċja. Id-dispożizzjoni ta’ tagħrif fuq programmi li huma klassifikati skont il-livelli u marbuta mal-EQF, se tgħin ukoll biex tiffaċilita r-rikonoxximent talkwalifiki Maltin barra minn Malta. Ir-rabta tal-NQD mal-QDR u mas-sit tal-EUROPASS tkompli tikkonferma l-appoġġ billi tiżgura li din tkun databank tal-kwalifiki Ewropej tassew komprensiva. Inizjattivi bħal dawn żgur li jikkontribwixxu biex jiffaċilitaw il-mobbiltà akbar tal-istudenti u tal-ħaddiema flEwropa billi jtejbu r-rikonoxximent tal-kwalifiki minn naħa għall-oħra tal-fruntieri.
Għal aktar tagħrif żur www.ncfhe.gov.mt.
Barra minn hekk, in-NCFHE żżomm reġistru ta’ istituzzjonijiet f’Malta akkreditati fl-edukazzjoni avvanzata u ogħla. Dan ifisser li l-istituzzjonijiet fuq din il-lista għaddew minn proċess ta’ akkreditazzjoni u li huma kkunsidrati bħala “istituzzjonijiet liċenzjati”. Permezz tal-iżvilupp talMalta Qualifications Database, l-NCFHE tiżgura database funzjonali kumpatibbli mar-regoli tal-UE. It-tagħrif li fiha hu ta’ interess għal oqsma varji bħal studenti, impjegati u min iħaddem. L-oqsma li probabbilment huma tal-akbar interess għall-istudenti huma l-ambiti differenti ta’ tagħlim, korsijiet, ċertifikazzjoni u rekwiżiti għad-dħul. Min hu impjegat jista’ juża d-database biex jara kif jista’ javvanza l-karriera skont l-ispeċjalizzazzjoni tiegħu u biex jara kif ikun jista’ jisfruttaw opportunitajiet ta’ karrieri ġodda. Din id-databank hi utili wkoll għal min iħaddem biex ikun jista’ jifhem aktar irriżultati tat-tagħlim tal-korsijiet, biex jipprovdi taħriġ għallimpjegati tiegħu stess u biex jifhem u jevalwa l-kwalifiki tal-impjegati potenzjali tiegħu. Il-Malta Qualifications Database hi sistema ta’ informazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku li tipprovdi tagħrif dettaljat dwar il-kwalifiki u ċ-ċertifikati akkreditati kollha fledukazzjoni avvanzata u ogħla u li jistgħu jinkisbu f’Malta. Il-Malta Qualifications Database tinkludi wkoll National Occupational Standards (NOS) li huma marbuta malMalta Qualifications Framework. In-National Occupational Standards huma set ta’ standards marbuta max-xogħol li jenfasizzaw il-prestazzjoni mistennija f’xogħol speċifiku ta’ ċertu livell. In-NOS jiddefinixxu x-xogħlijiet ewlenin tannies u jorbtu l-kwalifiki mar-rekwiżiti fis-suq tax-xogħol. Id-database hi aġġornata kontinwament millAccreditation and Licensing Unit fi ħdan l-NCFHE, biex tiżgura li l-informazzjoni hi eżatta u riveduta.
LOACKER