The Place To Be This Christmas 30 Nov 2019 - 6 Jan 2020
www.visitgozo.com
ĦARĠA #4 DIĊEMBRU 2019
#WeAreOrange Follow our story
Your cargo is safely on its way.
A plain sailing SEA FREIGHT service that caters for any type of cargo, to and from any destination. With over 50 vessels operating weekly from Malta’s Freeport, our SEA FREIGHT service provides a reliable link for any cargo to all major world markets and through worldwide trade routes Delivering Anything from Anywhere to Wherever
expressgroup.com
KULTURA
4“
ŒARÆA NUMRU DIÇEMBRU 2019
EDITORJAL Inwassal
il-KULTURA
u l-istorja
liç-çittadini
kollha Maltin
ta’ Malta. Kif ħafna jafu, matul din is-sena qed ikun iċċelebrat 250 sena mit-twaqqif tal-Università ta’ Malta. Għall-ewwel darba f ’dan il-magażin qed jiġu ppubblikati dokumenti marbuta ma’ din il-ġrajja li qatt qabel ma dehru fil-pubbliku. Fuq kollox nixtieq naqsam magħkom il-qarrejja, messaġġ li rċevejt migħand wieħed mill-intelletwali kontemporanji Għarab. Dan hu Ahmad Salim Farhat. Salim Farhat hu Libaniż, espert tal-ilsien Għarbi u ġurnalista
Meta rritorna lura f ’pajjiżu bagħatli dan il-messaġġ bl-Ingliż li qed naqsmu magħkom il-qarrejja: “I would like to express my enormous pleasure at getting to know you and I hope that our acquaintance will flourish further on both a personal and professional level. I consider you to be an extremely dynamic and innovative historian with a surpassing capacity for interpretation which goes beyond mere facts and that you are very much in touch with the
Disinn Stacy Grech design@unionprint.com.mt
Maltese citizen, particularly through your commitment in issuing the periodical magazine Kultura which is addressed to the normal Maltese citizen.” Hu dan li jien qed nipprova nagħmel permezz ta’ dan il-magażin, li
Ritratt tal-faççata Ritratt minn Mdina Glass
Dipartiment tal-Avviÿi 25900200 / 230 / 235 adverts@unionprint.com.mt
joffrilkom numru ta’ artikli u ritratti marbuta ma’ dawn iż-żminijiet.
Magħhom qegħdin noffrulkom artikli oħra, b’tagħrif ġdid dwar l-istorja
Iddiskutejt fit-tul miegħu aspetti tal-kultura Mediterranea u dik Għarbija.
Qari tal-provi Melvin Farruġia
Ritratti oœra Roger Azzopardi
Il-magażin Kultura jixtieq jaqsam magħkom dawn il-festi billi
prominenti f ’pajjiżu. Kelli l-pjaċir u l-unur li niltaqgħu miegħu f ’Malta.
Editur Simon Mercieca
Ritratt tal-kontenut Ritratt meħud minn Roger Azzopardi fil-Knisja Arċipretali tan-Naxxar (Pittura Stefano Erardi)
“
Ippubblikat u stampat Union Print Co. Ltd. Workers’ Memorial Building, 3rd Floor, South Street, Valletta +356 25900200
I
l-festi sbieħ tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena reġgħu jinsabu magħna.
nwassal il-kultura u l-istorja liċ-ċittadini kollha Maltin. Permezz ta’ dan L-ebda parti minn dan il-magażin ma tista’ tiġi kkoppjata mingħajr il-permess bil-kitba talpubblikaturi Union Print Co. Ltd. Filwaqt li nagħmlu kull sforz biex niżguraw li l-kontenut ta’ Kultura hu korrett, ma nistgħux ninżammu responsabbli jew kontabbli għal żbalji fattwali li jistgħu jiġu pprintjati.
il-magażin qed inżomm kuntatt magħkom il-qarrejja, Fl-istess waqt, nieħu gost nintroduċi kittieba ġodda permezz ta’ dan l-istess magażin. Dan qed nagħmlu għax verament inħoss li dan il-magażin għandu joffri spazju kreattiv għall-ilħna ġodda. Nemmen ħafna li l-qarrejja li jħobbu l-kultura huma għatxana biex jaqraw u jsiru jafu aktar fuq pajjiżna, speċjalment fuq karattri li għexu qabilna u fuq esperjenzi li għaddew minnhom il-kittieba tagħna, meta ġew wiċċ m’imb wiċċ mal-arti u l-kultura. F’ismi u f ’isem dawk kollha involuti f ’dan il-magażin nixtiqilhom l-isbaħ xewqat għal dawn il-festi.
Simon Mercieca 1
KULTURA
KONTENUT
2
KULTURA
04
Il-Purissjoni bil-Bambin f’Lejliet il-Milied f’Raœal Ædid. Kif u meta bdiet...
14
Kliem dwar Ilbies Malti f’dizzjunarju Gœarbi
18
L-istorja ta’ xi wœud mill-Pasturi fil-Presepju Malti
22
Il-kultura ta’ taœriæ vokazzjonali fil-Belæju
28
L-Esploratur Malti Andrea Debono u l-Misteru tax-Xmara Nil
34
Malta f’gœajnejn in-Nunzju Giuseppe Mojoli
38
Kelsey Sciberras u l-esperjenzi artistiçi tagœha
42
Ÿjara li kull Malti li jmur Londra gœandu jara! Royal Albert Hall
48
Meta twaqqfet l-Università ta’ Malta fl-1592, 1727 jew fl-1769 ?
56
Armi Massoniçi fuq l-oqbra?
60
Widening Horizons by Mining the Wealth of Creative Thinkers
66
Il-Kaxxa Maæika: Is-suççess kulturali se jkompli fl-2020
70
Il-kittieb ikellimna: Patri Mark Cauchi
3
KULTURA
Il-Purċissjoni bil-Bambin f’Lejliet il-Milied f’Raœal Ædid. Kif u meta bdiet... GEORGE GLANVILLE
Il-Bambin ta’ Ġanni Vassallo.
4
KULTURA
L-EWWEL DARBA LI SIRT NAF LI OMMI KELLHA ZIJU IEĦOR MIN-NAĦA TA’ MISSIERHA KIEN META KELLI XI TMIEN SNIN.
S
a dakinhar kont naf biss binnannu Emanuel Vassallo, b’ħuh, iz-ziju Ġużeppi li kien joqgħod irRabat u biz-zija Rafela, li kienet toqgħod Triq Palma, Raħal Ġdid (it-tlieta magħrufa bħala Tal-Funderija). Dakinhar mort inżur liz-zija Rafela, xebba ta’ 67 sena waħdi. Ġeneralment kont inżurha ma’ ommi. Dakinhar qabel tlaqt lura lejn id-dar, izzija Rafela tatni ktieb u ċertifikat tal-iskola b’midalja tal-bronż mdendla miegħu. Qaltli li dawn iż-żewġ oġġetti kienu ta’ ħuha, Ġanni. Meta bdejt nikber sirt naf li ommi kellha żewġ zijiet oħra min-naħa ta’ missierha: iz-ziju Salvu li fl-għoxrinijiet (1920s) kien emigra bil-familja lejn l-Istati Uniti u biz-zija Ġulja li mietet fl-1924 ta’ 24 sena.
Sfortunatament, iċ-ċertifikat bilmidalja (speċi ta’ school leaving certificate) taz-ziju Ġanni m’għadux għandi, osfor. Iċ-ċertifikat kien jingħata lill-istudenti li jispiċċaw b’suċċess l-iskola primarja. Il-ktieb “Great Battles of the British Army” ta’ Charles Rathbone Low, stampat Londra mid-ditta George Routledge & Sons, Limited ta’ Broadway, Ludgate fl-1901 għadu għandi. Fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-qoxra ta’ barra tal-ktieb hemm skrizzjoni li tgħid: H.M. Dockyard School, Malta Apprentice Junior I 2nd Prize awarded to John Vassallo Midsummer 1904 Iffirmat mill-Head Master u mill-Admiral Superintendent. Fis-sajf 1904 Ġanni Vassallo kellu 16 il-sena. Twieled fit-13 ta’ Frar 1888 f ’Kordin. Dak iż-żmien, dawn l-inħawi kienu servuti mill-knisja ta’ San Francesco
di Paola, li kien hemm fix-xatt ta’ Kordin. Kienet imsejħa ‘chiesa filiale’ talKolleġġjata ta’ Bormla. Ismu sħiħ kien Gio Batta, Carmelo, Salvatore, Agostino. Kien iben Michele Vassallo u Giuseppa, xebba Farrugia. Fiċ-ċertifikat tat-twelid imniżżel li twieled Bormla, għax din il-parti ta’ Raħal Ġdid kienet mitqiesha bħala parti mill-parroċċa ta’ Bormla.
IL-MILIED WARA L-GWERRA Il-familja tagħna dejjem nafha li kienet tiċċelebra l-Milied bil-kbir. Minn kmieni ommi u missieri kienu jippreparaw il-pudini tal-Milied. Għall-pudina tal-Milied ma kien jerbħilhom ħadd, l-ebda dulċier. Fl-ewwel snin ta’ wara l-gwerra fil-pudini kienu jitfu muniti żgħar, tliet soldijiet u sixpenzijiet tal-fidda. Kienu jsajruhom banju marija f ’kaldarun kbir fuq frame kwadru tal-ħadid b’żewġ spiritieri tal-isteam jagħtu l-ħin kollu minn kmieni filgħodu sa xil-erbgħa ta’ wara nofsinhar.
Il-knisja ta’ Santa Ubaldesca f ’Raħal Ġdid.
5
KULTURA
fejn jinżamm is-Sagrament u t-tarf ta’ taħt il-koppla. L-ispazju bejn il-kolonni ta’ taħt il-koppla kien magħluq b’ħajt tal-injam. F’dan il-ħajt tal-injam kien hemm bibien għal barra. Niftakar li qabel issaqqfet bil-ġebel, il-knisja ta’ Kristu Re kienet imsaqqfa blinjam, qisha ‘hangar’. Kull meta kienet tagħmel ix-xita kien jidħol ilma minn diversi postijiet fis-saqaf. Is-sagristija dak iż-żmien kienet fejn illum hemm ilbieb ta’ faċċata ta’ Triq il-Qalb Imqaddsa. L-ispazju bejn il-kolonni li fih kien hemm is-sagrestija kien magħluq bl-injam. F’xi bnadi kien hemm tieqa. Waħda mittwieqi, dik li tagħti lejn Triq Lampuka kienet t-tieqa favorita ta’ Dun Ugo Gambin. Dan kien wieħed mill-qassisin tal-parroċċa. Kull filgħodu wara li jqaddes kien jintasab bil-qegħda fuq siġġu taħt din it-tieqa jixrob tazza kafè u jaqra l-gazzetta. L-art tas-sagristija kienet livellata. It-taraġ li hemm illum sar wara li s-sagristija mxiet lejn fejn qiegħda llum.
IL-PURÇISSJONI TA’ LEJLIET IL-MILIED
Il-ktieb li ngħata lil Ġanni Vassallo.
Ommi nhar il-Kunċizzjoni, barra li kienet tinżel Bormla tisma’ quddiesa, kienet tiżra’ l-ġulbiena. Xi jiem wara missieri kien iżejjen il-kamra tal-ikel b’karti kkuluriti u jarma s-siġra tal-Milied fl-intrata ma’ ġenb statwa mdaqqsa ta’ Ġesu Bambin. Għal ommi l-festi tal-Milied ma’ kinux ikunu kompluti jekk ma tattendix in-Novena sħiħa. Meta kont żgħir, ommi kienet teħodni magħha. Meta tfarfart bdejt immur waħdi u noqgħod ma’ ġenb tfal oħra. Il-quddiesa tan-Novena fil-knisja ta’ Kristu Re Raħal Ġdid li kienet tibda fil-5.45 a.m. u titqaddes fuq l-artal ta’ Marija Bambina. Kull sena l-quddiesa tan-Novena kienet tkun iċċelebrata minn Dun Adolf Agius,
6
il-viċi kappillan ta’ Raħal Ġdid ta’ dak iżżmien. Waqt il-Quddiesa tan-Novena, fis-6.00 a.m. kienet toħroġ quddiesa oħra fuq l-artal maġġur. Bosta kienu jemmnu li qed jisimgħu żewġ quddisiet fl-istess ħin. Fil-bidu tal-ħamsinijiet wara li sar ħafna xogħol voluntarju fuq il-bini tal-knisja ta’ Raħal Ġdid u tlesta s-saqaf, in-Novena bdiet issir fuq l-artal maġġur.
IL-KNISJA TA’ RAŒAL ÆDID Għalkemm il-ħitan tal-knisja kienu lesti jew kważi, wara li spiċċat il-gwerra, parti biss mill-knisja kienet tintuża. Kienet tintuża l-parti ta’ wara li kienet imsaqqfa bl-injam, jiġifieri bejn l-artal maġġur u
Fl-1956 jiena u tlieta oħra mill-klassi tal-Aspiranti tal-qasam tal-MUSEUM ta’ Raħal Ġdid intgħażilna biex nerfgħu l-Bambin fil-purċissjoni ta’ Lejliet ilMilied ta’ dik is-sena. Għalija din kienet okkażjoni unika u għadni niftakarha. Bħala tifkira s-Superjur, is-Sur G. Zahra tani kopja tal-ktieb “What are Saints” ta’ C.C. Martindale, S.J. Ftit wara din l-okkażjoni, ommi qaltli dwar il-provenjenza ta’ dak il-Bambin partikolari li konna ġarrejna fuq spallitna. Ommi, Ġuża Vassallo, it-tifla l-kbira ta’ Emanuel Vassallo u Melita, xebba Cole, twieldet Raħal Ġdid fit-30 ta’ Mejju 1919. L-ewwel ġebla tal-knisja tqiegħdet fl-1923, jiġifieri ommi kellha erba’ snin. Il-kumitat inkarigat mill-proġett talbini tal-knisja beda jorganizza lotteriji biex jiġbru l-fondi biex jibda l-bini ta’ din l-istess knisja l-ġdida. F’lotterija minnhom, il-premju kien statwa kbira ta’ Ġesù Bambin. Ommi kienet tirrakkonta
KULTURA
li dakinhar li kienu se jtellgħu l-premjijiet, l-organizzaturi tal-lotterija għażluha biex ittella’ l-biljett rebbieħ mill-urna. Tellgħet biljett li nzerta ta’ zijuha, Ġanni Vassallo, membru tal-MUSEUM ta’ Raħal Ġdid. Peress li zijuha kien ġuvni, ommi ippretendiet li l-Bambin jagħtih lilha u kienet tiftakar li kienet għamlitlu xenata. Zijuha kellu pjani oħra għal dan ilBambin. Wara li Dun Ġorġ Preca kien organizza l-ewwel purċissjoni ta’ lejliet il-Milied fil-Ħamrun, ordna li din ilpurċissjoni għandha tibda ssir fl-ibliet u l-irħula ta’ Malta kollha. Nikkalkula li dik ta’ Raħal Ġdid saret għall-ewwel darba fl-24 ta’ Diċembru 1923. Dakinhar u għal bosta snin wara din il-purċissjoni marret lejn il-knisja ta’ Santa Ubaldeska. Il-Bambin li beda jintuża fl-1923 għadu jeżisti. Dan il-Bambin baqa jintuża sal-1999 (skond informazzjoni li ksibt mingħand soċju anzjan). Fl-2000 ħadlu postu Bambin ieħor. Ommi u s’intendi l-kumplament talfamilja ftit li xejn kienu jafu dwar zijuhom, Ġanni Vassallo. Ġanni miet fid-9 ta’ Awwissu, 1930, fid-dar ta’ ommu, numru 60B, Triq Wara Santa Ubaldeska, Raħal Ġdid (il-lum Triq Ninu Cremona). Kellu 42 sena. Skont kif kienet tirrakkonta ommi, ġranet wara l-mewt ta’ zijuha Ġanni, Dun Ġorġ żar lill-ommu fid-dar tagħha. Dun Ġorġ f ’din iż-żjara qal lil omm Ġanni “li kien ra lil Ġanni tiela’ s-sema wara tlett ijiem li miet”. Is-sors ta’ informazzjoni dwar Ġanni Vassallo kienet ommi. Dawn ilġrajjiet qalithom diversi drabi u baqgħat tirrakkonta l-istess dettalji sa ma mietet fi Frar 2002. Ta’ Ġanni Vassallo, barra l-ktieb “Battles of the British Army”, jiena ‘writt mingħand il-ġenituri tiegħi “Verbum Dei Caro Factum Est” irrakkmata b’ħajt isfar fuq drapp aħmar. Din ġiet għand ilġenituri tiegħi b’wirt mingħand iz-Zija Rafela fl-1952.
ÆANNI VASSALLO FIL-KOTBA TAL-ISTORJA Ftit snin ilu ġew f ’idejja l-kotba “Dun
Ġorġ – Il-Bniedem tal-Poplu” ta’ Frans Sammut (SKS 94) u “Dun Ġorġ Preca 1880 – 1962 Fid-Dawl ta’ l-Ittri Tiegħu” ta’ Alexander Bonnici, O.F.M. Conv. F’dawn iżżewġ kotba, l-awturi jaqblu ħafna, għajr għal xi kummenti. It-tnejn kitbu li fl-1916 Dun Ġorġ kien għażel lil Ġanni Vassallo biex jgħinu u kien sejjaħlu ‘Teologu Maġġur’. Alexander Bonnici kkummenta hekk: “Hu veru li Dun Ġorġ kien iqis lil dan issoċju bħala intelliġenti ħafna, imma t-titlu kien bombastiku ħafna u għalhekk ma damx ma spiċċa. Fil-fatt, fis-6 ta’ Marzu 1917, l-Isqof Mauru Caruana bagħat lillMons. Luigi Attard biex f ’ismu jiltaqa’ ma’ Dun Ġorġ Preca u s-Superjuri kollha filqasam prinċipali li kien dak tal-Ħamrun. L-Isqof ried li jitneħħew diversi affarjiet, fosthom l-uffiċċju ta’ Teologu Maġġur u Minuri. Ġie projbit li huma jistudjaw id-dommatika, il-morali, l-axxetika u l-iskrittura, eċċ.” “Fis-6 ta’ Jannar 1919”, ikompli jikteb Alexander Bonnici, “il-Fundatur għażel l-ewwel Korp Bon Ordni tas-Soċjetà. Dan kien fih 10 membri u 3 supplenti. Ewġenju Borg intgħażel mill-Fundatur bħala
Superjur Ġenerali, Spiru Spiteri (bħala Primarju), Emidju Callus (Seġretarju). Ġanni Vassallo, Antonju Debono, Luwiġi Vidal, Dwardu Pantalleresco, Antonju Buttigieg, Salvu Muscat (li kien ħoloq l-isem tax-Xirka) u Ġużeppi Micallef [kienu l-bqija tal-membri]. It-tliet supplenti kienu: Vinċenż Demicoli, Rużar Maniscalco u Kola Cilia.” Għoxrin xahar wara l-mewt ta’ Ġanni Vassallo, “fit-12 ta’ April 1932 ixXirka kollha nġabret madwar l-Arcisqof fil-Knisja tal-Ġiżwiti, l-Belt u tkanta Te Deum solenni b’radd ta’ ħajr lil Alla wara li l-Arcisqof approva l-istatut tax-Xirka bla eċċezzjoni fir-regolamenti wara 25 sena ta ħidma.” B’hekk bis-saħħa ta’ dan zijuwi, Ġanni Vassallo, Raħal Ġdid, kien wieħed mill-ewwel postijiet f ’Malta li organizza l-purċissjoni bl-istatwa ta’ Ġesù bambin ta’ lejliet il-Milied. Waqt li l-ewwel purċissjoni bil-bambin saret il-Ħamrun, aktar iwa milli le, dik ta’ Raħal Ġdid kienet waħda minn tal-ewwel, jekk mhux l-ewwel, li saret b’Bambin li kien proprjetà tal-qasam u mhux wieħed missellef għall-okkażjoni.
Id-dedika ġewwa l-ktieb li turi li Ġanni Vassallo kien ġie t-tieni fl-apprentistat fit-Tarzna.
7
KULTURA
8
KULTURA
L-AÇÇESSIBBILTÀ, IL-PROFESSJONALITÀ U L-PRESERVAZZJONI TAL-WIRT KULTURALI TA’ PAJJIŸNA.
Sisien sodi gœal strateæija kulturali t’eççellenza Ministru għall-Ġustizzja Kultura u Gvern Lokali Dr Owen Bonnici 9
KULTURA
Is-sena 2018 kienet sena li fiha ċċelebrajna s-sbuħija tal-Belt Valletta bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura. F l-2019 il-ħidma fis-settur kompliet tibni fuq dan u aktar, hekk kif f ’dawn l-aħħar xhur ħabrieka, Malta reġgħet affermat b’suċċess l-intenzjonijiet tagħha biex tkompli tinvesti fil-wirt kulturali tagħna. Dan kien possibbli grazzi għallintroduzzjoni tal-Passaport ta’ Heritage Malta kemm għat-tfal tal-iskola kif ukoll għaċ-ċittadini anzjani tagħna; miżura li turi lill-wirt kulturali tagħna bħala sors ta’ ispirazzjoni għat-tagħlim. Dawn l-inizjattivi edukattivi u divertenti jippromwovu l-mużewijiet u postijiet oħra storiċi bħala siti ta’ tkabbir personali matul fażijiet differenti fil-ħajja, minn età żgħira sa età kbira, filwaqt li jwasslu wkoll messaġġ ċar li l-edukazzjoni mhux biss hija limitata għall-konfini fiżiċi ta’ skejjel u universitajiet. It-tagħlim tul il-ħajja ilu fil-mira talGvern; objettiv li qiegħed jiġi indirizzat mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali b’mod li jagħmel il-kultura aktar aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali, irrispettivament mill-età, status soċjali u interessi personali ta’ persuna. Barra minn hekk, filwaqt li studenti tal-primarja u tassekondarja qegħdin jintlaħqu permezz tal-Culture Pass, li tintitolahom għal avveniment kulturali b’xejn kull sena, ilfamilji wkoll qegħdin jibbenefikaw minn open days f ’il fuq minn 30 sit differenti ta’ Heritage Malta madwar Malta u Għawdex. Avvenimenti ta’ tagħlim kulturali b’saħħithom bħal dawn iġibu magħhom opportunitajiet varji għal pedagoġiji kulturali speċifiċi għal mas-sit li jinkoraġġixxu ħafna udjenzi differenti biex jiskopru aktar dwar l-identitajiet personali u kulturali tagħhom fi ħdan il-komunità. Id-djalogu kostanti bejn il-forom differenti ta’ organizzazzjonijiet kulturali dejjem kienet prijorità bħala parti millistrateġija kulturali tal-Ministeru għallKultura, u kien għalhekk li saħħaħ l-għajnuna lejn il-komunitajiet kulturali li
10
KULTURA
jimpenjaw ruħhom u l-enerġiji tagħhom lejn tradizzjonijiet kulturali lokali fil-ħin personali tagħhom. Fost l-oħrajn, dawn il-gruppi jinkludu soċjetajiet mużikali u dawk l-għalliema fi ħdahom dedikati tat-teorija tal-mużika u tal-prattika ta’ strumenti partikolari, u kif ukoll dawk li jagħmlu xogħol volontarju fil-kmamar tan-nar. Saret ħidma kontinwa biex dawn ilgruppi tal-komunità jingħataw l-għajnuna meħtieġa biex jissalvagwardjaw ittradizzjonijiet kulturali lokali quddiem ilglobalizzazzjoni, b’mod li nsaħħu aktar din il-fergħa partikolari tas-soċjetà Maltija. F’Malta tas-seklu 21, ir-rwol tal-komunità tal-każini tal-banda għandha titqies bħala aktar minn sempliċiment organizzatur ta’ festi esterni u avvenimenti popolari li jallegraw l-iljieli sajfin bil-logħob tan-nar u l-mużika. Permezz ta-natura tanġibbli talarti u artiġġjanat espressivi u tradizzjonali, is-soċjetajiet mużikali jipprovdu liżżgħażagħ tagħna b’alternattiva konkreta u b’xejn lil hinn mill-kultura tal-iskrins li ħafna drabi ma jkolliex mertu, għan u tifsir artistiku sabiex inkomplu nikkultivaw imħabba lejn il-kultura. Aspett kulturali ieħor li attira l-attenzjoni tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali matul din is-sena kien il-bżonn li jiġi identifikat element lokali li jista’ jiġi jitqies bħala l-ewwel wirt kulturali intanġibbli ta’ pajjiżna. B’differenza mill-binjiet u artefatti storiċi, il-wirt intanġibbli jista’ jiġi ppreservat imma ma jistax jiġi restawrat, b’hekk, sabiex dan ikun jista’ jegħleb l-isfidi tażżmien u l-progress, hemm bżonn li dan jingħata l-mertu uffiċjali b’mod tanġibbli permezz tal-UNESCO. Il-Ministeru kkonsulta ma’ diversi gruppi tal-komunità tal-kultura tradizzjonali, li wasslet għal ħafna interess mill-komunità ta’ furnara Maltin, li ppromoviet il-gastronomijia Maltija u fuq kollox il-ftira Maltija bħala element denju li għandu jiġi nominat bħala l-ewwel element Malti għall-wirt kulturali intanġibbli. Fl-istess ħin, l-Aġenzija Kulturali
għall-Belt Valletta hija wkoll proġett ta’ suċċess ieħor li għandha x’taqsam malwirt tagħna. Din l-Aġenzija twaqqfet fl2019 u tibni fuq il-legat ta’ Valletta 2018, fejn tat lil dan tal-aħħar skop perpetwu li se jkun imrawwem mas-snin li ġejjin. Fost l-għanjiet prinċipali tagħha, l-Aġenzija tpoġġi enfasi fuq ir-riġenerazzjoni infrastrutturali tal-wirt kulturali tanġibbli tal-belt kapitali tagħna permezz ta’ tisbiħ kontinwu ta’ spazji pubbliċi miftuħa, ġonna u pjazez fil-Belt Valletta. Fost l-oħrajn, dawn il-postijiet jinkludu l-MUŻA fi ħdan il-Berġa tal-Italja, Pjazza Kastilja u Strada Stretta. Is-sena 2019 rat ukoll it-twaqqif uffiċjali ta’ Festivals Malta bħala l-aġenzija nazzjonali li tieħu ħsieb toħloq, torganizza u tamministra portafoll vast ta’ avvenimenti u festivals kulturali u artistiċi kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll internazzjonali. Il-professjonaliżmu jitlob ukoll li Festivals Malta tissodisfa l-ħtieġa infrastrutturali ta’ settur kulturali b’saħħtu, billi tiżgura li l-festivals u
dokumenti storiċi li jirrakkontaw ilħajja ta’ vera tal-ġenerazzjonijiet passati u kurrenti. Apparti mir-restawr talbinja tal-Arkivji Notarili, il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali qiegħed jimmira li jagħmel din il-binja aktar aċċessibbli għal komunità usà, filwaqt li joħloq kundizzjonijiet ideali biex jippreserva dawn id-dokumenti storiċi ta’ valur f ’laboratorju state-ofthe-art ddisinjat b’mod speċifiku għallkonservazzjoni tal-karta. Eventwalment parti mill-binja se ssir mużew li jesebixxi partijiet mill-kollezzjoni tal-Arkivji Notarili. Kollezzjonijiet hekk se jkunu aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali filkamra tal-qari, b’mod li jiġu inkoraġġuti akkademiċi lokali u barranin, turisti, u membri oħra tal-komunità biex jagħmlu aktar riċerka, filwaqt li jiskopru aktar fuq il-wirt kulturali rikk tagħna. Sadanittant, TVM beda proġett li se jeqleb il-fatti storiċi li għandu flarkivji tiegħu li huma 24,200 siegħa ta’ filmati diġitali li jiffukaw fuq il-kultura,
...nagħmlu l-kultura aktar aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali, irrispettivament mill-età, status soċjali u interessi personali ta’ persuna. l-avvenimenti jkunu aċċessibbli kemm jista’ jkun għall-pubbliku inġenerali. L-aċċessibbiltà għandha l-għan li tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni attiva ta’ udjenzi differenti kemm f ’Malta kif ukoll f ’Għawdex u taffetwa b’mod pożittiv is-settur turistiku, li jibbenefika minn ippjanar ta’ din is-sura li jikkomplementa kalendarju kkulurit ta’ avvenimenti li dejjem qiegħed jiżdied u jpoġġi lil Malta fuq livell kompetittiv internazzjonali matul is-sena kollha. Ir-restawr u l-preservazzjoni ta’ wirtna mhux limitat biss għall-ambjent mibni imma jinkludi wkoll artefatti u
avvenimenti importanti, figuri storiċi u postijiet importanti Maltin. Dan huwa kunċettt kontemporanju li jgħaqqad ilġenerazzjonijiet passati, preżenti u futuri permezz ta’ metodu ta’ preservazzjoni diġitali li jservi bħala għodda edukattiva u divulgazzjoni ta’ valur, li tagħmel dan it-tagħrif aktar aċċessibbli għall-pubbliku. Permezz ta’ strateġija komprensiva li tolqot aspetti differenti u varji tal-kultura Maltija, l-għan hu, li matul l-2020 inkomplu nibnu fuq ir-riżultati miksuba matul l-2019, fejn inkomplu nsaħħu l-aċessibbiltà, l-professjonalità u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali ta’ pajjiżna.
