EDUKA Settembru 2021

Page 1

SETTEMBRU 2021



3

EDITORJAL

H

uwa ta’ pjaċir għalija li qiegħed inwasslilkom ħarġa oħra tas-suppliment edukattiv ta’ kull erba’ xhur Eduka, li jitqassam b’xejn mal-gazzetta It-Torċa u ma’ oħrajn ewlenin. Bi xieraq din il-ħarġa tinkludi informazzjoni dwar il-bidu ta’ sena skolastika ġdida, fl-isfond ta’ miżuri wkoll minħabba l-imxija talCOVID19. Il-Ministru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana twasslilna l-messaġġ tagħha flokkażjoni tal-ftuħ ta’ din is-sena skolastika ġdida. Niddiskutu wkoll il-ħidma li saret f’dan il-qasam fl-aħħar xhur u xi inizjattivi li se jittieħdu matul din is-sena skolastika. Inwasslilkom anki suġġerimenti dwar kif ilġenituri jistgħu jippreparaw lit-tfal tagħhom għall-ftuħ ta’ sena skolastika ġdida. Ma jonqsux ukoll artikli oħra interessanti minn Dr Jeffrey Pullicino Orlando dwar dak li hemm imħejji għat-tfal tagħna min-naħa ta’ Esplora għax-xhur li ġejjin. U xi ngħidu wkoll għall-paġni ddedikati għat-tfal tagħna min-naħa ta’ Rita Azzopardi, għalliema talPrimarja, bl-għan li nħeġġu lil uliedna biex jaqraw aktar u jkollhom imħabba lejn ilqari. Artiklu miktub minn Elaine Azzopardi, esperta fil-qasam ta’ mindfulness biex inkomplu naraw il-benefiċċji ta’ din il-prattika. Niddiskutu wkoll ma’ Abby Camilleri Pearson it-tagħlim tar-robotika u l-coding anki wara l-ħin tal-iskola. Għal darba oħra dan għandu jkun suppliment interessanti għal kulħadd. Finalment, ħajr speċjali jmur lejn id-diversi kollegi kontributuri li għamlu din l-edizzjoni oħra ta’ tagħrif interessanti u lejn Stacy Grech li bħas-soltu ħadet ħsieb id-disinn. Jekk intom, qarrejja tagħna, tkunu tixtiequ li niddiskutu xi temi partikolari nitlobkom ukoll tibagħtuli email fuq kennethvella@hotmail.com

Dr Kenneth Vella Editur Qarrejja tal-Provi: RACHEL SLADDEN Disinn: STACY GRECH design@unionprint.com.mt Avviżi: Tel: 2590 0200 adverts@unionprint.com.mt

L-isfidi fil-qasam edukattiv fis-seklu 21 Friday 26th November 2021 8.30 - 12.30

Microsoft Teams

CHALLENGES IN EDUCATION IN THE 21ST CENTURY A webinar under the auspices of HE Dr Kenneth Vella, Ambassador of Malta to Estonia and Finland Guest Speaker: Mr Olli Pekka Heinonen, Former Minister of Education of Finland Reactions and summary: Profs. Carmel Borg, Faculty of Education (UoM) Input: The Hon Evarist Bartolo, Minister for Foreign and European Affairs, The Hon Dr. Justyne Caruana, Minister of Education, and the Hon Clyde Puli, Spokesperson for Education

For more information, please contact Ms Pamela Zerafa via email (pamela.zerafa@ilearn.edu.mt) Kindly register by clicking on this link: https://form.jotform.com/212274000802338

Il-Ġimgħa 26 ta’ Novembru se jittella’ webinar taħt l-awspiċi tal-ambaxxatur ta’ Malta għall-Estonja u l-Finlandja Dr Kenneth Vella dwar l-isfidi filqasam edukattiv fisseklu 21.

Il-kelliem ewlieni waqt din il-konferenza se jkun il-Finlandiż ta’ fama mondjali Olli Pekka Heinonen, ukoll eks Ministru talEdukazzjoni tal-Finlandja. Flimkien miegħu se jipparteċipa l-Professur Carmel Borg mill-Fakultà tal-Edukazzjoni fi ħdan l-Università ta’ Malta. Olli Pekka Heinonen m’għandu bżonn ta’ ebda introduzzjoni għal dawk li jsegwu r-riċerka internazzjonali. Fl-1 ta’ Mejju li għadda hu laħaq it-tmien direttur ġenerali tal-International Baccalaureate Organization. Qabel dan hu kien ukoll id-direttur ġenerali talAġenzija Nazzjonali Finlandiża tal-Edukazzjoni fejn ħadem fi ħdanha sa minn Jannar 2017. Bejn l-1994 u l-2002, Heinonen kellu wkoll karriera attiva fil-politika. Kien Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xjenza bejn l-1994 u l-1999, Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni bejn l-1999 u l-2002 u membru parlamentari bejn l-1995 u l-2002. Ħafna mis-suċċessi li kellha l-Finlandja fl-aħħar snin fil-qasam edukattiv hu dovut ukoll għar-riformi li beda hu meta kien Ministru talEdukazzjoni. Bejn l-2002 u l-2012, Heinonen kien direttur tal-YLE, il-kumpanija nazzjonali tax-xandir fil-Finlandja. Dan qabel ma beda jaħdem fluffiċċju tal-Prim Ministru Finlandiż f’Marzu 2012 bħala segretarju tal-istat. F’dak iż-żmien kien anki jassisti Ministri li kienu responsabbli mill-Edukazzjoni, il-Kultura, l-Affarijiet Interni, il-Kummerċ u l-Finanzi tal-Finlandja. Dr Heinonen għandu wkoll Masters fil-liġi mill-Università ta’ Helsinki u dottorat mill-Università ta’ Jyväskylä tal-Finlandja. Il-Professur Carmel Borg hu magħruf sew mal-edukaturi Maltin u matul is-sena jagħti preżentazzjonijiet f’diversi universitajiet madwar id-dinja. Matul din il-konferenza se jkun hemm ukoll interventi millMinistru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo, mill-Ministru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana u mill-kelliem tal-oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni Clyde Puli. Se jkun hemm ukoll ħin iddedikat għall-interventi tal-edukaturi Maltin. Dawk li jridu jirreġistraw jistgħu jagħmlu dan billi jibagħtu email fuq pamela.zerafa@ilearn.edu.mt.


4

L-aqwa edukazzjoni hija fil-klassi

Protokolli aġġornati għall-ftuħ tal-iskejjel Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar id-Drittijiet tat-Tfal hija ċara: tafferma li kull tifel u tifla għandhom dritt għall-edukazzjoni li twassal lit-tifel u t-tifla biex jiżviluppaw il-potenzjal sħiħ tiegħu jew tagħha. Matul ix-xhur sħaħ li għaddew, minn Marzu tal2020 meta għall-għarrieda faqqgħet il-pandemija, inħolqot sitwazzjoni dinjija bla preċedent. Setturi sħaħ tal-ekonomiji dinjin, u wkoll setturi sħaħ li huma l-bażi ta’ soċjetà moderna, ħadu daqqa ‘l isfel, f’pajjiżi aktar minn pajjiżi oħrajn.

Bla dubju, is-settur edukattiv kien wieħed minnhom. Rapport ippubblikat mill-Bank Dinji ftit tal-ġimgħat ilu ma jdurx mal-lewża. “L-għeluq tal-iskejjel minħabba l-COVID-19 ġab interruzzjoni sinnifikanti fl-edukazzjoni madwar l-Ewropa u l-Asja Ċentrali. Fil-quċċata tal-pandemija, 45 pajjiż f’dan ir-reġjun għalqu l-iskejjel tagħhom, miżura preventiva li affetwat 185 miljun student”. Ovvjament, f’Malta l-istess. Intqal ħafna dwar l-effett ta’ dan. Imma tispikka stqarrija tal-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa: “Il-pandemija kkawżat l-iktar tfixkil katastrofiku fl-edukazzjoni fl-istorja. Għalhekk huwa vitali li t-tagħlim ibbażat fil-klassi jkompli mingħajr interruzzjoni fir-Reġjun Ewropew. Dan huwa ta’ importanza kbira għall-edukazzjoni tat-tfal, is-saħħa mentali u l-ħiliet soċjali, għall-iskejjel biex ikomplu jgħinu lit-tfal tagħna ħalli jkunu membri kuntenti u produttivi tas-soċjetà”, jispjega Dr Hans Henri P. Kluge, Direttur Reġjonali tal-WHO għall-Ewropa. Il-politika tal-Gvern Malti, kienet u wkoll tibqa’ dejjem dik li t-tagħlim jingħata fil-klassi u t-tagħlim onlajn ikun l-aħħar għażla. Baqa’ ftit jiem issa biex l-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi jiftħu għal sena skolastika ġdida – 2021-2022. Sena skolastika li matulha se naraw l-istudenti lura fuq il-bankijiet tal-iskola. Wara ħidma sħiħa, fil-ġimgħat li għaddew tħabbru l-protokolli aġġornati għall-ftuħ ta’ din is- sena skolastika.

“Il-punt tat-tluq biex ġew aġġornati l-protokolli għall-ftuħ tas-sena skolastika 2021-2022 kien dejjem li l-aħjar edukazzjoni li tingħata lil uliedna hija mill-klassi u għalhekk dawn il-protokolli aġġornati jirriflettu din il-mira”, qalet il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana meta ħabbret il-protokolli aġġornati. Wara li dawn il-protokolli konnessi mal-ftuħ tas-sena skolastika 2021-2022 ġew approvati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, saru taħdidiet, fosthom mal-istakeholders kollha, li matulhom dawn ġew diskussi fid-dettall. Il-protokolli aġġornati se jindirizzaw l-effetti tal-pandemija u l-isfidi ta’ saħħa mentali, in-nuqqas ta’ soċjalizzazzjoni, vulnerabbiltà u esklużjoni. U dan il-pass lura għan-normalità huwa possibbli għaliex l-edukaturi u dawk kollha li għandhom konnessjoni ma’ uliedna fl-iskejjel, fil-maġġoranza ħadu t-tilqim. Hemm ukoll 85% tal-istudenti ta’ 16-il sena ’l fuq li ħadu t-tilqim u 73% tal-istudenti bejn it-12 u l-15-il sena li wkoll ħadu t-tilqim. Għalhekk b’din ir-rata ta’ tilqim, kemm l-edukaturi u l-istudenti se jattendu b’mod fiżiku fl-iskejjel. Se jkun hemm biss numru żgħir ta’ individwi li huma klassifikati bħala persuni vulnerabbli, li għalihom se jkunu adottati shielding protocols li se jkunu kkoordinati mill-awtoritajiet tas-saħħa. Il-miżuri li kienu fis-seħħ qabel il-pandemija u applikabbli għall-persuni meqjusa vulnerabbli, se jibqgħu fis-seħħ.


