Nikber u Nitgħallem - Ġunju 2019

Page 1


2


Editorjal

Q

egħdin nersqu ftit ftit lejn tmiem sena skolastika oħra u mal-bidu ta’ dan ixxahar waslet ukoll edizzjoni oħra ta’ Nikber U Nitgħallem, ir-raba’ ħarġa ta’ dan is-suppliment ta’ kull tliet xhur. Dan is-suppliment jitqassam b’xejn malgazzetta It-Torċa u nieħdu gost nirrimarkaw li hu l-uniku suppliment dwar l-edukazzjoni bil-Malti li joħroġ erba’ darbiet fis-sena. Din il-ħarġa tkompli tibni fuq dak li wassalnilkom fix-xhur li għaddew, tinkludi artikli dwar inizjattivi meħuda u li se jittieħdu fil-ġimgħat li ġejjin mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol. F’Nikber U Nitgħallem issibu wkoll diversi intervisti, fosthom mas-CEO tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla Roseanne Cuschieri, mas-CEO tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada Michael Sant u ma’ dak tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi Dermot Galea. L-2019 hija wkoll sena importanti għall-union tal-għalliema, MUT għax matulha qiegħed tiċċelebra l-mitt sena anniversarju. Anki dan l-avveniment qiegħed jingħata prominenza f’din il-ħarġa. U xi ngħidu wkoll għal inizjattivi oħra li se jittieħdu matul is-sajf fil-qasam edukattiv? Niddiskutu wkoll, flimkien mal-esperti tagħna, l-użu tatteknoloġija fit-tagħlim, ir-robotika, il-coding u l-ħsieb kompjutenzjonali. L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu tkompli tinfurmana dwar kif nistgħu ngħinu lil uliedna jkomplu jkabbru l-imħabba tagħhom lejn il-qari u l-kitba. Naqraw ukoll dwar pubblikazzjonijiet ġodda u qegħdin nintroduċu wkoll minn din l-edizzjoni rubrika għat-tfal imtella minn Rita Azzopardi. Dan barra li nagħtu ħarsa wkoll lejn l-attivitajiet li ġew organizzati millKunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija fil-ġimgħat li għaddew. Nikber u Nitgħallem żgur li għandu jkun suppliment interessanti għal kulħadd. Grazzi lill-qarrejja tagħna tal-kummenti u s-suġġerimenti li bagħtulna fil-ġimgħat li għaddew. Grazzi wkoll lil Ryan Bezzina li jieħu ħsieb id-disinn u fuq kollox lid-diriġenti ta’ Union Print talli emmnu f’din l-inizjattiva sa mill-ewwel jum. Jekk intom, qarrejja tagħna, tkunu tixtiequ li niddiskutu xi temi partikolari nitlobkom ukoll tibgħatuli email fuq kennethvella@hotmail.com. Dr Kenneth Vella Editur Disinn: Ryan Bezzina - design@unionprint.com.mt Avviżi: 2590 0200 - adverts@unionprint.com.mt

3


Investiment ta’ €10 miljuni,

biex klassijiet fi skejjel sekondarji jinbidlu f’laboratorji moderni tal-ogħla livell Jissokta l-bini ta’ aktar skejjel ġodda u l-immodernizzar ta’ dawk eżistenti

M

ingħajr dubju l-aħħar xhur kienu verament impenjattivi u

ta’ ħidma kontinwa għall-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada u l-uffiċjali fi ħdanha. Din il-ħidma żgur li tirrifletti anki l-investiment li qiegħed jagħmel pajjiżna fil-qasam edukattiv. Kien f’dan l-isfond li ħassejt li għal din l-edizzjoni niltaqa’ u nintervista lissur Michael Sant li hu ċ-chairperson tal-istess Fondazzjoni. Lilu staqsejtu diversi mistoqsijiet biex nieħu idea tal-ħidma li saret u li se tkun għaddejja fil-ġimgħat li ġejjin.

4


Xi proġetti twettqu mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada matul ix-xhur li għaddew u f’liema lokalitajiet?

importanti ieħor huwa t-tisbieħ u l-bini ta’ estensjoni fuq l-iskola sekondarja taż-Żejtun, liema xogħol inbeda dan l-aħħar u mistenni jsir f’fażijiet differenti biex l-istudenti jibqgħu jattendu fl-istess skola minflok ma jkollhom imorru fi skola oħra sakemm jitlesta x-xogħol. Din is-sena wkoll se nkunu qegħdin nibdew proġett kapitali fuq l-iskola Guardian Angel fil-Ħamrun, li hi skola għal tfal b’diżabbilta`. Dan il-proġett jinkludi t-tisbih estensiv tal-bini eżistenti, kif ukoll il-bini ta’ estensjonijiet ġodda. Proġetti oħrajn se jsiru fl-iskejjel primarji tar-Rabat, Malta, tal-Mellieħa u ta’ Ħal Qormi (San Ġorġ). Dawn l-iskejjel se jkunu mmodernizzati, uħud minnhom se nestenduhom, u fuq kollox se nkunu qegħdin nibdluhom fi skejjel aktar aċċessibbli u inklussivi għall-istudenti tagħna.

Fl-aħhar xhur il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS) wettqet diversi proġetti. X’aktarx li l-aktar proġetti li kellhom viżibilta` kienu dawk maġġuri; jiġifieri l-iskola primarja l-ġdida f’Marsaskala u l-iskola primarja l-ġdida fil-Qawra. Waqt li l-ewwel proġett lestejnieh, dan tal-aħħar hu proġett kbir ħafna li se nlestuh fixxhur li ġejjin. Konna impenjati wkoll bi proġetti ambizzjużi oħrajn bħall-iżvilupp ta’ laboratorji għal suġġetti vokazzjonali f’diversi skejjel sekondarji. Dan hu proġett kbir b’investiment ta’ €10 miljuni, fejn klassijiet fi skejjel sekondarji eżistenti bdilniehom fost l-oħrajn f’laboratorji fejn l-istudenti jitgħallmu suġġetti bħall-inġinerija, it-teknoloġija tal-informatika, il-manifattura tattessuti, l-industrija tal-ospitalita’, il-qasam tal-mezzi tax-xandir, il-hairdressing u r-retailing. Bosta minn dawn il-laboratorji diġa` tlestew. Bħala Fondazzjoni, flimkien mal-Gvern, ħadna ħsieb biex id-disinn u l-estetika ta’ dawn il-laboratorji jkunu l-ewwel nett attraenti għall-istudenti, u t-tieni noħolqu ambjent li jixbah ħafna lill-ambjent tax-xogħol tal-industrija jew is-settur li jkun mgħallem. Permezz ta’ dan l-investiment l-istudenti issa se jkollhom esperjenza ġdida u ferm isbaħ tat-tagħlim ta’ suġġetti vokazzjonali. Matul ix-xhur li għaddew konna għaddejjin b’ħidma kbira bi preparamenti għall-bini ta’ żewġ skejjel primarji ġodda iġifieri dawk tal-Imsida u tar-Rabat, Għawdex - kif ukoll b’diversi pjanijiet ta’ proġetti kapitali oħra ta’ immodernizzar u titjib f’diversi skejjel fil-pajjiż.

Kif tiżguraw li l-iskejjel il-ġodda u dawk li timmodernizzaw ikunu aċċessibbli u inklussivi? Hawnhekk hu importanti ħafna s-sehem tal-Ministeru għallEdukazzjoni u x-Xogħol. L-FTS, flimkien mal-Ministeru, tagħmel konsultazzjoni wiesgħa ma’ bosta esperti, kif ukoll mal-edukaturi u l-ġenituri biex l-iskejjel tagħna jkunu aċċessibli u inklussivi. Nidħlu f’dettall kbir, anke` bħall-kuluri li nużaw mal-ħitan biex dawn ikunu stimulanti għal tfal u studenti li huma fuq l-ispektru tal-awtiżmu.

F’dinja li hi aktar konxja tal-ambjent, x’miżuri qegħdin jittieħdu biex il-bini l-ġdid li qegħdin tibnu jirrispetta aktar l-ambjent ta’ madwarna?