11
VBF20-Maltese 3.pdf
1
04/12/2019
10:49
KULTURA
DURANTE’S MESSA DE’ MORTI IN C MINOR Cantar Lontano, Valletta Baroque Ensemble & the Monteverdi Project Knisja ta’ San Filippu ta' Agira, Ħaż Żebbuġ | 7:30 pm
IL-ĦAMIS 16, JANNAR IL-ĠIMGĦA 10, JANNAR PORPORA VS HANDEL Vivica Genaux & Les Musiciens du Louvre, dir. Thibault Noally Teatru Manoel, il-Belt Valletta | 7:30 pm
C
M
Y
CM
MY
CY
CMY
K
BACH REWORKED Teodoro Baù & Andrea Buccarella Il-Knisja ta’ Santu Wistin, il-Belt Valletta | 12 nofsinhar NEAPOLITAN CELLO CONCERTOS Catherine Jones & Controcorrente Teatru Manoel, il-Belt Valletta | 7:30 pm
IS-SIBT 11, JANNAR
IL-ĠIMGĦA 17, JANNAR
(NOT SO) ITALIAN CONCERTOS Les Contre-Sujets Knisja Ta’ Ġieżu, il-Belt Valletta | 12 nofsinhar
BACH & SCARLATTI Elena Pogulyaeva, piano Palazz ta’ San Anton, Ħ’Attard | 12 nofsinhar
SACRED VIVALDI La Serenissima Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl – ir-Rabat | 7:30 pm
HANDEL’S CHANDOS ANTHEMS AND CONCERTI Voices and Instruments of Time and Truth Il-Pro-Katidral Anglikan ta’ San Pawl, il-Belt Valletta | 7:30 pm
IL-ĦADD 12, JANNAR GERMAN CELEBRITY COMPOSERS: FROM CONCERTO TO OPERA Les Contre-Sujets Il-Palazz tal-Verdala, il-Buskett | 12 nofsinhar THE GODFATHER La Serenissima Teatru Manoel, il-Belt Valletta | 5:30 pm
Bi ħlas żgħir tista’ tiltaqa’ mal-artisti wara l-kunċert, filwaqt li jkun hemm bibita u tnaqqir disponibbli wkoll.
IS-SIBT 18, JANNAR EXPLORING BACH'S CANTATAS – DICOVERY DAY AND PERFORMANCE Sandy Burnett & Voices & Instruments of Time & Truth Il-Pro-Katidral Anglikan ta’ San Pawl, il-Belt Valletta |10:00 am - 5:00 pm PERGOLESI’S STABAT MATER & MORE Abchordis Ensemble Knisja ta’ Santa Katarina, iż-Żurrieq | 7:30 pm
IT-TNEJN 13, JANNAR
IL-ĦADD 19, JANNAR
ORPHEUS, I AM Joel Frederiksen & Ensemble Phoenix Munich Palazzo Parisio, Naxxar | 7:30 pm
IL SOFFIO DI PARTENOPE Ensemble Barocco di Napoli & Abchordis Ensemble Teatru Manoel, il-Belt Valletta | 11:30 am
IT-TLIETA 14, JANNAR
RENAISSANCE VARIATIONS - MARAIS - BACH Cappricio Stravagante Trio, dir. Skip Sempé Il-Palazz tal-Verdala, il-Buskett | 3:30 pm
Bi ħlas żgħir tista’ tiltaqa’ mal-artisti wara l-kunċert, filwaqt li jkun hemm bibita u tnaqqir disponibbli wkoll.
MEDITERRÁNEA Forma Antiqva; duo Daniel Zapico & Pablo Zapico Biblijoteka Nazzjonali, il-Belt Valletta | 12 nofsinhar INSPIRED BY BAROQUE Malta Philharmonic Orchestra, dir. Riccardo Bianchi Teatru Manoel, il-Belt Valletta | 7:30 pm
L-ERBGĦA 15, JANNAR
DI SOSPIRI E DI TEMPESTE Ensemble Barocco di Napoli with Tommaso Rossi (flute) & Maria Grazia Schiavo (soprano) Teatru Manoel, il-Belt Valletta | 7:30 pm
IT-TNEJN 20, JANNAR BACH TRANSCRIPTIONS Kotaro Fukuma, piano Palazz ta’ San Anton, Ħ’Attard | 12 nofsinhar
GOLDBERG VARIATIONS Jory Vinikour, harpsichord Il-Knisja ta’ Santu Wistin, il-Belt Valletta | 12 nofsinhar 12
MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI
m
e)
KULTURA
STABAT MATER - ASTORGA & GALUPPI Coro e Orchestra Ghislieri, dir. Giulio Prandi Collegiate Parish Church of the Immaculate Knisja Kolleġġjata tal-Immakulata Kunċizzjoni, Bormla | 7:30 pm
IT-TLIETA 21, JANNAR AT ONCE IT CHARMS THE SENSE… Nicholas Mulroy & Elizabeth Kenny Palazz ta’ San Anton, Ħ’ Attard | 12 nofsinhar
31 KUNĊERT F'16-IL POST DIFFERENTI MADWAR MALTA
HEINRICH IGNAZ FRANZ VON BIBER’S REQUIEM Valletta Baroque Ensemble (ViBE) Knisja Parrokjali ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi | 7:30 pm
L-ERBGĦA 22, JANNAR THE GOLDBERGS REINVENTED MOA Trio Il-Mużew Marittimu, il-Birgu | 12 nofsinhar
NIŻŻEL
L-APP TAGĦNA
PEDRO RUIMONTE - MUSIC AT THE COURT OF THE ARCHDUKES ALBERT & ISABELLA CLARA EUGENIA La Grande Chapelle, dir. Albert Recasens Il-Kon Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta | 7:30 pm
IL-ĦAMIS 23, JANNAR MUSICA CLANDESTINA Elin Manahan Thomas & Elizabeth Kenny Il-Palazz tal-Verdala, il-Buskett | 12 nofsinhar MUSIC FROM THE MISSIONS Florilegium, dir. Ashley Solomon Knisja tal-Ġiżwiti, Valletta | 7:30 pm
Bi ħlas żgħir tista’ tiltaqa’ mal-artisti wara l-kunċert, filwaqt li jkun hemm bibita u tnaqqir disponibbli wkoll.
IL-ĠIMGĦA 24, JANNAR NEL MEZZO DEL CAMMIN DI NOSTRA VITA Voces Suaves Il-Palazz tal-Verdala, il-Buskett | 12 nofsinhar GIULIO CESARE. A BAROQUE HERO Raffaele Pé & La Lira di Orfeo Teatru Manoel, Valletta | 7:30 pm
IS-SIBT 25, JANNAR LA BELLE DANSE Valletta Baroque Ensemble (ViBE) & Moveo Dance Company Il-Mużew tal-Arkeoloġija, il-Belt Valletta | 12 nofsinhar BEL CANTO DI NAPOLI Simone Kermes & Amici Veneziani Teatru Manoel, il-Belt Valletta | 7:30 pm
IT-8 EDIZZJONI TAL-VALLETTA BAROQUE FESTIVAL GĦAL DARB' OĦRA SE JKOLLHA ARTISTI RINOMATI KEMM MINN MALTA, KIF UKOLL LIL HINN MINN XTUTNA, FEJN SE JKUNU QEGĦDIN JAGĦTU SPETTAKLU TA' MUŻIKA MILL-ISBAĦ, MINN MONTEVERDI, SA BACH, U AKTAR #VBF20
13
KULTURA
Kliem dwarIlbies Malti f’dizzjunarju Gœarbi FRANS X. CASSAR u SIMON MERCIECA 14
KULTURA
F’RIĊERKA LI GĦAMEL FRANS X. CASSAR DWAR TERMINI U TAGĦRIF IEĦOR LI GĦANDU X’JAQSAM MA’ MALTA F’KITBIET BL-GĦARBI LTAQA’ MAL-AWTUR REINHART PIETER ANNE DOZY (1820-1883), SKULAR OLANDIŻ TAL-ILSIEN, L-ISTORJA U L-LETTERATURA GĦARBIJA LI STUDJA FL-UNIVERSITÀ TA’ LEIDE U MINNHA ĦA D-DOTTORAT FL-1844.
F
ost il-kitbiet tiegħu nsibu “Dictionnaire détaillé des noms des vêtements chez les Arabes” (1845). Kif jindika l-istess isem ta’ dan iddizzjunarju, dan kien xogħol speċjalizzat fuq kliem Għarbi marbut mal-ilbies. Dozy jagħti numru ta’ espressjonijiet bl-Għarbi li fosthom hemm laqtiet varji ta’ tifsir ta’ xi kliem Malti ta’ nisel semitiku. F’dan l-artiklu se nagħtu ħarsa lejn kliem fil-Malti li għandu x’jaqsam mill-bogħod kif kienu jilbsu missirijietna u ommijietna. L-importanza ta’ dan il-kliem Malti, li xi wħud minnu llum ma għadux jintuża, tinsab fil-Malti li dan il-lessikografu jgħid li kien qiegħed jintuża f ’ilsienna.
QORQ L-ewwel kelma li se nitkellmu dwarha hi qorq. Dozy jagħmel konnessjoni ma’ Malta. Ir-raġunijiet għala jsemmi lil Malta huma tnejn. L-ewwel minħabba li din il-kelma mhix użata fid-dinja Għarbija kollha, iżda għall-bidu kienet tinsab biss fl-Għarbi tal-Magħreb flimkien ma’ Spanja u Malta. Dozy jikkwota lil Vètem u jgħid li din il-kelma kienet użata għal żarbun tan-nisa. Dan hu dettall interessanti għax illum nassoċċjaw il-qorq ma’ sandli talirġiel aktar milli man-nisa. Dozy iżid dettall ieħor. Jgħid li din daħlet fl-Għarbi mil-Latin. Il-kelma li qed jirreferi għalija fil-Latin hi ‘cortex’. Il-kelma Latina għal sandli hi ‘sandalia’. Il-kelma ‘cortex’ saret ‘corcho’. Referenza bħal din tista’ titfa’ dawl fuq kif il-Latini tal-Mediterran kienu jlissnu l-ittra ‘c’. Jidher li din kienet
qiegħda tkun pronunzjata qrib il-‘qaf ’ Għarbija. Fuq kollox, il-kummenti ta’ Dozy jiftħu baħar ta’ studju dwar jekk f ’Malta baqax mitkellem il-Latin sal-wasla talGħarab jew le. Jidher li din il-kelma daħlet f ’Malta mal-Għarab aktar milli l-Għarab ħaduha minn Malta. B’hekk, jekk qorq daħlet direttament mingħand l-Għarab, il-preżenza ta’ din il-kelma mhux biss qiegħda turina l-konnessjoni lingwistika mal-Għarbi tal-Afrika ta’ Fuq iżda wkoll ma’ dak tal-Andalusija. Referenza bħal din tkompli tqarreb lil Malta lejn l-Andalusija, konnessjoni li l-kittieb Għarbi Al Qazwini għamel diġà, iżda li ftit li xejn ġiet esplorata lokalment.
ŸARBUN Kelma oħra li nsibu b’referenza għal Malta f ’Dozy hi l-kelma ‘żarbun’. L-iskular Sqalli Amari jinforma lil Dozy li din ilkelma għadha tinsab użata fil-Malti. Infatti, kemm il-kelma żarbun u l-plural żraben għadna nużawhom sal-lum. Skont Dozy, fl-Għarbi hemm ‘xarbul’ u ‘żarbun’. Dozy jkompli jikteb li l-kelma ‘xerbil’ tfisser tip ta’ żarbun ta’ kulur il-ġilda, li n-nisa flAlġerija kienu jużaw biex imorru l-Moskea bih. Dak tal-irġiel ukoll jissejjaħ ‘xerbil’ u kien ta’ kulur isfar. It-tnejn kienu mingħajr takkuna. Min-naħa l-oħra, żerbul filLvant kienet tintuża biex tfisser suletta jew takkuna. Il-fatt li fil-Malti, bil-kelma żarbun nifhmu oġġett magħluq u talġilda, it-tifsira tiegħu tqarribna aktar lejn dik tal-Algerija. B’hekk dan it-terminu, jista’ jitqies li daħal fil-Malti minħabba li matul il-perjodu Għarbi, il-Musulmani kellhom żarbun apposta biex imorru l-Moskea? Jekk dan hu minnu, din iddrawwa baqgħu jżommuha l-Maltin insara għax fl-imgħoddi kien ikollhom iż-żarbun biex imorru bih il-knisja jew għal xi ħarġa speċjali! Fuq kollox, hawn wieħed irid jgħid li fil-liturġiji qodma Kristjani, kien hemm l-użu ta’ dak li bil-Malti jissejjaħ il-papoċċ liturġiku. Hemm konnessjoni bejn l-użu tal-papoċċ liturġiku fil-liturġija li kienet issir fl-Afrika ta’ Fuq qabel ilwasla tal-Iżlam għaliex l-użu tagħhom
imur għas-seklu ħamsa. Inċidentalment, Dozy jagħti l-kelma papoċċ. Meta jitkellem dwar din il-kelma ma jagħtix referenza għaliha fil-Malti, biss jgħid li hi kelma ta’ oriġini Persjana u ddaħħlet fl-Għarbi bħala ‘babbux’. Fil-Malti tidher li ma daħlitx millGħarbi.
LIŸAR Kelma oħra li nsibu fid-dizzjunarju tal-ilbies ta’ Dozy li fiha jagħmel referenza għal Malta hi l-kelma liżar. Hu jgħid li din il-kelma tinsab fid-djalett tal-Eġittu. Interessanti li l-kelma fl-Għarbi hi ‘iżar’. Fil-Malti, l-artiklu twaħħal mal-kelma. Dak li jagħmel din il-kelma interessati għall-istorja ta’ Malta hu l-fatt li skont Dozy, fl-ewwel bidu Iżlam, il-kelma ‘iżar’ kienet tintuża biex tirreferi għal libsa b’mod ġenerali, kienet x’kienet l-għamla tagħha. Dozy jagħmel referenza għaddizzjunarju ta’ Vassalli biex juri li f ’Malta din il-kelma kienet tinkiteb u ppronunzjata liżâr jew liżôr, u kellha l-plural lożor. [Ara Vassalli, Lexicon Melitense, 442).
ŒARQA Dozy jagħti din il-kelma u jgħid “li f ’Malta l-kelma tirreferi għal ħarqa tat-tfal, imma jkompli jiċċara li dan it-terminu, kif użat f ’Malta, hu kif kien użat minn kittieba klassiċi Għarab. Hu jagħti l-eżempju, Ibn Badrun fil-kummentarju storiku talpoema (qasida) ta’ Ibn Abdun: “Huwa ġab quddiemhom Abu-Al-Abbas as-Saffâh li kien għadu kif twieled imgeżwer f ’ħarqa, waqt li qalilhom, ‘Dan Sidkom’”
MULUT Kelma li nsibu fid-dizzjunarju talilbies u li llum ma għadhiex fil-Malti hi ‘mulut’ jew ilbies ħafif li kien jintlibes fuq ieħor. Dozy jgħid li dan l-ilbies oriġina fost il-Kopti. Dozy jikteb hekk: ‘M. Fleischer (De glossis Habichtianis, paġ. 70) tabilħaqq jinnota li din il-kelma mhix għajr μαλλωτή li l-Kopti għamluha
15
KULTURA
μελωτη, u wieħed jara min-nota ta’ M. Lane (The thousand and one Nights, tom. l, paġ. 485) li , ilbies ħafif li jinlibes hi fuq . Dan l-ilbies kien jintuża wkoll fi Spanja billi Pedro de Alcala (Vocabolario Spain Arabigo) trandot cugulla de abito de frayle li fil-plural tingħad ukoll għall. Pedro de Alcala qal immedjatament wara l-artiklu li kkwotajna li: cugulla hija wkoll li fil-plural . Dozy jkompli jikteb li ‘dan l-ilbies jidher li kien jinlibes ukoll f ’Malta, billi fid-Dizzjunarju ta’ Vassalli (Lexicon Melitense, Col. 445) wieħed isib il-kelma , u l-plural bil-femminil , imma l-kelma ntilef illum fil-gżira għax il-leksikografu jżid: desideratur sigificatio’. Fi kliem ieħor Vassalli jikteb li ma kienx jaf is-sinifikat ta’ din il-kelma. Min-naħa l-oħra, il-preżenza ta’ din il-kelma tkompli tagħtina kliem ieħor fil-Malti li jidher li oriġina mill-Għarbi tas-Sirja u fl-istess ħin turi l-konnessjoni ta’ Malta malAndalusija. Dozy kompla bir-riċerka u fis-sena 1881 ħareġ ‘ ’ jew Supplèment aux Dictionnaire Arabes u fih Malta terġa’ tissemma diversi drabi. Din ilverżjoni Franċiża ta’ dan id-dizzjunarju ġiet użata fost l-oħrajn minn Erin Serracino Inglott meta ġie biex jikteb id-dizzjunarju tiegħu, Il-Miklem Malti. Biss kif juri dan l-istudju, din il-verzjoni Għarbija fiha referenzi għal Malta li ma nsibuhomx filverzjoni Franċiża. Dan id-dizzjunarju kien ġie tradott għall-Għarbi. Is-siltiet hawn taħt huma traduzzjoni minn Frans X. Cassar minn dan id-dizzjunarju Għarbi, F’din il-kitba ser naraw biss dawk il-kliem li b’xi mod għandhom x’jaqsmu mal-ilbies.
KHÂM Din il-kelma llum ma għadhiex tinstabx fil-Malti. Biss Dozy jgħid li din ilkelma kienet fil-Malti. Magħha jagħti tliet termini differenti li fihom din il-kelma u jassoċċjahom ma’ Malta. Din il-kelma hija marbuta mal-produzzjoni tal-qoton li f ’Malta tal-imgħoddi kien tant importanti.
16
L-ewwel kelma hija ‘khâm’. Meta jitkellem dwar din il-kelma, Dozy jagħmel referenza għal Espina li kien jikteb fuq Malta firRevue De L’Orient de l’Algérie et Des Colonies. Fit-tifsira tiegħu, Dozy issemmi l-kelma ‘calicò’. Forsi ħafna jaħsbu li din il-kelma mhix fil-Malti. Biss E.D. Busuttil jagħti din il-kelma fid-dizzjunarju tiegħu magħruf bħala ‘Kalepin’ (p. 82) ifissir ‘kaliko’ bħala tajjar (drapp) stampat. : : (28 :4 ) : ‘khâm’: insiġ mill-qoton li ma jixtorobx, ‘calicò’, jissejjaħ ukoll: Malti (Barth 4:28) jissejjaħ ukoll: ‘calicò’ Malta’ (Espina: Magazin L-Orjent & Algiers 13-152). Mela skont Dozy, dan kien tip ta’ drapp li meta jinħasel ma kienx jixtorob. Dwar il-kelma khâm Dozy għandu daħla oħra fis-suppliment tad-Dizzjunari Għarbi u għal darba oħra jorbotha mal-qotton u ma’ Malta u jerġa’ jirreferi għal Espina. Din l-espressjoni hija ‘khâm ħalufi’ u hija spjegata bħalha. : ‘khâm khulufi’: tip ta’ nsiġ raff tal-qoton maħdum Malta (Espina: Magazin L-Orjent & Algiers 13:152). Imbagħad jagħti kwalitâ oħra ta’ qoton li jsejjaħ ‘khâm sukri’. Din id-darba l-kelma ‘calicò’ hi spjegata bħala isem ta’ belt. Dan kien dettall li żiedu t-traduttur tal-Għarbi u mhux qiegħed fil-verżjoni Franċiża. Dozy jgħid biss ‘calico’ ta’ Malta. F’Malta l-belt assoċjata mal-qoton jew it-tajjar kienet dik ta’ Ħaż-Żebbuġ. Il-fatt li fit-traduzzjoni Għarbija ddaħħlet il-kelma belt kienet rifless tal-fatt li din il- belt ta’ Ħaż-Żebbuġ kienet magħrufa fost l-Għarab għall-qoton jew it-tajjar? Il-qoton li kien qiegħed isir f ’Ħaż-Żebbuġ jidher li kien anki magħruf fost l-Għarab għall-kwalità tiegħu: :
‘khâm sukri’: tip ta’ drapp irqiq mill-qoton li jinħadem fil-belt ta’ ‘calicò’ f ’Malta. (Espina: Magazin L-Orjent & Algiers 13:152).
DHEJL Din hi kelma oħra li skont Dozy kienet assoċjata f ’Malta mal-produzzjoni tal-qoton. Illum din il-kelma għadha filMalti, biss ma għadhiex assoċjata malqoton. Baqgħet fl-espressjoni ‘agħtih biċċa minn djulek’, jiġifieri ‘żomm ’il bogħod minnu’ jew ‘aqta’ minn miegħu’. : ‘dhejl’, f ’Malta: dublett magħmul millqanneb jew mill-qoton l-abjad li jinlibes minn raħħala nisa. (Al-malâbis p 187). Biss hawn insiru nafu li ‘dhejl’ kien tip ta’ dublett li kien ikun magħmul mill-qanneb jew il-qoton. B’hekk l-espressjoni ‘agħtih biċċa minn djulek’ hi espressjoni femminili, li kienu jużaw innies bejniethom u kienu jirreferru għaddublett li kienu jilbsu.
BASTA Din hi kelma oħra li jagħtina Reihart Dozy fid-dizzjunarju marbuta mal-ilbies. Dozy jgħid li din tinsab fil-Malti jew kif jikteb ‘għand nies Malta’. Hu jiddiskriviha hekk:
‘basta’: tinja fi lbies it-tfal sabiex tkun tista’, meta jikbru twessa’ jew ittawwal meta jiġuhom issikkati jew jixtorbu. Dozy sab din il-kelma fil-‘Lexicon’, jiġifieri dizzjunarju ta’ Mikiel Anton Vassalli.
GEŸWIRA Kelma oħra li jagħti Dozy marbuta mal-ilbies hija geżwira. Hu jagħti l-plural tagħha. Ta’ min jgħid li fil-Malti hemm ilverb ‘geżwer’, bħal meta ngħidu geżwer filkarti. Imbagħad hemm in-nom geżwira, li hu ekwivalenti għall-‘kilt’ tradizzjonali Skoċċiż. Ikompli jgħidilna li kien hemm dubblett żgħir magħmul mill-qoton li kien irrigat u li kienu jgħidulu ‘teninira’.
KULTURA
ŒIŸŸA Din hi kelma oħra li Dozy jgħid li tintuża fil-Malti u għal darba oħra hi assoċjata mal-ilbies. Illum nużaw il-kelma ċintorin. Fil-fatt, din il-kelma għadha filMalti u wieħed jista’ jqabbilha mal-kelma ‘ħożoż’ li tingħad għal wieħed liebes bla grazzja. Dwarha jikteb hekk:
‘geżwira’ plural ‘gażâwir’, (tgħawwiġa millkelma Taljana? giustacuore?) li hija fi lsien nies Malta ‘teninira’ (dublett żgħir) magħmul mill-qoton irrigat iżraq u abjad. Din għandha tinjiet żgħar u miftuħa minn wieħed millġenbejn u miżmuma b’qafla żgħira (Almalâbis 121) B’hekk insiru nafu li kien hemm anke tip ta’ dublett żgħir magħruf bħala teninira. Ikun interessanti fejn jew kif kien jintlibes. Dan iddublett kellu fih tinjiet żgħar, waqt li kellu fetħa fil-ġenb li tinqafel b’qafla. Dan id-dublett kien jintuża bħala dublett ta’ taħt? Min-naħa l-oħra, fil-verzjoni Franċiza, Dozy jagħti aktar informazzjoni. Jgħid li l-kelma geżwira ltaqa’ biss magħha f ’Malta. Din tidher li ma ġietx aċċettata minn min għamel it-traduzzjoni għall-Għarbi għaliex ħalli dan id-dettal barra. Fi kliem sempliċi qisha bħala Għarbija. Fuq kollox, Dozy kien iqis il-popolazzjoni ta’ Malta bħala waħda Għarbija. Jgħid li din il-kelma hi magħmula minn verb kwadrilitteru u jaħseb li ġej millkelma Taljana ‘giustacoure’. Ikompli jgħid li dan jissemma fil-kitba tal-vjaġġ ta’ Goupil Esquet, bl-isem ta’ Voyage en Orient u kitibha ‘ghesuira’. Iddiskriviha bħala dublett ta’ kulur blu fl-aħdar miftuħ mill-ġenb li jilbsu nisa Maltin. Dozy kiseb informazzjoni oħra dwar din il-kelma mingħand Amari. Amari kitibha ‘dzejwireh’. Iddiskriviha bħala dublett magħmul minn linji blu u bojod u bil-pjiegi. Għandha fetħa fuq naħa li tingħalaq bil-qfieli.
‘ħiżża’ plural ‘ħiżaż’ tingħad f ’Malta għal qalziet, terħa jew ħżiem. (Al-malâbis 129) B’hekk din l-espressjoni ta’ wieħed liebes bla grazzja għax ikun ħariġlu l-ħwejjeġ mill-qalżiet u dan jiġri għax ma jkollux ċintorin.
KHANNAQA
‘khannâqa’: bla dubju tirreferi it-tifsira tagħha għal ġiżirana tad-deheb, perli jew xi materjal ieħor billi l-kelma fl-Isqalli li minnha ġejja hekk juri. Insibu l-kelma għand Abela (Deskrizzjoni ta’ Malta, p 258) li jittraduċi t-tifsira tagħha ‘qillâda’. Dozy jispjega ‘khannâqa’ bħala ‘qillâda’. Bil-Malti ta’ llum din tiġi ‘kullana’. Dan u kliem ieħor jiftħu ħafna twieqi fuq l-istorja ta’ pajjiżna.
17
KULTURA
L-istorja ta’ xi wœud mill-Pasturi fil-
Presepju Malti
SIMON MERCIECA
Idejn u ħidma artistika ta’ Joseph Agius (Pasturi tad-Dylan)
18
KULTURA
META WIEĦED IFITTEX L-ISTORJA TAL-PRESEPJU U L-PASTURI F’MALTA, WIEĦED JASSOĊJA DIN L-ISTORJA MAL-PENINŻULA TALJANA. FIL-KAŻ TA’ MALTA NORBTUHA MA’ DIK TA’ SQALLIJA.
D
in il-konnessjoni ma’ Sqallija tispiċċa b’mod formali fl-1798, anke jekk minħabba l-element ġeografiku, ir-rabta bejn Malta u Sqallija tibqa’, wara l-1816 Malta ssaħħaħ għallperjodu qasir il-konnessjoni tagħha ma’ Napli.
SQALLIJA U NAPLI F’dik li hi l-istorja tal-presepju u l-pasturi, żewġ elementi jiddominaw. L-ewwel wieħed hu dak tal-presepju u pasturi Sqallin u t-tieni hu dak tal-presepju Naplitan. Ir-rabta tagħhom ma’ Malta tmur lura, b’mod partikolari, għas-seklu tmintax. Sa issa għadu ma ħariġx presepju tas-seklu sittax jew bidu tas-seklu sbatax. Wisq probabbli, li kieku kellu jinstab, dan kien ikun ta’ influwenza Spanjola għaliex sal-1713, Sqallija u Napli kienu taħt din l-influwenza. L-influwenza Spanjola narawha f ’Malta, b’mod partikolari fuq statwi reliġjużi qodma li saru matul isseklu sbatax. Permezz tal-famuż trattat ta’ Ultrecht fl-1713, li ġab fi tmiemha l-ġwerra msejħa tas-suċċessjoni Spanjola, jiġifieri liema familja tar-rejiet Ewropej kellha tieħu t-tron ta’ Spanja, Sqallija għaddiet għand ilfamilja Savoja bejn 1713 u 1720. Imbagħad saret parti marret għand l-Asburgi talAwstrija bejn 1720 u 1734 u wara għand il-Borboni. Biss sal-1816, Sqallija żammet l-awtonomija tagħha. Fl-1816, twaqqaf dak li kien jissejjaħ ir-Renju taż-Żewġ Sqallijiet. Iżda diġà qabel ma seħħet din l-għaqda, Sqallija u Napli bdew iħallu effett fuq Malta. L-aktar effett hu dak tal-arti għolja. Biss kien hemm influwenzi oħra, fuq l-arti li kienet tolqot lill-popolin. Hawn fejn jidħlu l-pasturi. Dan itterminu mhux qed ikun użat għal dawk il-
pasturi artistiċi, iżda għal dawk il-figurini ta’ ftit jew xejn arti. Din it-tradizzjoni żviluppat fin-naħa t’isfel ta’ Franza u n-naħa ta’ fuq tal-Italja, fejn kien hemm numru ta’ bejjiegħa jbigħu l-figurini li kienu jagħmlu huma stess. Bl-Ingliż, dawn il-bejjiegħa huma magħrufa bħala ‘peddlers’. Kienu bejjiegħa li jduru b’tilar fuq rashom, bilfigurini fuqu. Kien suq immirat biex jilħaq il-klassi l-medja. Fost l-affarijiet li dawn il-bejjiegħa kienu jbigħu, insibu l-pasturi. Dawn il-bejjiegħa spiċċaw biex ħadu din ilprattiċità magħhom kull fejn marru.