5 Uħud mill-protokolli aġġornati huma: •

Għal dawk il-klassijiet (sena 8 u inqas), fejn l-età tal-istudenti ma tippermettix li jieħdu l-vaċċin, se tinżamm id-distanza soċjali ta’ metru u nofs bejn il-bankijiet tal-istudenti.

Riżultat tal-effett protettiv tal-vaċċin, id-distanza fiżika bejn il-bankijiet tal-istudenti fil-klassi għas-sena 9 u ’l fuq tista’ tinżel għal metru – hawnhekk l-iskejjel konċernati jistgħu jħallu distanza ta’ metru u nofs fejn din hija fattibbli.

Il-protokolli ewlenin aġġornati issa jippermettu aktar attivitajiet għall-istudenti biex nersqu aktar lejn dak li jeħtieġu t-tfal: tagħlim li jgħin ukoll fl-iżvilupp soċjali ta’ uliedna. Għalhekk se jkunu permessi lezzjonijiet ta’ prattika fil-laboratorji; jistgħu jsiru lezzjonijiet ta’ prattika magħrufa bħala fieldwork; jistgħu jsiru attivitajiet tal-edukazzjoni fiżika; jistgħu jsiru avvenimenti speċjali u soċjali – per eżempju: ċelebrazzjoni ta’ għeluq snin student; f’dawn kollha jrid ikun rispettat il-prinċipju tal-gruppi – dik li hija magħrufa bħala l-bubble tal-istudenti u wkoll il-protokolli marbuta mal-prevenzjoni tat-tixrid tal-COVID.

Fil-każ ta’ apparat waqt l-edukazzjoni fiżika kif ukoll waqt lezzjonijiet ta’ prattika fil-laboratorji, l-apparat li jintuża jrid ikun sanitizzat b’mod regolari.

Jistgħu jiftħu wkoll it-tuck shops imma li jistgħu joffru biss affarijiet li jkunu ppakkjati minn qabel.

Fil-bidu tas-sena skolastika, il-ġenituri jew il-kustodji tal-istudenti mhux se jidħallew jidħlu għal attivitajiet jew għal avvenimenti fl-iskejjel. Din tista’ tinbidel matul is-sena skolastika u tiddependi fuq ir-rilaxx ta’ aktar miżuri preventivi għat-tixrid tal-pandemija kif maħruġa perjodikament mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Fil-każ ta’ kindergarten assistants u LSEs, dawn qed jingħataw ilparir li jilbsu kemm maskra kif ukoll visor.

School assemblies okkażjonali u li huma essenzjali jistgħu jsiru sakemm tiġi miżmuma d-distanza soċjali u l-prinċipju tal-bubble.

F’dawk il-każi fejn ikun hemm bżonn ta’ kwarantina, il-protokolli kollha li jkunu fis-seħħ għall-pubbliku inġenerali kif maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa se jkunu japplikaw ukoll għas-settur edukattiv. Dan japplika wkoll għall-protokolli applikabbli għall-adozzjoni ta’ perjodu mqassar ta’ kwarantina ovvjament għal min huwa mlaqqam.

Dwar iċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni, bħalissa qed isiru taħdidiet bejn l-istituzzjonijiet li jipprovdu edukazzjoni terzjarja u l-awtoritajiet tassaħħa li għandhom iwasslu għal qbil kif dawn iċ-ċerimonji jistgħu possibbilment isiru.

Il-ministeru qed jagħmel ukoll aktar studji biex jara liema miżuri jistgħu jiddaħħlu ħalli tittaffa n-nuqqas ta’ esperjenza fiżika ta’ tagħlim li kellhom l-istudenti.

It-tim konġunt bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Ministeru għasSaħħa se jibqa’ għaddej bil-ħidma tiegħu anke din is-sena biex jaħdem mal-ischool COVID-19 liaison officers bil-għan li jkunu identifikati kemm jista’ jkun malajr każi li jista’ jkun hemm ta’ COVID fl-iskejjel biex tittieħed l-azzjoni immedjata ta’ contact tracing u azzjoni mill-awtoritajiet tassaħħa. Il-Ministru Justyne Caruana rringrazzjat lil dawk kollha involuti fil-ħidma u fid-diskussjonijiet li saru biex tħabbru l-protokolli, fosthom lis-Segretarju Permanenti Frank Fabri li akkumpanjaha waqt il-laqghat kollha u li issa flimkien mat-team maniġerjali tal-ministeru se jkun responsabbli mit-twettiq tal-protokolli. Grazzi fuq kollox lill-edukaturi u lil dawk kollha involuti fl-edukazzjoni ta’ uliedna, fosthom lill-ġenituri u lill-istudenti nfushom. Il-lista sħiħa tal-protokolli li se jkunu f’posthom għall-ftuħ tas-sena skolastika, tinsab onlajn fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/health-promotion/covid-19/Pages/mitigation-conditions-and-guidances.aspx


6

Sena skolastika ġdida li tibni fuq dik li għaddiet

eluf ta’ studenti in jj e ġ li m ie -j il l Matu livell primarju sa u edukaturi minn se jirritornaw u rj a d n o k se st o p dak nijiet edukattivi. f’diversi istituzzjo a u aspettattiva ij n n e st m m e h li r Żgu tal-iskola u żgur li għall-ewwel jiem ienu ta’ impenn k w e d d a ħ g li r u x-xh speċjalment u ħidma kontinwa kattivi, dawk għall-uffiċjali edu ħħa, il-kapijiet tal-awtorità tas-sa ċjali tal-union ffi u lu l e jj e k is lta UT. Is-sensiela tal-għalliema l-M is-sajf waslet l tu a m t a ħ g q la ’ ta pubblikazzjoni għar-reviżjoni talll-ftuħ talta’ linji gwida għa tal-awtoritajiet iskejjel min-naħa tas-saħħa.

G

ħal darba oħra, din is-sena l-ġenituri se jkunu mitluba li kull filgħodu qabel ma jibagħtu lil uliedhom l-iskola jaraw li ma jkollhomx id-deni, ma jkollhomx temperatura ta’ aktar minn 37.2 grad Celsius. Jaraw ukoll li wliedhom ma jkollhomx sintomi oħra fosthom uġigħ ta’ ras, ta’ żaqq jew ta’ stonku. Jekk dan ikun il-każ allura t-tfal m’għandhomx jintbagħtu l-iskola. Fuq il-vann jew il-karozza li twassalhom l-iskola t-tfal iridu jilbsu wkoll maskra jew visor.

Mal-wasla tagħhom l-iskola u qabel ma jidħlu fil-bini, filwaqt li jkunu lebsin maskra jew visor, l-istudenti tal-primarja u sekondarja se jkollhom it-temperatura tagħhom meħuda mill-ġdid u se jintalbu anki jirrispettaw id-distanza soċjali. Ħafna skejjel ukoll se jadottaw ħin għad-dħul u ħruġ ftit differenti skont il-livell u l-età differenti tal-istudenti. Biex jiġu evitati folol, ħafna skejjel se jagħmlu wkoll użu minn entraturi differenti. It-tfal tal-primarja se jkunu mitluba jilbsu maskra mhux biss waqt iddħul u l-ħruġ mill-iskola, iżda anki f’kull post ieħor fil-bini tal-iskola u barra mill-klassi tagħhom. Studenti li għandhom aktar minn ħdax-il sena, bħall-għalliema se jintalbu jilbsu l-maskra jew il-visor kull ħin tal-ġurnata u d-distanza soċjali ta’ bejniethom se tkun anqas mis-sena li għaddiet.

Anki l-ġenituri li jkunu qegħdin iwasslu jew jistennew lil uliedhom ħdejn l-iskejjel se jintalbu jagħmlu l-istess u anki jirrispettaw id-distanza soċjali. Mal-wasla tagħhom fl-iskola ħafna tfal se jintalbu biex imorru minnufih fil-klassi rispettiva tagħhom. Il-ġenituri se jkunu mitluba wkoll biex ma jersqux lejn il-bini tal-iskola u jikkomunikaw mat-tmexxija tal-iskola biss permezz tat-telefon, il-midja soċjali u l-email uffiċjali tal-iskola. Normalment sena skolastika tkun ikkumplimentata wkoll minn żjarat u esperjenzi ekstrakurrikulari, ħarġiet edukattivi u attivitajiet barra l-bini tal-iskola. Madankollu dawn żgur li se jkunu limitati matul din is-sena skolastika, għalkemm se jkunu aktar minn kemm kienu s-sena l-oħra. Żgur li kull skola f’pajjiżna se timxi fuq dawn il-linji gwida u kien għalhekk li f’ħafna skejjel anki l-pawża se tingħata f’ħinijiet differenti, se tinżamm id-distanza soċjali ta’ 1.5 metri bejn it-tfal fil-klassi tal-primarja u t-tfal se jintalbu biex ikollhom magħhom tissues, wipes u sanitiser. F’dan il-kuntest nerġa' nisħaq kemm hu importanti li jkun hemm kooperazzjoni sħiha bejn it-tmexxija tal-iskola, l-għalliema, il-ġenituri u t-tfal infushom. Jalla li anki f’dawn iċ-ċirkustanzi diffiċli xorta jkollna esperjenza edukattiva pożittiva għal uliedna matul is-sena skolastika kollha. Żgur li tgħallimna ħafna mill-esperjenza li kellna s-sena skolastika li għaddiet.