X’tip ta’ proġetti se nkunu qegħdin nistennew mingħandkom fix-xhur li ġejjin?

L-FTS qiegħda tfassal u tibni l-proġetti tagħha b’responsabbilta` lejn l-ambjent. Irridu li l-bini tal-iskejjel, partikolarment dawk ġodda, ikollhom l-inqas impatt fuq l-ambjent u l-carbon footprint. Fost il-miżuri u inizjattivi li qegħdin nieħdu fit-twettieq ta’ proġetti ġodda qegħdin nieħdu ħsieb li l-materjal li nużaw waqt il-kostruzzjoni jkun kemm jista’ jkun environmentalfriendly, waqt li meta jkun għaddej ix-xogħol fuq il-bini ta’ dawn il-faċilitajiet naraw li jkunu qegħdin jittieħdu l-prekawzzjonijiet neċessarji biex innaqqsu t-trab li jtir fl-arja mis-sit u jittieħdu wkoll il-prekawzzjonijiet meħtieġa biex kemm jista’ jkun il-ħsejjes jikkawżaw inkonvenjent mill-anqas. Qegħdin niksu s-soqfa u l-ħitan tal-faċċati tal-iskejjel ilġodda b’materjal insulated u l-aperturi kollha se jkollhom ħġieġ double glazed biex nikkontrollaw it-temperatura fil-binja. B’hekk l-iskejjel jużaw anqas enerġija biex ikessħu u jsaħħnu l-bini, skont it-temp. Id-dwal tal-iskejjel il-ġodda u dawk li qegħdin ikunu mmodernizzati se jaħdmu kollha bis-sistema LED. L-ilma tax-xita tal-iskejjel il-ġodda se jinġabar kollu f’ġibjuni apposta biex jintuża għall-flushings, għall-ħasil tal-art u għat-tisqija tas-siġar u pjanti.

Kif diġa` għidtlek, se nkomplu għaddejjin bl-investiment kbir fl-iskejjel sekondarji biex niftħu aktar laboratorji għas-suġġetti vokazzjonali. B’hekk il-programm estensiv ta’ investiment fil-qasam vokazzjonali li se nkunu qegħdin inlestuh fis-sena skolastika li jmiss, se nkunu wettaqnieh fi żmien sentejn. Fixxhur li ġejjin se nkomplu bil-bini tal-iskola primarja l-ġdida fil-Qawra. Dan il-proġett se jinkludi wkoll ċentru għall-ħarsien tat-tfal, faċilitajiet sportivi u sala li tkun tista’ tintuża għal skopijiet differenti. L-għan hu li dawn il-faċilitajiet ikunu jistgħu jintużaw ukoll mill-kommunita` tal-madwar wara l-ħinijiet tal-iskola. B’hekk, l-investiment li qegħdin nagħmlu se jkun qiegħed iħalli benefiċċju mhux biss fost l-istudenti iżda wkoll fost il-kommunita` u b’hekk ikun qiegħed jirrendi aħjar lill-pajjiż. Proġetti ambizzjużi oħrajn li se naħdmu fuqhom fix-xhur li ġejjin huma l-iskejjel primarji l-ġodda fl-Imsida u fir-Rabat, Għawdex. Din tal-aħħar se tinkludi wkoll it-tisbieħ u l-bini ta’ estensjoni fuq il-middle school fl-istess lokalita`. Proġett

5


Sal-lum 137 istituzzjoni edukattiva reġistrata mal-NCFHE

K

ummissjoni li verament hija importanti għall-iżvilupp tal-edukazzjoni f’pajjiżna hija l-NCFHE jew kif inhi magħrufa bħala l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla. Ftit taxxhur ilu, Dr Rose Anne Cuschieri ġiet appuntata bħala s-CEO ta’ din il-kummissjoni u dan l-aħħar kelli ċ-ċans niltaqa’ magħha fejn tlabtha aktar informazzjoni dwar l-għan ta’ din il-kummissjoni u x’tip ta’ ħidma ssir mill-uffiċjali u l-impjegati fi ħdanha matul issena. Cuschieri qiegħda taħdem qatigħ biex anki l-ħidma tal-istess kummissjoni u l-kumitati fi ħdanha jkunu magħrufa aktar mill-pubbliku inġenerali, speċjalment f’soċjetà, bħal dik Maltija li fiha ħafna aktar adulti qegħdin ikomplu bl-istudji tagħhom.

Dr Rose Anne Cuschieri

Kif inhi mqassma t-tmexxija ta’ din il-kummissjoni? L-istruttura organizzattiva tal-entità mhux biss qegħda taħt ittmexxija tiegħi bħala CEO iżda hija magħmula wkoll minn seba’ taqsimiet; Ċentru ta’ informazzjoni u ta’ Rikonoxximent tal-Kwalifiki, ir-Rikonoxximent Reċiproku tal-Professjonijiet, Akkreditazzjoni u Validazzjoni, Assigurazzjoni tal-Kwalità, Servizzi Korporattivi u Kommunikazzjonijiet u Riċerka. It-taqsimiet jaħdmu flimkien sabiex jiżguraw li jrawwmu l-iżvilupp u l-kisba tal-eċċellenza fl-edukazzjoni avvanzata u ogħla f’ Malta permezz tar-riċerka, il-liċenzjar effettiv, l-akkreditazzjoni, l-assigurazzjoni tal-kwalità u r-rikonoxximent tal-kwalifiki stabbiliti skont il-qafas Malti talkwalifika’.

X’inhu r-rwol tal-NCFHE f’pajjiżna u meta twaqqfet din l-entità?

X’inhi r-relazzjoni bejn l-NCFHE u entitajiet simili barranin?

L-NCFHE hija responsabbli għall-iżvilupp tal-edukazzjoni avvanzata u ogħla, inkluża l-edukazzjoni vokazzjonali f’Malta. Ġiet imnedija uffiċjalment fl-14 ta’ Settembru 2012 u hija leġislata bl-Att rivedut dwar l-edukazzjoni li daħal fis-seħħ fl-1 ta ‘ Awwissu 2012. Il-Kummissjoni hija l-awtorità kompetenti għal-liċenzjar, l-akkreditar u l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-edukazzjoni avvanzata u ogħla, kif ukoll għall-validazzjoni ta’ tagħlim mhux formali u informali u għall-klassifikazzjoni ta’ diversi korsijiet fil-livell talQafas Malti għall-Kwalifiki (MQF).

L-NCFHE hija membru affiljat tal-ENQA; l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-assigurazzjoni tal-kwalixtà fl-edukazzjoni ogħla. Iċ-ċentru ta‘ informazzjoni dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki (QRIC) fi ħdan l-NCFHE jifforma wkoll parti min-netwerk Ewropew taċċentri tal-informazzjoni fir-Reġjun Ewropew (ENIC) u ċ-ċentri ta’ informazzjoni ta’ rikonoxximent nazzjonali fl-Unjoni Ewropea (NARIC). Il-Kummissjoni taġixxi wkoll bħala l-punt ta’ kuntatt nazzjonali għall-qafas Ewropew tal-kwalifiki.

6


Attwalment kemm hu n-numru ta’ istituzzjonijiet li huma akkreditati mal-NCFHE? Attwalment f’Malta mija sebgħa u tletin istituzzjoni huma akkreditati mal-NCFHE, li jinkludu Universitajiet, Istituzzjonijiet statali ta’ Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla, Istituzzjonijiet privati ta’ Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla kif ukoll Ċentri ta’ Edukazzjoni Avvanzata kif ukoll Ċentri ta’ Tagħlim. L-NCFHE żżomm reġistru onlajn ta’ istituzzjonijiet akkreditati ta’ edukazzjoni avvanzata u ogħla u tal-korsijiet rikonoxxuti li joffru. Dan huwa aġġornat kontinwament fuq il-websajt tagħna www.ncfhe.gov.mt.