IL-PASTURI AMERIKANI Ir-rivoluzzjoni Franċiża ġabet iddiffużjoni ta’ dawn il-figurini. L-attakk tarrivoluzzjonarji fuq l-arti sagra wasslet biex min kien jaħdem din l-arti għall-knejjes beda jaħdimha fil-privat. Ried u ma riedx kellu jiddiversifika biex jgħix. Xi wħud kellhom anke jemigraw minħabba li ġew taħt attakk tar-rivoluzzjonarji minħabba l-ħidma tagħhom. Studji li qegħdin isiru juri li l-immigranti kienu ħadu din il-prassi magħhom fl-Amerika. Wieħed minn dawn il-bejjiegħa sar popolari ħafna tant li spiċċa immortalizzat f ’pittura magħrufa sew flAmerika. Hawn qed nirreferi għall-pittura ta’ Francis William Edmonds, bl-isem ta’ The Image Pedlar. Il-bejjiegħa Taljani kellhom jiddiversifikaw il-prodott tagħhom flAmerika ta’ Fuq. Il-kultura kienet waħda Protestanta li fiha ma kienx hemm spazju għall-bejgħ tal-immaġni reliġjużi. Infatti, fl-Amerika ta’ Fuq, dawn it-tip ta’ bejjiegħa kienu jkunu iffaċċjati minn ħafna problemi. Biex jgħixu kienu bdew ifittxu jbigħu figurini ta’ natura sekulari, bħalma kienu statwi Griegi jew inkella ta’ poeti bħal Milton jew Shakespeare. Kienu jagħmlu immaġni ta’ xi qattus jew ta’ xi għasfur. Illum dawn it-tip ta’ figurini saru parti mid-dekor tad-djar tagħna, anke grazzi għall-proċessi kolonjali li seħħew matul is-seklu dsatax u għoxrin. Infatti, f ’dik li hi emigrazzjoni ta’ Taljani lejn il-kontintent Amerikan, din
tinqasam fi tliet fażijiet. L-ewwel fażi hi dik ta’ intellettwali Taljani li marru lejn il-kontinent Amerikan matul iż-żmien tar-Rinaxximent. It-tieni fażi hi dik ta’ qabel il-gwerra ċivili Amerikana. F’din il-fażi, insibu l-emigrazzjoni ta’ numru ta’ artiġġjani mill-Italja. Malta gawdiet minn din l-emigrazzjoni ta’ artisti Taljani. Imbagħad tibda t-tielet fażi ta’ immigrazzjoni ta’ Taljani wara t-tmiem talgwerra Ċivili Amerikana. Din kienet aktar ikkaratterizzata minn gruppi differenti ta’ Taljani, ħafna minnhom mill-klassi ta’ isfel. F’din il-fażi, tibda l-isterotipizzazzjoni talemigrant Taljan u Mediterraneu. Jikber is-sentiment anti-kattoliku fl-Amerika Protestanta. F’Boston, fl-għoxrinijiet tas-seklu dsatax ikun hemm irvellijiet kontra l-Kattoliċi li kienu fil-maġġoranza Irlandiżi. L-istess ġara f ’Philadelphia fl1844. Dan is-sentiment anti-Kattoliku wassal biex il-Protestanti attakkaw lil ħafna immigranti Irlandiżi li fittxew ħajja ġdida fl-Amerika. Fuq kollox, is-soċjetà Protestanta fl-Amerika tibda tħares lejn dawn it-tip ta’ ‘pedlars’ b’suspett. Fl-1844, Francis William Edmonds, immortalizza wieħed minn dawn il-bejjiegħa Taljani. F’Malta għandna l-istess proċess. Ikun f ’dan l-istess żmien, jiġifieri filbidu tas-seklu dsatax li naraw il-wasla ta’ dawn il-bejjiegħa. F’Malta dawn assoċjaw ruħhom mal-‘figurini belli’. Dawn kienu figurini maħduma fil-ġibs li kienu jinbigħu minn bejjiegħa tat-triq. Minflok ma kien ikollhom tilar fuq rashom, dawn ilbejjiegħa kienu jġorruhom f ’żewġt iqfief, wieħed fuq kull naħa. Din is-sengħa għaddiet għand il-Maltin. Fost il-Maltin li kienu jagħmlu dawn il-figurini nsibu lil ta’ Brincat minn Fleur-de-Lys. It-terminu nnifsu, ‘figurini belli’ juri din l-influwenza Taljana. Dan it-terminu jfisser statwi jew figurini sbieħ! F’Malta żviluppaw il-bejjiegħa ta’ dawn il-figurini fil-festi tagħna. Fost il-figurini li kienu jbigħu kienu dawk tal-pasturi u tal-fratelli tal-fratellanzi. Dawn kienu jintgħoġbu għax kienu jkunu miżbugħa b’ħafna kuluri.
19
KULTURA
Il-pittura ta’ Francis William Edmonds bl-isem ta’ ‘The Image Pedlar’.
L-GŒAÆEB TAL-PRESEPJU B’hekk f ’Malta wkoll kellna dawn il-bejjiegħa ta’ influwenza Taljana. Il-‘figurini belli’ kienu tal-ġibs. Ilpasturi u tal-fratelli kienu tat-tafal. Aktar iva milli le, il-pasturi tat-tafal kienu jinbigħu fuq xi tilar. Il-festa tal-Karmnu tal-Imdina, per eżempju, kienet magħrufa sew għall-bejgħ ta’ dawn il-pasturi. Wara t-Tieni Gwerra, dawn kienu jinbigħu sold. B’hekk f ’Malta, bħal fl-Italja u fil-kontinent Amerikan, kien hemm l-istatwi tal-ġibs marbuta tal-klassi medja. Biss dawn il-bejjiegħa Taljani sabu f ’Malta anke suq reliġjuż, li filmaġġoranza tiegħu kien magħmul min-nies tal-klassi ta’ isfel. B’hekk f ’pajjiżna, dawn setgħu jmorru pass lil hinn minn hekk. Bdew jagħmlu
20
l-pasturi mit-tafal. B’hekk il-pasturi tat-tafal setgħu jitgawdew mit-tfal iżżgħar tal-klassi l-baxxa. Iżda l-vera rivoluzzjoni f ’dan is-settur għamilha Dun Ġorġ Preca u s-Soċjetà tal-Mużew. Huma ppopolarizzaw din il-prassi tant għall-qalb il-klassi medja u wasslu biex jaraw li anke t-tfal tal-klassi l-baxxa, speċjalment dawk li ma kellhomx flus, ikollhom presepju jew bambin id-dar. Biss f ’Malta tas-seklu dsatax daħal element ieħor marbut mal-presepju tagħna. Dan il-fenomenu hu marbut ukoll mal-emigrazzjoni Maltija ta’ dik il-ħabta. Din id-darba din l-influwenza mhix ġejja mill-Italja, iżda millMaltin li marru lejn l-Afrika ta’ Fuq. Fil-presepju Malti naraw numru ta’ figuri li aħna nqisuhom bħala figuri tradizzjonali tagħna bħalma hu
x-xabbatur, l-għaġeb tal-presepju jew inkella l-kaċċatur. Hawn nixtieq nieqaf fuq wieħed minn dawn il-figuri, dak tal-għaġeb tal-presepju. L-għaġeb talpresepju hu figura tipika tal-presepju Provencal. Provenza tinsab fin-naħa t’isfel ta’ Franza, u hi waħda mir-reġjuni li minnha, ħafna Franċiżi marru jgħixu fl-Afrika ta’ Fuq. Issa kif seta’ karattru tipikament tal-presepju Franċiż jidħol fil-presepju Malti? Meta l-presepju Malti beda jieħu fil-popolarità tiegħu fis-seklu dsatax u l-bidu tas-seklu għoxrin, kien hemm ħafna Maltin qed jgħixu fitTuneżija u l-Algerija. B’hekk l-uniku mod possibbli biex din il-figura daħlet fil-presepju tagħna kien permezz talemigrazzjoni. Ir-reġjun ta’ Provenza hu wieħed Kattoliku. Dawn ħadu l-kultura
KULTURA
tal-presepju magħhom fit-Tuneżija u l-Alġerija. Il-kultura Franċiża f ’Malta hi normalment assoċjata mal-Ordni ta’ San Ġwann. Biss ftit jafu li din baqgħet b’saħħitha, anke wara tmiem tal-Ordni minn Malta, speċjalment fost il-Kattoliċi. Wieħed irid jiftakar li l-Kattoliċi Franċiżi kienu kontra r-rivoluzzjoni Franċiza u dan il-fatt aktar joħloq empatija fost il-klassi għolja Kattolika f ’Malta lejn il-kultura Franċiża. B’hekk l-imħabba u l-interess lejn il-kultura Franċiża kien għadu qawwi sal-bidu tas-seklu għoxrin. Dawk il-Maltin li marru jgħixu f ’Tuneż jew f ’Algiers setgħu biss ikomplu jsaħħu dan l-interess f ’din il-kultura u b’hekk bdew iġibu lejn Malta din ilkultura ta’ Marsilja, li l-aktar li tidher hi fin-numru ta’ statwi u lbies reliġjuż li sar għall-knejjes Maltin matul it-tieni nofs tas-seklu dsatax u l-bidu tas-seklu għoxrin. Magħhom daħlet il-figura tal-għaġeb tal-presepju li spiċċat ukoll espressjoni fil-Malti! Fil-presepju Provencal, din ilfigura hi magħrufa bħala ‘le ravi’ li tfisser ‘il-ferħan’. Ma’ din il-figura daħlet ukoll mill-presepju Provencal il-figura tar-raġel xiħ qed jitmexxa minn tifel. Din hi wkoll figura tipika ta’ dawk li bil-Franċiż jissejħu ‘santons’. Ilkelma ‘santons’ tfisser pasturi. Karattri oħra li nsibu fil-presepju ta’ Provenza huma ‘la cuelleuse d’olive’ (il-mara li tiġbor iż-żebbuġ), ‘La gitane’ (iżżingara), ‘le notaire’ (in-nutar), ‘la bugadiere’ (il-ħassiela) il-kaċċatur u ‘le boulanger’. Dan tal-aħħar hu l-ħabbaż. Minn dawn il-karattri kollha, dak talkaċċatur u tal-ħobż daħal fil-presepju Malti. Magħhom insibu nisa jġorru xi riċipjent jew ilma fuq rashom. Hawn fejn naraw ukoll lill-ħassiela. Dawn ukoll daħħlu mill-presepju Provenzal. Il-forma tan-nisa u talgħaġeb fil-presepju Malti hi identika għal dik ta’ dawn is-santons ta’ Provenza.
IL-KAKKATUR FIL-PRESEPJU MALTI Biss it-tradizzjoni tal-pasturi fi Franza ma nsibuhiex biss fi Provenza. Insibuha f ’reġjuni oħra u kull reġjun għandu l-karattri tiegħu. Kull reġjun ilibbes il-pasturi skont il-kostum tallokalità. Din il-karatteristika daħlet fil-presepju Malti, anke jekk imbagħad, f ’Malta din żviluppat fi tradizzjoni li nlibbsu l-pasturi skont it-traduzzjoni Lhudija, jiġifieri rġiel lebsin it-turban. Fuq kollox, dan kif kienu l-immigranti Malti jaraw libsin l-Għarab tal-Afrika ta’ Fuq. Fuq kollox, fost il-karattri li nsibu f ’forma ta’ pasturi fiż-żona Franċiża magħrufa bħala l-Pyrénées-Orientales, hemm il-membri tal-konfraternitajiet reliġjużi. Din hi tradizzjoni Katalana. B’hekk tidher li din it-traduzzjoni ta’ fratelli tat-tafal ddaħħlet f ’Malta wkoll grazzi għall-kuntatt li l-emigranti Malti fl-Afrika ta’ Fuq kellhom ma’ immigranti Franċiżi minn dan ir-reġjun Franċiż. Fil-belt ta’ Perpignan, dawn il-pasturi ta’ fratelli jinbigħu mal-pasturi tal-Milied. Biss mhux il-figuri kollha Franċiżi daħlu fil-presepju Malti. In-nies tan-naħa ta’ Perpignan, jiġifieri fost dawn il-Katalani, hemm il-figura tal-kakkatur. Infatti jissejjaħ bil-Franċiż ‘caganer’. Dan insibuh popolari f ’dan ir-reġjun tant li hu ppreżentat liebes il-kostum ta’ dan il-pajjiż. L-idea hi li dan irraġel f ’pożizzjoni li qed jaħra, qiegħed jiffertilizza l-art. Għall-inqas din hi l-ispjega li tingħata lil min jixtieq jixtri wieħed minn dawn il-pasturi. B’hekk hu mitqies bħala simbolu ta’ prosperità u riżq tajjeb għas-sena li tkun ġejja. Għall-Katalani din hi figura li ġġib irriżq. Iżda anke jekk din il-fiġura ġġib ir-riżq, ma daħlitx fil-presepju Malti. Ilfatt li f ’Malta kienet taħt l-Ingliż, li f ’din il-ħabta kellhom mentalità Vittorjana qawwija ħafna, żgur li dan l-element ta’ fertilità ma kienx ser jiftiehem. Il-figura
Żewġ pasturi li nsibu fil-presepju fi Franza. Wieħed hu dak tar-‘ravi’ u l-ieħor il-‘caganer’.
tiegħu kienet tkun waħda li twassal messaġġ bil-maqlub. Fil-każ tar-reġjun tal-Katalunja, il-kakkatur insibuh liebes l-ilbies tradizzjoni. Biss riċentament f ’dan ir-reġjun insibuh ukoll rappreżentat bħala xi politiku internazzjonali jew lokali. Hawn għandha l-influwenza Naplitana fuq dan il-pastur għax hi fittradizzjoni Naplitana li jdaħħlu karattri kontemporanji, inkluż dawk ta’ politiċi, bħala pasturi fil-presepju. Anke hawn il-presepju qed isir wieħed globalizzat. Il-figura tal-kakkatur qed narawha llum dieħla fil-presepju Malti, bid-differenza li hu ppreżentat bħala liebes l-ilbies jew il-kostum tradizzjonali Malti. Min jaf, jekk nibdewx narawh wkoll rappreżentat bħala xi politiku lokali jew barrani f ’din il-pożiżżjoni bħalma qed jiġri f ’Perpignan? Dak li hu żgur, li l-figurini talpasturi tagħna huma influwenzati millkuntatti kulturali li seħħew permezz talemigrazzjoni tal-Maltin u l-kambjamenti li ġraw fl-Ewropa.
21
KULTURA
EDU-KULTURA
Il-kultura ta’ taœriæ vokazzjonali fil-Belæju ANTOINETTE SCHEMBRI
UNIVERSITÀ TA’ WARWICK
ANTOINETTE SCHEMBRI TITKELLEM DWAR L-ESPERJENZA TAGĦHA LI ŻŻUR SKEJJEL VOKAZZJONALI FIL-BELĠJU.
PROÆETT ERASMUS Bejn l-20 u l-24 ta’ Ottubru kelli l-opportunità li nkun parti minn grupp ta’ edukaturi li żaru l-Belġju bħala parti minn proġett ta’ Erasmus imniedi mill-Institute for Education fi ħdan idDipartiment tal-Edukazzjoni. Dan ilproġett jismu “My journey, My mobility”. Barra minn edukaturi minn Malta, kien hemm għal din il-mawra, edukaturi mill-Belġju, l-Estonja u l-Ġermanja. Din kienet żjara edukattiva ta’ tlett ijiem. Hawn irid jingħad, li l-kapijiet u l-viċi-kapijiet tal-iskejjel Maltin qegħdin jittieħdu fuq dawn iż-żjarat. Jien flimkien ma’ kollegi oħra morna
22
fil-Belġju fejn żorna skejjel differenti, kollha vokazzjonali. Hemm rajna kif jiġu mħaddma u mgħallma dawn is-suġġetti. Biss lil hinn minn din id-deskrizzjoni, li tajt biex wieħed jifhem aħjar il-kuntest li qed nikteb dwaru, din iż-żjara toħroġ numru ta’ punti li kull edukatur u min imexxi fl-edukazzjoni għandu jixtarr.
BREAKING THE ICE Dawn it-tip ta’ vjaġġi edukattivi jibdew billi ssir attività ħalli sservi bħala ‘icebreaker’, jiġifieri dawk kollha li qegħdin jieħdu sehem iwaqqgħu l-ħitan ta’ bejniethom li jkunu ġejjin mill-fatt li qatt ma jkunu ltaqgħu ma’ xulxin. Dan isir peress li l-grupp ikun magħmul minn persuni ta’ nazzjonalitajiet differenti. Is-suġġett magħżul kien dwar fatturi li jikkontribwixxu biex student ma jattendix skola u jispiċċa jitlaq
kmieni mill-iskola. Dan hu suġġett ta’ importanza anke għalina f ’Malta. Dawk preżenti ġew mogħtija karta b’lista ta’ affarijiet li jżommu lill-istudenti milli jmorru l-iskola. L-ewwel kellna nimmarkaw dak li aħna naħsbu li huma l-ħames l-aktar raġunijiet għaliex ittfal ma jmorrux l-iskola. Wara, kellna naħdmu fi gruppi żgħar ta’ erbgħa jew ħamsa u noħorġu liema huma l-iktar ħames raġunijiet importanti għaliex l-istudenti ma jmorrux skola. Minn din l-attività ħareġ l-ewwel li l-istudenti jridu jiġu motivati. Imbagħad kien hemm ukoll l-enfasi fuq l-ambjent tal-familja. L-ambjent fil-familja hu importanti biex it-tfal imorru tajjeb fl-iskola. Dwar dan nisimgħu ħafna anke f ’Malta, biss naħseb li l-ġenituri għandhom bżonn jagħtuh aktar importanza. Il-konklużjoni li wieħed
KULTURA
jista’ jislet wara din is-sessjoni, hu żgur li se tkun element ta’ studju fil-futur, li aktar ma jikbru l-problemi fil-familja, aktar se jkun hemm bżonn ta’ servizzi magħrufa bħala psiko-soċjali. Ħareġ ukoll li l-istudenti jridu jħossuhom siguri u integrati fl-ambjent tal-iskola. Dan jaffettwa ħafna l-‘wellbeing’ talistudenti. Ma’ dawn wieħed ma jistax jonqos li jżid il-fattur tar-relazzjonijiet bejn l-istudenti u l-għalliema. Meta jkun hemm relazzjoni tajba bejn l-istudenti u l-għalliema, l-istudenti jiġu l-iskola iktar għal qalbhom.
CERIA L-ewwel żjara kienet fliskola bl-isem ta’ CERIA (Centre d’Enseignement et de Recherches des Industries Alimentaires et Chimiques). Din tinsab fiż-żona ta’ Anderlecht, ftit ‘il barra miċ-ċentru ta’ Brussels. Hawnhekk, kull pajjiż għamel preżentazzjoni dwar x’qed isir fil-pajjiż
rispettiv tiegħu. Ħlief fil-każ tagħna, l-iskejjel vokazzjonali huma separati minn dawk mainstream. Fil-Belġju, l-Estonja u anke l-Ġermanja, l-istudenti jibdew is-snajja’ minn 15-il sena ‘l fuq. Il-Ġermaniżi u l-Belġjani tkellmu dwar is-sistema tagħhom. Dawn għandhom sistema ta’ ‘dual training’ fejn l-istudenti jqattgħu jumejn skola u tlett ijiem jaħdmu. Esperjenza oħra li toħroġ minn din iż-żjara hi li l-għalliema jingħataw esperjenza vokazzjonali anke jekk dan mhux is-suġġett tagħhom. Wara nofsinhar ilbisna libsa bajda tal-plastik u dħalna naraw workshops ta’ din l-iskola CERIA. F’dawn il-workshops kien hemm l-istudenti jipprattikaw is-sengħa tagħhom. F’wieħed mill-workshops kien hemm studenti li qegħdin jitgħallmu l-‘catering’. Dan kien workshop jispeċjaliżża fil-ħelu u ċ-ċikkulata, li fil-Belġju hi prodott importanti. Kien hemm min kien qed jagħmel l-għaġina
tal-pasti u min kien qed jaħdem iċċikkulatini. Kien hemm min kien qed jagħmel l-eclairs – speċjalità Frankofona. Imbagħad kien hemm aspett ieħor li ma nsibux fl-iskejjel vokazzjonali tagħna, ħlief fl-iskola tal-catering li għandha ristorant magħha. Fil-każ tagħna, bħalma hu fil-każ ta’ din l-iskola, dan hu ristorant maħsub biex jitgħallmu l-istudenti. Hawn is-sitwazzjoni hi differenti. Maliskola hemm ħanut. L-ikel jew il-ħelu li jagħmlu l-istudenti jiġi mibjugħ fil-ħanut tal-iskola lill-istaff u l-istudenti. Billi l-iskola hi kbira, m’għandhomx problemi li l-ikel se jibqa’ ma’ wiċċhom għax l-affarijiet jinħatfu mill-ewwel. Kellna wkoll workshop dwar ilproduzzjoni taċ-ċikkulata li fiha aħna tgħallimna dwar it-tipi differenti ta’ ċikkulata u kif dawn it-tipi differenti jiġu magħmula. Kellna wkoll sessjoni fejn doqna ċ-ċikkulata u ridna naqtgħu x’livell ta’ kakaw fiha ċ-ċikkulata li kien hemm quddiemna.
Xogħol magħmul miz-zokkor mill-istudenti tal-iskola CERIA.
23
KULTURA
24
Wieħed mill-workshops tal-iskola CEFA
KULTURA
CEFA
HERVE U LIEGE
L-għada kellna t-tieni żjara, li kienet fl-iskola CEFA (Centre d’Education et de Formation en Alternance) Court-StEtienne ukoll ftit ‘il barra miċ-ċentru ta’ Brussels. Dan ukoll hu ċentru tattagħlim. Fih jattendu studenti tal-età bejn il-15 u l-25 sena. Dawn l-istudenti jingħataw stipendju tax-xogħol li jagħmlu. Dan jitħallas abbażi ta’ tlett ijiem li huma jagħmlu jaħdmu matul il-ġimgħa. Din l-iskola għandha diversi taqsimiet ta’ tagħlim, fosthom ‘office administration’, ‘hospitality’, ‘metal works’ u anke ‘carpentry’. Peress li hawn jiġi mgħallem is-suġġett tal-‘hospitality’, ħadna l-ikla ta’ nofsinhar fl-iskola. Hawn ukoll, l-ikel kien ippreparat u servut millistudenti. Din hi skola li għandha diversi proġetti Erasmus. Fosthom hemm ilproġett imsejjaħ CEFAccueil. L-istudenti fil-mira huma dawk li qegħdin ibatu fl-istudji akkademiċi tagħhom u dawk l-istudenti immigranti li m’għandhomx għarfien tal-ilsien Franciż. B’hekk dawn l-istudenti jieħdu lezzjonijiet żejda talilsien Franċiż biex iħossuhom aktar integrati fl-iskola.
Fit-tielet u l-aħħar jum żorna skejjel fl-ibliet ta’ Herve u Liege. F’Herve, ħaduna fil-gym, fejn hemm kien hemm speċi ta’ kamp. Din hi ‘technosphere’. Dan hu proġett iffinanzjat mill-Gvern Franciż. Hawnhekk, aħna kollha ġejna mistiedna nieħdu sehem f ’logħob interattiv. Jiena ħadt sehem f ’logħba li kienet tinvolvi molekoli differenti. Ġejt imlibbsa maskra fejn biha tara l-molekoli differenti. Trid taqbadhom u tpoġġihom fil-post fejn jgħidulek tat-tim miegħek. Imbagħad ikollok ir-riżultat tal-molekoli. Wara ġew l-istudenti biex iqattgħu lezzjoni jużaw dan il-logħob interattiv. Dan hu intiż biex jurihom li dak li qed jitgħallmu fit-teorija jistgħu japplikawh fil-prattika. Wara dan, morna Liege li jinsab ftit minuti bogħod. Hemmhekk morna f ’park tax-xjenza ieħor. Dan hu post li jagħti taħriġ lil nies ’il fuq minn 18-il sena, bittama li jekk dawn huma qiegħda, isibu xogħol. Jingħataw taħriġ ukoll lil nies li jaħdmu fl-industrija u li jiġu mibgħuta hemm minn min iħaddimhom. F’din l-iskola jigu wkoll studenti mill-iskejjel primarji u sekondarji, biex iqattgħu
ġurnata ta’ prattika. Dawk tal-primarja jkunu ġeneralment l-istudenti li jkunu fil-ħames jew is-sitt sena. Dawn jagħmlu ‘milling’ u ‘lathing’ u joħolqu pupi millmetal. Dan hu intiż biex inissel f ’dawn l-istudenti, diġa minn età żgħira, sens ta’ mħabba li taħdem b’idejk. Jitgħallmu li hi xi ħaġa sabiħa li tmidd idejk! Dħalna wkoll fil-kamra fejn jitħarrġu l-istudenti tas-sekondarja. It-taħriġ jibda b’mod virtwali u mbagħad imorru għallprattika. Jekk wieħed jieħu l-qasam talwelding, l-ewwel l-istudenti jitgħallmu kif jagħmluh b’mod virtwali. Hemm apparat li jurik kif għandek tpoġġi rasek u anke kif iżżomm idejk. Dak li tkun qed tagħmel jidher fuq screen kbir. Anke għalliema li mhux tas-suġġett jiġu introdotti għal dan it-tagħlim virtwali. B’hekk hemm interattività bejn l-għalliema u l-istudenti. Fuq kollox, waqt li l-istudenti jkunu qegħdin jistennew iċ-ċans tagħhom, ikunu jistgħu jaraw x’qegħdin jagħmlu sħabhom. Wara dan, meta l-istudenti jkunu ipperfezzjonaw l-arti tal-welding b’mod virtwali, jinżlu isfel fil-workshop biex jagħmlu l-welding ta’ veru.
Technifutur ta’ Liege.
25
KULTURA
Soppa tat-tadam, imsejħa tomato capuccino magħmula mill-iskola ta’ CEFA St. Etienne barra minn Brussell.
26
KULTURA
F’dan il-park tax-xjenza jiġu mħarrġa mas-16,000 student kull sena. Hemm bosta workshops differenti. Ilbini qisu hangar tal-ajruplani, kbir u mgħammar b’bosta għodda avvanzata. Hemm sezzjonijiet differenti. Eżempju, rajna sezzjoni tal-mekkanika u sezzjoni tal-elettriku. Il-klassijiet imbagħad ikunu fuq, fejn dawk li jiġu biex jieħdu t-taħriġ, jigħallmu t-teorija. B’hekk wara li jkun żgurat li l-istudenti tgħallmu t-teorija, dawn ikunu jistgħu jinżlu isfel jagħmlu l-prattika. Sezzjoni oħra li għandha din l-iskola hi dik tar-robotika. Hawnhekk inqsamna fi gruppi ta’ tnejn jew tlieta fuq kompjuter. L-instructor bdiet tagħtina istruzzjonijiet kif nagħmlu programm fuq ir-robot li kellna. Hi esperjenza ta’ gost. Bdejna mill-ħafif. L-ewwel għallimna lir-robot jitkellem. Imbagħad ipprogrammajnieh biex jibda jiċċaqlaq f ’linja dritta. Għallimnieh jimxi kemm ’il quddiem u anke lura. L-aħħar sfida li tatna kienet biex irrobot ngħallmuh imur minn punt għal ieħor billi jikser fuq il-lemin, jimxi ftit u imbagħad jerġa’ jdur biex jiġi f ’linja dritta. Tant ħadna gost li lanqas rajna l-ħin għaddej!