7

SKOPRI

DINJA ĠDIDA

TA’ GĦARFIEN

Għal aktar informazzjoni dwar il-ħinijiet tal-ftuħ, skennja dan il-Kodiċi QR.

www.esplora.org.mt ESPLORA | Interactive Science Centre Villa Bighi, Kalkara KKR 1320 - Malta Għal iktar informazzjoni ċempel fuq 2360 2301 jew ibgħat imejl fuq info@esplora.org.mt

Esplora ċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza kien kofinanzjat mill-ERDF Esplora ntgħażel bħala wieħed mill-proġetti emblematiċi mill-Kummissjoni Ewropea


8

Esplora

bi programm edukattiv ġdid

Ritratt meħud minn Matt Thompson

Dr Jeffrey Pullicino Orlando Ċermen Eżekuttiv, Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija

B’ħidma magħkom l-edukaturi, iċ-ċentru se jkompli joffri l-aqwa tagħlim informali blgħan li iżjed studenti japprezzaw il-faxxinu tax-xjenza. Narawkom fl-Esplora!

Dawn l-aħħar xhur, ħassejna n-nuqqas tattfal tal-iskejjel - li tant jimlew iċ-ċentru b’ ferħ u attività. Minkejja dan, ma waqafx l-impenn fl-Esplora u apprezzajna l-kuntatt li bosta minnkom żammejtu magħna permezz tal-attivitajiet virtwali li organizzajna meta ż-żminijiet ma ppermettewx żjarat fiċċentru. Issa qed inħarsu b’entużjażmu għas-sena skolastika l-ġdida b’ċans li nilqgħukom lura ġewwa l-Esplora mhux b’mod virtwali biss, iżda fiżikament ġewwa l-Kalkara għall-għażla vasta ta’ workshops u xows offruti. Aktar tard f’Settembru l-Esplora ser iniedi programm edukattiv għall-iskejjel għas-sena skolastika ġdida 2021-2022. Il-programm huwa għodda utli ħafna għal kull edukatur. Fih wieħed jista’ jsib l-informazzjoni meħtieġa biex jippjana ż-żjara ġewwa ċ-ċentru. Id-dokument qiegħed imqassam b’tali mod li kull attività hija abbinata ma' età

partikolari. L-attività hija wkoll addattata u relevanti għall-kurrikulu li l-istudenti qegħdin jaħdmu fuqu fl-iskola. Wieħed mill-workshops li qed jiġi offrut għall-Kinder huwa dak ta’ Shapebird, fejn l-istudenti jmorru fuq avventura ħelwa u jitgħallmu iktar fuq l-għasafar u l-bajd li dawn ibidu. Fl-istess waqt l-istudenti jiskopru kuluri u forom differenti u jgħoddu flimkien bl-għan li forsi fl-aħħar jiltaqgħu ma’ Shapebird. Għal tfal li huma ftit ikbar, hemm xow blisem ta’ Superhero in You. Fih l-istudenti jiskopru numru ta’ poteri li l-bniedem tgħallem jimmanipula waqt interazzjoni live ma’ komunikatur tax-xjenza bl-użu ta’ bosta esperimenti affaxxinanti. Ma jonqosx ukoll workshop addattat għall-istudenti tal-'Junior School' bl-isem


9

GINA U L-ESPLORATURI

PROGRAM EDUKATTIV ĠDID FUQ TVM

Grazzi għall-inizjattiva ġdida, l-Esplora qed iżomm kuntatt miegħek f’darek, wara l-ħinijiet tal-iskola. Matul is-sena li għaddiet it-tim taledukazzjoni ġewwa l-Esplora daħal ta' Catch them Young. Fih ser issir diskussjoni fil-klassi dwar l-isterjotipi li jeżistu fil-qasam tax-xjenza. Flimkien ser niskopru kif tista' tieħu deċiżjonijiet ibbażati fuq il-fatti u l-kapaċitajiet ta' kull individwu differenti. Dejjem inżommu f’moħħna li minħabba l-imxija tal-COVID-19, l-affarijiet jistgħu jinbidlu skont l-esiġenzi tas-saħħa pubblika. Minħabba l-possibilitajiet varji ta’ kif l-iskejjel ser ikunu qed jaħdmu, saru l-preparamenti meħtieġa biex noffru l-aqwa esperjenza edukattiva - li ċ-ċentru hu rinomat għaliha – f’kull eventwalità. Għalkemm ser ikun possibbli li nospitaw l-iskejjel ġewwa l-Esplora, xorta waħda ser ikollna offerta virtwali li tagħti ċans lill-istudenti jipparteċipaw mill-klassi bl-użu ta’ Microsoft Teams.

Tinsiex li jekk inti Edukatur ġewwa Malta u Għawdex tista’ żżur l-Esplora mingħajr ħlas matul is-sena kollha, inkluż il-familja immedjata li tkun qed takkumpanjak. Minbarra dan infakkrukom li, bl-appoġġ sħiħ tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, skejjel tal-istat qed jibbenifikaw minn trasport b’xejn meta jżuru l-Esplora. Fl-isforzi tagħna biex innaqqsu l-użu talkarti, dan il-programm ser ikun aċċessibbli onlajn fuq is-sit elettroniku www.esplora. org.mt. Wieħed jista’ jaċċessah matul issena kollha. Jekk ikollok xi diffikulta’ tista’ tagħmel kuntatt magħna billi ċċempel fuq 23602299 jew tibgħat imejl fuq esplora. bookings@gov.mt Biex iżżomm ruħek aġġornat fuq kull avveniment u programm agħmel like fuq il-paġna ta’ Facebook www.facebook. com/esploramalta

għal sfida ġdida: dik li jtella’ skeda ta’ programmi fuq mistoqsijiet interessanti relatati max-Xjenza. Minn dan ħareġ Ġina u l-Esploraturi. Waqt is-sensiela Ġina, flimkien malesploraturi, tmur fuq numru ta’ avventuri u tieħu sehem f’numru ta’ esperimenti sabiex tiskopri aktar fuq id-dinja ta’ madwarna. Aċċess għall-episodji kollha tal-ewwel staġun ta’ Ġina u l-Esploraturi mxandar fuq TVM jinstab hawn : esplora.org.mt/ gina-u-l-esploraturi/


10

A K I T O B O R IRITU M I L R J A INGĦ M I S R O Ż ' RI D I N J A TA

M

eta tidħol fid-dinja tar-robotika, tidħol f’dinja bla limitu ta’ riżorsi, materjali u apparat li jolqot kull età. Dinja li wieħed jista' jesperjenza kemm waqt u anki wara l-ħin tal-iskola. Għalhekk huwa dejjem essenzjali li nagħrfu xi jwassalna għal dan it-tip ta’ tagħlim li hu ta’ benefiċċju għal kulħadd u fuq kollox għal studenti ta’ kull età. Mit-twelid dejjem nippruvaw nużaw apparat elettroniku li jistimulana u jgħallimna.

Għalhekk nistgħu wkoll nibagħtu lit-tfal tagħna minn età tenera ta’ tliet snin biex jitgħallmu l-bażi tar-robotika u koding biex jibqgħu jiżviluppaw l-abbilitajiet tul is-snin kollha fl-iskola. Wisq probabbli intom il-qarrejja qegħdin tistaqsu imma kif tista' tgħallem dan il-kunċett f’din l-età u kif jista' jiġi offrut programm ta’ robotika wara l-ħin tal-iskola ? Dwar dan tkellimna ma’ Abby Camilleri Pearson, li hija edukatriċi li tħarreġ għalliema fl-użu tat-teknoloġija fi ħdan il-kumpanija robocoach. Hi saħqet kemm hu essenzjali li nibdew ninvolvu lit-tfal f’dawn it-tip ta’ programmi sa minn età żgħira għaliex dawn l-attivitajiet iwassluhom biex itejbu l-proċessi loġiċi u mentali tagħhom. Għalfejn il-programmi tar-robotika wara l-ħin taliskola huma importanti u x’ benefiċċji għandhom? Il-programmi tar-robotika wara l-ħin tal-iskola jagħtu spinta tajba lill-prestazzjoni akkademika u jkabbru l-entużjażmu li jkollhom it-tfal għas-suġġett. Qegħdin ukoll inaqqsu l-imġiba ħażina għaliex, waqt dawn il-lezzjonijiet, it-tfal ikunu 'hands on' kontinwament; allura qegħdin jiffukaw fuq x’inhu mistenni minnhom u b’hekk jipprovdu ambjent sigur u strutturat għat-tfal biex ikomplu jitgħallmu barra mill-ħin tal-iskola. L-implimentazzjoni tar-robotika u t-teknoloġija fl-edukazzjoni

tagħti valur lit-tagħlim għaliex tista’ tuża kwalunkwe metodu ta’ tagħlim li inti kapaċi tuża biex tasal għar-riżultat finali. M’hemmx metodu wieħed biex tasal għal dan ir-riżultat, imma tista’ tapplika kull mezz ta’ tagħlim u ftehim li kapaċi jwasslek għal riżultat korrett u konkret. Bis-saħħa ta’ dawn il-kunċetti ġodda, aħna qegħdin nagħrfu ferm aħjar il-ħiliet ta’ kull individwu u mmexxuhom fl-aħjar triq biex itejbu l-kapaċitajiet tagħhom. X’relazzjoni hemm bejn ir-robotika u l-ħsieb loġiku ? Ir-robotika hija suġġett ferm importanti għal kull individwu għaliex il-mod kif nitgħallmu f’dan is-suġġett, ikabbar il-ħsieb loġiku u jgħinek biex issolvi problemi li tiltaqa’ magħhom b’kunfidenza u determinazzjoni biex issolvihom. Allura aktar ma tkun espost għal dan it-tip ta’ tagħlim, aktar tressaq lillindividwu biex jemmen fih innifsu u jkompli jitjieb fl-edukazzjoni tiegħu. Waqt dawn il-lezzjonijiet it-tfal qegħdin jaffaċċjaw sfidi differenti fejn huma stess iridu jaħsbu fis-soluzzjoni, jibnu jew joħolqu l-proġett mistenni minnhom u jittestjaw kif ukoll jimplimentaw il-proġett jew ir-riżultati mistennija. Dan il-proċess ta’ tagħlim li qed jintuża f’dawn il-lezzjonijiet qed ikabbar ġenerazzjoni ta’ persuni indipendenti, kunfidenti u fil-kontroll tat-tagħlim tagħhom. B’dawn il-kapaċitajiet l-istudenti jiġu ppreparati biex jaffrontaw ostakli oħrajn akkademiċi, kif ukoll filħajja barra mill-iskola, b’aktar kunfidenza u determinazzjoni.