Pjanijiet għall-futur Għall-futur għandna diversi pjanijiet. Qabel xejn hemm bżonn li nagħmlu s-soċjeta’ Maltija aktar konxja u infurmata fuq l-irwol talkummissjoni fl-isfond tal-iżvilupp tas-sistema edukattiva Maltija. Dan billi jkollna aktar promozzjoni u informazzjoni anki fuq il-mezzi tax-xandir u l-media soċjali dwar il-ħidma tagħna. Importanti wkoll li nkomplu nibnu l-kuntatti tagħna barra minn xtutna ma’ entitajiet bħalna u anki awtoritajiet. Dan kollu għandu wkoll jiġi kumplimentat minn taħrig għall-uffiċjali tagħna, seminars u konferenzi għall-edukaturi Maltin u kuntatt aktar effettiv malentitajiet reġistrati fi ħdanna. L-NCFHE trid tibqa’ kummissjoni li tagħti serħan tal-moħħ lill-pubbliku billi tassigura li l-korsijiet li huma akkreditati għandhom valur fuq livell Ewropew, kif ukoll tibqa’ toffri kull assistenza biex kwalifiki barranin jiġu rikonoxxuti wkoll skont il-Qafas Malti tal-kwalifiki.

X’tip ta’ quality assurance isir ta’ korsijiet eżistenti offruti minn istituzzjonijiet Maltin u barranin li jaħdmu minn pajjiżna u ta’ dawk li se jkunu offruti anki minn barra minn xtutna? Mingħajr dubju l-assigurazzjoni tal-kwalità tissalvagwardja l-kwalità tal-edukazzjoni avvanzata u ogħla fil-kuntest ekonomiku, soċjali u kulturali. Dan kemm fuq livell nazzjonali iżda anki fuq dak Ewropew u internazzjonali. Tiżgura wkoll l-użu ta’ miżuri xierqa bħala mezz biex tittejjeb il-kwalità tat-tagħlim, it-taħriġ u r-riċerka; u tikkommunika r-riżultat ta’ dawn is-sejbiet fi ħdan qafas intern u estern ta’ responsabbiltà.

7


Bandiera oriæinali li kienet l-ewwel waœda li ntuÿat mill-MUT fl-1919. Din tinsab esebita fil-kwartieri tal-MUT il-Œamrun.

Mitt Sena ta’

MALTA UNION OF TEACHERS – 1919–2019

F

’għeluq il-mitt sena tal-Malta Union of

Teachers, dan l-artiklu ser jagħti ħarsa lejn x’wassal għall-bidu tal-Union flimkien ma’ x’inhuma l-isfidi mitt sena wara.

Fl-isfond ta’ din ir-realtà, għalliem żagħżugħ ta’ 29 sena, Antonio Galea mill-Belt Valletta, ħa l-inizjattiva u talab lill-għalliema kollha f’Malta biex jingħaqdu u jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom. Iktar minn 500 għalliem minn diversi bliet u rħula madwar Malta wieġbu għas-sejħa ta’ Antonio Galea u ltaqgħu fl-iskola Primarja tal-Furjana għal laqgħa li saret fit-22 ta’ Novembru, 1919. Din id-data bdiet titqies bħala d-data li fiha twaqqfet il-Malta Union of Teachers. Il-laqgħa filfatt kienet indirizzata minn tnejn mill-ikbar sostenituri ta’ Antonio Galea, jiġifieri Joseph Giordano u Rogantino Cachia. Dawn waqt il-laqgħa ġew eletti bħala l-ewwel President tal-MUT u l-ewwel Segretarju rispettivament. Antonio Galea sar l-Organizzatur tal-Union. Wara din il-laqgħa l-MUT saret l-ewwel trejdjunjin reġistrata f’Malta, xi ħaġa li hija ta’ preġju kbir bħala l-Union li fetħet it-triq sabiex il-ħaddiema f’diversi setturi jingħaqdu għall-ġid tagħhom stess.

Mitt sena ilu – 1919 Il-Malta Union of Teachers ġiet imwaqqfa fl-1919, bi ftit aktar minn 600 membru. Minn dak iż-żmien ‘l hawn kibret kemm fl-istatura tagħha bħala organizzazzjoni fuq livell nazzjonali u anki fis-saħħa permezz tas-sħubija tal-membri tagħha. Fl-2019 għandha aktar minn 9,000 membru, u tirrappreżenta l-gradi kollha talgħalliema fis-settur pubbliku, tal-knisja u ħafna mill-iskejjel privati ​​ mill-Kindergarten sal-Università. Matul is-snin l-MUT żviluppat rwol doppju, kemm bħala trejdunjin b’saħħitha u anki bħala organizzazzjoni edukattiva professjonali b’esperjenza twila. L-MUT taf l-oriġini tagħha lill-iżviluppi li seħħew wara l-irvellijiet tas-7 ta ‘Ġunju 1919, li ġraw minħabba l-miżerja li fiha l-ħaddiema Maltin kienu jgħixu dak iż-żmien. Fi sforz biex tikkalmwa s-sitwazzjoni ġiet stabbilita kummissjoni speċifikament biex tirrevedi s-salarji tal-impjegati tal-gvern. Fir-rapport tagħha, li ġie ppubblikat fil-5 ta’ Novembru 1919, il-Kummissjoni rrakkomandat żidiet fis-salarji għall-kategoriji kollha ta’ ħaddiema għajr tal-għalliema. Biżżejjed ngħidu li matul l-ewwel żewġ deċennji tas-seklu għoxrin, l-istandards tal-edukazzjoni u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-għalliema Maltin kienu fi stat ħażin ħafna.

Fid-29 ta’ Diċembru 1919, jiġifieri ħames ġimgħat wara t-twaqqif tal-Union, Joseph Giordano bħala l-ewwel President indirizza lewwel Konferenza Ġenerali. Huwa kien qal li “il-Union ġiet stabbilita biex ittejjeb il-kundizzjonijiet tal-għalliem, u din l-obbligazzjoni sagra issa qed isseħħ u ser tibqa’ sseħħ. Dan sakemm il-Union tibqa’ fuq saqajha. Il-Union dejjem ser tkun lesta li tinterċedi għallmembri tagħha biex tassigura benefiċċji mill-awtoritajiet, kemm monetarji u mhux, u għalkemm fl-infanzja tagħha għamlet ħafna f’dik il-linja”.

8


Mitt sena wara – 2019

Bust ta’ Antonio Galea, fundatur tal-MUT.

Mitt sena wara t-twaqqif tal-Malta Union of Teachers, dan il-kliem għadu jidwi fil-kurituri tal-Union għar-rilevanza tiegħu. Issettur edukattiv għandu sfidi differenti, ħafna minnhom li jqanqlu dibattitu fis-soċjetà tagħna fuq diversi livelli. Ix-xogħol tal-MUT jibqa’ ma jaqta’ xejn, kemm mill-lat trejdjunjonistiku u anki bħala edukazzjoni professjonali b’diversi inizjattivi li jiġu mħejjija minn żmien għal żmien. L-aktar xogħol importanti tal-Union jibqa’ dak relatat ma’ ftehim kollettiv u kundizzjonijiet tax-xogħol. Dan huwa xogħol kontinwu li jinkludi kemm diskussjonijiet sakemm jintlaħaq qbil għal diversi gradi u setturi, u anki wara waqt l-implimentazzjoni tal-istess ftehim. L-informazzjoni sabiex l-edukaturi affettwati jsiru jafu aktar dwar il-ftehim tagħhom tibqa’ għaddejja, kemm sabiex dawn ikunu jafu aktar id-drittijiet tagħhom u anki rigward problemi jew sitwazzjonijiet partikulari li jistgħu jew ikunu ltaqgħu magħhom. F’dawn l-aħħar snin mill-amministrazzjoni preżenti saru u ġew iffirmati ftehim kemm settorali għall-edukaturi fl-iskejjel tal-istat, dawk tal-iskejjel tal-knisja, il-ftehim kollettiv tal-MCAST, il-ftehim kollettiv tal-ITS u dak tal-Kulleġġ St. Martin’s. Apparti dan numru ta’ ftehim kollettiv ieħor għal skejjel indipendenti bħalissa qegħdin jiġu ffinalizzati, flimkien ma’ oħrajn għal gradi speċifiċi bħal dawk tas-Supply u tas-Servizzi. L-MUT bdiet ukoll tirrapreżenta gruppi ġodda li jinkludu gruppi tekniċi u maniġerjali fl-MCAST.

fuqhom. Hemm ukoll attiv il-Kumitat tal-Anzjani li jikkonsisti minn edukaturi rtirati li jibqgħu isostnu l-involviment tagħhom fl-MUT. Apparti dan l-MUT kompliet issostni l-parteċipazzjoni tagħha fi ħdan il-For.U.M., l-ETUCE, l-Education International. L-opportunitajiet ta’ parteċipazzjoni f’diversi fora lokali, Ewropej u internazzjonali huma essenzjali sabiex l-MUT tagħti l-kontribut tagħha biex issues fil-qasam edukattiv jiġu indirizzati u kif ukoll sabiex tkompli titgħallem u tinforma ruħha minn prattiċi ta’ Unions u għaqdiet b’esperjenza kbira fil-qasam.