L-iskola tal-catering li f ’Hevre fil-Belġju.
ESPERJENZA TA’ GOST U TAGŒLIM Minn dawn it-tliet ijiem imballati b’ħafna attivitajiet ħareġ b’mod ċar li l-motivazzjoni hi importanti għallistudenti. Is-suġġetti vokazzjonali jagħtu motivazzjoni lil dawn l-studenti li jkunu ‘disenchanted’, jiġifieri li ma jkunx iridu jibqgħu jattendu l-iskola. Nirringrazzja lill-Institute for Education għal dawn l-esperjenzi. Tabilħaqq, dawn iż-żjarat ikabbru l-oriżżonti tagħna għax juruna x’qed isir lil hinn minn xtutna. Dawn huma opportunitajiet li jgħinu lill-għalliema biex isiru jafu x’inhu jiġri f ’pajjiżi oħra fil-qasam vokazzjonali.
L-iskola CERIA fi Brussell.
Dan l-artiklu jirrifletti l-ħsibijiet tal-kittieb u l-Kummissjoni mhix responsabbli għal użu li jista’ jsir minn informazzjoni li hawn f ’din il-kitba.
27
KULTURA
L-Esploratur Malti
Andrea Debono
u l-Misteru tax-Xmara Nil JOSEPH SCICLUNA
GĦAL SEKLI SĦAĦ L-ESPLORATUR KIEN IL-PERSUNA LI JIVVJAĠĠA BIEX JISKOPRI POSTIJIET JEW OĠĠETTI ĠODDA LI KIENU MISTURA GĦALL-BNIEDEM.
M
atul iż-żmien l-esploraturi Ewropej ħażżew u pinġew mapep ta’ fejn kienu jmorru biex il-bniedem ikollu informazzjoni aħjar u jsir jaf aktar dwar id-dinja ta’ madwaru. Wieħed minn dawn l-esploraturi kien Andrea Debono.
IT-TFULIJA TA’ DEBONO FL-ISLA Andrea Debono twieled fl-Isla fis 7 ta’ Novembru fis-sena 1821. Missieru, Michele, kien kaptan tal-baħar. Huwa żżewweġ lil Teresa Carabott u minn dan iżżwieġ, minbarra lil Andrea, kellhom tifla, jisimha Battistina. Din kienet xi sentejn iżgħar minn ħuha. Andrea ġie mgħammed minn Dun Furtunat Costa, kanonku fil-parroċċa tal-Isla u tawh l-ismijiet ta’ Andrea Pietro. Kien hemm min qal li huwa kien Taljan minħabba kunjomu. Saħansitra il-kittieb Ġwann Mamo kiteb li Debono kien Malti mwieled l-Eġittu. Dan mhux minnu għax iċ-ċertifikat tat-twielid juri li hu twieled fil-parroċċa tal-Isla. F’dak iż-żmien, il-familja kienet toqgħod
28
KULTURA
f ’numri 125 u 126 fi Strada Due Porte, illum Triq iż-Żewġ Mini, ġewwa din ilbelt. F’dik il-ħabta kien hemm biss tliet skejjel tal-Gvern; waħda fil-Belt Valletta, l-oħra f ’Għawdex u oħra f ’l-Isla. Fissena 1827, il-Gvern Kolonjali kien ta l-permess li jinfetħu aktar skejjel millprivat. Il-familja ta’ Andrea kienet tattajjeb. B’hekk setgħu jibagħtuh jieħu l-edukazzjoni tiegħu f ’waħda minnhom. Huwa kien jaf sew l-ilsien Taljana u studja il-kimika. Jidher li kien bi ħsiebu jibda l-kors ta’ tabib. Ma kienx jonqos li tfajjel mill-Kottonera kien jaf jgħum, iħobb jaqdef u jibbordja bil-qlugħ.
IL-FAMILJA TMUR L-EÆITTU Missieru kien investa biex iġib u jixtri xogħol minn barra. Ġara li l-vapur li kien qed iġorrlu l-merkanzija sab ruħu f ’maltempata u għereq. Għalhekk, missieru kellu jmur l-Egittu u jittanta xortih hemm fejn fetaħ negozju. Ilfamilja kienet baqgħet Malta. L-isfortuna reġgħet laqtet lill-familja, meta ftit xhur wara, Michele miet f ’Lixandra. Il-familja bdiet għaddejja minn żmien diffiċli u għall-ħabta ta’ 1837, Andrea, flimkien ma’ ommu u oħtu ħallew Malta u emigraw lejn l-Egittu. Dak iż-żmien l-emigrazzjoni lejn l-Afrika ta’ Fuq kienet komuni ma’ bosta Maltin. Ħafna Maltin kienu telqu lejn l-Afrika ifittxu futur aħjar f ’dan il-kontinent. Andrea ma damx ma sab impieġ fi spiżerija fil-Belt ta’ Rosetta fl-Eġittu. Issa kienu qegħdin jiddraw l-ambjent u bl-għajnuna ta’ Andrea, il-familja kienet qegħda tieħu r-ruħ, meta għall-għarrieda, ommu Teresa mardet u miet. Għall-ħabta tas-sena 1850, mas-sitt elef u ħames mitt Malti kienu marru l-Eġittu u ħafna minnhom kienu jaħdmu fil-kostruzzjoni tal-Kanal tas-Swejż. IlKanal infetaħ fl-1869 mill-Imperatriċi Franċiża Eugenie, mart Napuljun III u kuġina ta’ Ferdinand de Lesseps, ilfamuż inġinier li ddisinja l-pjanti tiegħu. Ħaddiem Malti tas-sengħa kellu paga
ta’ tliet xelini fil-ġimgħa meta l-paga f ’Malta kienet żewġ xelini u tliet soldi filġimgħa. Huwa kien jista’ jfaddal u jgħix ħajja komda.
MILL-KAJR GŒAL KHARTOUM Sadanittant oħtu Battistina iltaqgħet ma’ ġuvnott, Malti tal-Eġittu u fis-sena 1841 iżżewġu. Andrea safa waħdu, telaq mill-impieg ta’ spiżjar u beda negozju filgomma li tinġabar miz-zokk tas-siġra. Bħal ħafna żgħażagħ kellu ħolma li xi darba jmur jivvjaġġa u jiskopri artijiet madwar ix-xmara Nil. Kien ta sikwiet jisma’ li pajjiżi Ewropej kienu qegħdin jibgħatu nies tagħhom fl-Afrika minn fejn kienu jistgħu jsibu riżorsi bil-ħsieb li fl-aħħar jokkupaw dan il-kontinent. Dam jgħix fil-belt tal-Kajr għal għaxar snin u minn hemm mar joqgħod f ’Khartoum, il-belt kapitali tas-Sudan. Huwa u sejjer jivvjaġġa lejn Khartoum f ’Settembru fis-sena 1847, seta’ ltaqa’ mal-Malti Annetto Casolani. Dan kien
l-patrijiet Ġiżwiti. Il-Gvernatur Bouverie kien qal lill-arċisqof biex ma jħallihx jipprietka u iġegħlu jitlaq minn Malta. L-Isqof Casolani kien iżomm djarju. Fih jkompli jgħid “bqajna sejrin u wasalna Hamrah, ilbelt kapitali tal-Eġittu ta’ Fuq. Hawnhekk inqbadna f ’maltempata u l-Bambin ried li ma għereqniex. Għal ħabta tat-12 ta’ Ottubru, għaddejna qrib ix-xatt taxxmara, waqafna u nżilna naraw it-tempji ta’ ‘Luxor.’ Minn hemm tlaqna għal ‘Aswan’, krejna id-dgħajjes u salpajna għall-‘Wadi Ħalfa’. Erġajna waqafna u rkiebna l-ġmula u wara tlett siegħat sibna d-dgħajjes jistennewna, għabbejna xi provizzjon u wasalna fil-belt ta’ Khartoum għal bidu tas-sena 1848.”
IX-XMARA NIL U L-VJAÆÆ GŒAL GONDOKORO Għall-ħabta tas-sena 1850, Andrea beda l-espedizzjoni u telaq lejn Gondokoro, post madwar elf mil ’il bogħod minn Khartoum. F’dawk
bqajna sejrin u wasalna Hamrah, il-belt kapitali tal-Eġittu ta’ Fuq. Hawnhekk inqbadna f’maltempata u l-Bambin ried li ma għereqniex. għadu ma ġiex ikkonsagrat isqof. Dan kien intbagħat mill-Vatikan biex iwaqqaf Missjoni Kattolika f ’Eġittu. Matul il-vjaġġ niżlu l-art fejn qattgħu jum għall-kaċċa, waqfu f ’Kerdasa u l-għada komplew sejrin lejn il-belt ta’ Minja fl-Eġittu fejn ġew milqugħa mittabib Franċiż tal-post u miegħu kien hemm spiżjar u ħuh, it-tnejn Maltin bil-kunjom ta’ Sammut. Mal-isqof kien hemm tliet patrijiet, tnejn mill-Awstrija u l-ieħor Pollakk bl-isem ta’ Ryllo. Dan tal-aħħar kien ġie Malta fl-1839 u kellu l-inkwiet mal-Gvernatur meta fettillu jgħid lill-Kurja biex f ’Malta jerġgħu jiġu
in-naħat, it-temp sħun u umdu, kien qiegħed iġiegħel il-grupp jieqaf biex jistrieħ. Ma tul il-vjaġġ matul ix-xmara nIl, kull fejn tilmaħ, ħlief iż-żkuk twal tal-papirus, għadajjar infestati binnemus, ipoppodami jitmiegħku fit-tajn u kukkudrilli jixxemmxu matul ix-xifer tax-xmara ma kienux jaraw. F’Gondokoro, Andrea sab li l-belt kienet il-post ideali biex ikabbar innegozju. Beda jimpjega nies miegħu mill-Eġittu u mis-Sudan bħal reffiegħa u baħrin. Rama’ flotta ta’ dgħajjes u qabel telaq bl-espedizzjoni kien jagħżel nies armati għal tal-apposta biex jipproteġu
29
KULTURA
30
KULTURA
l-merkanzija matul il-vjaġġi fuq ix-xmara u fuq l-art. Kien f ’dan il-waqt li Debono tħajjar u beda ibigħ l-avorju. Biex ilaħħaq max-xogħol kien ħatar aġenti f ’postijiet ’il barra minn Gondokoro biex jieħdulu ħsieb il-merkanzija meta tasal fil-post allokat u tinbiegħ. Sar magħruf u popolari mall-kommunità u ħafna kienu ifittxuh biex jagħmlu negozju miegħu.
L-ESPEDIZZJONI LEJN ‘MAKEDO‘ Fis-sena 1852 huwa u l-missjunarju Taljan, Don Angelo Vinco, kienu flimkien in-naħa ta’ fuq tax-xmara Nil. Don Vinco kien tħajjar immur fil-Missjoni fl-Afrika u fis-sena 1849 kien mar Khartoum u miegħu kien hemm patri Malti, Don Gaetano Zahra. Għalkemm Don Vinco ma jsemmiex lil Debono, il-kompatrijott tagħna, jiġifieri Debono kien kiteb lill-Konslu Ingliż u qallu li kien mar vjaġġ ma qassis Taljan. Il-professur Roberto Almagia’ f ’artiklu dwar il-vjaġġ ta’ Don Vinco jgħid li dan tal-aħħar mar lura lejn Khartoum meta Debono offrilu passaġġ fuq il-vapur tiegħu. M’hemmx dubju li Debono kien ma’ Don Vinco għax Alexandre de Vaudey, esploratur ieħor kiteb “l’arrivee du reverend Dom Angelo et de Monsieur Andre’ de Bon qui viennent du pays des Barrys....” Sadanittant Andrea Debono kellu jitlaq lejn Khartoum u l-qassis kellu jieqaf mill-vjaġġ, peress li kien qiegħed ibati bil-malarja. Il-marda kienet daħlet il-ġewwa u fit-22 ta’ Jannar tas-sena 1853 miet fl-eta’ ta’ erbgħa u tlettin sena. F’Khartoum, Andrea kien magħruf bl-isem ta’ ‘Latiff Effendi Debono’ jew Is-Sur Debono. Hu kien meqjuż bħala persuna importanti. Telaq minn Khartoum f ’Novembru tas-sena 1852. Skont ma ħalla bil-miktub l-istess Debono, huwa beda vjaġġ ieħor minn ‘Bellinia’ u niżel fir-raħal ta’ ‘Lopei’ qrib Gondokoro. Il-kap tal-villaġġ qallu li hu kien l-ewwel Ewropew li kien wasal sa dan il-post. Wara li waqfu għal xi ġranet, telqu għal ‘Lakoniori’ u kull fejn kien
jieqaf, kien iqassam żibeġ u kafè fost in-nies tat-tribu. Għaddew biex jaqsmu lejn gżejjer żgħar u fuq il-gżira ta’ Bonga, Debono naqqax l-ittri A.D. fuq blata kbira biex iħalli l-memorja li huwa kien għadda minn dan il-post. Il-baħrin fuq id-dgħajjes kellhom biċċa xogħol biex jevitaw il-blat nofsu mgħarraq waqt li kellhom jaqdfu fil-kurrent qawwi tal-kaskata, ikkawżat minn inżul wieqaf fil-qiegħ tax-xmara. Andrea kien għamel rapport bit-Taljan ta’ fejn kien ivvjaġġa fir-reġjun ta’ ‘Makedo‘ u traduzzjoni tiegħu bil-Franċiż kienet ġiet ippubblikata fil-magażin ‘Geografical Society’ ta’ Pariġi fis-sena 1860.
IL-VJAÆÆ GŒAL ‘SOBAT’ Jumejn qabel il-Milied tas-sena 1854, Andrea Debono telaq minn Khartoum lejn ‘Sobat’ u fl-1 ta’ Jannar tas-sena l-ġdida l-espedizzjoni waslet ma’ ġenb ix-xmara. L-esploratur Malti ltaqa’ malaġent tiegħu Filippo Terranuova, u tliet ijiem wara rikbu d-dgħajjes, baqgħu niżlin, kultant jieqfu, sakemm waslu filvillaġġ ta’ ‘Bongiak‘. Hawnhekk inqala inċident li Andrea seta’ tilef ħajtu. Raġel mit-tribù tal-post inqabad jisraq ilqamħ mill-kamp tal-esploraturi u n-nies ta’ Debono għamlu għalih. Dan malajr xiref il-lanza għalihom, u f ’kemm ilna ngħidu t-tribù ħebb għal Debono u sħabu. Andrea Debono kien qiegħed fuq id-dgħajsa u kif ħareġ rasu minn wara l-kabina, li ma kienx pront tbaxxa, kien jintlaqat minn vleġġa. Kontra qalbu huwa għamar lin-nies tiegħu biex jiftħu n-nar. Ġew milquta xi membri tattribù u wara, dawn ħarbu minn fuq ilpost. Għamlu xi xhur weqfin jistennew l-istaġun tax-xita u reġgħu komplew ilvjaġġ sakemm waslu f ’baħar magħluq bejn ix-xmajjar ta’ Bongjak u Giubba. Filwaqt li Andrea ħaseb biex imur lura lejn Khartoum, Terranuova ħa miegħu xi nies u ried ikompli l-vjaġġ bil-mixi. Kienu ilhom xi erbat ijiem bogħod middgħajjes ta’ Andrea, jimxu u jgħoddsu fit-tajn tal-għadajjar baxxi, mitlufin
u għalhekk bdew jisparaw tiri bħala sinjal ta’ għajjut. Riedu li Andrea jisma’ l-isparar. Andrea semgħu l-isparar. Tella’ l-qlugħ u rnexxielu jilħaq lil sħabu u jsalvahom. Mill-banda l-oħra, xi drabi meta kien jasal f ’xi villaġġ, kien jiġi milqugħ tajjeb u jagħmel ħbieb man-nies talpost. Rakkont ħelu nsibuh fil-ktieb tal-awtur Franċiż Lacrois, fejn jgħid li, meta Debono ġie quddiem ‘Re’ ta’ villaġġ, dan beżaqlu f ’wiċċu. L-interpritu malajr qallu lill-esploratur Malti li dak kien kumpliment, u li huwa għandu jagħmel l-istess, u jobżoq f ’wiċċ ir-‘Re’. Hekk għamel Debono u r ‘Re’ kuntent u ferħan, offrielu dak kollu li kellu bżonn!
IL-TELLIEQA LEJN IL-BIDU TAN-NIL Mhux Andrea Debono biss kien jhewden li xi darba jsib minn fejn kienet tibda ix-xmara. Esploraturi oħra Ewropej kellhom l-istess xewqat. Minkejja li kienu jħabbtu wiċċhom mal-mard, attakki minn tribujiet fil-gungla u minn annimali feroċi, minn klima li ma kinux imdorrijin għaliha, dawn l-esploraturi xorta kienu jmorru u jissugraw ħajjithom fil-kontinent Afrikan. Filwaqt li l-esploraturi Ingliżi baqgħu magħrufa fl-istorja, ftit jafu li Andrea Debono kien wasal qrib biex isib il-post minn fejn kienet tibda x-xmara Nil. Hu ġie nsemmi fin-novella ‘Five Weeks in a Balloon‘ tal-kittieb famuż Jules Verne. Hija avventura ta’ tlieta min-nies Ingliżi dwar il-vjaġġi tagħhom fil-kontinent talAfrika. Wieħed mit-tliet karattri, it-tabib Samuel Ferguson jilmaħ l-iniżjali A.D. li l-esploratur Malti kien naqqax fuq blata snin qabel. “A.D. repeated Dr Ferguson, “Andrea Debono - the very signature of the traveller who farthest ascended the current of the Nile.” Ftit hemm tagħrif dwar Debono għax huwa qatt ma żamm djarju talvjaġġi li kien għamel. Kulma għandna huma xi rapporti li huwa kien bagħat lis-Soċjetà Geografika ta’ Pariġi. Hemm
31
KULTURA
Bħal meta xi kultant jiġri fil-ħajja, ikun hemm min jipprova jitfa’ dell ikrah fuqek. Jew forsi mingħajr ma tinduna, dan ikun qiegħed jgħir għalik.
32
KULTURA
ukoll xi kitba ta’ xi esploraturi li kienu semmewh jew iltaqgħu miegħu matul il-vjaġġi tiegħu. Mażżmien ismu intesa. Għall-kuntarju ta’ esploraturi oħra, hu qatt ma’ bagħat rapporti tal-vjaġġi tiegħu lill-gazzetti. Il-ġurnali kien jaqblihom li jxandruhom għax il-pubbliku kien għatxan biex jaqra stejjer ta’ avventuri ta’ dawn l-esploraturi li kienu mitqiesha bħala eroja tal-pajjiż.
AKKUŸAT LI KIEN IMDAŒŒAL FINNEGOZJU TAL-ILSIERA Bħal meta xi kultant jiġri fil-ħajja, ikun hemm min jipprova jitfa’ dell ikrah fuqek. Jew forsi mingħajr ma tinduna, dan ikun qiegħed jgħir għalik. Fit-13 ta’ Awwissu tas-sena 1860, Andrea Debono ġie akkużat mill-Viċi-Konslu Ingliż, John Petherick, li kien involut fil-bejgħ tal-ilsiera suwed. L-esploratur Taljan Miani li kien jaf lil Andrea, jgħid li xi aġenti fl-impjieg mal-esploratur Malti, meta ma kienux isibu avorju biżżejjed, minn wara dahar Debono, kienu jinnegozjaw fil-bejgħ tal-iskjavi. Debono telaq għall-Kajr biex jidher quddiem il-qorti. Huwa ġab provi li dan ma kienx minnu u kellu evidenza biżżejjed mingħand diversi konsli barranin u saħansittra mill-awtoritajiet fis-Sudan u flEġittu li kien ta’ kondotta tajba u li qatt ma kien imdaħħal f ’dan in-negozju. Ta min jgħid li dik ilħabta kienet id-drawwa li familji sinjuri kellhom ilsira suwed jaħdmu u jservu fid-djar tagħhom. Jidher li Debono kien se jiġi fl-inkwiet minħabba xi aġenti tiegħu, li kienu jabbużaw, imma ma stabx ħati u ġie illiberat minn kull akkuża. Forsi Andrea Debono kien aktar moħħu li jibni negozju milli jasal biex jiskopri artijiet ġodda. Madanakollu huwa qatta’ mal-għoxrin sena jivvjaġġa fil-fond tal-kontinent Afrikan u kien wasal ftit mili ’l bogħod li jkun l-ewwel bniedem Ewropew li jsib il-bidu minn fejn ġejja l-akbar xmara fid-dinja. Bahr Al-Nil, l-itwal xamar fid-dinja, toħroġ ma’ ġenb il-fruntieri ta’ Ruanda u l-Uganda, tidħol fix-xmara Victoria u tibqa’ niżla sakemm tingħaqad max-xmara l-kaħla u toħroġ għall-baħar tal-Mediterran. Hija twila mal-erba’ t’elef u mitt mil, ħadet isimha mill-Farauni Nilus li kien bena kanali li joħorġu minnha biex l-ilma jinfirex għat-tisqijja talgħelieqi tal-madwar. Andrea Debono miet fil-belt tal-Kajr fid-29 ta’ Ottubru tas-sena 1871.
33
KULTURA
34
KULTURA
Malta f’gœajnejn in-
Nunzju Giuseppe Mojoli SERGIO GRECH
X’KELLU XI JGĦID DWAR MALTA U L-MEXXEJJA TAGĦHA N-NUNZJU GIUSEPPE MOJOLI, JIĠIFIERI L-AMBAXXATUR TAL-VATIKAN F’MALTA? SERGIO GRECH JAGĦTINA SOMMARJU TAR-RAPPORT TA’ MOJOLI DWAR MALTA. DAN HU DOKUMENT ESKLUSSIV LI QED JIXXANDAR GĦALL-EWWEL DARBA FIL-MAGAŻINE KULTURA.
B
ejn l-1969 u l-1971, l-istat talVatikan kien irrappreżentat f ’Malta min-Nunzju Giuseppe Mojoli (1905-1980). Mojoli, minn Bergamo fl-Italja, kien it-tielet Nunzju minn wara l-Indipendenza ta’ Malta meta l-Istat Malti beda jwaqqaf ambaxxati madwar id-dinja u joħloq relazzjonijiet diplomatiċi ma’ pajjiżi internazzjonali. Monsinjur Mojoli kien ukoll l-ewwel nunzju residenti f ’Malta. Qabel Malta qatta’ disa’ snin fl-uffiċċju ta’ Nunzju flEtijopja. Dwar dan il-passaġġ f ’ħajtu kiteb ktieb li kopja tiegħu wieħed jista’ jsibha wkoll fil-librerija tal-Università ta’ Malta. Kien irrappreżenta lill-Papa Ġwanni XXIII fil-festi tal-Indipendenza tal-Uganda. Zijuh Don Giuseppe Mojoli kien espert fil-Kotba Mqaddsa. Inħatar Nunzju għal Malta wara Monsinjur Saverio Zupi li fil-verità qatt ma assuma l-kariga minħabba li fil-frattemp kien marad serjament. Dan li ġej hu sommarju ta’ relazzjoni li n-Nunzju Monsinjur Giuseppe Mojoli
kiteb dwar Malta, il-politiċi, il-Knisja Maltija, is-sitwazzjoni f ’Għawdex, irreliġjużi Maltin u ħwejjeġ oħra li teħodna lura għall-1970. Id-dokument fih ċerta importanza għax joffri stampa ta’ Malta ta’ dik il-ħabta kif ukoll l-opinjonijiet ta’ uffiċjal għoli fid-Diplomazija Internazzjonali li xi drabi huma wkoll skjetti. In-Nunzju jibda r-relazzjoni billi joffri sfond storiku ta’ Malta u josserva li l-gżira esperjenzat diversi ħakkiema sakemm fl-1964 ħadet l-Indipendenza tagħha. Joffri wkoll sfond ġeografiku fejn jitkellem dwar iċ-ċokon tal-gżira u jinnota li x-xita hi pjuttost limitata filkaż ta’ Malta u li l-għola temperatura fis-sajf hi ta’ 23 grad celsius. Għalkemm iżid ukoll li ma jidhirx li Malta għandha skarsezza ta’ ilma. L-Arċisqof Mojoli jżid li f ’Malta ta’ żmienu hemm iktar nisa milli rġiel minħabba li ħafna rġiel telqu mill-gżira bħala emigranti. Ma jonqsux kummenti dwar ilpartiti politiċi f ’Malta. Jgħid li Malta għandha żewġ partiti ewlenin – l-istess tal-lum – u jżid li għandha wkoll żewġ partiti mingħajr importanza. Għalih tant mhumiex importanti li lanqas l-isem ma jsemmi. Kien qed jirreferi għall-Partit Demokratiku Nazzjonalista tal-Avukat Herbert Ganado u l-Partit tal-Ħaddiema Nsara ta’ Toni Pellegrini. Bejniethom iżżewġ partiti kienu tellgħu tmien siġġijiet fl-elezzjoni tal-1962 imma sal-1970 kif nafu kienu majnaw għal kollox u kienu passat jew biex wieħed ikun eżatt fix-xifer tax-xoljiment.
Monsinjur Mojoli kkonkluda li għalkemm il-Partit Laburista jsejjaħ lilu nnifsu soċjalista, għandu programm ekonomiku kważi identiku għal dak talPartit Nazzjonalista. Jinnota li l-PN filGvern kien kontra d-dħul taċ-Ċina filĠnus Maqgħuda u ma ħalliex lir-Russja tiftaħ ambaxxata f ’Malta u lanqas ma taha aċċess għall-portijiet Maltin fil-waqt li ta aċċess għall-flotta tan-NATO. Skont l-Arċisqof Mojoli għalkemm il-Gvern Nazzjonalista jidher kajman u li jieħu ħafna żmien biex imexxi, irnexxielu jġib stabilità ekonomika fil-pajjiż. Aktarx in-Nunzju wasal għal din il-konklużjoni minħabba l-kritika li kienet issir lillgvern ta’ Borg Olivier li kien għejja. InNunzju jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-partiti l-kbar kellhom pożizzjonijiet opposti għan-NATO. Il-PN kien favur waqt li l-PL kien kontra l-organizzazzjoni msemmija. Skont in-Nunzju Giuseppe Mojoli, għalkemm il-Labour jitkellem dwar politika newtrali, xorta għandu simpatiji lejn il-Lvant. Skont hu fil-partit imsemmi, kien hemm membri – għalkemm ma jsemmihomx b’isimhom u kunjomhom - li fil-privat kienu jammettu li kienu Komunisti. In-Nunzju Mojoli osserva li f ’dak il-mument li hu kien qed jikteb ir-relazzjoni tiegħu ma setax jipprevedi min se jirbaħ l-elezzjoni li kien imiss. Li kien żgur li l-Labour kien iktar attent fil-kompartamenti politiċi u pubbliċi tiegħu. Probabbli anke riżultat tal-ftehim tal-1969 li hawn in-Nunzju ma jirreferix għalih.
35
KULTURA
L-Arcisqof Gerada milqugħ fiż-Żejtun 4 ta’ Ġunju 1967.
Is-sitt taqsima tad-dokument hi ddedikata għall-edukazzjoni f ’Malta fejn in-Nunzju josserva li l-edukazzjoni Maltija hi obbligatorja sa 14-il sena u li l-gvern Malti joffri l-edukazzjoni primarja u sekondarja mingħajr ħlas. In-Nunzju kien kuntent li l-edukazzjoni f ’Malta titlaq mill-punt Kattoliku u jsemmi kif id-Dipartiment talEdukazzjoni lokali kien anke jimpjega spetturi reliġjużi. Jilmenta li l-għajnuna finanzjarja li l-Gvern jagħti lill-iskejjel tal-Knisja kienet insinifikanti. Monsinjur Mojoli nnota li t-turiżmu f ’Malta kien qed jikber mhux ħażin. Jikkwota li fl-1964, 38,000 turist żaru Malta u sa ħames snin wara dawn qabżu għal 186,000. F’Malta tal-1970 kellek iktar minn mitt lukanda li bejniethom kienu joffru 8,000 sodda. Josserva li t-turiżmu Malti kien jiddependi wisq fuq is-suq Ingliż. Semma li dik il-ħabta l-gvern kien beda jirreklama lil Malta fil-Ġermanja tal-Punent u fl-Iżvezja. Skont hu, kien żball li t-titjiriet diretti blajruplani minn Malta kienu jmorru biss Ruma u Londra. In-Nunzju studja wkoll il-familja f ’Malta u osserva fenomenu fejn iżżgħażagħ Maltin irġiel kienu qegħdin jiżżewġu nisa barranin u dawn bħala koppja kienu qegħdin jagħżlu li jgħixu
36
barra l-pajjiż flok f ’Malta. Fost il-profil tal-Prim Ministru Borg Olivier, Mojoli jinnota li martu ma kinitx qed tgħix miegħu f ’dik l-aħħar sena. Jiddeskrivih b’talenti politiċi mhux komuni u li jaġixxi dejjem b’kalma. Jgħid li jżomm relazzjonijiet kordjali mal-Knisja. Dwar Mintoff, Mojoli jikteb, “Intelligente e energico, ma troppo irruente e vendicativo” u li jissuspetta ħażin anke fil-kollaboraturi tiegħu. Josserva li ċ-ċokon ta’ Malta hu rifless anke fil-korp diplomatiku u jgħid li Malta għandha relazzjonijiet diplomatiċi ma’ 21 stat imma għandha biss seba’ ambaxxaturi. Ma tonqosx ukoll analiżi talarċidjoċesi ta’ Malta u d-djoċesi Għawdxija u kummenti dwar l-Isqfijiet Maltin. Skont Mojoli, il-popolazzjoni Maltija kienet reliġjuża ħafna u prattikanti ħafna. Malta (fl-1970) kellha 57 parroċċa, 313-il knisja, 419-il saċerdot djoċesan u 459 reliġjuż. Malta kellha ħames knejjes kolleġjali bil-kapitli b’kollox. Jippreżenta t-teżi li Malta ma ġietx influwenzata wisq mil-liġi Napoleonika u dan fil-prattika fisser purċissjonijiet kbar, ħwejjeġ korali “splendenti”, logħob tan-nar u rivalità bejn il-baned. Mojoli jippreżenta stampa pjuttost ħawtiela tal-Arċisqof Mikiel Gonzi.