11

Allura x’tip ta’ materjal u attivitajiet tar-robotika jeżistu għal etajiet differenti? Meta tidħol fid-dinja tar-robotika, tidħol f’dinja infinita ta’ riżorsi, materjali u apparat li jolqot kull età. Huwa importanti li nagħrfu xi jwassalna għat-tagħlim li jkun ta’ benefiċċju għalina. Mit-twelid dejjem nippruvaw nużaw apparat elettroniku li jistimulana u jgħallimna. Għalhekk nistgħu wkoll nibagħtu lit-tfal tagħna minn età tenera ta’ tliet snin biex jitgħallmu l-bażi tarrobotika u koding biex jibqgħu jiżviluppaw l-abbilitajiet tul is-snin kollha fl-iskola. Wisq probabbli qegħdin taħsbu ‘Imma kif tista' tgħallem dan il-kunċett f’din l-età?’. Jien ngħidilkom li importanti li nibdew it-tfal f’dan it-tip ta’ programmi minn età żgħira għaliex dawn l-attivitajiet iwassluhom biex itejbu l-proċessi loġiċi u mentali tagħhom. F’din l-età nużaw blocks bħal ‘Engino Eduċation Qboidz’ li huma magħmulin bil-ħsieb biex it-tfal jibnu mudell fuq istruzzjonijiet sempliċi. Dan jgħin il-moħħ biex jaħdem fuq sistema ta’ sekwenza biex iwassal lill-individwu jibni mudell. Nużaw ukoll robots li trid tagħtihom int l-istruzzjonijiet biex jimxu. Hawnhekk nużaw bebbuxu ħelu jismu ‘Qobo Robobloq’. Nibdew b’movimenti sempliċi bħal “imxi ‘l quddiem”, “imxi lura”, “dur fuq ix-xellug” jew “dur fuq il-lemin”. Nibdew infehmuhom li huma fil-kontroll ta’ x’qed jagħmel dan ir-robot. Nużaw ukoll ‘Sphero’ robot li jista’ jintuża fuq livelli differenti biex jifhmu li huma kapaċi joħolqu sekwenza ta’ istruzzjonijiet li r-robot irid jimxi magħhom. Eventwalment nibdew indaħħlu ċerti terminoloġiji itqal. Nibdew infehmuhom x’inhu ċertu mekkaniżmu, u xi skop għandu bis-saħħa tar-‘Robowunderkind’. Hemm relazzjoni bejn ir-robotika u l-koding ? Iva, fil-fatt dan u ħafna aktar iwassal għall-bażi tal-koding. Bil-koding titgħallem toħloq istruzzjonijiet (il-passi f'attività) u taqlibhom f'lingwa li l-kompjuter jifhem. Kompjuters jikkomunikaw f'lingwa msejħa binary li tuża 0's u 1's biex tiffunzjona. Koders jiktbu l-istruzzjonijiet bl-użu tal-'language programming' ta’ dak il-prodott jew programm li qegħdin jużaw. Nużaw prodott bhal ‘Kano’ fejn jgħallimhom x’inhu kompjuter, kif jibnuh u jsolvu avventuri tal-logħob bil-koding. Nafu kemm it-tfal iħobbu l-logħob tal- kompjuter; allura nużaw avventuri bħal ‘Sċottie Go!’ fejn iridu jgħinu aljen isib il-biċċiet tar-rokit li inkisrulu u waqa’ fid-dinja. Imma minflok imexxuh bil-joystick, iridu jipprogrammawh bilcoding blocks. Is-sabiħ tar-robotika hu li t-tfal jimxu 'l quddiem u javvanzaw skont l-abbilità tagħhom. Meta jkunu fehmu ċertu kunċetti, nibdew ngħallmuhom kunċetti itqal u ħafna mill-prodotti li nużaw għandhom din il-

faċilità li tħalli t-tfal javvanzaw meta jkunu lesti huma. Nibdew nużaw bini ta’ robots aktar avvanzati, fejn indaħħlu sensors biex jipprogrammaw ir-robots b’aktar sekwenzi interessanti. Hawn nużaw ‘Engino Education’ fuq livell għola, kif ukoll Il-‘VEX IQ’ biex ikomplu jiżviluppaw l-abbilitajiet tagħhom f’attivitajiet interessanti u motivanti għall-età tagħhom. Tista’ tgħid li tul is-snin kollha fl-iskola, għandna programmi tar-robotika li jistgħu jattendu biex ikomplu javvanzaw l-abilitajiet tagħhom. Tibda minn fejn tibda, qatt mhu tard biex titgħallem kunċetti adattati għalik. X’tissuġġerixxi lil dawk il-qarrejja li jridu aktar tagħrif? Dawk li jixtiequ jinvolvu t-tfal tagħhom f’dawn ilprogrammi ta’ wara il-ħin tal-iskola, jew iridu jużaw dan il-materjal, fejn jistgħu jsibuh? Biex tinvolvi lit-tfal tiegħek f’dawn il-programmi tar-robotika, tista’ żżur is-sit elettroniku tar-robocoach www.robocoach.com. mt fejn tista’ ssib korsijiet adattati għal kull età. Dawn qegħdin jiġu offruti f’ċerti skejjel, kif ukoll f’ċentri oħrajn. Il-prodotti li nużaw għal dawn il-korsijiet jistgħu jinxtraw minn fuq is-sit elettroniku tagħna www.digital.com.mt.


12

Lura l-iskola

bru, Kevin kien jibda ekk kif joqrob Settem sajf sħiħ jiġri u jilgħab jsewwed qalbu. Wara ta’ al-familja u jgħum tis ma’ sħabu, joħroġ m biex jibda kien iħossha bi tqila tgħid kważi kuljum, piċċa qatt. ih is-sajf seta’ ma jis al Għ . ola isk flb se jaħ m irid, anet twal u rqad kem Is-sajf kien ifisser ġr oħra. r-rota, u mitt elf ħaġa ġelati u graniti, ġiri bi

H

ktijiet tal-iskola aw l-ewwel riklami ta’ bas Imma hekk kif jibdew jitfaċċ nu jerġgħu jitfaċċaw kelmiet li kien jobgħod kie fuq it-televixin, l-iktar tliet u jew ma jogħġbux, a. Irid jew ma jridx, jogħġb quddiemu: Lura għall-iskol a għall-iskola! Settembru kien ifisser Lur . Bħas-soltu għand in-nannu Duminku Mela darba kien qiegħed torja ta’ Malta (u għod ikellmu fuq tfulitu. L-is kien joħodlu rasu biex joq udja dawk id-dati u ah imma ħej mhux biex jist tad-dinja) kienet tinteress nu, li kien jaf sew kienx jista’ għalihom! In-nan kotba tal-iskola. Dawk ma u l-opportunità n jaħmel l-iskola, kien jieħ kie ma n xej uti nep inm kem . biex jgħallmu bil-mod tiegħu ritratt k li kien, dakinhar għażillu In-nannu, ta’ nannu makak si ta' meta kien għadu tifel for antik mingħajr kulur tiegħu nnu. Ir-ritratt kien juri lin-nan xi sena jew tnejn ikbar mi xorz, qmis, ġersi u xi wħud nu u sħabu tal-klassi libsin ravata. minnhom kellhom ukoll ing klassi li konna ħadna “Dan huwa r-ritratt ma' talprimarja,” qallu n-nannu. meta kont għadni l-iskola nann?” staqsih Kevin. “Inti kont tħobbha l-iskola kont immur għal “U żgur li kont inħobbha u ġbu nannuh. qalbi, meta kont immur,” wie jem kont tmur “X’jiġifieri? Mela mhux dej ar għajnejn miftuħin skola?” staqsieh Kevin b’p beraħ. t niskar“Hekk hu. Mhux għax kon ħanut ta tafx. Imma aħna kellna tal-merċa. Kienet tieħu ħsiebu ommu għax missieri kien jaħdem l-għelieqi. Allura, pe-

Eduka GHat-Tfal

minn Rita Azzopardi

fil-ħamsa ta’ filgħodu mmur niftaħ il-ħanut jien li kel ba dar l we l-ew ux mh nuh. kelli għażla,” spjegalu nan u għalhekk, ħeqq, ma tantx t. Min jaf kemm anu f l-iskola biex tmur il-ħ “Cool,” għajjat Kevin. “Title kont tieħu gost nann?” ħed iebes, Ix-xogħol tal-ħanut kien wie “Nieħu gost? Lanqas xejn. Niltaqa’ ma’ sħabi, kont nista’ mmur kuljum. ħafna wkoll. Kemm xtaqt li ħu gost. Għadek ta fil-brejk, nitgħallem u nie nixxuttja xi ballun taċ-ċarru ajr probin li tista’ tmur l-iskola mingħ Kev nat rtu ffo inti m kem x ma taf lemi.” Imma nannuh dwar dak li qallu nannuh. Kevin deher li qed jaħseb ieni l-iskola kienet “U ħaġa oħra Kevin. Fi żm qatagħlu ħsibijietu u qallu, Imma xorta ma ta’ rikreazzjoni f’nofsinhar. ħin l għa a aqf b’w a, bgħ sal-er lu nannuh. konniex niddejqu,” spjega kola sal-erbgħa! ruħu. Mur ġib lilu jibqa’ l-is Veru, ħaseb bejnu u bejn blekx il-bagalja i fil-kamra ta’ fuq u nara nsi “Xi darba Kevin itla’ miegħ lu n-nannu. U jekk trid żommha inti,” qal a. kol l-is i egħ mi ħu nie t li kon fel. l-iskola nann?” staqsieh it-ti “Mela bil-bagalja kont tmur li għandola isk x dawn il-basktijiet tal“Iva ibni. Fi żmieni ma kellnie inkella biċċa bagalja soda biex isservi jew kom illum. Kulma kellna jew , u mitt elf lniex dawn il-pinen , gomom kel ma U ta. rru -ċa taċ ket bas x,” qallu. oġġett li għandkom illum taf iffortunat. . Beda jinduna kemm kien Kevin baqa’ jaħseb fil-kwiet lox bħalma ra ta’ żmienu, ma kellux kol Nannuh, bħal ħafna tfal oħ fil-basket tent li jmur l-iskola. Ftakar kellu hu imma xorta kien kun bil-pitazzi u jistennieh biex jibda jimlieh tal-Juventus ġdid fjamant ndu fil-pokit sijiet, gomom u temprini għa bil-kotba. Ftakar f’kemm lap a jbiddel xi qasam. U bħal donnu bed jew f tile li ġie a ħd wa il mu kem naqra fehmtu. li kif ġiet ommu għalih waqt “Grazzi nann,” qallu Kevin

faqqagħlu bewsa kbira. Kevin kien pront tela’ Kif wasal id-dar, dik il-lejla, kien fadlilha xi ġimagħtejn f’kamartu u avolja l-iskola l-basket ... u ma nesiex biex tibda, beda jippakkja skra ġo fih! Din idaħħal ukoll il-pokit bil-ma is-sena kien determinat li jaħdem iżjed u jgerger inqas!