L-MUT f’dawn l-aħħar snin għaddiet minn tibdil kbir ukoll f’dak li jidħol infrastruttura, servizzi li tipprovdi lill-membri u anki bħala strutturi. Per eżempju qiegħed isir xogħol kbir sabiex l-istrutturi tal-Malta Union of Teachers joħolqu bilanċ bejn l-irwol trejdjunjonistiku u dak professjonali. Ir-rwol trejdjunjonistiku jibqa’ fir-responsabbiltà tal-ogħla uffiċjali flimkien mal-Kunsill filwaqt li qiegħed isir ix-xogħol biex titwaqqaf Fondazzjoni fi ħdan il-Union li tilħaq l-irwol professjonali. Dan għandu jsarraf f’aktar opportunitajiet ta’ taħriġ għall-edukaturi, pubblikazzjonijiet aktar kontemporanji kemm ta’ riċerka fil-qasam edukattiv u ta’ qari għat-tfal, u proġetti edukattivi oħra.

Niċċelebraw il-mitt sena Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Malta Union of Teachers ser tkun qed tfakkar dan l-avveniment importanti fl-istorja tagħha b’diversi attivitajiet simboliċi u oħrajn li jistgħu jistqiesu bħala passi importanti fil-mixja tal-Union. L-ewwel u fost l-aktar ta’ importanza huwa l-ftuħ uffiċjali tal-kwartieri l-ġodda tal-MUT. Din għandha tkun marbuta ma’ diversi attivitajiet oħra relatati magħha, fejn l-Union ser tkun qed tibbaża x-xogħol kollu tagħha f’dawn il-kwartieri l-ġodda.

Sar xogħol ukoll fejn jidħol il-ġbir tal-miżati sabiex il-Union issir aktar effiċjenti filwaqt li tassigura s-sostenibbiltà tal-operat tagħha. Żdied ukoll is-sapport amministrattiv, il-ħidma tal-komunikazzjoni u l-mezzi li bihom jintlaħqu l-membri, u anki n-numru ta’ servizzi lill-membri. Riċentement fil-fatt tniedew żewġ servizzi ta’ għajnuna speċifika f’każi ta’ aggressjoni u dak servizz ta’ professjonista millqasam psiko-soċjali li ser ikun jista’ jara membri li jiġu identifikati li għandhom dan il-bżonn.

Hemm ukoll it-twaqqif tal-Fondazzjoni edukattiva ġdida kif għedna, hemm pjanata wkoll konferenza Nazzjonali, kunċert kommemorattiv u fil-jum tal-anniversarju stess quddiesa u riċeviment. Hemm ukoll ippjanat, u bħalissa qiegħed isir ix-xogħol relatat, sabiex isir monument biex tibqa’ mfakkra l-okkażjoni tal-mitt sena tal-MUT. Dan ser isir viċin il-post fejn l-Union kienet imwaqqfa uffiċjalment fl-1919, jiġifieri fil-Furjana. Id-dettalji tal-attivitajiet kollha ser jiġu mħabbra f’iktar dettall lill-membri tal-Union u fi stqarrijiet għall-istampa.

Apparti dan kollu, sar xogħol kbir fl-infrastruttura tal-MUT fejn l-Union imxiet mill-bini li kellha l-belt Valletta għal kwartieri aktar ċentrali u moderni fil-Ħamrun. Il-proġett tal-binja l-ġdida tal-kwartieri tal-Union fil-Ħamrun issoktat fis-snin riċenti, fejn anki sar parkeġġ intern li jospita l-membri u dawk li jkunu jixtiequ jżuru l-Union għal xi laqgħa jew attivita’. Il-proġett tal-bini anness ser jissokta fix-xhur li ġejjin.

Konklużjoni Fl-2019 l-sfidi huma differenti minn dawk ta’ meta ġiet imwaqqfa l-Union mitt sena qabel. Biss wieħed jinnota li dawn m’huma xejn inqas serji u kumplessi. Partikolarment jibqgħu dawk tal-kriżi li għandna fil-professjoni fejn jidħol nuqqas ta’ edukaturi. Tibqa’ wkoll is-sigurta’ tal-iskejjel, ir-rispett lejn il-professjoni mis-soċjetà u anki issues oħra speċifiċi għal diversi setturi u gradi.

Fl-aħħar snin saru wkoll numru ta’ riċerki xjentifiċi kwalitattivi u kwantitattivi dwar aspetti diversi li jikkonċernaw il-membri u l-ħidma tagħhom fil-qasam edukattiv. Fosthom wieħed isemmi dak dwar l-istudji Internazzjonali li ġie kkummissjonat u sar minn Dr. Vince Marmarà fl-2018. Riċerki bħal dawn iwasslu għall-pożizzjonjiet varji li tieħu l-Union u ħafna drabi dawn jiġu ppreżentati f’konferenzi fuq temi magħżula. Isiru wkoll servejs interni li l-idea tagħhom hi li l-Union tiġbor informazzjoni, aneddoti u sitwazzjonijiet mingħand il-membri sabiex il-Union tifhem ċirkostanzi differenti. Ix-xogħol tal-Kunsill li jifforma l-Union għaldaqstant ma jaqta’ xejn, b’laqgħat regolari li fihom jiġu diskussi u jittieħdu d-deċiżjonijiet fuq diversi temi li l-MUT tkun qed taħdem

Biss wieħed ikompli jħares lejn il-Malta Union of Teachers sabiex tkun minn ta’ quddiem nett ħalli tiddefendi d-drittijiet talmembri tagħha u tkompli taħdem fl-aqwa interess tal-edukaturi kif dejjem għamlet mill-ewwel mid-diskors tal-ewwel President tagħha. Forsi mitt sena oħra nerġgħu inkunu hawn qegħdin nanalizzaw l-istorja twila tal-ewwel Union f’Malta u naraw kif kompliet tiżvolġi minn wara l-ewwel ċentenarju tagħha.

9


ESPLORA: Imniedi Programm Edukattiv ta’ l-Ispazju għall-Iskejjel Maltin

H - Jeffrey Pullicino Orlando, Ċermen Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija

u ta’ pjaċir għalija li mill-ġdid naqsam magħkom inizjattivi edukattivi xprunati ‘il quddiem mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija. Għalkemm forsi bosta huma aktar familjari maċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza - Esplora - immexxi mill-istess Kunsill, ta’ min wieħed japprezza x-xogħol siewi ta’ din l-entita’ li qiegħda tmexxi ‘il quddiem ir-riċerka u l-innovazzjoni f’pajjiżna. Fost l-oħrajn kburin li sar progress fil-qasam tal-ispazju, b’mod partikolari bit-tnedija ta’ politika nazzjonali, programm ta’ riċerka u programm edukattiv li jiffokaw fuq dan is-settur. Kif se jkun spjegat iżjed fid-dettal, għall-ewwel darba f’Malta ġie mniedi Programm Edukattiv ta’ l-Ispazju għall-iskejjel Maltin u Għawdxin. Dan il-programm jinkludi diversi attivitajiet li qiegħdin isiru b’kollaborazzjoni sħiħa mal-Aġenzija Spazjali Ewropea, fosthom il-Malta CanSat Competition.