Il-Prim Ministru Gorg Borg Olivier mal-Arċisqof Mikiel Gonzi.
Isemmi li ta’ 85 sena kien għadu b’saħħtu għalkemm kien qed jittarrax xi ftit u jgħid li kien għadu attiv ġmielu meta tqis l-età li kellu. Skont hu, Gonzi kien mogħni b’rispett kbir lejn il-Papa, is-Santa Sede u d-dmirijiet tiegħu. Jikkritikah li ma kienx dispost wisq għar-riformi u li dawn kienu jimxu b’pass ta’ nemla. Wieħed ma jridx jinsa li fis-sittinijiet kien għaddej il-Konċilju Vatikan it-Tieni li għalih Gonzi kien preżenti u li talab riformi kbar mill-Knisja. Mojoli josserva li lillArċisqof Gonzi kien tah ġewwa l-fatt li bħala riżultat tal-Indipendenza, f ’dik li hi preċedenza mit-tieni post spiċċa fit-tielet wara l-Prim Ministru meta qabel kien fittieni post wara l-Gvernatur. Dwar Monsinjur Emanuel Gerada, in-Nunzju Mojoli jgħid li għall-bidu li Gerada ġie Malta (fl-1967) kellu iktar appoġġ speċjalment mill-qassisin żgħażagħ. Mojoli osserva li Gerada u Gonzi ma kienu jaqblu f ’xejn. Skont Mojoli, l-Arċisqof Gerada kellu dħul ta’ 130 sterlina fix-xahar – somma kbira meta tqis kollox. In-Nunzju jkompli josserva li l-Arċisqof Gerada kien baqa’ jgħix mal-ġenituri tiegħu fiż-Żejtun. Dwar l-Isqof Emanuel Galea, li kien joqgħod iż-Żejtun ukoll, mas-sorijiet ta’ Ġesù Nazzarenu, Mojoli hu iktar konċiż u jsemmi d-dokument “Volume
onzi.
KULTURA
Il-Prim Ministru Mintoff f ’Diċembru 1956, fl-okkażjoni tal-Officers Mess.
5 pubblicato della Santa Sede sull’ultima guerra e’ detto a p. 547, che sebbene buono e bravo – non era adatto ad occupare il posto di Arcivescovo.” Probabbli din ir-riferenza hi għal kollox ġdida. Skont Mojoli din weġġgħetu ħafna. Mojoli jirrikonoxxi kif bosta drabi l-Isqof Galea kien jagħmilha ta’ medjatur bejn l-Arċisqof Mikiel Gonzi u l-Arċisqof Emanuel Gerada li kif nafu minn sorsi oħrajn bħal Dun Charles G. Vella, Gerada kien qed jimbotta biex jieħu post Mons. Gonzi u jsir it-tmunier tad-djoċesi hu. Biex wieħed ikun ġust mal-istorja, Mojoli ma jagħtix dettalji dwar il-medjazzjonijiet ta’ Galea. Fil-perjodu tad-differenzi bejn Gonzi u Gerada ma ninsewx ukoll li kienet għaddejja l-indaġni minn Monsinjur Luigi Ligutti dwar il-finanzi tal-Knisja f ’Malta. Monsinjur Luigi Ligutti kien mibgħut Malta mill-Papa Pawlu VI nnifsu. Parti mdaqqsa mir-relazzjoni hija ddedikata għas-Seminarju li Mons. Ġużeppi Mercieca kien isejjaħlu l-kċina tad-djoċesi. Fil-Minuri, l-istudenti kienu jitgħallmu l-Latin, it-Taljan, l-Ingliż, ilMalti, il-Franċiż, il-Matematika, il-Fiżika, l-Istorja u l-Ġeografija, ir-Reliġjon u l-Grieg Klassiku. Is-Seminarju Minuri kien joħroġ ir-rivista s-Seminarium (li kien joħroġ ukoll fiż-żmien li jien kont
L-Arċisqof Gonzi u l-Isqof Galea f ’riċeviment f ’ġieħ Monsinjur Mikiel Azzopardi.
student bejn l-1986 u l-1992) u għadu joħroġ sal-lum. Jinnota li kien hemm 70 seminarist iħejju ruħhom għassaċerdozju imma jammetti li maż-żmien in-numri kienu se jinżlu minħabba li s-sekulariżmu kien qed jidħol ħafna. FilMinuri kien hemm 310 studenti. Osserva li l-Kunsill Pastorali kien qed jaħdem aħjar mill-Kunsill Presbiterali. Iż-żewġ organi twieledu wara l-Konċilju imsemmi iktar kmieni. Sadanittant, Mojoli nnota li kien hemm 123 qassis Malti u Għawdxi li kienu jgħix barra l-pajjiż. Skont hu, minħabba l-fatt li kien hemm numru ta’ saċerdoti li kienu qegħdin jagħżlu li jsiru għalliema, ma kienx qed jibqa’ kandidati tajba għallkariga ta’ Viċi-Kappillan u Kappillan. Isemmi li b’mod ġenerali l-Kleru Malti jobdi lill-mexxejja tiegħu imma nsista li waqt l-elezzjoni tal-1962 kien hemm min ma obdiex u ta xorta l-assoluzzjoni fil-qrar lill-votanti li kienu Laburisti minkejja direzzjoni differenti. Jgħid li minħabba l-ġlieda politiko-reliġjuża kien hemm xi Laburisti li telqu mill-Knisja imma bis-saħħa tal-ftehim tal-1969 bejn il-Knisja u l-Partit reġgħu ġew u bdew jieħdu sehem fil-ħajja sagramentali. Żied ukoll li kien hemm min qed jinnota żieda fit-tqarbin u tnaqqis fil-qrar. Ir-rapport janalizza wkoll lil
Għawdex u fost l-oħrajn jgħid li l-gżira hi mifnija bil-parrokjaliżmu li fl-opinjoni tiegħu kien ikkawżat mill-każini talbaned li f ’Għawdex kienu jorganizzaw dik li nsejħulha l-festa ta’ barra. Jakkuża liż-żewġ baned Rabtin li jargumentaw fuq kollox – fuq il-knejjes, il-purċissjonijiet, id-drittijiet u l-bqija u meta l-affarijiet ma jmorrux kif jixtiequ huma jibdew jheddu li se jagħlqu l-knejjes u jissospendu l-purċissjonijiet. Ifaħħar lil Monsinjur Nikol Ġ. Cauchi li dik il-ħabta kien Amministratur Appostoliku ta’ Għawdex. Jiddeskrivieh bħala timidu u paċifiku u skont Mojoli partit żgħir ta’ nies li kienu jappoġġjaw lill-Isqof Ġużeppi Pace, San Ġorġ u l-banda kienu l-opponenti tiegħu. In-Nunzju kien ukoll kritiku lejn il-Kleru Malti li ma riedx jaġġorna skont il-Konċilju speċjalment fejn jidħlu l-ħwejjeġ marbuta mar-ritwali. Hu kien qed jistenna li l-mitri u l-cappamagni jispiċċaw għal kollox. Hija relazzjoni ta’ 24 paġna li bla dubju toffri paġna vibranti ta’ Malta tal1970. Din kienet Malta li bil-mod il-mod ħarġet mill-isfida tal-kolonjaliżmu u anke jekk mhux b’rata mgħaġġla kienet qiegħda tipprova tinħall mid-dekolonizzazzjoni mhux biss politika imma fuq kollox mentali. Din ir-relazzjoni ta’ Mojoli qiegħda timla f ’dan is-sens ċertu vojt.
37
KULTURA
38
KULTURA
L-Esperjenzi artistiċi tiegħi
KELSEY SCIBERRAS
KELSEY SCIBERRAS TKELLIMNA DWAR L-ESPERJENZA PERSONALI TAGĦHA. HI KIENET INVOLUTA FI PROĠETT KULTURALI, FEJN ERBA’ STUDENTI MILL-MCAST INGĦAQDU MA’ NUMRU TA’ ANZJANI MINN BIRKIRKARA BIEX JIPPRODUĊU XOGĦLIJIET ARTISTIĊI ISPIRATI MILL-KULTURA MALTIJA.
L
il Kelsey Sciberras tlabniha tagħtina l-viżjoni tagħha dwar dak li tħoss u taħseb dwar dan il-proġett u dwarha nnifisha bħala artista żagħżugħa.
ILWIEN NOSTALÆIÇI FILKUNSILL TA’ BIRKIRKARA Ilwien Nostalġiċi hu proġett artistiku li ġie installat fil-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara matul din is-sena. F’Marzu tal-2019, il-Kunsill rebaħ il-premju tal-President tar-Repubblika għallKreattività. Il-proġett hu mgħejjun mill-Kunsill Malti għall-Arti. Ilwien Nostalġiċi kien immexxi mill-artist Carmel Azzopardi flimkien ma’ numru ta’ parteċipanti li jinkludu anzjani attivi, kif ukoll erba’ studenti mill-Istitut talArti fl-MCAST. Madwar 1,200 ħġieġa tlestew f ’xahrejn. Sar madwar 3,000 siegħa ta’ xogħol bejn l-istudenti u l-anzjani, maqsumin rispettivament bejniethom f ’450 siegħa u 2,550 siegħa. Fuq kollox, dawn is-sigħat ta’ xogħol servew ukoll bħala sigħat ta’ tagħlim. Dan il-proġett fittex li joħloq
nostalġija fl-anzjani lejn it-tfulija tagħhom u għaqqad din in-nostalġija ma’ aspetti tal-identità Maltija. B’hekk intużaw simboli mill-imgħoddi biex jitqanqal interess f ’affarijiet passati bħalma hi replika tal-madum Malti. Fuq kollox, dan hu proġett f ’raħal. B’hekk fittex li joħroġ elementi Karkarizi, bħalma hi l-emblema tal-istess kunsill lokali jew il-kuluri tradizzjonali ta’ din il-lokalità. Kien hemm elementi oħra ispirati min-natura. Dawn twaħħdu malidentità tal-lokalità bħalma hi l-Fleur De Lys u Widnet il-Baħar. Dawn huma żewġ fjuri li nħadmu fuq il-ħġieġ. Fil-ħġieġ ilkbir, fl-ewwel sular, intwera s-salib ta’ tmien ponot b’kuluri Karkariżi. Bħala persuna li ħadt sehem f ’dan il-proġett, ninsab kuntenta mhux biss għax ipparteċipajt iżda wkoll li ddisinjat widnet il-baħar. Ħdimt ukoll vidjo fuq ix-xogħol tal-artiġġjanat Malti. Dan il-vidjo qiegħed impoġġi fuq Youtube fejn il-pubbliku jista’ jarah. Dan ilvidjo jismu “Ilwien Nostalġiċi 2019 – Birkirkara Local Council”. Din il-parteċipazzjoni tiegħi ġiet għax waqt it-tfassil tal-proġett, is-Sur Azzopardi talab l-għajnuna mill-istudenti biex jagħmlu disinni oriġinali tal-fjura Maltija, Widnet il-Baħar. Jien ħtaft l-opportunità u bdejt naħdem fuqha l-istess jum li sirt naf b’dan il-proġett. Għamilt anke użu minn software li kont qiegħda nitgħallem fuqu l-MCAST. B’hekk ħriġt dan id-disinn, kif ukoll applikajtu fuq ħġieġ, sintendi wara li għamilt l-evalwazzjoni meħtieġa malartiġġjan li kien se jaħdem dan l-istess ħġieġ.
Id-disinn ġie maħdum 12-il darba. Peress li hemm 12 minn dawn id-disinni, li jagħtu fil-għajn għax huma ta’ skala kbira, ġie ppjanat li mhux kollha jkunu l-istess. F’Widnet il-Baħar intużaw żewġ settijiet ta’ kuluri għal kull disinn; hemm il-vjola mal-aħdar skur u r-roża ma’ aħdar aktar ċar. F’kull disinn jintwerew tliet fjuri u b’hekk f ’sitta minnhom naraw fjuri mis-sett tal-vjola mal-aħdar skur u waħda mis-sett tar-roża bl-aħdar ċar u vice-versa mas-sitta l-oħra. Min hu interessat jara dan ix-xogħol, kulma għandu jagħmel hu li jmur ilKunsill Lokali ta’ Birkirkara. Dak li ġie prodott se jibqa’ għall-wiri tal-inqas għas-sentejn li ġejjin fil-Kunsill Ċiviku ta’ din il-lokalità.
L-ARTI U JIEN Minn età żgħira, l-arti kienet ta’ passjoni kbira għalija u fl-iskola li kont nattendi, kont nieħu gost immidd idi meta kien ikollna l-lezzjonijiet tal-‘craft’. Eżempju meta ta’ tfal konna nkunu mitluba biex nagħmlu l-kartolini talMilied jew kartolini għal Jum l-Omm jew Jum il-Missier u affarjiet oħra bħal dawn. Aktar ‘il quddiem għażilt l-arti bħala suġġett prinċipali tat-tagħlim tiegħi u din kienet id-deċiżjoni għaliex mort l-MCAST. Għalija l-arti hi mezz kif nesprimi ruħi u nħoss li b’hekk inkun nista’ noħroġ kull emozzjoni li hemm fija. Bħal kull mezz artistiku, it-tpinġija ġġorr ħafna tifsiriet warajha. Għallartist, l-emozzjoni hi l-istimolu jew ittattika biex ix-xogħol artistiku jinħadem kif suppost. Imbagħad hemm il-kritiku
39
KULTURA
KULTURA
jew l-ispettatur sempliċi. Meta dawn jaraw xogħol artistiku, qed jaraw anke l-emozzjonijiet tal-artist li hemm warajh. F’dan il-mument tal-ħajja artistika tiegħi, qiegħda nfittex li naħdem fuq skali żgħar. Meta naħdem hekk, inħossni aktar iffokata u jkun aktar faċli għalija biex noħroġ kull dettall ta’ dak li nkun irrid inpinġi. B’hekk permezz tal-arti, wieħed jista’ jaqbad kull mument tal-artista; kull ħsieb, emozzjoni jew perjodi differenti fil-ħajja tiegħu ta’ kuljum. Artisti bħal Pablo Picasso u Käthe Kollwitz kienu ta’ għajnuna għalija b’mod partikolari f ’dawk il-perjodi f ’ħajti li mhux bilfors kienu daqstant sbieħ, f ’dawk il-mumenti fejn l-interess fil-passatempi u l-attività artistika naqas fija drastikament. Dawn l-artisti kbar kienu ta’ għajnuna kbira għalija għax huma kienu miftuħa flarti tagħhom u b’hekk wieħed seta’ jara kull emozzjonijiet u mhux dawk ta’ ferħ biss. B’hekk ħassejtni mhux waħdi filmumenti diffiċli li kull persuna tgħaddi
minnhom matul ħajjitha. Ikun f ’dawn il-mumenti fejn l-arti ma tibqax oġġett mejjet, iżda ssir effettiva. Dan hu l-għan għalxiex jiena nħobb inpinġi affarjiet li għalija huma effettivi. Filwaqt li nkun qed nesprimi ruħi, inkun nixtieq ukoll ngħin lil ħaddieħor li qed jgħaddi minn mumenti simili bħalma għaddejt minnhom jien. B’hekk permezz ta’ din l-arti tiegħi, nipprova ngħin lil ħaddieħor li jkun qed jipprova jifhem lilu nnifsu aħjar. Meta wara biċċa xogħol tal-arti nsib elementi li ma tantx għoġbuni, nipprova nagħmel riċerka fuqha u anke nipprattika fuqha. Bħala artista, nieħu l-kummenti ta’ min ikun qed jara xogħli biex nifhem aħjar lili nnifsi u lill-individwu li qed jikkummenta fuq xogħli. Kull individwu għandu l-opinjonijiet tiegħu u kull opinjoni hija differenti minn oħra. Illum, anke quddiem kritika kattiva, tgħallimt ma naqtax qalbi. Meta l-artist ikun qed jipproduċi l-kuluri, ikun jixtieq isir parti minn dak il-kulur. Għalija l-kulur hu
kollox, tant li nippreferi naħdem fiddawl tax-xemx aktar milli taħt xi bozza. Għalija, hu biss fid-dawl tax-xemx li nara l-kuluri ċari kif suppost. L-artist jitjieb biss bil-prattika. Wieħed m’għandu qatt jikkumpara artist ma’ ieħor. Wisq aktar artist, m’għandux iqabbel xogħlu ma’ ta’ ħaddieħor biex ma jwaqqax lilu nnifsu f ’burdati mhux mixtieqha. Meta artist iħares lejn xogħol ħaddieħor, għandu jfittex biss li jieħu inspirazzjoni minn għandu. Kull arti u stili differenti huma importanti. Għalhekk kollha għandhom jiġu apprezzati. Hu xieraq li artist ma għandux jinkwieta jekk xi parti ma tkunx tolqot lil għajnejh, basta l-arti maħluqa tkun magħmula mil-qalb. Nota biografika: Kelsey Sciberras hi studenta ta’ 18-il sena li se tiggradwa millAdvanced Diploma fl-Arti u d-Disinn fl-MCAST. Bħala Arti, Sciberras tħobb l-aktar tpinġi fid-detall bil-lapes u biżżebgħa, u tħalli l-kompożizzjoni libera.
41
KULTURA
42
KULTURA
Ÿjara li kull Malti li jmur Londra gœandu jara!
Royal Albert Hall
GEORGE FARRUGIA
MHUX L-EWWEL DARBA LI NUMRU TA’ MALTIN JITILGĦU R-RENJU UNIT BIEX JARAW XI PRODUZZJONI TEATRALI F’ĦAFNA MIT-TEATRI LI HEMM F’LONDRA. INTANT, ĦAFNA MILMALTIN LI JMORRU LONDRA, BIEX JARAW XI PRODUZZJONI TEATRALI, IMORRU L-WEST END.
H
emmhekk hu rinomat għal diversi teatri, li jtellgħu diversi produzzjonijiet mużikali, fosthom The Phantom of the Opera, The Lion King, Les Miserables, Wicked, Mamma Mia u diversi produzzjonijiet oħrajn. Madankollu, jekk inti persuna li tħobb il-kultura u t-teatru, minbarra l-imsemmija teatri fil-West End, hemm teatru partikolari li ma tistax taqbżu jekk iżżur Londra, u dan hu r-Royal Albert Hall. Dan hu teatru li minbarra li għandu storja rikka, għanja u reputazzjoni mondjali minħabba li għandu rabta intima mal-familja Rjali, hu wkoll magħruf minħabba li dan hu teatru li żaruh numru ta’ personalitajiet ta’ fama mondjali, minn kantanti, politikanti, sportivi u oħrajn.
GŒALIEX INBENA? Il-moħħ biex jinbena dan it-teatru kien tal-Prinċep Albert, li kien ir-raġel tar-reġina Vittorja. Il-ħolma li kellu dan il-Prinċep kienet li dan it-teatru jkun post speċifikament għall-Arti u x-Xjenza. Fil-Fatt, fl-1851 il-Prinċep Albert kellu viżjoni għal spazju kulturali u kreattiv. Intant, fil-qrib ta’ fejn jinsab it-
teatru Royal Albert Hall inbnew ukoll ilmużew tal-istorja naturali (The Natural History Museum), il-mużew tax-xjenza (Science Museum) u l-Imperial College, fejn din tal-aħħar hi Università rinomata u prestiġġjuża għar-riċerka pubblika. Oriġinarjament, it-teatru kien ippjanat li jissemma Ċentru għall-Arti u l-Kultura (Central Hall of Arts and Sciences), iżda l-Princep Albert ma kellux ix-xorti jara l-ħolma tiegħu ssir realtà, minħabba li miet fis-sena 1861, u ma leħaqx jarah jiġi inawgurat (fis-sena 1871). Għalhekk martu, ir-Regina Vittorja ddeċidiet li ssemmi dan it-teatru għal żewġha. Wara dawk is-snin kollha, il-ħsieb li kellu dan il-Prinċep għadu ħaj u b’saħħtu sal-lum. Saħansitra, wieħed jinnota li fl-awditorju ta’ dan it-teatru jittellgħu madwar 400 produzzjoni fis-sena. Dan ifisser li jkun hemm drabi fejn jittellgħu aktar minn produzzjoni waħda f ’kull ġurnata. Iżda, timmaġinaw x’tip ta’ produzzjonijiet jittellgħu f ’dan it-teatru? Wieħed jibqa’ skantat u mmeraviljat bilproduzzjonijiet u l-attivitajiet li jittellgħu f ’dan it-teatru, partikolarment meta aħna l-Maltin għandna kultura li t-teatru mmorru biex naraw xi dramm jew xi programm mużikali. Fil-fatt, minn meta nfetħu l-bibien tar-Royal Albert Hall fl1871, ittellgħu, u għadhom isiru ħafna produzzjonijiet u attivitajiet diversi. L-arena ta’ dan it-teatru tista’ tgħid rat minn kollox, minn attivitajiet sportivi, sa attivitajiet marbutin ma’ moda, konferenzi, kunċerti mużikali u ballet fost oħrajn. Intant, uħud mill-produzzjonijiet
li ttellgħu f ’dan it-teatru prestiġġjuż kienu, Miss World Pageants, Turnament tat-Tennis, ġlied tal-boxing (fuq livell professjonali), kompetizzjoni talBodybuilding, Wrestling, konferenzi tal-partiti politiċi u edukattivi, ċirklu (mil-kumpanija Cirque du Soleil), sattnedija tal-ktieb popolari ‘Harry Potter’. Interessanti wkoll li ta’ kull sena, f ’dan it-teatru jittellgħu l-‘BBC Proms’ li ilhom isiru mil-1941. Dawn huma kunċerti annwali u li jittellgħu kull sajf, u jsiru fuq medda ta’ diversi ġimgħat. Barra minn hekk, dawn huma kunċerti mużikali jiġu trasmessi diretti fuq ir-radju Ingliż ‘BBC’. Ġewwa dan it-teatru jsiru wkoll dawk li jgħidulhom ‘Films in Concert’, fejn film jintwera fuq skrin kbir, u l-mużika ta’ dak il-film partikolari li jkun qiegħed jintwera, tindaqq live u prattikament tkun sinkronizzata max-xeni tal-film li jkun qiegħed jintwera. Madankollu, wieħed irid japprezza li dan it-teatru, laqa’ fih numru ta’ personalitajiet ta’ fama mondjali fosthom lill-Principessa Diana, Winston Churchill, Albert Einstein, Nelson Mandela, Muhammed Ali, Eric Clapton, Bruce Springsteen, Shirley Bessy, Adele u numru kbir ta’ stilel oħrajn, fejn illista ma tispiċċa qatt. Uħud minn dawn il-personalitajiet ħafna drabi jkunu mistednin speċjali, jew saħansitra protagonisti fuq il-palk. Għalhekk, meta’ persuna żżur dan it-teatru, ma jistax jonqos li tħossha onorata u privileġġata (kif ħassejtni jien) li qiegħda f ’teatru li kien hemm il-preżenza fiżika talimsemmija personalitajiet.
43
KULTURA
44
KULTURA
L-AWDITORJU Il-kobor u l-istil kif inhu ddisinjat l-awditorju ta’ dan it-teatru hu xi ħaga li jpaxxi l-għajn bil-ġmiel tiegħu, anke jekk wieħed sempliċiment jiddeċidi li jmur iżuru meta ma jkunx hemm produzzjonijiet. Fil-fatt, jien personali, meta mort inżur dan it-teatru, ma mortx biex nara xi produzzjoni, iżda mort biex nara u napprezza l-post, u nsir naf aktar dwaru. Hekk wieħed ikun jista’ josserva u jammira aktar il-post minħabba li ma jkun hemm xejn xi jtellef. Intant, bħal ħafna postijiet ta’ attrazzjoni, ikun hemm dawk li jissejħu ‘tours’, fejn wieħed ikun jista’ jżur il-post, u l-gwida li jdawrek mal-post, jagħti spjega dettaljata. Fil-fatt, waqt din iż-żjara, wieħed ikun jista’ jżur u jara b’għajnejh xi postijiet li jintużaw millfamilja Rjali meta jattendu għal xi kunċert jew attività f ’dan it-teatru. Minbarra l-ġmiel tal-awditorju, hemm ukoll numru ta’ boxes fejn in-nies ikunu jistgħu jsegwu r-rappreżentazzjonijiet minnhom. Iżda l-aktar boxes li jispikkaw huma l-boxes tal-familja Rjali, li jinsabu eżattament fiċ-
ċentru tal-awditorju. Dawn jintużaw biss mill-membri u xi ħbieb tal-familja Rjali Ingliża. Għalhekk, min imur tour f ’dan it-teatru jkollu l-privileġġ li jżur diversi postijiet li jintużaw mill-familja Rjali, fosthom il-boxes u t-taraġ li l-membri tal-familja Rjali jużaw biex jaslu sal-boxes tagħhom. Saħansitra, il-viżitatur ikun jista’ jżur il-kamra li l-familja Rjali tuża meta jkun hemm xi intermission. Waqt iż-żjara f ’dan it-teatru, ilviżitatur ikollu l-privileġġ ukoll li jżur bar, fejn hemmhekk jinsab pjanuforte mill-isbaħ. Dan hu pjanu, li hu misluf litteatru mill-kantant famuż Sir Elton John. Waqt il-mawra f ’dan it-teatru, wieħed iżur ukoll numru ta’ ħwienet u ristoranti li hemm fit-teatru. Iżda xi ħaga li wieħed jista’ jinnota waqt iż-żjara huma numru ta’ plattini li jinsabu mdendlin massaqaf fl-awditorju, u li dawn għandhom forma ta’ faqqiegħ. Fil-fatt, dawn jissejħu ‘mushrooms-acoustic diffusers’ Dawn mhuma xejn ħlief, 85 plattina magħmulin mill-fibre glass u hi sistema li nħolqot minn numru ta’ inġiniera biex isaħħu
l-akustika f ’dan it-teatru. Għalhekk, meta xi darba, għażiż qarrej, titħajjar tmur btala f ’Londra, jien personali ninkoraġġik iżżur dan it-teatru, għax minbarra li hu teatru meraviljuż, wieħed jista’ japprezza l-ġmiel u jħoss sentiment partikolari, speċjalment, meta jsir jaf l-istorja li għandu dan it-teatru u n-nies li żaruh. Barra minn hekk, nassigurakom li kif ġara lili, wara li wieħed iżuru, jibda jaħseb u jippjana biex jattendi xi kunċert jew attività artistika jew kulturali f ’dan it-teatru Rjali. Mingħajr dubju, li hemmhekk kull wieħed u waħda minna se ssib xi produzzjoni li tolqot ilgosti tiegħu u tagħha żgur, għax fir-Royal Albert Hall jittellgħu diversi attivitajiet u produzzjonijiet li jattiraw kemm tfal, żgħażagħ u anke anzjani. Għalhekk, din tkun okkażjoni, fejn wieħed ikun jista’ japprezza u jesperjenza b’mod personali u intimu l-elementi tal-arti, ix-xjenza u l-kultura, u fejn dawn l-elementi jkunu mżżewġa b’mod li jagħmlu din l-esperjenza ta’ kull individwu waħda unika u indimentikabbli.