ress li jien kont il-kbir fost ħuti,

! l ol k l i m o k l i l a jb a t t a k ti s a ol k s a n e s s I


13

A Q U R S I M A L B A IX-X

N

atalja bilkemm setgħet tagħlaq għajn m’għajn dak il-lejl. Mhux għax ma kellhiex ngħas. Imma l-ħsieb ta’ dak il-vjaġġ perikoluż li kienet se tibda l-għada ma ħallihiex torqod. Kellha wisq friefet fl-istonku tagħha bl-eċitament u bil-biża’ xħin bdiet tiftakar x’missjoni kienet qed tistennieha. Natalja kienet il-magħżula tas-Sultan Rafel. Lilha kien għażilha minn fost il-Kavallieri l-oħra. Lilha kien fdalha missjoni speċjali ... Natalja biss setgħet issalva r-renju. Ftit jiem qabel, matul il-lejl, mill-palazz tas-Sultan insterqet xabla tal-fidda. Din ix-xabla kienet tal-bużbużnannu tas-Sultan Rafel. Biha, mijiet ta’ snin ilu, kien rebaħ battalja qalila u biha kien salva r-renju ta’ Taħt Fuq. Minn dakinhar ’il quddiem ix-xabla kienet sabet postha fejn suppost kellha tkun – imdaħħla f’wieħed mill-ħitan għolja tal-palazz. Ixxabla kienet tagħti s-saħħa lir-rejiet li kienu jaħkmu r-renju. Sakemm waslet dik il-ġurnata tas-serqa ... “Xi ħadd minn fostkom se jkun magħżul biex isalva r-renju,” qal is-Sultan lill-Kavallieri miġbura. “Se tkun l-ajkla reali li se tagħtina s-sinjal ta’ min se jkun il-magħżul.” L-ajkla reali fetħet ġwinħajha beraħ u taret ‘il fuq ‘il fuq sakemm bil-mod il-mod niżlet ‘l isfel u mmarkat lil Natalja, waħda mill-Kavallieri l-aktar kuraġġużi. Natalja mxiet lejn is-Sultan li kien fuq il-pedestall quddiem nett u niżlet għarkupptejha quddiemu. Baxxiet rasha u hu ħatarha bħala

l-Magħżula. “F’idejk issa Natalja,” qalilha s-Sultan. “Il-vjaġġ se jkun perikoluż u twil iżda inti għandek il-kuraġġ u l-qawwa li tagħmlu. Għada mas-sebħ nagħtik dak kollu meħtieġ. Mur issa. U strieħ.” Filgħodu kmieni Natalja kienet għand is-Sultan Rafel. Liebsa korazza tal-ħadid, elmu f’rasha u bil-barżakka mdendla ma’ spallejha, imxiet lejn il-bieb tal-palazz. “Ħu din il-lampa Natalja. Din se tgħinek tara fid-dlam. Għandek ħabel oħxon u sod biex tkun tista’ tużah meta tgħaddi minn qalb l-għerien,” qalilha s-Sultan. Natalja ħadet il-lampa u l-ħabel f’idejha u daħlithom fil-barżakka. Is-Sultan kompla, “Natalja, miegħek se jkollok lill-ajkla reali takkumpanjak matul il-vjaġġ. Hija se tipproteġik u qatt m’int se tħossok waħdek.” Is-Sultan saffar u f’leħħa ta’ berqa, dehret ittir fil-baxx l-ajkla bi ġwinħajha kbar u sbieħ. U hekk Natalja bdiet il-vjaġġ tagħha. L-ewwel jum u lejl għaddew tajjeb u ma tantx iltaqgħet ma’ ostakli diffiċli. Għamlet il-qalb għalkemm kienet taf li l-kbir kien għadu ġej. L-għada filgħodu kmieni kienet ġa qamet u kompliet triqitha lejn l-Art is-Sewda fejn kienu jgħixu kreaturi koroh u kattivi għall-aħħar. Hekk kif waslet qalb l-għerien użat il-ħabel biex iddendlet mal-irdum. Biċċiet mill-blat beda jċedi bit-toqol tagħha. Taħt l-irdum kien hemm ħafna kukkudrilli mġewħa. L-ajkla baqgħet tittajjar viċin Natalja b’seba’ għajnejn biex lit-tfajla kuraġġuża ma jiġrilha xejn.


14

Mas-Siġra

tal-Ballut

Ktejjeb għat-tfal dwar l-Unjoni Ewropea bi storja ta' Trevor Żahra

Il-ktieb hu mqassam fi tliet partijiet. L-istorja ta’ Trevor Żahra titkellem dwar il-ħajja ta’ kuljum ta’ grupp ta’ annimali li ddur ma’ siġra tal-ballut. L-ors, il-brimba, is-serp, il-qanfud u l-ġojjin jikkonvinċu lill-fenek li aħjar ikunu magħqudin milli kulħadd jaqdef għal rasu! It-tieni parti tal-ktieb toħroġ l-elementi ewlenin tal-istorja biex tispjega kif dak li jgħaqqad is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea huwa mfisser fil-motto tagħha, ‘Magħqudin fid-Diversità ’ u kif l-Unjoni Ewropea hi bbażata fuq valuri bażiċi bħar-Rispett, id-Demokrazija, l-Ordni, is-Solidarjetà, il-Libertà u l-Ugwaljanza. It-tielet parti tikkonsisti fi 12-il eżerċizzju prattiku li minnhom, il-qarrejja jkunu jistgħu japplikaw dak li jkunu tgħallmu fil-bqija tal-ktieb.

Tista' tniżżel il-ktieb f’format diġitali minn fuq is-sit sem.gov.mt /latest-updates/ publications. Għal aktar informazzjoni, jew jekk tixtieq kopja stampata tal-ktieb, ikkuntattja lil Servizzi Ewropej f’Malta fuq 2200 3300 jew ibgħat email fuq info.sem@gov.mt


Ftit aħbarijiet mid-dinja kkulurita TAS-

Sagħtar

Minn Fondazzjoni Sagħtar

Għandna ħafna aħbarijiet sbieħ għat-tfal ta’ kull età li jħobbu jaqraw bil-Malti, u dawn huma xi ftit minn dak li qegħdin inħabbru. Aktar informazzjoni ssibuha dejjem fuq saghtar.org.mt, li huwa s-sit tal-Fondazzjoni. Sadattant nawguraw lit-tfal kollha sena skolastika ġdida mill-aqwa!

1

ABBONAMENT GĦAS-SENA SKOLASTIKA 2021-2022 – OFFERTA LIMITATA Issa li r-rivista Sagħtar qed tkun ukoll stampata, kull min hu interessat jakkwista kopja jista’ jsibha fil-ħanut li nfetaħ bħala parti mis-sit saghtar.org.mt. Bħalissa għandna offerta għal abbonament ta’ tmien edizzjonijiet stampati tal-magażin li se joħorġu kull xahar fis-sena skolastika li se tibda, jiġifieri minn Ottubru 2021 sa Mejju 2022. L-offerta hija ta’ abbonament sħiħ għallprezz ta’ €20 flok €25. Fl-istess ħanut wieħed isib ukoll għall-bejgħ ir-rivisti passati, għażla ta’ kotba sbieħ għat-tfal u pubblikazzjonijiet oħra.

NARAWKOM IL-FESTIVAL Applikajna sabiex bħala Fondazzjoni Sagħtar nipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021, li ser isir bejn it-3 u s-7 ta’ Novembru li ġej. Aktar informazzjoni dwar dan il-festival toħroġ mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u ssibu informazzjoni wkoll fuq saghtar.org.mt hekk kif jitħabbru d-dettalji.

3

2

IBAGĦTULNA L-KITBIET TAGĦKOM Min jixtieq jissottometti xi kitba, bħal xi poeżija, artiklu jew storja kreattiva, jista’ jibgħat il-korrispondenza tiegħu lil editor@saghtar.org.mt. Żommu f’moħħkom li kull kitba trid tkun immirata prinċipalment lejn studenti ta’ bejn seba’ snin u tnax-il sena. Nieħdu gost jekk ikunu kitbiet mit-tfal stess!

SAGĦTAR APP Fl-aħħar nett, b’eċitament kbir inħabbru li qegħdin naħdmu fuq mobile app ġdida ta’ Sagħtar! Din l-app ser ikun fiha numru sabiħ ta’ sorpriżi, inkluż element interattiv li jkompli jiżviluppa fuq l-ideat sbieħ tar-rivista. Dan il-proġett qiegħed jiġi ffinanzjat permezz tal-Voluntary Organisations Project Scheme, amministrata mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat f’isem il-Ministeru tal-Edukazzjoni, li minn hawn nieħdu l-okkażjoni sabiex nirringrazzjawhom.