Attivitajiet tal-Aġenzija Spazjali Ewropea għall-iskejjel Maltin

mhux iktar bħala kunċett astratt, iżda bħala parti integrali mill-ħajja tagħna ta’ kuljum.

Il-kompetizzjoni Cansat Malta, hija waħda mill-ewwel avvenimenti tal-iSpace Education Programme, programm edukattiv ikkoordinat mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija bl-appoġġ tal-Aġenzija Spazjali Ewropea u l-Ministeru għallEdukazzjoni u x-Xogħol. Dan il-programm edukattiv appoġjat mill-ewwel fond Nazzjonali Spazjali huwa mfassal fuq il-gwida ta’ esperti b’fama internazzjonali. Il-programm qed jintroduċi fl-iskejjel Maltin, attivitaijiet li jgħinuna nagħrfu aħjar ir-rilevanza tas-settur spazjali fil-ħajja tagħna ta’ kuljum.

Iżda l-iSpace Education Programme ma jieqafx hemmhekk. Għall-ewwel darba f’pajjiżna, dan il-programm qed jintroduċi fl-iskejjel Maltin attivitajiet extra-kurrikulari tal-Aġenzija Spazjali Ewropea. Dawn jinkludu l-CanSat Malta Competition u l-AstroPi Challenge.

Il-CanSat Malta Competition u l-AstroPi Challenge Il-CanSat Malta Competition tinvolvi timijiet ta’ studenti sekondarji li flimkien mal-għalliema tagħhom jibnu simulazzjoni ta’ satellita żgħira: satellita bbażata fuq kompjuter ċkejken tat-tip Arduino. Dawn is-satelliti ċkejknin, propju jissejħu CanSats għaliex id-daqs u l-forma tagħhom tfakkarna f’bott tal-luminata. Kull tim ta’ studenti, taħt id-direzzjoni tal-għalliema tagħhom, iddisinjaw u bnew il-CanSat tagħhom minn kits mogħtija totalment b’xejn millKunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija. It-timijiet jagħrfu jużaw l-immaġinazzjoni tagħhom sabiex kull CanSat tkun innovattiva u jkollha l-missjoni unika tagħha.

Diversi drabi, is-settur spazjali nassoċjawh mal-osservazzjoni tal-istilel, sistemi solari, rokits u missjonijiet lejn pjaneti mbegħdin. Dawn huma verament parti notevoli mis-settur, madankollu, l-ispazju jinkludi ħafna aktar. Tajjeb inkunu nafu li bħalissa, hemm ’il fuq minn elf satellita jorbitaw id-dinja u li kontinwament għaddejjin minn fuq rasna. Dawn qed jipprovdu servizzi varji kontinwament. Bosta minn dawn huma servizzi li nużaw aħna stess, bħall-GPS fuq l-ismart phone, l-internet, it-televiżjoni, u diversi mezzi oħrajn ta’ komunikazzjoni. Hemm ukoll satelliti li kontinwament josservaw id-dinja u jipprovdu ritratti u data li jgħinuna nifhmu aħjar id-dinja ta’ madwarna. Din l-informazzjoni tgħin fil-moniteraġġ tal-ibħra tagħna, tal-ambjent, u l-kwalità tal-arja. Dawn is-satelliti huma wkoll kruċjali għall-previżjonijiet tat-temp, filwaqt li jgħinunha nirrikonoxxu l-isfidi li tippreżentalna t-tibdil fil-klima.

Kull missjoni tiżvolġi f’esperiment xjentifiku hekk kif dawn ilCanSats jittellgħu mijiet ta’ metri fil-għoli permezz ta’ rokit żgħir. Il-mument li l-CanSats jisseparaw mir-rokit f’għoli ta’ madwar 500 metru, jibdew jitrasmettu data filwaqt li jinżlu bil-mod lejn l-art permezz ta’ paraxut. Din id-data, jew aħjar ‘telemetrija’, tinkludi parametri meteoroloġiċi bħat-temperatura u l-pressjoni tal-arja, tkun miġbura mit-timijiet rispettivi permezz ta’ antenna li jkunu ddisinjaw huma stess. Apparti minn hekk, CanSats ta’ edizzjonijiet preċedenti kienu jinkludu diversi komponenti oħrajn, sabiex jittrasmettu parametri bħall-kwalità tal-arja, umdità, indiċi tal-UV u l-pożizzjoni ġeografika, fost l-oħrajn. Xi wħud minnhom

U dan huwa l-iskop tas-sensiela ta’ attivitajiet li jaqgħu taħt il-kappa tal-iSpace Education Programme. Il-workshops, road shows u attivitajiet oħrajn mnedija għall-ewwel darba għall-iskejjel primarji u sekondarji Maltin se jiftħu tieqa fuq is-settur spazjali. Dawn l-inizjattivi jgħinu l-istudenti tagħna japprezzaw l-ispazju,

10


Għal diversi, il-qofol ta’ l-iSpace Education Programme ntlaħaq f’Marzu li għadda, hekk kif l-erba’ CanSats tat-timijiet Maltin kienu mnedija minn kuntrattur ta’ l-Aġenzija Spazjali Ewropea permezz ta’ rokits minn żona ddedikata fl-inħawi ta’ Pembroke. Hekk kif il-CanSats rritornaw lura lejn l-art permezz ta’ paraxut, it-timijiet Maltin bdew janalizzaw id-data li nġabret. Ftit tal-jiem wara din l-analiżi flimkien mar-riżultati xjentifiċi kien ppreżentati lill-ġurija tal-Malta CanSat Competition, li kienet tinkludi wkoll esperti mill-Aġenzijia Spazjali Ewropea. L-evalwazzjoni tal-ġurija ma nvolvietx biss aspetti tekniċi bħax-xjenza, l-informatika u l-fiżika, pero’ ffukat ukoll fuq in-natura tal-ħiliet soċjali tal-kompetituri; fosthom il-kwalita’ ta’ l-organizzazjoni, il-ħidma fit-timijet, kif ukoll il-kapaċitajiet komunikattivi tal-membri. Wara deliberazzjoni mill-aktar diffiċli, il-ġurija nnominat t-tim ta’ l-iskola ta’ Santa Monica, Birkirkara bħala t-tim rebbieħ tal-Malta CanSat Competition 2018/9. Dan it-tim ser ikollu l-opportunità li fix-xhur li ġejjin jikkompeti ġewwa l-Italja ma’ timijiet oħra Ewropej. Il-vjaġġi, l-akkomodazzjoni u spejjeż oħra relatati mas-safra jkunu kollha koperti mill-fond Nazzjonali Spazjali tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija.

saħansitra kienu jinkludu wkoll trasmissjoni diretta permezz ta’ kamera ċkejkna inkorporata fil-CanSat. Bħala parti millkompetizzjoni, it-timijiet Maltin ser ikunu qed janalizzaw din id-data u jippreżentawha lill-ġurija esperta. L-inizjattiva l-oħra ta’ l-iSpace Education Programme hija l-Astro Pi Challenge. F’din l-attivita’ timijiet ta’ studenti minn skejjel primarji u sekondarji Maltin jipprogrammaw kompjuter żgħir tat-tip Rasberry-Pi sabiex jagħmlu esperimenti xjentifiċi fuq l-International Space Station, jew kif inhu magħruf aħjar, l-ISS. Din il-kompetizzjoni toffri l-opportunità sabiex studenti Maltin jibagħtu messaġġi elettroniċi lill-astronawti fl-ISS filwaqt li jiġbru parametri xjentifiċi hekk kif dan il-laboratorju spazjali jdur madwar id-dinja. Il-CanSat Malta Competition u l-AstroPi Challenge huma tabilħaqq attivitajiet li kapaċi jqanqlu l-immaġinazzjoni u jispiraw ġenerazzjoni ta’ studenti li verament jifhmu x’għandu x’joffri s-settur spazjali. Permezz ta’ eżerċizzji bħal dawn, l-istudenti flimkien mal-għalliema tagħhom ser ikunu qegħdin japplikaw dak li jitgħallmu fil-kurrikulu, b’mod partikulari f’suġġetti bħax-xjenza, il-fiżika u l-informatika. Barra minn hekk, attivitajiet bħall-CanSat u AstroPi jgħinu l-istudenti tagħna jiżviluppaw mhux biss ħiliet akkademiċi iżda jgħinuhom jagħrfu l-importanza li jaħdmu f’tim, il-kwalitajiet ta’ tmexxija u ħiliet li jsolvu problemi u diversi ħiliet personali oħrajn.

Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) fi ħdan isSegretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni jixtieq jirringrazzja l-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Impjieg, il-Forzi Armati Maltin, id-Direttorat tal-Avjazzjoni fi ħdan Transport Malta, Malta Air Traffic Services u l-Aġenzija Spazjali Ewropea, tassapport kontinwu fl-organizzazzjoni ta’ dawn l-inizjattivi. Nirringrazzjaw lis-Segretarju Parlamentari, l-Onorevoli Silvio Schembri, tas-sostenn u l-interess tiegħu fl-inizjattivi ta’ dan il-Kunsill u li dan iwassal għal iżjed suċċess f’dak li nkunu qed inwettqu.

Dawn l-inizjattivi tnedew fl-iskejjel Maltin fl-2018, u l-ewwel erba’ timijiet ta’ studenti Maltin bdew jaħdmu fuq l-esperimenti spazjali tagħhom din is-sena skolastika stess. It-timijiet li pparteċipaw fl-ewwel edizzjoni tal-CanSat Malta Competition jinkludu dawn l-erba’ skejjel ewlenin: il-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija; l-iskola sekondarja tal- Kulleġġ ta’ Għawdex; l-iskola ta’ Santa Monica, Birkirkara; u Verdala International School.

Dawn il-kompetizzjonijiet se jkunu miftuħa wkoll fis-sena skolastika li ġejja (2019/2020). Aktar informazzjoni fuq dawn il-programmi tista’ tinkiseb minn: http://mcst.gov.mt/space-directorate/sep/

11


Jibdew l-AHHar preparamenti GHal

Skolasajf 2019

Q

iegħed nersqu lejn tmiem sena skolastika oħra.

Madankollu dan huwa wkoll żmien impenjattiv għallFondazzjoni għal Servizzi Edukattivi ghax bhalissa tkun għaddejja ħidma ntensiva u ta’ preparazzjoni in vista tal-ftuħ ta’ Skolasajf. Dan u argumenti oħrajn ġew diskussi dan l-aħħar mas-sur Dermot Galea li hu l-Kap Eżekuttiv tal-istess Fondazzjoni.

X’ħidma saret fl-aħħar xhur bi preparazzjoni għal Skolasajf ta’ din is-sena ? Il-ħidma għal Skolasajf hija waħda kontinwa u tkun għaddejja b’mod parallel mas-servizzi l-oħra li noffru bħala Fondazzjoni matul is-sena kollha fosthom is-servizz taċ-childcare centres u kif ukoll Klabb 3-16. Hija ħidma fuq diversi livelli imma kollha bżonnjużi biex tirnexxi Skolasajf. Forsi l-iktar li jispikka huwa x-xogħol li għandu x’jaqsam mal-applikazzjonijiet, kemm tat-tfal u anke l-applikazzjonijiet tal-ħaddiema. Rigward l-applikazzjonijiet tattfal, il-ġenituri għandhom diversi modi kif japplikaw. Dawn jinkludu online, permezz tas-sit www.services.fes.gov.mt, jew mis-sit www. servizz.gov.mt . Il-proċess online huwa servizz popolari propju għalleffiċjenza u l-konvenjenza tiegħu għaliex wieħed jista’ japplika x’ħin u meta jrid. Għal min forsi jaħseb li huwa xi proċess diffiċli, nassigurawh li huwa metodu faċli u ċar għaliex f’kull stadju tmexxik l-applikazzjoni stess. Pero’ biex żgur nagħmlu l-proċess iktar aċċessibbli, ipproduċejna filmat qasir li juri pass pass kif timtela applikazzjoni, anke permezz ta’ annotamenti fil-filmat stess. Dan il-filmat jinsab fuq il-paġna ta’ Facebook tal-FES u anke fuq You Tube; kemm wieħed

12


jidhol You Tube u jikteb Foundation for Educational Services. Min irid jista’ wkoll imur il-One Stop Shop fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol fil-Furjana u jsib l-għajnuna kollha meħtieġa biex japplika minn hemm stess. Hemm ukoll it-tielet metodu, fejn tiġi mniżżla l-applikazzjoni mis-sit www.fes.gov.mt mis-sezzjoni ‘Registrations’, timtela b’mod manwali u wieħed imur iħallas f’xi fergħa talMaltapost. Dawk iċ-ċentri li jkunu laħqu ntlew, ma jiġux aċċettati iktar applikazzjonijiet għalihom. L-applikazzjonijiet għal haddiema huma wkoll proġett kbir. Ikollna eluf ta’ tfal u għalhekk inkunu rridu nimpjegaw mijiet ta’ ħaddiema. Hemm diversi rwoli u niftħu l-applikazzjonijiet minn kmieni, anke minn Frar. Kull rwol għandu l-kriterji u l-aspettattivi tiegħu, u għalhekk anke hawn ħsibna f’min ikun qed jaħsibha, biex ngħinuh jiddeċiedi. Ħloqna filmati qosra bħala xhieda tax-xogħol, minn ħaddiema li diġa jaħdmu magħna. Dawn il-filmati jinstabu fuq You Tube u l-Facebook tal-Fondazzjoni wkoll. Biex wieħed japplika biex jaħdem il-proċess huwa wkoll online fis-sit https://recruitment.fes.gov.mt/. Ikun hemm diversi sejħiet li jagħlqu fi ġranet differenti, allura wieħed jiċċekkja minn żmien għallieħor għal opportunitajiet li jkun hemm miftuħa. Żewġ oqsma oħra fejn isir ħafna xogħol huwa x-xiri tar-riżorsi, u fis-servizzi meħtieġa. Ir-riżorsi jvarjaw u huma mixtrija f’volum kbir allura jrid isir ippjanar għaqli li jinkludi wkoll is-sezzjoni tal-finanzi. Bħala servizzi rridu nippjanaw fuq liema skejjel se nużaw, jitqassmu t-tfal fiċ-ċentri, nikkordinaw t-trasport fejn meħtieġ, u anke nibdew nindirizzaw bżonnijiet individwali tat-tfal. Imbagħad hemm is-sezzjoni tal-programmi. Hawn irid jinbena l-programm li jiġi mwettaq mill-ħaddiema fiċ-ċentri mat-tfal. Huwa programm estensiv għaliex irid jolqot etajiet u gosti differenti, irid ikun informali għaliex ma naħdmux fuq l-akkademiku, u jrid ikun varjat biex jinkludi kemm attivitajiet fiċ-ċentru u attivitajiet barra. Naħdmu wkoll ma’ l fuq minn 40 imsieħba li joffru s-servizz tagħhom billi, jew imorru huma fl-iskejjel, jew jistiednu lit-tfal imorru għandhom. Dan ix-xogħol kollu jsir mit-tim ta’ ħaddiema li għandna fil-Head Office tal-FES, bis-sostenn taċ-Chairperson u tal-Bord tadDiretturi. Hemm ħidma bħala tim sħih li jaħdmu għal għan wieħed, u ta’ dan nirrigrazzjahom.

medja ta’ 1850 ħaddiem. Bħala ċentri, l-mira hija li noffru s-servizz ta’ Skolasajf f’kull lokalita’ fejn hemm skola primarja statali, pero’ dan ikun dejjem skont id-domanda għas-servizz. Niftħu ċentru ta’ Skolasajf skont kemm ikollna applikazzjonijiet. Jista’ jkun ukoll li ċentru ma jinfetaħx għaliex ikunu se jsiru xi xogħolijiet strutturali jew manutenzjoni estensiva fil-binja, allura l-post ma jkunx jista’ jiġi użat. F’każijiet bhal dawn, b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, noffru trasport b’xejn lejn l-eqreb lokalita’ fejn ikun se jiġi offrut is-servizz ta’ Skolasajf. Din is-sena hemm proġettat li jinfetħu bejn 55 u 60 ċentru ta’ Skolasajf fl-iskejjel primarji, li jinqasmu sebgħa f’Ghawdex u l-bqija f’Malta. Se jkun hemm ukoll miftuħa ħames ċentri ta’ resource centres, erbgħa minnhom Malta u wieħed Għawdex. Ta’ min wieħed isemmi li waqt li s-servizz ta’ Skolasajf huwa bejn 8:30am u 12:30pm, f’34 ċentru minnhom se jkun hemm ukoll il-hin estiż bħala sapport għall-ġenituri li jaħdmu. F’dawk iċ-ċentri is-servizz jibda fis-7:30am u jintemm fil-5:30pm.