45
KULTURA
PROVEN EFFECTIVENESS, PROVEN VISIBLE EFFECTIVENESS, RESULTS. VISIBLE RESULTS. YOUR CAT’S WEIGHT HEALTH MATTERS.
•
Healthy weight andWEIGHT muscle mass YOUR CAT’S is crucial for your cat’s health and HEALTH MATTERS. well-being. Weight loss is a sensitive process – simply restricting the calories can result muscle mass in aHealthy lack of weight proteinand in which case the cat will lose is crucial forthan yourfat. cat’s health and muscle rather well-being. Weight loss is a sensitive processACTIONS – simplyTO restricting SEVERAL HELP the calories can result in a lack of protein which case the cat will lose SPONTANEOUSLY LIMITinWEIGHT GAIN: muscle rather than fat. Special blend of fibres including psyllium helps ACTIONS TOofHELP to SEVERAL increase the volume food in the stomach, thus helping to naturally LIMIT reduceWEIGHT spontaneous SPONTANEOUSLY GAIN: eating. High protein content to help maintain muscle mass. Special blend of fibres including psyllium helps Low contentthe to volume help limit tofat increase of weight food in gain. the stomach, thus Enriched L-carnitine, involved in healthy fat helpingwith to naturally reduce spontaneous eating. metabolism. High protein content to help maintain muscle mass. Low fat content to help limit weight gain. RESULTS Enriched withPROVEN L-carnitine, involved in healthy fat metabolism. With exclusive use of LIGHT WEIGHT CARE, the calorie intake is reduced by 17% * and the cat’s appetite is satisfied.
•• •• • ••
PROVEN RESULTS
*Royal Canin internal study, 2006 -Spontaneous daily consumption compared to a similar medium calorie feed for cats.
With exclusive use of LIGHT WEIGHT CARE, the calorie intake
reduced byat17% the cat’s appetite is satisfied. Find ourisanswers your* and specialist study, 2006 -Spontaneous daily consumption compared retailer *Royal andCanin seeinternal what is the best answer to a similar medium calorie feed for cats. for your cat at www.RoyalCanin.com
Find our answers at your specialist retailer and see what is the best answer for your cat at www.RoyalCanin.com PROVEN
RESULTS
-17 % RESULTS -17% PROVEN
REDUCED CALORIE INTAKE
HEALTH CARE EXPERTISE
ALSO IN WET HEALTH CARE EXPERTISE
ALSO IN WET 46
SAS 2017 - All rights reserved. © ROYAL CANIN
®
FIBRES & PSYLLIUM L-CARNITINE
®
DAILY AVERAGE
© ROYAL CANIN
FIBRES & PSYLLIUM L-CARNITINE
REDUCED CALORIE INTAKE
SAS 2017 - All rights reserved.
DAILY AVERAGE
KULTURA
Ir-riskji gœas-saœœa ta’ piÿ ÿejjed u obeÿità fil-qtates HEMM ĦAFNA RISKJI SERJI TA’ SAĦĦA U LI JISTGĦU JBIDDLU L-ĦAJJA TAL-QTATES – MINN PROBLEMI KARDJOVASKOLARI SA TENSJONI MENTALI – JEKK DAWN GĦANDHOM PIŻ ŻEJJED U JSOFRU MINN OBEŻITÀ.
L
-obeżità fil-qtates hija kwistjoni li qed tiżdied, hekk kif inhi fil-popolazzjoni umana. Jista’ jkollha impatt serju, tul il-ħajja tal-qattus, li jaffettwa saħħtu, il-kwalità tal-ħajja u l-funzjoni tal-ġisem.
Xi qtates huma predisposti gœall-obeÿità? Hemm ċerti fatturi li jistgħu jagħmluha aktar probabbli li l-qattus tiegħek jissielet ma’ żieda fil-piż u l-obeżità: • Jekk hu qattus ta’ tip Ewropew b’xagħar qasir, minflok razza pura; • Jekk għandu bejn ħames u 10 snin, meta l-attività tibda tonqos; • Jekk titimgħu sikwit ħafna u tagħtih iktar mill-porzjon rakkomandat; • Jekk hu nervuż, ibati mid-depressjoni jew isofri minn xi tensjoni mentali jew emozzjonali; u • Jekk hu raġel. Jekk il-qattus tiegħek ġie spayed jew neutered, huwa wkoll aktar probabbli li jżid il-piż; l-operazzjoni tnaqqas il-ħtieġa għall-enerġija tal-qattus tiegħek bi ftit inqas minn terz, iżda l-aptit tiegħu jista’ jitla’ bejn 18% u 26%.
Gœaliex il-piÿ ÿejjed jew l-obeÿità jaffettwa l-qattus tiegœi? Meta l-qattus tiegħek għandu piż
żejjed jew isofri minn obeżità, ġismu jibda jaħżen l-ikel li jikkonsma bħala xaħam, aktar milli jużah, għax l-enerġija li qed jonfoq hija inqas mill-enerġija li qed jieħu. Dan ix-xaħam imbagħad jibda jaffettwa l-funzjoni tal-ġisem peress li jinfiltra organi speċifiċi – bħalma huma l-fwied – jew jimblokka oħrajn, bħal huma l-arterji. Il-piż żejjed jagħmel pressjoni fuq issistema interna tal-qattus tiegħek u l-ġogi, u jwassal għal serje ta’ riskji għas-saħħa.
X’riskji hemm jekk il-qattus tiegœi jkollu piÿ ÿejjed jew isofri minn obeÿità? B’mod ġenerali, l-obeżità tista’ tnaqqas il-kwalità tal-ħajja u l-għomor tal-qattus tiegħek; huwa iktar diffiċli għalih li jilgħab u jimxi, u proċeduri kirurġiċi jew checkups isiru iktar diffiċli.
Id-dijabetè Qtates li jsofru minn obeżità huma ħafna iktar f ’riskju ta’ dijabetè – bejn 80% sa 90% tal-qtates li jsofru minn obeżità għandhom din il-kundizzjoni, li teħtieġ injezzjonijiet ta’ insulina kuljum. Ħafna drabi, id-dijabetè tista’ tieqaf ladarba jitlfu xi piż żejjed, billi x-xaħam akkumulat li huwa direttament responsabbli għal nuqqas ta’ regolazzjoni taz-zokkor m’għadux preżenti.
Sistema immunitarja kompromessa Is-sistema immunitarja tal-qattus tiegħek tista’ tiġi kompromessa meta jsofri mill-obeżità, li tagħmilhom aktar suxxettibbli għall-infezzjonijiet. Dan jinkludi infezzjonijiet fl-awrina u l-ġebla, li jseħħu hekk kif qtates b’piż żejjed huma inqas attivi, għandhom it-tendenza li
jixorbu inqas ilma u jgħaddu l-ilma inqas spiss minn qtates b’saħħithom.
Falliment fil-fwied Riskju serju u potenzjalment fatali filqtates li jsofru mill-obeżità hija falliment fil-fwied. Meta l-ġisem tal-qattus jemmen li mhux qiegħed jiekol biżżejjed – pereżempju, jekk tieqaf il-provvista talikel kostanti – ix-xaħam jitmexxa minn ħażniet fil-ġisem għal ġol-fwied biex jintuża bħala enerġija. Madanakollu, ilġisem tal-qattus ma jistax jimmaniġġja dan il-proċess b’mod effettiv, li jwassal biex il-fwied jiffunzjona inqas effettiv, u xi kultant iwassal għal insuffiċjenza talfwied fatali u falliment tal-fwied.
Il-grooming u s-saœœa mentali Minħabba l-piż żejjed, il-qtates isibuha diffiċli biex jilgħaqu lilhom infushom, li jista’ jwasslu għal problemi fil-ġilda. Bl-istess mod, piż żejjed jagħmel pressjoni fuq il-ġogi tal-qattus tiegħek u jista’ jbati minn artrite. Sistemi kardjovaskolari u respiratorji huma wkoll affettwati u dan iwassal għal nuqqas ta’ nifs u problemi tal-qalb. Qattus li għandu piż żejjed jew isofru mill-obeżità jista’ wkoll jispiċċa jissielet mas-saħħa mentali tiegħu; minflok ma jaħrab jew jinħeba meta jħossu f ’xi periklu, il-qattus li għandu piż żejjed ma jkunux jista’ jirreaġixxu malajr u għalhekk ma jistax isegwi l-istint tiegħu, u dan jista’ jikkawża tensjoni negattiv. B’dieta korretta, l-eżerċizzju u imġiba tajba, int tkun tista’ tipproteġi lill-qattus tiegħek mir-riskji li jkollu piż żejjed jew isofri mill-obeżità. Biex tibda, kellem lillveterinarju tiegħek li jkun jista’ jagħtik parir dwar dak li l-aħjar għandek tagħmel.
47
KULTURA
48
a)
KULTURA
?
Meta twaqqfet l-Università ta’ Malta
1592, 1727 jew fl-1769
fl-
SIMON MERCIECA
FL-1992, IL-MIBKI RETTUR TAL-UNIVERSITÀ, PETER SERRACINO INGLOTT, LI KELLI L-UNUR LI NAĦDEM ĦAFNA SNIN MIEGĦU, KIEN IĊĊELEBRA L-500 MITT SENA MIT-TWAQQIF TA’ DAK MAGĦRUF BĦALA L-COLLEGIUM MELITENSE.
B
ħala tifkira, kien sar simpożju u anke pubblikazzjoni interessanti ta’ ħafna artikli varji. Din is-sena, l-Università ta’ Malta qiegħda tiċċelebra l-250 sena mit-twaqqif tagħha. Biss matul is-snin kien hemm kontroversji varji dwar iddata ta’ meta twaqqfet l-Università ta’ Malta. Hemm min kien jassoċċja massena 1592 meta twaqqaf il-Collegium Melitense. Hemm minn kien jagħti d-data 1727, meta kien inġieb permess minn Ruma, biex dan il-kulleġġ jestendi l-lawrji li kien jagħti, u hemm minn kien jorbot mal-1769, meta Pinto waqqaf dik li baqgħet magħrufa bħala l-Università de’ Studi.
META MORT IRKANT Iżda qabel ma nidħol fis-suġġett, nixtieq nirrakkonta storja li tolqot lili direttament u hi marbuta ma’ rkant ta’ manuskritti qodma. Meta studjajt l-istorja ta’ Malta, jien kont ħdimt bħala teżi tal-baċellerat u tal-maġisteru fuq l-amministrazzjoni tal-Ordni ta’ San Ġwann. Kont ħdimt fuq xogħlijiet li kien għamel kavallier tal-Ordni kunjomu, Caravita. Dan kien kiteb
numru ta’ kotba dwar l-Ordni ta’ San Ġwann u l-amministrazzjoni tagħha. Ħafna mix-xogħlijiet tiegħu kienu baqgħu manuskritti. F’dan il-perjodu li kont qed nistudja kont inħobb nixtri l-kotba qodma minn irkantijiet. Biss ma kontx bqajt nixtri dawn il-kotba jew manuskritti għax kull darba li nixtri xi ħaġa kienu jiġu tal-mużew (wara li kienu għaddew għand Heritage Malta) u jixtru fuqi. Oriġinarjament, dan id-dritt kien għand il-Bibljotekarju Nazzjonali. Personalment, ma naħsibx li l-mużewijiet għandu jingħatalhom dan id-dritt li jixtru fuq l-aħħar offerta. Jekk iridu jixtru xi ħaġa, inkluż kotba storiċi li normalment lanqas għandhom x’jaqsmu mas-suġġett tal-mużew, kif beda jiġri, dawn għandhom jitfgħu l-offerti bħal ħaddieħor. Kont u għadni nħoss li din kienet inġustizzja. Biex ma ngħidx ukoll li l-inġustizzja kienet ikbar għax dawn il-manuskritti ma kinitx qed teħodhom bibljoteka jew illibrerija tal-Melitensia tal-Università. B’hekk iddeċidejt li ma nibqax nitfa’ offerti. Biss xorta kont bqajt immur. Darba mort irkant li fost l-oħrajn kien hemm grupp ta’ kotba magħmul minn żewġ volumi ta’ manuskritti. Fil-wiċċ kien hemm il-volum ta’ Caravita tal-Commun Tesoro kif iddipartiment tal-finanzi tal-Ordni ta’ San Ġwann kien magħruf fl-imgħoddi. Jien ma tfajtx offerta. Ħadd ma tefa’ offerta u b’hekk id-Dipartiment talMużewijiet ma setax jitfa’ offerta fuqi. Niftakar li dan l-irkant kien
għand Belgravia u kien sar fil-ħanut li l-irkantatur kellu f ’San Ġiljan. Wara l-irkant kont mort fuq l-irkantatur u staqsejtu jekk riedx ibigħhomli. Peress li ħadd ma kien tefa’ l-offerta fuqhom, ġentilment bigħhomli. Ħadthom id-dar u żammejthom fl-istudju. L-interess kien primarjament li jkolli souvenir ta’ Caravita’. Bħala manuskritt kont naf sew x’fih għax kont użajt dak talbibljoteka li hu identiku. Wara kont mort nistudja Franza. Meta ġejt lura fl-2002 qatt ma kont ikkonsultajthom aktar peress li mbagħad f ’Parigi kont ħdimt fuq storja demografika. Riċentament ġietni l-kurżità biex nerġa’ narahom. Ftaħt ittieni manuskritt. Fil-wiċċ kien hemm kitbiet bl-idejn, kopji minn manuskritti li jikkonċernaw l-istorja tal-Università ta’ Malta. Jidher ċar minn din il-kitba, li dan il-manuskritt partikolari kien oriġinarjament għand xi professur talmediċina. Ninsab kważi ċert li kien għand il-Professur Victor Griffiths. Imbagħad, taħt dawn il-karti hemm l-istatuti oriġinali tal-Università, eżattament dawk li biha, skont ċerti storiċi, twaqqfet l-Università ta’ Malta fl-1769.
KIF KIENU JITWAQQFU L-UNIVERSITAJIET FILMEDJU EVU? Hawn nixtieq nirreferi għax-xogħol tal-iskular, Paul Grendler bl-isem ta’ The Universities. Fl-ewwel paġni talktieb tiegħu, Grendler juri l-qasma li
49
KULTURA
b)
50
kienet teżisti fil-Medju Evu bejn l-universitajiet tat-tramuntana u dawk tal-Mediterran. Bil-kelma Mediterran, jien qed nifhem primarjament ilpajjiżi tal-Italja u Spanja. Il-mudell tal-università tagħna jidħol ma’ dak Taljan u Sqalli. Skont Grendler, l-universitajiet tal-Italja ma żviluppawx b’mod organiku minn istituzzjonijiet żgħar, bħalma kienu l-iskejjel li fil-Medju Evu. Dawn kienu marbuta ma’ xi kattidral. L-Università ta’ Pariġi żviluppat b’dan il-mod. F’Malta, il-Kattidral kellu l-iskola tiegħu iżda ma kellhiex l-istatus ta’ Università u lanqas ma żviluppat minnha. Lanqas l-universitajiet fl-Italja u inkluż f ’Malta ma żviluppaw bħala riżultat tal-korporazzjonijiet ta’ studenti u għalliema bħalma ġara f ’Oxford u f ’Cambridge. Fil-każ tal-Italja, l-universitajiet żviluppaw bħala riżultat ta’ intervent dirett mill-Papa jew l-Imperatur, normalment wara li l-Papa kien ikun ħareġ xi bolla jew l-Imperatur kien ikun għamel dak li jissejjaħ “charter” li bih kien jawtorizza t-twaqqif ta’ università biex tibda tagħti dawn id-degrees dottorali. Fl-Italja, b’mod partikolari fi Sqallija, dawn it-tip ta’ bolol pontifiċi kienu jingħataw lillOrdnijiet Reliġjużi. Matul il-Medju Evu, l-Ordni tad-Dumnikani kien fuq quddiemnett fi Sqallija f ’dan it-tip ta’ tagħlim. Fil-każ ta’ Malta, din ilmixja lejn it-twaqqif ta’ università ma ġietx millistat iżda bħalma kien qed jiġri fi Sqallija, waslet mill-Knisja. Fil-każ ta’ Malta, l-inizjattiva ħadha l-Isqof Tumas Gargallo. Kien grazzi għal dan l-isqof li l-Ġiżwiti ngħataw id-dritt li jwaqqfu kulleġġ. Il-kontroversja storika kienet iddur dwar kemm dan il-kulleġġ kellu d-dritt li jagħti lawrji dottorali. Żgur li kien inġieb id-dritt li jagħti l-lawrja dottorali fit-teoloġija fl-1727. Biss, lanqas il-Ġiżwiti ma kienu l-uniċi li waqqfu kulleġġ. Id-Dumnikani kienu ngħataw ukoll struttura simili, jiġifieri d-dritt li jwaqqfu dak li fil-perjodu sittax kien magħruf bil-Latin bħala “studium publicum” u dan kien jagħti lawrji. Eventalment, anke huma kienu ġabu d-dritt li jagħtu l-lawrja dottorali fit-teoloġija. Biss fil-każ tal-Università ta’ Malta, din tmur għall-Kulleġġ tal-Ġiżwiti. In fatti, meta l-Gran Mastru Pinto għamel ir-riforma fil-kulleġġ talĠiżwiti, ma messx il-kulleġġ tad-Dumnikani. Fuq kollox, meta għamel ir-riformi tiegħu, Pinto ma ried bl-ebda mod ixekkel dan il-fatt
KULTURA
li dan il-kulleġġ kien qed jagħti lawrji fl-imgħoddi. Tant hu hekk, li t-toga u l-berettin baqgħu dawk marbuta malkulleġġi Ekkleżjastiċi Rumani. Mela dak li ried il-Gran Mastru Pinto kien li jirkeb fuq dak li kien hemm. Anzi meta xi papa kien jagħti dan it-tip ta’ boll jew l-imperatur dan it-tip ta’ ‘charter’, kull lawra mogħtija kien tkun rikonoxxuta mad-dinja Kristjana kollha. Meta l-Collegium Melitense beda joħroġ il-lawrji, dawn kienu rikonoxxuti mad-dinja Kristjana kollha. Wara li saret ir-riforma ta’ żmien Pinto, ir-rikonoxximent mad-dinja kristjana baqa’ anke tal-lawri preċedenti.
L-ISTATUTI TALUNIVERSITÀ Dan joħroġ ċar mill-istatuti. Meta analizzajt bir-reqqa l-istatuti li għandi f ’idejja, malajr indunajt, li dawn huma bastardella, jiġifieri dawn kienu l-istatuti qabel il-verżjoni finali. B’hekk il-valur storiku tagħhom hu kbir. Ilproċess ta’ kif jiġu magħmula l-istatuti hu wieħed tali, anke f ’din il-ħabta, li dawn kienu jgħaddu minn numru ta’ kumitati. Kull kumitat kien jagħmel ilkambjamenti jew suġġerimenti. Qabel ma jintbagħtu għall-approvazzjoni finali tal-Gran Mastru, li f ’dik il-ħabta kien Manoel Pinto, kienu saru xi kambjamenti żgħar tal-aħħar. Dan hu dak li ġara lil dawn l-istatuti. Kienu diġà ġew miktubin b’mod formali u sabiħ. Biss meta wieħed janalizzahom isib li hemm sentenzi maqtugħin u mbagħad is-sentenza l-ġdida miktuba fil-marġini tal-manuskritt. Biss lil hinn minn dan kollu, dan il-manuskritt ixejjen l-idea li l-Gran Mastru Pinto waqqaf università ġdida. Kulma għamel Pinto kien li ħa l-okkażjoni tat-tkeċċija tal-Ġiżwiti biex jirriforma dak li kien hemm fledukazzjoni terzjarja f ’dik il-ħabta. Jekk xi ħadd qed jaħseb li l-Gran Mastru Pinto daħħal xi element ta’ sekularizzazzjoni f ’din l-istruttura
ġdida qed jiżbalja bil-kbir. Anzi l-Gran Mastru Pinto għamel l-Università ta’ Malta aktar klerikali milli kienet qabel. Jekk xejn, issa ta ċ-ċans lil numru ta’ patrijiet li setgħu jsiru professuri f ’din l-istituzzjoni. Qabel, it-tagħlim kien biss f ’idejn il-Ġiżwiti. Jekk wieħed iħares lejn dawn l-istatuti, jinduna li fl-1769 ma kienx hemm qasma iżda kontinwazzjoni ma’ li kien hemm qabel. Biex il-Ġiżwiti jkunu akkommodati aħjar, l-Isqof Gargallo kien ħa l-knisja tal-Parroċċa tal-Belt u d-dar tal-kappillan u għaddihom lill-Ġiżwiti ħalli jużawhom bħala parti mill-kulleġġ. B’hekk il-kappillan ta’ San Pawl tal-Belt tilef kemm id-dar u l-knisja tiegħu. B’riżultat ta’ dan, ilparroċċa ta’ San Pawl tal-Belt kellha tibni mill-ġdid knisja ġdida f ’xaqliba oħra tal-Belt fin-naħa fejn tinsab illum. L-istess bini baqa’ issa jservi għallistrutturi ta’ din l-università tal-istudji. Fl-1674, il-Gran Mastru Nicholas Cottoner waqqaf kulleġġ jew skola.
u estenda fuqhom. Il-mod kif beda l-istatuti tal-Università, juru biċ-ċar din l-estensjoni. Kontra l-impressjoni li tingħata, Pinto ma ħassarx dak li kien hemm qabel. Minflok ġab dan ilkulleġġ li primarjament kien jgħallem it-teoloġija u l-iskola tal-mediċina taħt mexxej wieħed, li sejjaħlu rettur. Anki fit-terminu użat juri din il-kontinwità mal-kulleġġ tal-Ġiżwiti. L-iskola medika kienet taħt il-protomediku. Ma sejjaħx il-mexxej ta’ din l-università protomediku jew uditur. Lanqas ħoloq nomenklatura ġdida bħal dik ta’ propostu li nsibuha użata f ’universitajiet fl-Ewropa. Minflok żamm in-nomeklatura li kellu l-kulleġġ tal-Ġiżwiti. Imbagħad żied numru ta’ katedri oħra. Kabbar in-numru ta’ katedri tat-teoloġija. Waqqaf kattedri tal-liġi u katedri oħra li llum huma marbuta mal-Fakultà tal-Arti. F’dan ilkuntest, insibu l-ħolqien ta’ professur tal-umaniżmu, kif fil-fatt din il-fakultà baqgħet magħrufa bħala “Humanities”.
Biss lil hinn minn dan kollu, dan il-manuskritt ixejjen l-idea li l-Gran Mastru Pinto waqqaf università ġdida. Din id-darba marbuta mal-mediċina. Din l-iskola ġiet marbuta mas-Sagra Infermerija u kienet indipendenti millKulleġġ tal-Ġiżwiti. Dan il-kulleġġ jew skola kellu fih it-tagħlim tal-kirurġija, botanika, anatomija u mediċina. Ittobba kienu jiggradwaw minn din l-iskola. Dan hu importanti ħafna biex wieħed jifhem sew x’ġara fl-1769, jiġifieri meta l-Gran Mastru Pinto ġie biex iwaqqaf l-università, li filverità għaqqad il-kulleġġ tal-Ġiżwiti u l-iskola tal-mediċina fi struttura waħda
B’hekk min jaħseb li din hi xi eredità Brittanika qed jgħarralu bil-kbir! B’hekk fl-1769, ma twilditx l-università. Fl-opinjoni tiegħi dak li jrid ikun iċċelebrat hu t-twaqqif jew ilbidu tal-Fakultà tal-Arti u dik tal-Liġi. Biss bil-kelma universitas ma kinux qed jifhmu dik li nifhmu llum, jiġifieri università b’numru ta’ fakultajiet fiha. Il-professuri kollha kienu taħt l-istess umbrella, li l-kelma Latina u anke Taljana li tirrappreżenta din l-umbrella kienet appuntu l-kelma universitas, jiġifieri struttura universali li fiha kien hemm il-
51
KULTURA
c) 52
KULTURA
professuri ta’ materji distinti minn xulxin. L-istatuti jkomplu jsaħħu dan. Huma maqsuma fi tnejn. L-ewwel parti tinkludi u tkopri l-istatuti tal-kulleġġ tal-Ġiżwiti. Aktar kontinwità minn hekk ma nafx jistax ikollok! Imbagħad hemm it-tieni parti fejn hemm l-istatuti maħluqa fl-1769. L-università kienet immexxija minn dawn iż-żewġ statuti. Wieħed irid jiftakar li l-istatuti kienu f ’dik il-ħabta jservu bħalma llum isservi l-liġi tal-edukazzjoni. Fuq kollox wieħed irid jiftakar, li f ’dik il-ħabta, speċjalment meta twaqqaf il-kulleġġ fl-1592, it-terminu universitas kien użat fil-kuntest Malti għat-tmexxija sekulari tal-gżira. Fuq livell lingwistiku ma kienx jagħmel sens li kulleġġ, li kien qed jagħti lawriji, jissejjaħ universitas għax dan kien joħloq konfużjoni u jagħti wieħed x’jifhem li dawn kienu qed jingħataw mhux minn istituzzjoni edukattiva iżda mill-gvern lokali li kien jissejjaħ ukoll università. B’hekk Pinto ħa ħsieb li jikkwalifika l-kelma università u kull darba li kien jużaha, kien iżid, università de’ studi. Dan l-element joħroġ ċar fl-istatuti tal-1769 għax it-terminu universitas qed jintuża b’attenzjoni u f ’akkumpanjament matterminu kulleġġ. Fl-istatuti, it-terminu universitas qed jintuża biss fis-sens lingwistiku tiegħu, jiġifieri li f ’din l-istruttura kien hemm fiha t-tagħlim kollu li kien jingħata dik il-ħabta fuq livell terzjarju.
IL-KATEDRI TALPROFESSURI WARA L-1769 Dawn l-istatuti huma interessanti għax fihom anke hemm il-lista talprofessuri li kienu se jikkomponu din l-istruttura l-ġdida. Ġara iżda li wara li kienu ġew stabbiliti n-numru ta’ professuri kien hemm xi tibdil ta’ ħsieb Ritratti:
u kienu żdiedu fin-numru tagħhom bilparti teoloġika tieħu l-ikbar żieda. Mela kif rajna, kien ġie stabbilit li l-università titmexxa minn rettur. Dan kien ingħata salarju ta’ 425 żekkin maġistrali u ma kellux obbligu ta’ tagħlim. Wara kien hemm viċi-rettur pro-tempore. Dan ingħata salarju ta’ 212.6. Ġara li kien ġie stabbilit li l-viċi-rettur seta’ jgħallem f ’waħda mill-katedri ta’ din l-istruttura l-ġdida. Imbagħad il-prijorità baqgħet itteoloġija peress li din kienet l-eqdem waħda. Għall-ewwel ħasbu li jkollhom ħames professuri. Dawn kienu l-professur tal-iskrittura mqaddsa, li ried jgħallem il-Grieg u l-Ebrajk. Ittieni professur kien dak tat-teoloġija dogmatika u skolastika. It-tielet professur kien dak tal-morali, ir-raba’ professur kien dak ta’ dak tas-sacri canoni, jew il-liġi kanonika. Il-ħames professur kien tal-istorja tal-knisja u dik tal-Ordni ta’ San Ġwann. Jidher li kienet saret pressjoni u b’hekk inħolqu żewġ katedri oħra, it-tnejn professuri tat-teoloġija dommatika. Kull professur kellu salarju ta’ 180. Wara kien hemm żewġ professuri tal-liġi. Jidher li n-numru jew materji dehru ftit għaliex kien żdied professur tal-liġi naturali. Wara kien hemm żewġ professuri ta’ dik li kienet tissejjaħ l-‘intiera’ filosofija, jiġifieri jgħallmu l-filosofija kollha magħrufa sa dik ilħabta. Wara kien hemm il-professur tal-matematika li kellu marbut miegħu l-istudju marittimu jew nawtiku. Imbagħad kien hemm il-professur tal-mediċina, kimika, u botanika. Wara kien jiġi dak tal-elokwenza, u l-istorja Griega u Rumana. Imbagħad kien hemm il-professur tal-kirurġija u l-anatomija. Dawn il-professuri kellhom salarju daqs il-professuri tatteoloġija.
Imbagħad kien hemm il-professur tal-umanità b’salarju ta’ 120. Wara kienu jiġu ż-żewġ majjestri tal-infima b’salarju ta’ 90 żekkin-il wieħed. Imbagħad ilmajjestru tal-kaligrafija u l-aritmetika b’salarju ta’ 60 żekkin u żewġ prefetti b’salarju ta’ 48 żekkin kull wieħed.