4

15


16

€8 miljun għal sensory-hydrotherapy pool fl-iskola f’Ta’ Sannat B’investiment ta’ €8 miljun ħolma se ssir realtà permezz tal-bini ta’ sensory-hydrotherapy pool fl-Iskola Primarja f’Ta’ Sannat fejn jattendu tfal u studenti żgħażagħ bi ħtiġijiet edukattivi individwali. F’din l-iskola, li diġà għandha programm edukattiv intensiv – li jinkludi wkoll il-hydrotherapy – it-tfal u l-istudenti issa se jkunu jistgħu jużaw din it-tip ta’ pixxina speċjalizzata fl-iskola tagħhom stess. L-Iskola Primarja tas-Sannat, Għawdex hija waħda mainstream imma tħaddan fiha Taqsima Speċjali għal persuni b'diffikultajiet speċjali. Hemm studenti oħra li jattendu l-Ispecial Unit fuq bażi part-time u wkoll studenti minn klassijiet mainstream minn Għawdex kollu. Il-missjoni ta’ din it-Taqsima Speċjali hija ċara: • Li tipprovdi edukazzjoni ta’ kwalità għall-istudenti skont il-ħila tagħhom; • Tieħu ħsieb id-diversità; • Trawwem attitudni ta’ kura, awto-dixxiplina, aspettattivi għoljin u kisba ta' standards mhux biss fost l-istudenti iżda wkoll fost il-edukaturi, il-ġenituri u l-komunità. Skola u Taqsima Speċjali li għandha wkoll viżjoni importanti: Li taħdem biex tipprovdi riżultati pożittivi tat-tagħlim megħjuna minn involviment kostanti tal-ġenituri f'edukazzjoni ħolistika li tagħti s-setgħa u tissodisfa lill-istudent biex jippermettilu jipparteċipa b'mod proattiv fis-soċjetà. Il-Gozo College Sannat Primary and Special Unit jaħseb għal studenti mainstream fil-livell tal-kindergarten u tal-primarja; Snin Bikrin, studenti tal-Livell Primarju u Sekondarju u Adulti Żgħażagħ bi Bżonnijiet Edukattivi Individwali. Il-ħidma li għaddejja fis-settur edukattiv hija waħda mifruxa. U dikjarazzjoni tal-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana hija wkoll viżjoni għat-tkattir tal-ħidma f’din l-iskola. “Se naraw li din l-iskola tkun ċentru ta’ eċċellenza li jservi ta’ taħriġ għall-edukaturi u professjonisti oħra. L-iskola f’Ta’ Sannat diġà għandha kuntatti tajbin ma’ diversi skejjel fl-Ewropa, saħansitra mal-Finlandja u għalhekk huwa mistenni li permezz tal-Erasmus+, l-iskola ssir ċentru ta’ taħriġ fuq livell Ewropew”.

L-awtiżmu jġib miegħu ħafna sfidi u ebda każ mhu bħal ieħor, u għalhekk nitkellmu dwar persuni fuq il-firxa wiesgħa tal-awtiżmu. Ir-riċerka turi li t-terapija tista’ tagħmel differenza kbira għal dawn il-persuni, b’mod partikolari fejn tidħol l-imġieba, filwaqt li sservi ta’ motivazzjoni biex jitgħallmu. Kien għalhekk li ngħata bidu għal dan il-proġett mhux biss ta’ hydrotherapy pool imma wkoll sensory-hydrotherapy pool, biex dawk li jeħtieġu din it-terapija jkollhom pixxina attrezzata għall-bżonnijiet speċifiċi ta’ persuni bl-awtiżmu. Dan il-proġett huwa importanti ħafna u għandu dimensjonijiet differenti. Hija qalet li nitkellmu ħafna dwar l-inklużjoni, imma finalment l-inklużjoni trid tiġi mwettqa u rridu nkunu aħna stess li nattwawha. Il-kelma inklużjoni tfisser li nagħtu d-drittijiet lil kull tifel u tifla, indipendentament mill-ħiliet u l-bżonnijiet tagħhom, imma rridu nkunu aħna li nagħtu l-opportunità, imma fuq kollox il-faċilitajiet. Dan il-proġett huwa wkoll proġett fdat f’idejn il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada. Il-pixxina se tkun aċċessibbli wkoll wara l-ħinijiet tal-iskola u għalhekk se jkollha aċċess separat mill-binja tal-iskola, filwaqt li l-bini u l-pixxina se jkunu aċċessibbli għall-komunità, għal persuni li għandhom sfidi ta’ mobbiltà. Ir-riċerka turi wkoll li dak li huwa ta’ benefiċċju għal tfal bl-awtiżmu, huwa ta’ benefiċċju wkoll għat-tfal kollha – kunċett magħruf bħala ‘universal design’ – u għalhekk huwa mistenni li l-pool igawdi minnu kulħadd, kemm fil-ħin tal-iskola u anke wara. Il-pixxina se jkollha ilma b’temperatura adattata, dwal u ħsejjes kontrollati, kif ukoll karatteristiċi sensorji (sensory features). Biswit il-pixxina se jkun hemm ukoll kamra għall-Ewwel Għajnuna, faċilitajiet sanitarji u changing rooms.


17

Skola tal-Arti Moderna: Ninvestu fil-ħiliet artistiċi Antoine Camilleri, Victor Diacono, Harry Alden, Vincent Apap, Willie Apap, Esprit Barthet, Anton Inglott, Carmelo Mangion. Ismijiet li huma marbuta malkultura u l-arti. Għandhom ukoll rabta oħra: artisti rinomati li kellhom l-edukazzjoni formali tagħhom flIskola tal-Arti fil-Belt Valletta. Bini li jmur lura s-snin u li għandu storja rikka warajh u marbuta mal-arti. L-edukazzjoni, l-istorja, l-arti, kollha kemm huma jmorru id f’id. Huma dawk li jagħmluna min aħna, huma s-sisien ta’ dak li jagħmilna poplu Malti u Għawdxi. Il-binja kienet inawgurata ftit tal-ġimgħat ilu mill-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana: b’investiment ta’ €5 miljun mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada. Inawgurazzjoni li ġiet wara proġett ta’ restawr tal-Iskola tal-Arti fil-Belt Valletta li tifforma parti mill-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli. Proġett li għaqqad flimkien il-patrimonju kulturali, il-futur fis-settur tal-arti u l-edukazzjoni. Kulleġġ imsemmi għal missier il-Lingwa Maltija, il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli li twaqqaf fid-19 ta’ Novembru 2018 bil-għan li jiffoka kif jista’ jtejjeb u jikkordina aħjar l-Edukazzjoni Viżwali u Performattiva f’Malta u Għawdex. Il-Prinċipal tal-Kulleġġ, Victor Galea jgħidilna li, “il-viżjoni tagħna hija li dawn l-iskejjel jiksbu rikonoxximent xieraq bħala grupp ta’ skejjel akkademiċi. Dan billi niffokaw fuq il-kwalita’ tat-tagħlim tal-arti viżwali u performattiva f’dawn l-iskejjel. Bħala Kulleġġ naħdmu kemm nifilħu biex naraw li tinħoloq sinerġija bejn dawn l-iskejjel speċjalizzati. Barra minn dan, irridu nrawmu fl-istudenti tagħna, b’mod partikulari fiżżgħar tagħna, dan l-għarfien dwar l-ekonomija tal-industriji tal-kultura u tal-kreattivita’ f’pajjiżna”. Din il-binja ilha mill-1926 tilqa’ fiha t-tagħlim tal-arti. Kien hemm waqfa meta l-Iskola tal-Arti ħadmet minn postijiet oħra, imma llum din

il-binja qed terġa tilqa’ l-Iskola tal-Arti fi ħdanha. Binja li llum ingħatat id-dehra li jixraq, mhux biss għal dan il-post storiku, imma wkoll biex tilqa’ fiha l-Iskola tal-Arti f’post restawrat, f’post li jixraq għat-tagħlim ta’ kull forma ta’ arti, għaliex daħħalna din il-binja fid-dinja moderna u fiż-żminijiet tal-lum. L-Iskola tal-Arti infetħet fl-1926 f'Casa Tessi (magħrufa wkoll bhala Casa Brunet) fil-parti t'isfel ta' Triq il-Fran, il-Belt Valletta. Dan il-palazzin eleganti u elaborat tas-seklu 18 kien propjetà ta' kavallier Franċiż fi żmien l-Ordni. Wara mewtu huwa ħalla din il-binja lill-Ordni, għalhekk illum din hija propjetà tal-Istat. Għal xi żmien l-Iskola tal-Arti ħarġet minn din il-binja li bdiet tintuża bħala l-Qorti tal-Maġistrati. Xi snin ilu l-Iskola tal-Arti reġgħet lura f'dan il-palazzin. Fuq talba tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada wettqet proġett ta' restawr u tisbieħ tal-binja. Il-proġett inkluda wkoll it-tibdil tas-sistemi tad-dawl u l-ilma, ftuħ ta’ kmamar ġodda, installazzjoni ta’ lift, u spazji moderni u komdi f’ambjent li jirrispetta l-wirt storiku. Ħames miljun ewro investiment għar-restawr ta’ binja fil-Belt biex minnha jkun indokrat it-talent tal-mijiet ta’ persuni li jagħżlu l-Iskola tal-Arti biex jiżviluppaw il-ħiliet artistiċi tagħhom. L-aspirazzjoni hija li min jiġi f’din l-iskola joħlom li jista’ jilħaq il-livelli tal-individwi li bil-kreattività tagħhom ikkontribwixxew fl-iżvilupp tal-identità tagħna bħala Maltin.


18


19

L-ULIED: huma ballun matul il-proċess tas-separazzjoni?