X’tip ta’ attivitajiet se jkunu qiegħed jittellgħu matul Skolasajf ta’ din is-sena? Irridu nżommu f’moħħna li dawn it-tfal se jkunu qed jirritornaw fil-binja tal-iskola, ħafna drabi l-istess skola fejn imorru fix-Xitwa, u dan kollu fil-vaganzi tas-Sajf. Allura l-programm irid ikun varjat u li jinteressa lit-tfal. Ma nieħdux il-linja akkademika pero’ xorta rridu nżommu l-aspett edukattiv. Dan għaliex nemmnu li kull esperjenza hija opportunita’ ta’ tagħlim. U dawn l-opportunitajiet insarrfuhom f’kisbiet ta’ ħiliet li t-tfal jistgħu jużaw f’oqsma oħra ta’ ħajjithom. Dan kollu jkun qieghed jiġri taħt il-gwida ta’ programm uniformi għal kull ċentru, imfassal taħt tema ewlenija. Din is-sena t-tema hija “My Travel Journal”, propju għaliex kulhadd ghaddej minn vjaġġ f’ħajtu li fih dejjem qed jitgħallem u jiskopri. U dan japplika wkoll għat-tfal. Il-programm huwa kollezzjoni ta’ esperjenzi li se jgħaddu minnhom it-tfal. Kif semmejt ftit qabel, ikun hemm attivitajiet kemm fiċ-ċentru u kemm barra. L-impenn tal-imsieħba, li jkun dejjem kostanti minn sena għal oħra, huwa ta’ sostenn kbir għal dan il-proġett. Dawn joffrulna opportunitajiet biex it-tfal jiskopru siti kulturali, attivitajiet sportivi differenti, oqsma differenti tax-xjenza, u ħiliet teatrali, biex insemmi ftit minnhom. Hawn nixtieq pubblikament nirringrazzja lil kull entita’ li qatt offriet dan is-sostenn volontarju għal ġid tat-tfal. Hemm ukoll impenn kbir mill-membri tal-istaff tal-FES, li ħafna drabi jmorru lil hinn minn dak li hu mistenni minnhom. Iżżur ċentru u tħoss is-sens ta’ kolleġjalita’ bejn l-istaff. Dejjem jippjanaw xi attivitajiet speċjali biex lit-tfal dejjem joffrulhom iktar, u dan hu anke frott is-sens ta’ kburija li jkollhom fiċ-ċentru tagħhom. Jorganizzaw attivitajiet għall-karita’ li fihom irawwmu sens ta’altruiżmu fit-

Kemm-il ċentru se tkunu qiegħed tagħmlu użu minnu u kemm taħsbu li se jkollkom tfal jattendu u ħaddiema jagħtu l-kontribut tagħhom? Il-popolarita’ tas-servizz qiegħda dejjem tiżdied u dawn jixhduh il-figuri. Minn sena għal oħra qiegħda tiżdied id-domanda. Dawn l-eluf ta’ tfal naturalment jirrikjedu ħafna ħaddiema fir-rwoli differenti, u għalhekk Skolasajf hija meqjusa bħala opportunita’ garantita għal min jilħaq il-kriterji, għal xoghol part-time fis-sajf. Infatti nimpjegaw

13


Quality is the best business plan. Moved to our new offices in

Valletta

Get Design & Printing quotes

faster - better - easier

Workers’ Memorial Building 3rd Floor, South Street, Valletta Commercial - T: 2590 0251 E: jobbing@unionprint.com.mt

Adverts - T: 2590 0200 E: adverts@unionprint.com.mt

Circulation

- T: 2590 0211

E: circulation@unionprint.com.mt

14


tfal; kompetizzjonijiet sportivi, u anke mhux sportivi, biex iżidu l-entużjażmu; kooperazzjoni mal-kunsilli lokali biex iżidu s-sens ċiviku fil-lokalita’; u kunċert fl-aħħar ta’ Skolasajf bil-parteċipazzjoni ta’ kull tifel u tifla biex jesebixxu t-talenti u jnisslu sens ta’ kapacita’ f’kull min jipparteċipa. Minn hawn nixtieq insellem lil koordinaturi u koordinaturi reġjonali li jaħdmu b’ħila kbira biex Skolasajf tirnexxi. Irrid insemmi li l-programm imwettaq fiċ-ċentri ta’ Malta u Għawdex huwa l-istess. Ivarjaw l-imsieħba, pero’ għandna msieħba li anke jaqsmu l-fliegu biex jindirizzaw lit-tfal fiċ-ċentri Għawdxin. Ta’ min isemmi li fl-organizzazzjoni tal-ħruġ f’Għawdex sibna sostenn kbir ta’ ECO Gozo. Ma rridx ninsa l-impenn tagħna biex inżidu l-attivita’ fiżika fost it-tfal. L-eżercizzju huwa mportanti biex wieħed jiġġieled ir-riskju tal-obesita’ u anke biex wieħed iżomm ruħu f’qagħda fiżika tajba. Għalhekk mis-sena l-oħra żidna l-ħaddiema f’dan il-qasam biex ikun hemm attivitajiet sportivi kuljum. L-iSports Playworkers f’kull ċentru għandhom manwal ta’ attivitajiet skont l-etajiet tat-tfal, u fl-aħħar jorganizzaw Sports Day f’kull ċentru għattfal kollha.

kampanji biex japplikaw nies li matul is-sena skolasatika jaħdmu bhala LSEs, kemm fl-iskejjel mainstream u anke fiċ-ċentri ta’ risorsi. Pero’ kull min jintgħażel jingħata taħriġ għal rwol tiegħu. Dan isir f’kull livell. Nixtieq inżid ukoll li mhux kull min għandu s-servizz ta’ LSE fis-sena skolastika, jkollu Child Support Worker fis-Sajf, u dan isir b’intenzjoni. Tifel jew tifla li jkollhom LSE fix-Xitwa biex jgħinhom b’mod akkademiku, jista’ jkun li ma jingħatax l-istess tip ta’ assistenza. Dan isir biex lit-tfal nagħtuhom kemm sens ta’ indipendenza u anke sens ta’ responsabbilita’. Fix-xhur tas-Sajf, l-aċċenn mhux fuq l-akkademiku, imma fuq l-iżvilupp ta’ ħiliet kemm personali u anke soċjali. Jekk tifel qiegħed jieħu sehem f’attivita’ fil-kċina, ikun qiegħed jitgħallem fuq għażliet bnini għal saħħtu; fuq kif isir indipendenti għax jaf kif jaghżel l-ingredjenti t-tajba biex jitma lilu nnifu; qed jitgħallem kif jaqra riċetta u jiżen l-ingredjenti. Jekk tifla tkun qiegħda tieħu sehem f’attivita’ teatrali, tkun qiegħda tikseb kunfidenza, tkun qiegħda tissoċjalizza, tkun qiegħda titgħallem torganizza u taħdem f’tim. Dawn huma kollha ħiliet li t-tfal jkunu qed jassimilaw filwaqt li jagħġnu l-karattru tagħhom, u li jkunu jistgħu jużaw f’oqsma oħra ta’ ħajjithom. Għal attivitajiet bhal dawn , mhux bilfors ikun hemm bżonn l-assistenza ta’ LSE, u dan huwa fattur li anke l-ġenituri stess jagħrfuh u saru ma jitolbux assistenza f’każijiet bħal dawn.