KONKLUŸJONI Biss ir-risposta jekk dak li ġara fl1769 ma kienx it-twaqqif ta’ università ġdida jew le, tinsab f ’dak li seħħ wara. Fl-1798 Napuljun Bonaparte ħa Malta u waħda mill-miżuri li ħa kienet li jagħlaq l-università biex waqqaf minflokha skola teknika. Wisq probabbli, dan il-manuskritt li llum jinsab f ’idejja għaliex kien spiċċa mormi f ’dawn ilkambjamenti kollha. Fih għad għandu l-marki li juru li kien intrema u l-karta sofriet ħsarat. Nafu li f ’dan it-tibdil kollu ħafna manuskritti, mitqiesha qodma kienu ntremgħu. Għall-inqas dan kien ġie salvat minħabba l-valur intrinsiku tiegħu. Imbagħad fl-1800, permezz talħidma ta’ Patri Agostinjan Vincenzo Tei reġgħet twaqqfet l-Università. L-Ingliżi kellhom obbligazzjoni lejn l-Agostinjani jew forsi dawn lejhom. L-Agostinjani kienu fuq quddiem u għenu lill-Ingliżi biex jissetiljaw f ’Malta tant li kienu tawhom il-kunvent tar-Rabat ħalli jużawh bħala barracks għas-suldati tagħhom. Fuq kollox dan ma kienx l-aħħar tibdil li seħħ f ’din l-Università. Fis-snin sebgħin Dom Mintoff għamel riformi fl-Università, tant li l-1977 kien ħoloq dak li kienet tissejjaħ The Old University u The New University u mbagħad fl-1981, waqqaf The University of Malta. Fl-1988, Eddie Fenech Adami reġa’ rrifonda mill-ġdid l-Università ta’ Malta. Il-kambjamenti li għamel il-Gran Mastru Pinto kien minuri ħdejn dan it-tibdil kollu li sar wara l-1769!
a) L-ewwel parti tal-istatuti: it-tmexxija tal-kulleġġ b) It-tieni parti tal-istatuti: it-tmexxija tal-istudji fl-Università. c) Il-lista tal-professuri.
53
KULTURA
54
KULTURA
STEM u s-soċjetà Maltija DR JEFFREY PULLICINO ORLANDO Çermen Eÿekuttiv tal-Kunsill Malti gœax-Xjenza u t-Teknoloæija
“LI WIEĦED IKUN MGĦARRAF
jaħdem fi grupp, ifittex informazzjoni minn
jagħrblu ċ-ċans li wieħed jistà jkun rebbieħ
DWAR IX-XJENZA,
sorsi ta’ evidenza tajba onlajn u anke fid-
f ’lotterija, jagħrfu jixtru telefown ċellulari
IT-TEKNOLOĠIJA, L-INĠINERIJA
deċiżjonijiet tal-ħajja.
minn ieħor, jużaw servizzi ta’ e-banking u
U L-MATEMATIKA (STEM) HIJA GĦODDA IMPORTANTI GĦAĊ-ĊITTADINI KEMM BIEX JAGĦMLU GĦAŻLIET BAŻIĊI
NISIMGŒU BI STEM U ANKE STEAM, X’INHI D-DIFFERENZA BEJNIETHOM? STEM nużawha fil-qosor għas-suġġetti
F’ĦAJJITHOM KIF UKOLL GĦALL-GĦAŻLIET TA’ IMPJIEG.”
GŒALFEJN DIN L-IMPORTANZA FUQ STEM?
tax-Xjenza,
Teknoloġija,
Inġinerija
u
Matematika filwaqt li fil-kunċett STEAM indaħħlu wkoll l-arti. F’Esplora nemmnu li l-arti u x-xjenza huma relatati ħafna u
affarijiet oħra), hemm imnejn li persuni jidħlu f ’dik li tissejjaħ Skills Gap. Dan ifisser li ma jkunux kompetenti biżżejjed sabiex ikunu ċittadini attivi, jieħdu deċiżjonijiet ibbażati fuq opinjoni informata u anke jgħarblu sitwazzjonijiet u soluzzjonijiet diversi.
X’INHUMA L-PJANIJIET GŒALL-FUTUR?
Fil-preżent, kif ukoll fil-futur, hu
għandhom ikunu meqjusha fuq l-istess livell
mifhum li l-ekonomija ta’ pajjiżna ser
fejn tidħol bażi ta’ importanza. L-oqsma
tagħna biex inkomplu nsaħħu s-servizz
tkompli tikber. Hu mifhum ukoll li s-settur
relatati mal-iSTEM iwasslu għal taħriġ
tagħna u nkunu ta’ valur, ta’ rilevanza u
tax-xjenza u t-teknoloġija hu t-tieni l-akbar
u għarfien f ’ħiliet relatati mar-riċerka,
mill-aktar aċċessibbli għal kulħadd, miż-
settur li mistenni jikber u dan b’riżultat ta’
innovazzjoni u l-użu tal-evidenza filwaqt
żgħar nett sal-anzjani. Minn stħarrig li
diversi fatturi fosthom l-iżvilupp mgħaġġel
li l-oqsma fl-arti u d-disinn iwasslu għal
nedejna bħala Kunsill Malti għax-Xjenza
tax-xjenza u t-teknoloġija, tas-servizzi
għarfien u taħrig f ’ħiliet relatati mal-
u t-Teknoloġija, ħareġ li l-poplu Malti
onlajn offruti f ’Malta, servizzi tal-avjazzjoni,
kreattività, l-użu tal-immaginazzjoni, design
saħħaħ il-perċezzjoni u l-attitudni tiegħu
dawk marbuta mal-farmaċewtika u anke
thinking u dixxiplina fost affarijiet oħra.
lejn ix-xjenza f ’dawn l-aħħar snin. Dan
F’Esplora
dejjem
nagħmlu
l-almu
kannabis mediċinali, servizzi marittimi u
Persuna kompluta hija persuna li taf
hu ta’ sodisfazzjon kbir u jkompli jimliena
ħafna oħrajn. Malta, fil-preżent, għandha
tapprezza l-importanza kemm tax-xjenza u
bil-kuraġġ biex inkomplu nkunu minn ta’
wkoll waħda mill-anqas rati ta’ qagħad
kemm tal-arti f ’ħajjitha u tagħraf kif dawn
quddiem fejn jidħol it-tagħlim, taħriġ u
fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, u dan
id-dixxiplini huma żewġ metodi differenti
għarfien fl-oqsma STEM.
skont statistika maħruġa mill-Eurostat, u
imma kumplimentari għas-suċċess tal-
għaldaqstant qed ikun ferm diffiċli li min
individwu fil-ħajja.
iħaddem isib impjegati xierqa u mħarrġa floqsma msemmija hawn fuq, li ħafna drabi jinvolvu setturi tal-iSTEM. Apparti minn hekk, bir-rata mgħaġġla tal-iżvilupp
fil-qasam
tar-riċerka,
KIF JGŒINU S-SUÆÆETTI STEM FIS-SEKLU 21? L-oqsma direttament
STEM
huma
mal-applikazzjoni
relatati tax-
innovazzjoni u teknoloġija, il-ħajja qed
xjenza u t-teknologija fil-ħajja ta’ kuljum.
tinbidel b’rata bla preċedent. Tagħlim fl-
Għaldaqstant
oqsma ta’ STEM iħarreġ lin-nies fl-għarfien,
imħarrġa biżżejjed fl-oqsma STEM (bħal
ħiliet u kompetenzi importanti u ewlenin
ngħidu aħna fil-qasam tas-saħħa, dieta,
għas-seklu għoxrin bħall-abbilità li wieħed
eżerċizzju, żvilupp sostenibbli, vaċċini, tibdil
ikun kapaċi jikkritika, isolvi problema,
fil-klima, fil-mod kif jagħrfu aħbarijiet foloz,
jekk
iċ-ċittadini
mhux
55
KULTURA
56
KULTURA
Armi Massoniċi FIĊ-ĊIMITERJU TAL-ADDOLORATA TEŻISTI LAPIDA SEPOLKRI FTIT PARTIKOLARI. DIN TINSAB FID-DAĦLA TA’ DAN IĊ-ĊIMITERJU U MHUX QIEGĦDA FUQ XI QABAR.
H
i lapida biex tfakkar ilmemorja ta’ Emanuele Luigi Galizia, il-perit li kien għamel dan iċ-ċimiterju. Din il-lapida ma ssemmix li Emanuele Luigi Galizia kien il-perit ta’ dan iċ-ċimiterju. Tgħid biss li Galizia kien il-perit tal-kappella li hemm f ’dan iċ-ċimiterju, jiġifieri dik iddedikata lill-Madonna tad-Duluri. Naħseb li fuq dan il-livell, min għamel din il-lapida kellu raġuni u kien qed juri ċertu sensibbiltà, għax kien hemm perit ieħor li ħadem fuq dan iċ-ċimiterju. Dan kien il-perit Mikiel Busuttil. Dak li jolqtok f ’din il-lapida huma ż-żewġ armi li hemm fiha. Fuq nett tagħha hemm arma tal-arloġġ tar-ramel. Dan l-arloġġ tar-ramel hu mqiegħed bejn żewġ ġwienaħ. Taħt nett hemm l-arma talKamra tal-Periti. Fihom infushom, dawn iż-żewġ armi ma jidher li għandhom xejn ħażin, fis-sens li huma armi li mad-daqqa t’għajn jidhru newtri. L-arma tal-arloġġ tar-ramel bilġwienaħ insibuha użata fl-imgħoddi biex tirrappreżenta l-idea taż-żmien jew ilħin li jtir. Iżda dawn il-ġwienaħ kellhom sinifikat ieħor. Meta dawn kienu jiddaħħlu mal-arloġġ tar-ramel, kien ifisser li l-persuna kienet mietet ta’ età żgħira jew f ’daqqa jew waqt li kien qed jagħmel xi
proġett. Meta l-arloġġ tar-ramel kien ikun ċatt, kien ifisser li l-ħajja għall-persuna rappreżentata fuq il-qabar kienet spiċċat. Fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, dan is-simbolu tal-arloġġ tar-ramel insibuh rappreżentat fuq wieħed mill-oqbra talGran Mastru De Redin. Żgur li De Redin ma mietx żgħir għax kellu 81 sena! Biss seta’ miet waqt li kien qed jagħmel ilproġetti tat-torrijiet tal-gżira. Hu dam biss granmastru sentejn u ħames xhur u għalhekk, dan is-sinifikat ta’ ħajja jew karriera li spiċċat fi żmien qasir jinsab filħajja ta’ De Redin. Imbagħad fuq qabar partikolari naraw ir-rappreżentazzjoni talġwienaħ mal-arloġġ mingħajr minutieri li tfisser l-eternità jew inkella ż-żmien li waqaf.
X’JGŒIDU DAWN L-ARMI FUQ IL-LAPIDA TA’ EMANUELE LUIGI GALIZIA? Sakemm din u armi oħra bdew jintużaw mill-massonerija dawn kont issibhom użati fil-knejjes Kattoliċi. Misseklu 18 ‘il quddiem, is-simbolu talarloġġ tar-ramel sar simbolu massoniku, speċjalment dak li kien jidher fih il-ġwienaħ, waħda fuq kull naħa. Normalment, dan is-simbolu, speċjalment fil-massonerija Amerikana tas-seklu dsatax, kien jintuża biex jindika li persuna kienet tat-tielet grad fil-ġerarkija massonika. Meta bil-mod il-mod dawn l-armi saru armi assoċjati mal-massonerija, naqas l-interess tagħhom jew irrappreżentazzjoni tagħhom fuq l-oqbra tal-Kattoliċi. B’hekk meta wieħed jara xi
fuq l-oqbra? SIMON MERCIECA arma bħal din fuq xi qabar, jibda millewwel jistaqsi għala ntgħażel dan issuġġett u mhux ieħor? Issa jekk wieħed iħares ftit lejn ilħajja ta’ Luigi Galizia wieħed isib li dan ma kienx għex ħajja qasira. Hu twieled fl1830 u miet fl-1907. B’kollox għex 77 sena. Żgur ħadd ma jista’ jgħid li miet żgħir. Mela għala ntgħażlet arma li fl-imgħoddi kienet tittieħed biex tfisser li l-persuna mietet ta’ eta’ pjuttost żgħira? Dak li jolqtok ukoll f ’din il-lapida li tfakkar lil Emmanuele L. Galizia hu n-nuqqas tas-salib fuqha. Ma hemm l-ebda referenzi reliġjużi Kattoliċi ħlief għall-knisja taċ-ċimiterju li ddisinja Galizia nnifsu. Minflok, fil-quċċata tqiegħdet din l-arma partikolari. Min-naħa l-oħra, din l-arma ma fihiex il-kumpass jew t-triangolu li normalment nassoċjaw mal-massonerija. Dan ma kienx se jiddaħħal f ’lapida ta’ ċimiterju li kien taħt il-kontroll ekkleżjastiku u li kien ikun parti miż-żjara pastorali li l-isqof tad-djoċesi kien jagħmel fit-territorju f ’Raħal Ġdid. Kien żmien fejn il-mażuni kienu jiltaqgħu bil-moħbi. Biss b’mod diskret kien qed isir użu minn simboli pre-massoniċi, iżda li mis-seklu 19 ‘il quddiem, il-mażuni kienu adottawhom bħala simboli tagħhom. B’hekk meta kienu qed jintużaw dawn is-simboli, ħadd ma seta’ jgħid li kienu mażuni iżda flistess ħin il-massonerija setgħet tħossha li kienet parti minnha. Fuq kollox, f ’din il-lapida qed ikun enfasizzat il-fatt li Galizia hu membru tal-Assoċjazzjoni Ingliża tal-Inġiniera. Qegħdin f ’epoka kolonjali. Il-Maltin
57
KULTURA
Arma tal-Kamera dei Periti
mhux dejjem kienu jkunu ammessi f ’dawn l-għaqdiet Ingliżi, anzi sħubija f ’għaqdiet massoniċi kienu rekwiżit għal sħubija bħal din. Fil-verità, Galizia kien jieħu l-kuntratti kollha tal-Gvern. Fl-opinjoni tiegħi, meta tqis il-perjodu, dan l-appoġġ massoniku kien hemm bżonnu. Dak li ġara fuq livell lokali kien li fl-1921, Malta ħadet isself government. Hawn definittivament kamp ta’ riċerka biex ikun studjat jekk dan wassalx biex il-massonerija tilfet ftit mis-saħħa imperjali li kellha fl-għoti talkuntratti għax issa bdew jingħataw minn gvern lokali.
IL-KAMRA TAL-PERITI U L-MASSONERIJA Din il-lapida tqiegħdet f ’dan iċċimiterju mill-Kamra tal-Periti Maltin. Tqiegħdet ħafna snin wara li Emanuele Luigi Galizia kien miet. Din tqiegħdet fis-snin 30. F’dik il-ħabta, meta saret din l-arma, it-tifel ta’ Emanuele Luigi Galizia, Godwin, kien it-teżorier talKamra tal-Periti. Fl-opinjoni tiegħi, din il-lapida tqajjem ħafna mistoqsijiet dwar jekk ilPerit Emmanuele Luigi Galizia kienx affiljat tal-mażunerija jew le. L-ewwel idea li tiġik f ’moħħok hi jekk din illapida, kinitx saret mill-mażuni biex ikun kkommemorat xi persuna li kienet membru ta’ din l-assoċjazzjoni u biex isir dan il-għan daħħlet il-Kamra tal-Periti u l-Inġinieri li kellha affiljazzjoni diretta
58
Sand glass with wings
mal-massonerija. Din l-assoċjazzjoni tal-Kamra talPeriti mal-massonerija toħroġ millistess arma li huma għażlu li jagħmlu fl-1920. Din l-arma fiha l-kodiċi kollha li normalment huma assoċjati malmassonerija. Fuq livell storiku, l-użu tat-tliet kolonni kienu jintuża biex jirrappreżenta din il-professjoni. L-użu ta’ dawn it-tliet kolonni mill-mażuni ġej mill-fatt li fis-seklu 19, il-Massonerija Ewropea kienet tfittex li tassoċja lilha nnifisha mal-Kavallieri Templari. Dawn il-kolonni kienu jfissru t-tempju mwaqqa’ ta’ Ġerusalemm. B’hekk hemm relevanza għall-użu ta’ dan is-simbolu mill-massonerija għax it-Templari kienu ġew soppressi. Huma kienu nħolqu biex jiddefendu dan it-tempju jew aħjar ilpellegrini Nsara li jmorru Ġerusalemm. Il-kamra tal-periti tagħżel dan issimbolu meta diġà kellu assoċjazzjoni intima mal-massonerija. Filkunċett massoniku dawn il-kolonni jirrappreżentaw l-għerf, il-qawwa u s-sbuħija. Fuq kollox, f ’din l-arma tiddaħħal il-preżenza tax-xemx li kien u għadu simbolu għal qalb il-massonerija. Fuq kollox, il-periti u inġiniera Maltin għażlu arma fuq l-istil taleraldika Ingliża. Ikun interessanti jekk din ġietx ippreżentata lill-College of Arms Ingliż għall-approvazzjoni jew patent ta’ din l-arma jew ittiħidx ilparir ta’ din l-għaqda qabel il-ħruġ taċ“Ċertifikat ta’ Għotja ta’ Arma”.
Time flies
IL-FAMILJA TA’ EMANUELE LUIGI GALIZIA Jekk wieħed iħares lejn iż-żwieġ ta’ Emanuele L. Galizia, wieħed isib li dan kien iżżewweġ ma’ Vittoria, it-tifla ta’ Giovanni Vella li kien membru fuq il-Kunsill talGvern. Giovanni Vella miet fl-1868. Hu żżewweġ lil Maria Anna Vassallo fl-1834. Dak li hu żgur hu li Godwin Galizia kienet qagħad fuq kummissjoni jew Missione anti-Masonica. Mhux ta’ interess tiegħi li nidħol fl-istorja personali ta’ Godwin Galizia. Dan iqajjem ħafna mistoqsijiet għax Godwn żgur kien jaf bl-użu estensiv ta’ din it-tip ta’ arma millmassonerija u allura għaliex għażel lilha. Godwin Galizia ma kienx xi persuna stupida. Kien jaf li l-għażla se tqajjem mistoqsijiet. Dak li jista’ jingħad b’ċertezza hu li matul is-snin tletin, erbgħin u ħamsin, ħafna mażuni kienu wkoll membri ta’ għaqdiet reliġjużi, b’mod partikolari dik tar-Rożarjanti li kienet affiljata mal-knisja tad-Dumnikani l-Belt. Kienu jiltaqgħu fl-Oratorju ta’ din l-istess Fratellanza tarRożarjanti li hemm f ’din il-knisja. Żgur li fi żmien Emanuele Luigi Galizia kien hemm persuni kompetenti iżda għax ma kellhomx l-appoġġ ta’ klikek, tilfu ċ-ċans li kellhom biex jesprimu ruħhom.
MONSINJUR ALFREDO MIFSUD KIEN MAŸUN? L-insinji massoniċi kollha huma meħuda mill-liturġija Kristjana Kattolika.
KULTURA
L-arloġġ tar-ramel, it-Trinità bl-għajn fiha u simboli oħra inkluż il-kolonni. Iżda mis-seklu 19 ‘il quddiem, l-użu ta’ dawn is-simboli naqas fil-liturġija Kattolika minħabba l-approprjazzjoni tagħhom mill-massonerija, b’mod partikolari minn dik Ingliża u Skoċċiża li kellhom relevanza diretta għal Malta mis-seklu 19 ’il quddiem. Meta dawn is-simboli, speċjalment dak tal-arloġġ tar-ramel u l-ġwienaħ jibda’ jiġi użat fuq xi oqbra, dak li jolqtok hu, li dawn jiġu ppreżentati b’mod differenti mill-mod kif dawn l-insinji kienu qegħdin ikunu użati mill-mażuni. Fis-seklu 20 insibu dan is-simbolu wżat f ’Malta fuq żewġ oqbra fil-Katidral tal-Imdina. L-ewwel wieħed insibuh fuq l-għatu tal-qabar ta’ Alfredo Mifsud. Issa jekk wieħed iħares sew lejn dan il-qabar, l-arloġġ tar-ramel hu miżmum minn żewġ ġwienaħ. Alfredo Mifsud ma kienx stupidu. Kien jaf sew b’dan is-simbolu, li fis-seklu 17 kien newtru u ma kienx juri biss li ż-żmien itir, iżda sar simbolu tal-mażuni. B’hekk għala ddeċida li jqiegħdu fuq qabru? Ma naħsibx li għamlu b’kumbinazzjoni. Id-diffikultà tinsab hawn. Fuq is-simboli massoniċi, dan is-simbolu hu ta’ ġewnaħ ta’ għasfur u normalment huma bojod. Fuq il-qabar ta’ Mifsud, dawn il-ġwienaħ huma ta’ farfett il-lejl u għalhekk suwed. Hawn irid jingħad li Mifsud miet żgħir. B’hekk jagħmel sens l-użu tal-
Il-lapida kommemorattiva ta’ Galizia
arloġġ tar-ramel bil-ġwienaħ fih. F’dan il-każ għandna erba’ ipotesi possibbli: L-ewwel - li dan kien biss fatt aċċidentali It-tieni – li dan użah apposta għax kien mażun It-tielet – li dan użah biex jgħaddi biżżmien lill-mażuni Ir-raba’ – riedu jużawh biex jemfasizzaw li miet żgħir iżda fl-istess ħin riedu jiddassoċjaw kull ħsieb ta’ konnessjoni massonika u għalhekk għamlu l-ġwienaħ ta’ kulur iswed. Mifsud baqa’ magħruf għall-kitba tiegħu dwar l-istorja medjevali u għallkontroversja li kien daħal ma’ William Hardman dwar l-oriġini tas-sovranità Brittanika fuq Malta. It-tradizzjoni storika tfakkarna li Mifsud kiteb dan il-ktieb dwar dokumenti marbuta mal-istorja ta’ Malta biex jiġġieled affermazzjonijiet tal-kolonjaliżmu Ingliż dwar is-sovranità tagħhom fuq Malta. Quddiem il-preżenza ta’ simbolu bħal dan, il-mistoqsija tiġi waħedha. Il-ktieb ta’ Mifsud hu verament il-prodott tal-ġlieda anti-kolonjali kif konna niġu mgħallma jew kien ir-riżultat ta’ ġlieda interna fil-mażunerija? Peress li miet żgħir u wisq probabbli ma kellux x’jaqsam ma’ din il-lapida, iċ-ċans hawn ta’ rabta massonika huma aktar iva milli le, ineżistenti. Fuq kollox l-użu tal-ġwienaħ tal-farfett il-lejl insibuh użat fl-imgħoddi fuq dawn it-tip ta’ rappreżentazzjonijiet
Il-lapida fuq il-qabar t’ Alfredo Mifsud
funebri iżda ma jidhirx li kienu użati missoċjetajiet massoniċi.
IL-QABAR TA’ LEOPOLDO FARRUGIA It-tieni qabar li fih simbolu dirett massoniku hu dak ta’ Monsinjur Leopoldo Farrugia li kien minn Senglea. Kellu ħuh Latinista li kien jikkomponi iskrizzjonijiet bil-Latin. Skont din il-lapida, Monsinjur Leopoldo Farrugia miet fl-1948. Meta Leopoldo Farrugia ġie biex jagħmel illapida tiegħu, hu qiegħed l-arloġġ tarramel miżmum minn erbat iġwienaħ, tnejn fuq kull naħa. F’dan il-każ, ilġwienaħ huma bojod. Għal darb’oħra, wieħed jistaqsi jekk din l-għażla ta’ erbat iġwienaħ u mhux tnejn kinitx biss deċiżjoni każwali jew inkella deċiżjoni ta’ disassoċjazzjoni mal-massonerija billi juri forma differenti minn dawk użati minnhom. Dak li hu żgur li anke f ’dan ilkaż hawn il-preżenza ta’ persuna litterata li diffiċli timmaġina li ma kienetx taf bir-relevanza massonika ta’ simboli bħal dawn matul is-seklu għoxrin. Ħajr lil Giovanni Vassallo, il-Professur Conrad Thake, u Michael Buhagiar talli qasmu miegħi l-ħsibijiet tagħhom dwar dan is-suġġett: Il-Professur Thake għallapida ta’ Galizia, Buhagiar għaż-żewġ oqbra fil-Katidral tal-Imdina u Giovanni Vassallo għall-qabar ta’ De Redin u l-arloġġ bil-ġwienaħ f ’San Ġwann.
Il-lapida kommemorattiva fuq il-qabar ta’ Leopoldo Farrugia
‘Woodcut print’ ta’ Memento Mori
59
KULTURA
Widening Horizons by Mining the Wealth of Creative Thinkers
VIVAN STORLUND
VIVAN STORLUND, IS A FORMER FINISH TRADE UNIONIST WHO HAS RECENTLY PUBLISHED A BOOK WHEREIN SHE ARGUES IN DEFENCE OF THE ARTIST HAVING TO RECEIVE A BASIC INCOME. IN ITSELF, THIS IS A COURAGEOUS STAND FOR, IN THE PAST, EUROPEAN TRADE UNIONISTS WERE AGAINST SUCH CONCEPTS. STORLUND THINKS THAT HAVING A BASIC INCOME WOULD ENCOURAGE ARTISTS AND STIMULATE THE POTENTIAL THEY REQUIRE IN OUR DIGITAL AGE.
I
t is 40 years since my first visit to Malta - back in October 1979 - when I came for a European conference by the World Confederation of Organisations of the Teaching Profession (WCOTP) at the Hotel Verdala in Rabat. The late 1970s and early 1980s were turbulent times and a decisive turning point, where achieved standards of working conditions in all sectors started being dismantled. The backdrop was the late 1970s oil crisis. In the public sector, teachers’ unions were among the first to face cuts in education budgets. This spread like a wildfire across OECD countries. Cuts don’t heal – was our campaign slogan with WCOTP insisting that the measures being adopted were detrimental. The ways in which governments
60
KULTURA
intervened in industrial relations took a variety of forms and though often respecting formal procedures, these measures violated a number of principles governing the democratic interplay between society and labour relations. These measures involved: - legislation putting the labour relations system temporarily out of action or under the dictate of government, - unilateral imposition of a wage freeze and/or other forms of limitations on collective bargaining or industrial action, - deregulation of protective labour legislation and nibbling at social security provisions. These measures have either disarmed unions and deprived individual workers of their means to defend their interests, or have had the effect of tipping the balance that existed before in favour of the employer. From the early 1980s, in an ILO study surveying how industrial relations responded to the challenges of the economic recession, it is noted that “[w]e are not sure whether the current recession will give rise to fundamental changes in industrial relations systems, though there is little doubt that it has led to some rethinking about the nature and orientation of certain systems, affecting the role played by the parties and their relative bargaining power, and altered the priorities attached to traditional arrangements.” (ILO, Collective Bargaining: A Response to the Recession in Industrialised Market Economy Countries, (1984) This situation was so intellectually challenging for me that I left my dream job with WCOTP in 1985, in order to research what was going on. With Human Rights and ILO standards in my toolkit, I began my odyssey. My research started at a collective level taking on the rights of trade unions, and continued at an individual level assessing the implications of flexibilization of employees. For a long time, forms of work that deviated from labour laws regarding definite full-time and indefinite
Vivan Storlund at Malta International Airport with the artist Narcy Calamatta. This photo was taken at the end of her visit to Malta, before returning to Finland and after having presented her book at the University of Malta.
employment were labelled ‘atypical’, long after they had become typical. Precarious or casual work is an appropriate term that exposes and conveys the vulnerability associated with such form of employment. To expose the problems associated with precarious work I chose to take artists as a profession which does not fit the narrow premises of labour laws. And also, because artistic work requires a considerable stretch of the imagination about what actually defines work when compared to labour laws. I put myself in a challenging position when I chose artistic work as I, with my legal training, felt pretty incompetent to address questions about art. But here Father Peter Serracino Inglott came to my rescue. I had met Father Peter in the mid1990s and following inspiring discussions, had come to look upon him as a mentor. In 1999, he told me about a summer school which I attended. Father Peter spoke about the role of art in the third millennium. It was an occasion that truly widened my horizons and helped me to proceed with my PhD work: To each one’s due at the
borderline of work – toward a theoretical framework for economic, social and cultural rights (2002). Whether I have succeeded in conveying the role of art, one may judge by reading my book Widening Horizons by Mining the Wealth of Creative Thinkers: to Seize the Empowering Potentials of the Digital Age with artists as precursors and basic income as the means (2018). When I had finished the book in 2018, there had been further overwhelming transformations in the working world. Carl Benedikt Frey’s and Michael A. Osborn’s research from 2013 indicate that around 47 per cent of the 702 occupations they studied in the US are in the high risk category of disappearing. In 2017, Janna Q. Anderson proposed that in the next few decades work in most conventional settings will be to nearly 100 percent accomplished by either 1) algorithm-driven software/machines that already accomplish a great deal of work, or 2) human-and-algorithm-based partnership.