L-awgurju għall-familji hu li jmantnu relazzjoni tajba u feliċi. Iżda sfortunatament, ir-realtà turina illi dan mhux dejjem possibbli. Ir-relazzjonijiet romantiċi huma kumplessi u jafu jkunu sors ta’ ħafna uġigħ u rabja. Steve Libreri - Direttur Direttorat Għall-Ħarsien tat-Tfal

Ovvjament, mitt bniedem mitt fehma. Filmaġġor parti tad-drabi, in-nies jirnexxilhom jimmaniġjaw dan l-uġigħ b’mod relattivament matur u responsabbli. Iżda, f’porzjon tal-popolazzjoni, ir-relazzjonijiet ikunu sors ta’ ħafna antagoniżmu, ġlied u firda. Meta l-bniedem qed jipprepara biex jiġġieled, jasal f’mument fejn irid jagħżel l-istrateġiji tiegħu. Waqt kunflitti bejn koppji, mhux impossibbli li waħda mill-istrateġiji tkun li jiżżeffnu terzi li mhux involuti fir-relazzjoni. Fix-xogħol, dan hu magħruf bħala l-mument fejn ġie ffurmat trianglu; biż-żewġ ponot jirrappreżentaw lill-koppja, u t-tielet ponta li tirrappreżenta lill-persuna jew persuni li qed jiżżeffnu fin-nofs. Sfortunatament, mhix impossibbli li t-terza persuna jkunu t-tfal tal-ġenituri, li jkunu mġegħlin jipparteċipaw fil-kunflitt mingħajr ebda skrupli.

Nixtieq niċċara illi hemm sitwazzjonijiet fejn it-tfal jiffurmaw kunflitt ma’ xi ġenitur minħabba azzjonijiet ħżiena illi saru min-naħa ta’ dak il-ġenitur. Din it-tip ta’ mġiba fit-tfal hi konsegwenza naturali u aċċettabbli. F’dawn is-sitwazzjonijiet il-vuċi tat-tfal qed tirrakkonta uġigħ li kien esperjenzat verament u li jsib il-ħtija f’dak il-ġenitur li ma onorax ir-responsabbiltà ta’ ġenitur. Biss dan l-artiklu qed jispjega binarju ieħor. Ikun hemm mumenti, fejn it-tfal ma esperjenzaw l-ebda għawġ mingħand ġenitur partikolari, iżda wara li jkun hemm proċess ta’ influwenza sħiħa mill-ġenitur l-ieħor, tinbena alleanza bejn ġenitur u t-tfal kontra ġenitur ieħor. Meta tiġri din, jinbet ostaklu bejn wild u ġenitur li jtellef l-opportunità tat-tfal li jirċievu l-imħabba, ir-relazzjoni, il-kura u benefiċċji oħrajn minn dak il-ġenitur li qed jiġi riġettat.

Ir-riċerka tindika li tfal li jgħixu f’ambjent li hu ħieles minn kunflitti fil-familja, imorru aħjar fuq firxa ta’ affarijiet, bħall-edukazzjoni, kriminalità, użu ta’ sustanzi, eċċetera. Dan hu possibbli anke f’koppji sseparati li jagħżlu li ma jesponux lil uliedhom għal ħafna piki żejda. Dawn ir-riċerki jindikaw bl-aktar mod ċar illi aċċess għal relazzjonjiiet sbieħ u sani, fl-aħħar mill-aħħar iservu l-aħjar interessi tal-minuri. F’każijiet ta’ triangulazzjoni, il-minuri jkunu misruqin minn dan iċ-ċans u saħansitra ġieli jkunu mġegħlin isofru fis-silenzju emozzjonijiet ta’ ħtija minħabba dak li jkunu qegħdin jagħmlu kontra ġenitur bla ħtija. Riċerki varji jindikaw li dawn is-sitwazzjonijiet iħallu impatt fuq it-tfal, liema effett jidher l-iktar meta dawn it-tfal isiru adulti u jibdew jesperjenzaw diffikultajiet fir-relazzjonijiet intimi tagħhom u anke dik ma’ wliedhom. Is-separazzjoni hija kiefra. Kun prudenti. Iddeffisx lil uliedek fi ġlieda li hi tiegħek. Din hi responsabbiltà tiegħek ta’ ġenitur.

Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali


20

pa b’kom t n e ż

e -p r - se l i i fi s t w n a de Prat enz stu i tika li tgħinna nesperj l al s għ I

ss j o n i u ħ n i e

i n a s k o l a st k a l i ġ e j j

n a.

a.

s komp fulne lu l-korsi jiet ta’ mind

H

ekk kif l-iskejjel għal darb’oħra qegħdin jippreparaw biex jiftħu l-bibien tagħhom għal eluf ta’ studenti madwar Malta u Għawdex, wieħed ma jistax ma jsemmix l-eċċitament u l-ferħ li jġib miegħu dan iż-żmien b’ħafna edukaturi, għalliema u studenti li jkunu ilhom jippreparaw għal dan il-jum speċjali. Studenti eċċitati li se jirritornaw lura fuq il-bankijiet tal-iskola, għalliema ħerqana lesti biex jilqgħuhom u ġenituri ferħana li t-tfal tagħhom ħa jibdew sena skolastika oħra. Sena ġdida mimlija affarijiet, ħbieb, esperjenzi u emozzjonijiet ġodda. U kif iż-żmien jibda riesaq għal dan il-jum tant mistenni,

tibda tinħass ukoll it-tensjoni ta’ min jaf x’ħa jiġri f’din is-sena skolastika li ġejja. Ħa jagħlqu l-iskejjel did-darba? Ħa mmorru onlajn? Ħa nagħmel ħbieb ġodda? Min jaf ma' min ħa nkun fil-klassi dis-sena? Tgħid se tkun sena diffiċli biex inlaħħaq max-xogħol marbut mas-sena akkademika li qiegħda fiha? Elf mistoqsija li ftit għandhom tweġiba għaliha daqshekk kmieni fis-sena. Ngħiduha kif inhi, ftit li xejn nafu x’se jiġri fil-futur u dan iġib miegħu inċertezzi u perċezzjoni ta’ biża'. It-tfaqqigħ ta’ din il-pandemija ma għenitx f’dan ir-rigward. Fil-midja socjali terġa’ tibda tinħass it-tensjoni u l-ansjeta`. Min irid l-iskejjel jiftħu għax għalihom il-ħajja għandha tkompli, speċjalment għal min jaħdem u m’għandux ma’ min iħalli t-tfal jekk l-iskejjel jerġgħu jagħlqu. Pero` hemm min hu beżgħan u jippreferi ma jkunx hemm taħlit fl-iskejjel. Diversi opinjonijiet li jħallu impatt emozzjonali fuq dak li jkun. Huwa tajjeb li nirrikonoxxu dan. Kif ktibna dejjem f’artikli preċedenti, mindfulness jgħinna nagħrfu dan u x’impatt qed iħallu fuqna dawn l-esperjenzi. M’għandniex għalfejn ngħaġġlu nippruvaw insolvu xejn jew wisq anqas li nrażżnuhom. Minflok, għandna nieqfu u nesperjenzaw b’mod kompassjonali u bi ħniena lejn dak kollu li għaddejjin minnu u nsaqsu lilna nfusna mistoqsijiet bħal:

Kif qed inħossuna f’dawn il-mumenti? X’qed inħossu? Fejn f’ġisimna qed inħossu dan?

ELAINE AZZOPARDI

Irrabjati, nervużi, konfużi. Qalbna tħabbat eċċessivament, wiċċna aħmar, idejna għarqanin. Ħsibijiet u emozzjonijiet ġejjin u sejrin, bħall-mewġ ġo nofs oċean. Meta npoġġuhom fiċ-ċentru tal-attenzjoni tagħna, inkunu qed nikkreaw l-ispazju li għandna bżonn biex narawhom b’mod aktar ċar. Saħansitra nkunu kapaci nirkbu dan il-mewġ f’mumenti kaotici. Ċertament ma ninsewx l-eżerċizzji tan-nifs li tant huma importanti waqt li qed nagħmlu dan l-proċess. Kif tkellimna, in-nifs huwa ankra tajba fejn inpoġġu l-attenzjoni tagħna meta l-baħar ikun imqalleb sabiex nerġgħu nsibu saqajna sodi malart. Sitwazzjonijiet mhux faċli, imma aktar ma nipprattikaw l-arti ta’ mindfulness, aktar tiġi naturali u ssir parti minn ħajjitna u minna. Ma ninsewx li mindfulness mhijiex xi ħaġa li tagħmel għal ftit ġimgħat u tieqaf, imma hija mod t’għajxien kontinwu li tiġi inkorporata matul ħajjitna kollha. Nawgura l-isbaħ xewqat lill-istudenti u l-edukaturi kollha għas-sena skolastika li ġejja u nfakkarhom li f’ħajjitna ngħaddu minn fażijiet ta’ dawl, dlam, riflessjonijiet, dellijiet, kuluri mżewqa u mewġ. Li nħaddnu dawn l-esperjenzi kollha huwa importanti għat-tkabbir intern tagħna nfusna u ta’ kif nirrelataw mal-oħrajn. Fl-aħħar mill-aħħar, dan hu l-qofol ta’ mindfulness, li nimxu pass pass billi ngawdu u nesperjenzaw il-mument preżenti. Għal aktar informazzjoni, nistedinkom issegwu l-paġna tiegħi fuq Facebook, Mindfulness with Elaine: Calming the puppy mind.


21

5 Modi kif ir-Realtà Virtwali 5qed Modiittejkifjeir-Realtà Virtwali b l-edukazzj oni

5 Modi kif ir-Realtà Virtwali 5 qed Modiittejjeb kif ir-Realtà Virtwali l-edukazzjoni qed ittejjeb l-edukazzjoni

qed ittejjeb l-edukazzjoni

Tassisti studenti b’ diżabilitajiet Tassisti studenti b’ diżabilitajiet

Ir-Realtà Virtwali tippermetti lil għalliema biextippermetti jevalwaw Ir-Realtà Virtwali lill-progress għalliematal-istudenti biex jevalwaw l-progress tal-istudenti

Tgħin lil istudenti jippreparaw għal lil impjiegi Tgħin istudenti jippreparaw għal impjiegi

L-istudenti jittieħdu f'postijiet li normalment qatt ma jkunu żaru Iżżid l-impenn ta’ l-istudenti Iżżid l-impenn ta’ l-istudenti

Tassisti studenti b’ diżabilitajiet

TassistieSkills studenti b’ eSkills Malta Foundation eSkills diżMalta abilitajiFoundation et eSkills /ESkillsMalta /ESkillsMalta

@eSkills_Malta @eSkills_Malta

www www

www.virtualr www

L-istudenti jittieħdu f'postijiet li normalment qatt ma jkunu żaru

www.virtualrealityexp.co.uk www.virtualrealityexp.co.uk

L-istudenti jittieħdu f'postijiet li normalment qatt ma jkunu żaru L-istudenti jittieħdu f'postijiet li normalment qatt ma jkunu żaru

eskills.org.mt eskills.org.mt


22

INĦASSET IL-ĦTIEĠA LI MA JIBQAX IKOLLNA LIĠI WAĦDA LI TIRREGOLA L-QASAM EDUKATTIV IMMA KULL QASAM IKOLLU LIĠI LI TIRREGOLAH

Dr Dennis Zammit, Avukat u Edukatur L-Att tal-2019 dwar l-Edukazzjoni li kien diskuss u għadda mill-Parlament wara konsultazzjoni wiesgħa, se jidħol fisseħħ fl-1 ta’ Otturbu li ġej, b’eċċezzjonijiet żgħar. Ir-riforma li saret f’din il-liġi taħseb għal titjib fuq il-liġi preċedenti u wkoll iddaħħal kunċetti ġodda li kollha għandhom għan aħħari – it-tisħiħ tal-edukazzjoni li tingħata lil uliedna. EDUKA tkellem mal-Avukat Dennis Zammit, Kap tad-Dipartiment Legali tal-Malta Further and Higher Education Authority (MFHEA).

Għaliex inħass il-bżonn li jkun hemm riforma tal-liġi? Il-liġi tal-Edukazzjoni (Kap 327 tal-liġijiet ta’ Malta) ilha fis-seħħ mill-1988. Tul is-snin saru diversi emendi. Kif wieħed jista’ jifhem meta tiġi abbozzata liġi ħadd ma jkun ċert 100% kif se taħdem u għalhekk maż-żminijiet din tiġi emendata biex fejn hemm nuqqasijiet jittejbu u biex il-liġi tiġi aġġornata skont il-ħtiġijiet taż-żminijiet. Għalkemm isiru dawn l-emendi, liġi wkoll tasal fi żmien fejn bħal kull ħaġa oħra jkollha bżonn tinbidel. Hekk ġara wkoll f’dan il-każ. L-edukazzjoni huwa qasam li fih hemm bżonn li jkun hemm iktar iffukar. Għalhekk minn barra r-raġunijiet ta’ qabel inħasset il-ħtieġa li ma jibqax ikollna liġi waħda li tirregola l-qasam edukattiv mill-primarja sal-qasam avvanzat u ogħla, imma kull qasam ikollu liġi li tirregolah.

Il-Ministru Justyne Caruana għadha kemm ħabbret li l-Att dwar l-Edukazzjoni, li kien għadda mill-Parlament fl-2019 se jidħol fisseħħ mill-1 ta’ Ottubru li ġej. X’kienet il-ħidma biex ġiet abbozzata liġi ġdida? Vjaġġ twil li beda bejn wieħed u ieħor fl-2015. L-ewwel pass kien li jinġabru kemm jista’ jkun ideat u prinċipji li kellhom ikunu nklużi fl-abbozz il-ġdid. Dan kien ta’ użu kbir peress li l-iktar nies li jkunu jistgħu jagħtu dan it-tip ta’ rispons u ideat huma n-nies li jkunu qed iħaddmu l-liġi. Barra dawn il-proposti, kien hemm ukoll ideat u ħtiġijiet li jkunu ħarġu tul iż-żmien. L-esperjenza tibda turik fejn hemm bżonn bidliet biex il-liġi tkun iktar ċara u tnaqqas il-lok ta’ interpretazzjoni, fejn hemm artikli li ma jkunux għadhom relevanti u xi artikli ġodda li jkun hemm bżonn li jiġu ntrodotti. Fl-2016 ġie abbozzat abbozz li kien miftuħ għall-konsultazzjoni pubblika. Minn dan l-eżerċizzju nġabru suġġerimenti minn xejn inqas minn 40 persuna jew entita’. Kien hemm ħafna siegħat ta’ laqgħat u dejjem wieħed jibdel u jirranġa sakemm wieħed iħoss li l-prinċipji meħtieġa jkunu qed jiġu milħuqa u fl-istess ħin, sa fejn hu possibli, kull min se jħaddem din il-liġi jkun komdu b’dak abbozzat.


23 X’inhuma l-emendi li l-aktar li jispikkaw f’din il-liġi? Hemm diversi punti, li ħafna minnhom imissu aspetti prattiċi tal-edukazzjoni. L-ewwel bidla sinifikanti hija li l-aċċess għall-edukazzjoni sar wieħed iktar wiesgħa u issa kull min jirrisjedi f’Malta se jkollu dritt għal aċċess. Prinċipju mportanti ħafna li ġie ntrodott huwa dak li kull deċiżjoni meħuda għandha tkun fl-aħjar interess tat-tfal. Prinċipju li diġa jeżisti f’liġijiet oħra imma issa ġie nkluż f’din il-liġi wkoll. Għalhekk għalkemm id-dritt li deċiżjonijiet fuq materji edukattivi jkun tal-ġenituri se jibqa’, id-deċiżjoni trid tkun waħda fl-aħjar interess tat-tfal. Meta l-awtoritajiet edukattivi jħossu li dan mhux qed ikun segwit, jistgħu jirreferu l-każ għall-Bord tal-Affarijiet Edukattivi. Dan huwa bord imwaqqaf apposta biex jistħarreġ dawn il-każijiet. Ilbord ikun magħmul minn 5 membri, kompost minn chairperson li jkollu għarfien xieraq dwar materji relatati mal-edukazzjoni tat-tfal u li jkun eliġibbli biex ikun appuntat maġistrat. Wieħed mill-membri għandu jkun edukatur, ieħor professjonist fil-qasam psikosoċjali, rappreżentant tal-ġenituri u espert fil-qasam tal-edukazzjoni nklussiva. Il-membri jkunu maħtura mill-Ministru wara qbil mal-Kummissjoni Persuni b’diżabilità. Prinċipju ġdid huwa dak tal-edukazzjoni ekwa. Bidla millkunċett ta’ edukazzjoni ugwali. Dan ifisser li f’ċertu każijiet jistgħu jinħolqu policies u programmi li jkunu jilħqu l-ħtieġa ta’ ċerti studenti u li forsi jkun hemm bżonn ukoll li ma jsegwux il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali. Se jiġi ntrodott il-kunċett tal-edukazzjoni d-dar. Din mhux edukazzjoni onlajn kif bdejna nidraw xi ftit waqt il-pandemija, iżda alternattiva għall-obligu li ġenituri jirreġistraw it-tfal fi skola, kif inhu l-obbligu legali.

Biex wieħed imur għal din it-tip ta’ edukazzjoni jrid jassigura li l-Edukatur id-dar għandu jkollu warrant ta’ għalliem u l-ewwel għandu jingħata liċenzja biex ikun jista’ jagħmel dan. Applikazzjoni biex tiġi pprovduta edukazzjoni mid-dar għandha tkun fl-aħjar interess tal-minuri meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi u sitwazzjoni tal-minuri u l-familja tiegħu. Għalhekk biex tinħareġ liċenzja jridu jiġu assigurati fost affarijiet oħra dawn il-kundizzjonijiet: (a) il-minuri għandu jkollu esperjenza soċjali ekwivalenti għal dik mogħtija fi skejjel; (b) il-minuri jingħata l-istess esperjenza u faċilitajiet bħal dawk li hemm fi skejjel; (ċ)

il-minuri għandhom isegwu programm akkreditat kif approvat mid-Diviżjoni u dawk il-kondizzjonijiet stabbiliti mid-Diviżjoni kif jista’ jidhrilha xierqa fl-aħjar interess tal-minuri. Sar tibdil fejn jidħlu ir-reati ta’ aggressjoni fuq l-edukaturi u l-as-

sentejiżmu. Żdiedu l-pieni għal kull min jhedded jew jagħmel offiża fuq kwalunkwa persuna li qed taħdem fi skola jew involuta fl-organizzazzjoni ta’ attività għal minuri fil-bini ta’ skola, jew anke barra mill-iskola. Ir-reat m’għadux gravi biss meta jsir fuq l-għalliema imma fuq kull min ikun involut fl-edukazzjoni tat-tfal. L-iskop huwa li mhux jiġi kkastiġat biss l-att vjolenti imma iktar minn hekk l-eżempju ħażin li jkun qed jingħata lit-tfal. Kien hemm ukoll żieda fil-multi għal-ġenituri li jonqsu mill-obbligu li jibgħatu lit-tfal l-iskola. Aktar minn hekk biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra dan l-abbuż, kull min jonqos li jidher quddiem it-tribunal biex iwieġeb għal dan ir-reat jew ma jħallasx il-multa, jista’ jittella anke l-qorti fejn hemm pieni aktar ħorox.

Mill-1 ta’ Ottubru din ir-riforma fil-liġi se tkun implimentata fl-intier tagħha? Le, l-artikli dwar il-Bord dwar il-materji edukattivi se jidħlu mill-1 ta’ Jannar 2022, waqt li l-artikli dwar l-edukazzjoni mid-dar se jidħlu mill-1 ta’ Marzu 2022.

Kif tħares lejn it-titjib li sar fis-settur edukattiv permezz ta’ dawn l-emendi? Wieħed jista’ jevalwa l-impatt ta’ dawn l-emendi meta jibdew jitħadmu u nkunu nistgħu naraw l-effetti tagħhom. Kif għidt fil-bidu, maż-żmien ikun hemm bżonn emendi minħabba li l-esperjenza tibda turik fejn hemm lok għal titjib. Pero’, peress li ħafna mill-bidliet ġew proposti mill-għeruq, minn min qed jaħdem dirett fil-qasam, ċert li se jkun hemm impatt tajjeb.


€71

Sphero SRPK+

€149

Engino QBOIDZ

€33

More educational gadgets and toys available on our website

www.digital.com.mt www.facebook.com/digital.com.mt info@digital.com.mt

Robobloq Qobo

€95


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.