61
KULTURA
These photos were taken during Vivan Storlund’s book presentation at University
62
KULTURA
Already in 1995, Jeremy Rifkin warned us that we need to redefine opportunities and responsibilities for millions of people in a society absent of mass formal employment. This is a serious challenge. Are we to succumb to the idea of the emergence of a class of ‘useless’ people, as some thinkers hold? This is a short-sighted and superficial way of approaching the profound changes that surround us. We cannot abide by the premises of today’s labour legislation. We need a redefinition of work that takes into account the type of activities in which people are engaged. This is vital for perceiving the new patterns of work that are emerging. In 2014, Rifkin was able to report stunning developments of the collaborative commons (usually over the internet) of products that hold great potential as a substitute for conventional work and the economy as we know it. This will, however, be a great challenge for the prevailing power structures. They will have to let go of the steering and controlling power they now exercise, and allow for the self-organising processes to develop and mature. An interesting aspect of the present concept is that it is boosting productivity to the point where the marginal cost of producing many goods and services is close to zero, making them practically free. In economic theory terms this means that in the digital world scarcity is substituted by abundance. In practice, the collaborative commons stand for a participatory system where people become prosumers (consuming and producing product). Rifkin foresaw, in 2014, that within the next two to three decades, “prosumers in vast continental and global networks will be producing and sharing green energy as well as physical goods and services, and learning in online virtual classrooms at near zero marginal cost, bringing the economy into an era of nearly free goods and services.” Parallel with these changes, there has also been a change in forms of life and individual preferences, for which existing institutions and regulations are conceived
as being increasingly inappropriate. In addition to material changes, we also have an enlarged space for human selfrealization. The use of old factories for artistic activities is a sublime illustration of the factual changes that have taken place. When the assembly lines were halted art and culture moved in to the facilities, filling up the silent empty spaces with colour, form and sound. When basic needs are fulfilled, the human being aspires towards self-actualisation, as we know from Maslow’s hierarchy of needs. And not only that. Parallel with the decline in industrial production in developed economies there has been an explosive growth in creative work, making this sector one of the fastest growing sectors of the economy. However, much of the value created through artistic work is done outside employment with the consequences that artists are often not properly compensated for their work! Another sphere that does not fit the labour laws is work being done in civil
the research orientation about Social Return on Investment (SROI). With such measurements, form is substituted by substance. We will be able then to judge how meaningful different activities are and such approaches will also reveal an altogether different gender distribution than what is now the case. Women’s work in the household will thereby be accurately calculated and registered, like other unpaid or underpaid work, such as artistic work and work in civil society. A universal and unconditional basic income would be a strong empowering measure as it would open the way for new forms of work as well as correct some of the injustices that the labour laws tolerate under the convenient label ‘atypical’. The secured income that a basic income would provide would offer people the personal autonomy that is required for the rights of humankind, particularly in economic, social and cultural rights to materialise. Autonomy is central for the self-organising process through which
...we find ourselves in uncharted territory and are on a steep learning curve to figure out how to best build our new smart society. society. This work is often undervalued and can even be hindered because of the selection and control that is associated with funding civic activities. Now that the market and government spheres are diminishing in importance Rifkin urges us to seriously explore the possibility of resurrecting and transforming civil society and making it a vehicle for the creation of a vibrant post-market era. New measurements of economic and social progress provide a fruitful groundwork for assessing the value of different forms of activities, such as OECD’s work Beyond GDP, as well as
people can voice and act according to their needs and interests. This is what we need in order to steer present developments in a human direction. Furthermore, internet and globalisation have generated unprecedented opportunities for people to join forces around causes such as the Arab Spring, EuroMayDay and Occupy Wall Street, to mention the forerunners of present day global solidarity. Rifkin has hit the nerve of this development when observing that “we find ourselves in uncharted territory and are on a steep learning curve to figure out how to best build our new smart society.”
63
KULTURA
64
KULTURA
Wiki Loves Art 2020 IL-ĦSIEB WARA WIKI LOVES ART DIĠÀ EVIDENTI MINN ISMU: DAN IL-PROĠETT, LI SAR AVVENIMENT REGOLARI FIL-PROGRAMM TA’ SPAZJU KREATTIV, IĦADDAN SENSIELA TA’ ATTIVITAJIET FEJN L-ARTI U L-FOROM DIVERSI TAGĦHA JILAGĦBU R-RWOL EWLIENI.
I
mmexxi mill-komunità Wikimedia f ’Malta, l-għan prinċipali ta’ dan ilproġett huwa l-iżvilupp ta’ kontenut fuq il-pjattaforma Wikipedia, b’lenti partikolari fuq il-prodott artistiku lokali. Dan mhux biss biex jixhed b’mod aktar ċar ir-repertorju artistiku Malti, iżda wkoll biex informazzjoni dwar dawn ilkreattivi tkun disponibbli u saħansitra aċċessibbli. Fost l-attivitajiet li saru fl-imgħoddi, wieħed isib għadd ta’ preżentazzjonijiet u taħditiet li lkoll jitfgħu dawl fuq diversità ta’ forom artistiċi. Barra minn hekk, il-
proġett jinkludi wkoll sensiela ta’ wirjiet, bħalma sar f ’edizzjonijiet oħrajn fejn ġew esebiti xogħlijiet tal-arti mill-kollezzjoni tal-Fondazzjoni Kreattività. Ta’ min issemmi wkoll l-editatoni, sessjonijiet speċjali fejn kemm amaturi kif ukoll dawk aktar intiżi jsibu l-opportunità li jitħarrġu f ’kif għandhom joħolqu, itellgħu u jeditjaw kontenut fuq Wikipedia. Għall-edizzjoni li jmiss, Wiki Loves Art se jkun qiegħed jieħu xi xejriet differenti: Art+Feminism, li dawn l-aħħar snin kien qiegħed isir bħala proġett apparti, din is-sena se jinserixxi ruħu bħala parti integrali minn Wiki Loves Art. Permezz tal-integrazzjoni ta’ dan il-proġett, li ġie maħsub bilmira li jissaħħaħ il-leħen femminil fuq Wikipedia, Wiki Loves Art se jkun qiegħed jaħdem sabiex dan ir-repertorju artistiku ta’ nisa kreattivi joħroġ aktar fid-deher. Dan flimkien mal-attivitajiet ewlenin ta’ Wiki Loves Art, li kif semmejna jinkludu diskussjonijiet,
Wiki Loves Art 2019 Exhibition held at Spazju Kreattiv
esibizzjonijiet, u editatoni. L-iskop ewlieni ta’ din l-edizzjoni mhuwiex l-uniku fattur li jrendiha differenti minn dawk preċedenti. Tassew, il-Wiki Loves Art li jmiss u l-attivitajiet li tkopri mhumiex se jittellgħu biss fillimiti tal-Kavallier ta’ San Ġakbu, iżda se jkunu qegħdin jimirħu lejn spazji ġodda u artijiet oħrajn. Min-naħa l-oħra, filwaqt li dan il-proġett qiegħed jerġa’ jsir bil-ħsieb li jagħti spinta lil xogħlijiet Maltin lokali, bħalma sar fis-snin ta’ qabel, l-edizzjoni li ġejja se titfa’ dawl anki fuq xogħol minn artisti ġejjin lil hinn minn xtutna. Toni Sant, Id-Direttur Artistiku ta’ Spazju Kreattiv, jisħaq fuq kif din l-edizzjoni ta’ Wiki Loves Art hija l-attività l-kbira li jmiss għall-2020 – attività li mhux biss se tkun qiegħda tieħu minn dawk l-elementi li saru sinonimi mal-proġett innifsu, iżda waħda li se tkun qiegħda tissokta l-ħidma fuqhom hi u żżewwiġhom ma’ xogħol ġdid.
Wiki Loves Art 2019 Exhibition held at Spazju Kreattiv
65
KULTURA
Il-Kaxxa Maġika
Is-suççess kulturali se jkompli fl-2020 ANNA PORCHEDDU
KULL TIENI TLIETA TAX-XAHAR, ĦLIEF GĦAL DAWK TAS-SAJF, JIĠIFIERI DAK TA’ LULJU U AWWISSU, NUMRU DEJJEM JIKBER TA’ NIES LI JĦOBBU L-ILSIEN U L-KULTURA TALJANA, JILTAQGĦU FL-ISTITUTO ITALIANO DI CULTURA FIL-BELT VALLETTA BIEX JIEĦDU SEHEM F’AVVENIMENT MARBUT MAL-KULTURA TALJANA.
D
awk kollha li jattendu huma persuni li jħobbu l-ġrajjiet storiċi jew dawk kulturali tal-mument. Aspetti ta’ arti, personaġġi, avventuri u kurżitajiet varji ma jonqsux. L-importanti li dak diskuss jittratta l-kollegament bejn l-Italja u Malta. Dan l-avveniment ta’ kull xahar illum hu parti mill-kalendarju li jkabbar l-għarfien f ’’pajjiżna u jġib l-isem ta’ ‘La Scatola Magica’ jew ‘Il-Kaxxa Maġika’. L-isem hu b’riferiment għall-kaxxa li s-saħħar ikollu miegħu, u li minnha joħroġ diversi oġġetti biex jużahom għal-logħob tal-maġija!
KIF BDIET DIN L-AVVENTURA? ‘La Scatola Magica’ twieldet minn idea tad-Direttur tal-Istitut Dr Salvatore Schirmo. Schirmo kellu intwizzjoni ta’ kif seta’ jwessa’ l-preżenza tal-kultura Taljana f ’Malta. Hu kien staqsieni, bħala l-persuna mibgħuta mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Gvern Taljan, biex ngħallem it-Taljan f ’Malta, biex nibda norganizza
66
KULTURA
dawn l-attivitajiet. Mill-bidu tas-sena 2013, bdejna naħsbu li dawn kellhom jieħdu forma ta’ laqgħa ta’ kull xahar u li kellom jsiru parti regolari mill-kalendarju annwali tal-Istitut Taljan tal-Kultura. Qbilna li għandu jkollhom argumenti varji marbuta mal-kultura Taljana u li dawn l-argumenti għandhom iqajmu kurżità, l-interess u l-parteċipazzjoni tal-Maltin li jħobbu l-kultura Taljana. Artikli interessanti u mimlijin umoriżmu, bl-iskop li jsaħħu l-argument li jkun trattat, kienu jinkitbu minn Louis Michael. Louis Michael kien ħabib u sostenitur li ħadem qatigħ favur din l-attività li kien iħobb jippreżenta bl-istil umoristiku tiegħu. Il-konferenzi normalment ikunu bitTaljan u b’hekk dawn anke jservu biex tkun ipprattikata u mismugħa b’mod ħaj l-lingwa Taljana. Għaldaqstant, ta’ kull sena, id-Direttur tal-Istitut Taljan flimkien miegħi, nagħmlu l-programm li jibda minn Jannar sa Diċembru. Naraw li jkun
varjat kemm jista’ jkun. Fuq kollox inkunu rridu li kull min jiġi jieħu togħma tajba, fejn l-aspett akkademiku u dak ta’ tagħlim jitħallat ma’ konvivalità u l-ħbiberija ma’ dawk kollha preżenti.
X’SAR S’ISSA Anke t-titlu stess, ‘La Scatola Magica’, intgħażel biex jagħti dan il-messaġġ ta’ sorpriża u pjaċir: l-idea hi li nissorprendu bl-argumenti u l-aħbarijiet li nwasslu. B’hekk dawk preżenti jsiru jafu b’affarijiet u avvenimenti ġodda. Fil-bidu, proprju fil-mumenti tat-tluq, verament kelli l-bakketta maġika! Ħabiba tal-Istitut Taljan u tal-ilsien Taljan, li kienet l-Ambaxxatriċi Awstrijakka għal Malta, Petra Schneebauer u t-tifla tagħha Katharina, li kien għad kellha tmien snin, meta ġew informati b’din l-inizjattiva u l-għażla tal-isem, ġew għall-ftuħ uffiċjali u offrulna... bakketta maġika! U b’hekk bdiet din l-avventura ta’ laqgħat kulturali u informattivi. Kollox beda f ’Marzu tal-2013 b’kelliem
eċċezzjonali, il-Professur Joseph Brincat, li tkellem dwar il-korsijiet li jsiru bl-ilsien Ingliż u Taljan fil-“Bocconi” ta’ Milan. Fix-xhur ta’ wara, komplejna b’numru ta’ mistednin kemm Taljani u anke Maltin li ttrattaw argumenti differenti, li jmorru mill-kċina għall-isport, mill-karozzi għallmużika, mir-restawr għall-avventura. Kien hemm anke argumenti dwar is-saħħa, ilmeravilji tan-natura, personaġġi illustri u kostumi popolari. Żewġ argumenti li ntlaqgħu tajjeb ħafna minn dawk preżenti kienu bla dubju, kurżitajiet u riċetti varji dwar il-ħobż u l-pizza. Kienu ħadu sehem Carmelo Fiore u Cristiano Bagnaschi, pizzaiolo u ħabbież rispettivament. It-tnejn jaħdmu f ’Malta. L-atmosfera fis-sala tal-Istitut Taljan saret litteralment elettrifikanti meta n-nies preżenti ma waqfux jistaqsu dwar is-sigrieti kif tista’ tkun ippreparata pizza tajba jew ħobż bnin! Il-kċina hi bla l-iċken dubju argument li jiġbed lil kulħadd. Dan rajnieh
67
KULTURA
permezz tas-serati “L-Italja ta’ togħmiet differenti” (L’Italia dei sapori). Fihom ilkelliema ħaduna f ’reġjuni bħal Puglia, Sardegna, Lazio u Liguria. Dawn kollha għandhom il-gosti partikolari tagħhom. Imbagħad wieħed ma jridx jinsa l-ġelat Taljan maħbub minn kulħadd. Dan ġie ppreżentat minn Fabio Ferretti. Kien hemm ukoll preżentazzjoni tax-xorb, fosthom dik tal-birra artiġġjanali li qed tkun prodotta f ’Għawdex minn Samuele D’Imperio, mingħajr ma ninsew aktar minn preżentazzjoni waħda ta’ xorb bnin (liquori) Taljan. Appuntament ieħor kien ma’ Sonia Sanò Suraci dwar prodotti organiċi. Dr Anthony Abela Medici wera ġabra ta’ kartolini storiċi li jillustraw il-kuntatti bilkitba bejn Malta u l-Italja. Serata li fiha kien hemm attendenza numeruża kienet dik meta ġie jitkellem Pietro Ghedin, li sal-2017 kien imexxi t-tim nazzjonali tal-
68
futbol Malti. Kien hemm ukoll attendenzi numerużi għal żewġ taħditiet: waħda dwar l-istorja tal-Fiat 500 u l-oħra dwar il-Vespa. Kienet saret anke esebizzjoni ta’ dawn il-vetturi quddiem l-Istitut, f ’Misraħ San Ġorġ u din kienet attirat l-interess talpubbliku! Ta’ min isemmi wkoll in-numru ta’ mistiedna oħra li ħadu sehem f ’dan il-programm, fosthom mill-qasam talmużika. Kien ġie Mro. John Galea li tana espożizzjoni sħiħa dwar Giuseppe Verdi. Dakinhar ħadu sehem ukoll Charles Vincenti u Graziella Debattista li paxxew lill-udjenza bil-leħen sabiħ tagħhom. F’serata oħra ħa sehem Maurizio Rocca, li hu vjolinist bravu ħafna, minn Palermo. Kien hemm il-preżenza tal-Coro della Valle di Susa, li minbarra li kantaw għanjiet tradizzjonali tagħhom, dewquna wkoll mill-ikel tipiku tar-reġjun. Aktar riċenti kien hemm serata ma’ Elia Biasi
fuq it-trumbun u oħra ma’ Pierangelo Tamiozzo li semmgħalna għanjiet bl-ilsien Cimbru, kantati minnu stess. L-udjenza, inkluż l-ambaxxatur De Vito u martu, kienu ngħaqdu mal-mużika u għanjiet ta’ Tamiozzo u kantaw miegħu. Okkażjonijiet oħra sbieħ kienu dawk offruti mill-organista bravu Robert Buhagiar u s-Sależjan Prof. Aurelio Mulè Stagno li tkellmu dwar l-orgnijiet Taljani f ’Malta. Kien hemm taħditiet fuq l-arti, fosthom minn Dun Gino Gauci marrestawraturi Giuseppe Mantella u Sante Guido. Taħdita oħra fuq ir-restawr kienet marbuta mal-injam, minn Josef Aquilina. Luca Lacitignola, fuq nota differenti, tkellem dwar il-passjoni tiegħu għallqlugħ u l-ibburdjar. Kellna wkoll taħditiet dwar is-saħħa, waħda minnhom mill-Prof. Ugo Orestano li tkellem dwar problemi flgħadam, l-osteoporosi. Dawk li jħobbu l-avventura kellhom
KULTURA
taħdita minn Alessandro Costa dwar ittriq medjevali magħrufa bħala “La Via Francigena”, waqt li Paolo Andriotto tkellem dwar eskursjonijiet fuq il-muntanji Dolomiti. Lawrence Formosa ta tagħrif dwar l-arti tal-falkunerija u Daniel Cilia dwar l-esperjezi tiegħu dwar il-fotografija fl-Italja. L-Italja taħt il-lenti fotografika kienet ukoll ippreżentata mill-brava Nicoletta Muscas. Taħditiet oħra kienu dawk marbuta mal-Istorja. Dr Simon Mercieca tkellem dwar Emilio Sceberras u l-Italja, filwaqt li Daphne Fenech tkellmet dwar l-Inġinier Francesco Laparelli. Is-Sależjan Dun Joe Cini tkellem dwar il-kariżma ta’ ġgant Taljan, Don Bosco. Don Angelo Manca ġie minn Sardegna u għamel taħdita dwar il-preżenza tal-kavallieri ta’ San Ġwann f ’pajjiżu, waqt li f ’okkażjoni oħra, il-kulunell Luca Mariz ppreżenta “La Missione Militare Italiana” f ’Malta.
X’HEMM GŒALL-FUTUR? Bħal kull sena, l-attivitajiet ta’ “La Scatola Magica” jiftħu fil-bidu ta’ Jannar u anke l-avventura tal-2020 se jkun hemm fiha numru ta’ appuntamenti b’mistiedna li se jitkellmu dwar punti differenti, u bi stejjer ta’ interess. It-taħditiet se jibdew fl-14 ta’ Jannar u jinfetħu minn Chiara Garrisi li se titkellem dwar il-belt ta’ Lecce fil-Puglia. Din hi belt Barokka li għandha ħafna similjanza ma’ Malta. Fi Frar ġejja Chiara Vigo li se titkellem dwar “Il bisso, la seta di mare”. Imbagħad fl-10 ta’ Marzu, xahar marbut malpreparamenti tal-Ġimgħa l-Kbira, se jkollna lil Dr Christian Attard u lil Dr Simon Mercieca li se jitkellmu dwar ixxogħlijiet ta’ Fra Innocenzo da Petralia Soprana f ’Malta. Fra Innocenzo kien minn Sqallija, u Sqallija se tibqa’ t-tema ta’ “La Scatola Magica” għas-serata tal-14 ta’ April. Giacomo Cuticchio se jitkellem
dwar iI-pupi Sqallin. Fit-12 ta’ Mejju, Dr Pasquale Palazzo jitkellem dwar is-saħħa. Is-suġġett hu “L’aloe vera e il suo utilizzo”. F’Ġunju, is-serata se tkun marbuta mal-Għanafest: se jkun hawn f ’Malta għannejja Sardi li se jkantaw bis-Sard. Dawn huma l-famużi ‘tenores sardi’. Wara l-btajjel tas-sajf, nerġgħu niftħu nhar il-15 ta’ Settembru. Ignazio Cannavò hu sewwieq tal-karozzi minn Sirakuża u li se jitkellem dwar il-Lamborghini tiegħu fil-One Racing Team ta’ Malta. Ix-xahar ta’ Diċembru hu dejjem assoċjat mal-ħsieb fl-oħrajn. F’din l-edizzjoni, Sofia de Dominicis se titkellem dwar xogħol fil-Kenja. Id-dħul għal dawn it-taħditiet hu b’xejn. Wara kull taħdita jkun hemm dik it-tazza nbid marbuta ma’ ftit ikel, ħafna drabi ikel tipiku ta’ xi reġjun tal-Italja. Narawkom!
69
KULTURA
Il-kittieb ikellimna:
Patri Mark Cauchi
SIMON MERCIECA
GĦAL DAWK LI JĦOBBU L-ISTORJA, PATRI MARK CAUCHI HU RIĊERKATUR EWLENI DWAR L-ORDNI LI HU JĦADDAN, JIĠIFIERI DIK AGOSTINJANA. GĦANDU ĦAFNA KOTBA DWAR DIN L-ISTESS ORDNI.
A
llavolja għandu mad-90 sena, għadu attiv fil-kitba. Flimkien miegħi, Simon Mercieca, għadu kif ħareġ ktieb ieħor dwar l-Ordni Agostinjana. Din id-darba ġabra ta’ studji dwar patrijiet Agostinjani. Biss xorta ħassejt li għandi nitkellem miegħu dwar dan ix-xogħol għax inħoss li Patri Mark Cauchi għandu jkun magħruf. Fuq kollox jirrappreżenta persuna anzjana li kulturalment għadha attiva. Għal din biss, ħaqqu li jkun magħruf aktar.
L-EWWEL MISTOQSIJA: GŒALIEX GŒAŸILT DAN ITTITLU GŒAL DAN IL-KTIEB? Għażilt dan it-titlu bil-Latin għaliex verament jirrifletti dak li xtaqt nikteb dwaru. Dan it-titlu meħud mill-Ktieb tal-Bibbja “L-Ekkleżjastiku”, kapitlu 44, vers 1. Dan il-kapitlu jibda b’din il-frażi Laudamus Viros Gloriosos. Din il-frażi hi bil-Latin u nsibuha fil-bibbja Latina, imsejħa l-Vulgata. F’ilsienna, din il-frażi tfisser “infaħħru rġiel glorjużi”. Dan hu dak li ipprovajt nagħmel. Nitkellem u
70
KULTURA
Kont nikteb f ’dawn il-gazzetti anki fi żmien meta mhux kulħadd kien jieħu gost li qed nikteb fihom. Imbagħad għandi numru ta’ kotba oħra, fosthom l-istorja tal-Kunvent u l-Knisja tal-Patrijiet Agostinjani talBelt u anke ktieb dwar Mattia Preti li fih, ippubblikajt dokument indit dwar dan l-artist kbir li ħadem f ’Malta. Kont nikteb anke f ’ġurnali barranin dwar l-Ordni f ’Malta, fosthom rivisti li kienu u għadhom joħorġu f ’Ruma u fi Sqallija.
KIF TŒARES LEJN MALTA U L-MALTIN? nfaħħar numru ta’ patrijiet Agostinjani, li fil-maġġoranza tagħhom illum huma mejtin u xi wħud minnhom għexu ħafna sekli ilu. llum ftit li xejn huma magħrufin. Xtaqt inġedded it-tifkira tagħhom. Fuq kollox xtaqt li dan il-ktieb ikun kontinwazzjoni ta’ ktieb ieħor li ippubblikajt fl-2015 miegħek, (Simon Mercieca) dwar l-istorja tal-kunvent ta’ San Mark, li hemm fir-Rabat, Malta. Ittitlu ta’ dan il-ktieb kien Vetustor Glorior. Bil-Malti, dan it-titlu jfisser “Fil-qedem ilglorja”, b’referenza diretta għal din l-istorja ta’ dan il-kunvent. Biss il-glorja ta’ kunvent tinsab fin-nies jew aħjar il-patrijiet li għexu fih. B’hekk f ’dan il-ktieb, b’mod ħafif u simpatiku, ridt ifakkar dawn il-patrijiet li għexu f ’dan il-kunvent. B’hekk dan ilktieb għandu jitqies bħala kontinwazzjoni tal-ewwel ktieb li ħriġt fl-2015.
X’FIH DAN IL-KTIEB? Dan il-ktieb jikkonsisti f ’numru ta’ ġrajjiet qosra dwar patrijiet individwali. Xi wħud minn dawn il-ġrajjiet huma ta’ natura umoristika. Oħrajn huma ta’ natura pjuttost sombrija jew ta’ dieqa. Huma stejjer vera li qed jiġu rrakkontati kemm permezz tal-użu tad-dokumentazzjoni storika li kont għamilt, meta l-provinċjal kien ilmaħbub Fr Ray Francalanza u anke permezz tal-memorja. Tifkiriet ta’ ġrajjiet imgħoddija li jien kont nisma’
mingħand patrijiet xjuħ. Xtaqt li dawn il-ġrajjiet ma jintilfux u jiġu ppriservati permezz ta’ din il-kitba.
XI TGŒIDLI DWAREK? Illum jien kważi trux għal kollox. Tlift is-smigħ, biss nirringrazzja lillħanin Alla, il-menti tiegħi għadhom tajbin. Xi drabi nħossni li qed ngħix dak li t-Taljani jgħidulha ‘la seconda infanzia’ jew kif ngħidu bil-Malti, nerġa’ nsir tifel.
X’TGŒIDLI DWAR TFULITEK? Niftaħar li jien Bormliż u bqajt inħobb din il-lokalità u kont inweġġa’ meta isem Bormla kien jissemma fil-batal. Bormla ta’ qabel il-gwerra nista’ niddiskrivihielek bl-amment. Għadni niftakar kull persuna li kienet toqgħod fin-naħa tas-Suq ilQadim, it-Telgħa tal-knisja, illum triq ilPellegrinaġġ u Strada Marina. Nafhom u niftakarhom kollha bieb bieb. Fuq livell personali, illum ftit fadalli qraba. Ħuti emigraw lejn l-Amerika u l-Kanada. Issena l-oħra, barra ħija, tlift kuġin, it-Tabib Ċensu Moran.
TISTA’ TGŒIDILNA XI ŒAÆA DWAR IL-KTIBT TIEGŒEK? Ktibt f ’kull gazzetta li ħarġet f ’Malta. Kont nibgħat l-ittri u l-artikli fuq ilgazzetti kollha, inkluż fuq dawk talUnion Press, bħalma huma l-orizzont u IT-TORĊA. L-edituri dejjem ġabuhomli.
Illum jien persuna anzjana. Għext ħafna minn ħajti barra minn Malta. Wara li sirt Patri, kont mibghut kemm fl-Alġerija u anke fit-Tuneżija, biex naħdem fil-parroċċi li l-Agostinjani kellhom f ’dawn il-pajjiżi. Kien iż-żmien tal-gwerer għall-Indipendenza. Għexthom mal-Maltin. Bħalma hu l-każ ta’ Bormla, għadni niftakar il-Maltin li kienu jgħixu fil-belt ta’ Tuneż u anke f ’Ġerba fejn għext. Niftakar sew il-Maltin li kien hemm fl-Alġerija. Nista’ ngħidlek bla tlaqliq, li dawn il-Maltin, ħafna minnhom mitwielda hemmhekk, kienu Maltin verament ġenerużi u ta’ qalb kbira. Niftakar familji sħaħ. Il-familja Bondin li kellhom waħda mill-aqwa kafetteriji li kien hemm fil-belt ta’ Tuneż. Niftakar lill-familja Borġ u tant oħrajn. Għamilt żmien anke fl-Iżvizzera. Għamilt perjodu ta’ studju fi Franza. Fissnin sebgħin kont irbaħt borża ta’ studju u mort nistudja l-Franċiż Grenoble. Xi wħud minn dawn il-Maltin li kien hemm l-Alġerija u t-Tuneżija kont erġajt iltqajt magħhom meta kont inżur Franza.
GŒANDEK XI PROÆETTI GŒALL-FUTUR? Il-gost tiegħi llum hu naqra dwar l-istorja. Xi drabi nikteb ukoll xi ittra filgazzetti fuq xi punt li għandu x’jaqsam malistorja tal-Ordni tal-Patrijiet Agostinjani f ’Malta u Għawdex. L-età żżommok milli tagħmel proġetti kbar, biss naħseb li din ilmistoqsija nagħmilha lilek. Jekk għandek il-pjaċir, allavolja kbir fl-età ma ngħidlekx le biex miegħek nagħmel xi ktieb ieħor.
71
#WeAreOrange Follow our story
Your cargo is safely on its way.
A plain sailing SEA FREIGHT service that caters for any type of cargo, to and from any destination. With over 50 vessels operating weekly from Malta’s Freeport, our SEA FREIGHT service provides a reliable link for any cargo to all major world markets and through worldwide trade routes Delivering Anything from Anywhere to Wherever
expressgroup.com
The Place To Be This Christmas 30 Nov 2019 - 6 Jan 2020
www.visitgozo.com
ĦARĠA #4 DIĊEMBRU 2019