X’inizjattivi ser tkunu qegħdin tieħdu biex tinvolvu u tintegraw lil kulħadd, anki tfal bi bżonnijet speċjali? L-inklużjoni m’hix privileġġ fis-servizzi tagħna, imma hija dritt ghal kulħadd u parti ntegrali fil-programm. Naċċettaw kull applikazzjoni fejn nistgħu noffru servizz b’mod tajjeb u li jkun qed jgħin lillindividwu, u mhux jekk ikun se jsir xi detriment ghall-benessere tiegħu, kemm fiżiku u kemm emozzjonali. Il-ġenituri jistgħu japplikaw għal Skolasajf kemm fil-mainstream u anke fiċ-ċentri ta’ riżorsa, skont il-każ tal-individwu. Bħas-snin ta’ qabel se noffru s-servizz ta’ Child Support Workers (CSW) biex ikunu ta’ assistenza għal dawk l-istudenti li jkollhom ‘statement of needs’. Għal dan il-għan nagħmlu

Kif jistgħu l-qarrejja tagħna jiksbu aktar tagħrif? Tagħrif dwar Skolasajf huwa aċċessibbli minn ħafna postijiet. Barra is-sit tal-Fondazzjoni li huwa www.fes.gov.mt, hemm ukoll is-sit www.servizz.gov.mt. Jistgħu wkoll iċemplu fuq in-numru freephone 153, jew anke jmorru fil-One Stop Shop tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, fil-Furjana. Hemm ukoll il-paġna ta’ Facebook tal-FES li tkun aġġornata perjodikament.

15


Rita Azzopardi

Thomas

Edison u n-nota tal-għalliema

N

ittama li tinsabu tajbin. Naœseb li œafna minnkom æieli semgœu jew forsi qraw dwar Thomas Edison. Thomas kien wieœed mill-aqwa inventuri Amerikani. Fost l-invenzjonijiet tiegœu nsemmu l-bozza. Naœseb taqblu miegœi li trid tkun tassew bniedem intelliæenti u bravu biex tasal tivvinta xi œaæa bœal din. Imma araw ftit l-istorja tiegœu...u kemm gœandna x’nitgœallmu minnha! Mela darba waħda, tifel ċkejken jismu Thomas Edison, wasal id-

dar lura mill-iskola b’karta żgħira f’idu. Hu taha lil ommu u qalilha, “Ħa ma, din għalik. L-għalliema qaltli biex ma naqrahiex u nagħtiha lilek.” Ommu kienet pronta ħadet il-karta f’idha u bdiet taqra. It-tifel, mimli kurżità, qalilha, “X’hemm miktub ma? X’kitbet il-miss?” B’għajnejha fid-dmugħ, l-omm bdiet taqra l-ittra, “Ibnek huwa ġenju. Postu mhuwiex fl-iskola tagħna. Aħna m’għandniex ir-riżorsi meħtieġa biex ngħallmuh. M’għandniex għalliema tajba u mħarrġa biżżejjed biex jgħallmu lil ibnek. Żommu miegħek id-dar u għallmu

HK

inti.”

ello tfal! if intom?

U l-omm għamlet eżatt kif talbitha l-għalliema, sakemm mardet u mietet. Ħafna snin wara l-mewt tagħha, Thomas Edison sar wieħed millaqwa inventuri f’wiċċ id-dinja. Darba minnhom, waqt li kien qed jiżbarazza xi karti minn ta’ ommu, ġiet f’idu din in-nota li dakinhar l-għalliema kienet bagħtet lil ommu. Fetaħha u beda jaqraha:

16


“Sinjura, ibnek mhuwiex kapaċi fl-iskola u moħħu ma jagħtihx. Żgur

l-aħjar fosthom kollha. “Jiena l-kulur tal-imħabba. Xi tkun id-dinja

li ma nistgħux inħalluh jattendi iżjed l-iskola tagħna. Ibnek ma jistax

mingħajr imħabba?”

jibqa’ jattendi l-iskola tagħna.”

Imbagħad kien imiss lill-kulur blu. Hu qal li huwa kien l-aħjar

Thomas mill-ewwel fehem ommu x’kienet għamlet. Hu qabad

fosthom kollha. “Ħarsu ftit madwarkom. Araw kemm jien preżenti

id-djarju tiegħu u kiteb: “Thomas Edison kien tifel injorant li ma

fid-dinja, kemm jien importanti. Il-baħar, is-sema...”

kienx jistħoqqlu jitgħallem mal-oħrajn, imma ommu rnexxielha

L-aħdar ma felaħx jisma’ iktar. Qal li huwa kien l-iktar importanti.

tgħallmu u tbiddlu fl-iktar inventur magħruf f’dan is-seklu”.

Il-ħdura tal-kampanja hija prova ta’ dan. Il-kulur abjad, għalkemm kien għadu żgħir, ukoll ried jgħid

Min hu l-aœjar?

tiegħu. “Jiena l-kulur innoċenti. Jiena l-kulur tat-tfal. X’hemm isbaħ

Ġieli waqaftu ftit tosservaw il-kuluri ta’ madwarkom? L-isfar, il-blu,

minn dan?”

l-aħmar, l-oranġjo, ir-roża, l-aħdar, l-abjad, l-iswed, kollha huma

U kulħadd baqa’ jgħid tiegħu. Sa ma fl-aħħar qabeż fin-nofs

sbieħ, mhux hekk. Immaġina dinja bla kuluri kemm tkun kerha u

l-iktar kulur skur u l-inqas kulur li beda jiftaħ ħalqu – l-iswed.

vojta! Imma darba waħda l-kuluri tax-xemgħa kellhom xi jgħidu bl-

“Ħbieb,” qalilhom. “M’intomx tindunaw li kull wieħed minnkom,

ikrah. Ejja naraw ftit x’kien ġara.

anzi minna, huwa importanti għall-bniedem u għal kull ħlejqa ħajja?

F’pakkett kuluri tax-xemgħa qam storbju sħiħ. Il-kuluri kollha,

Anke jien, avolja ħafna jassoċċjawni mad-dwejjaq u l-mewt, naf

mill-abjad sal-iswed, bdew jitkellmu f’daqqa. Kulħadd ried jgħid

noffri spetttaklu kull fejn inkun. Ħarsu ftit lejn iż-żebri jew lejn il-

tiegħu u ħadd ma beda jifhem lil ħadd.

panda. Xi ġmiel ta’ annimali. Jien u l-abjad nagħmluhom sbieħ. U xi tgħidu għall-ġiraffa? Ħidma sħiħa bejn l-isfar u l-kannella.”

Il-kulur isfar qal li huwa kien l-isbaħ kulur għax hu kien jgħajjat, vivaċi u simbolu tal-ħajja. Qalilhom, “Jien il-kulur tal-Għid. Jien il-

L-oħrajn indunaw li l-iswed kellu raġun. Kollha bdew jifhmu li

kulur tal-ħajja.”

kollha kienu importanti. U kienu isbaħ meta kienu jaħdmu flimkien biex joħolqu xena mill-isbaħ.

L-aħmar. kburi kburi, qam minn postu u qalilhom li huwa kien

17


In-Namra u l-Gost tal-Qari

M

ill-qari għall-gost, it-tfal jibbenefikaw ħafna għax jiżviluppaw għadd ta’ ħiliet, fost oħrajn, il-metalingwa, il-vokabularju, il-kunfidenza fihom infushom, il-ħsieb analitiku u t-teħid ta’ deċizjonijiet. Barra minn hekk, jekk it-tfal jieħdu pjaċir bil-qari, din in-namra għall-ktieb tibqa’ tul ħajjithom kollha. L-Agenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu tagħraf l-importanza li titrawwem l-imħabba għall-qari għall-gost u għalhekk ħolqot programmi biex ixxerred u ssaħħaħ din in-namra.

18

MIRIAM SCHEMBRI


storja. Bis-saħħa tal-qari tinħoloq relazzjoni soda u speċjali bejn il-ġenitur u wliedhom. Dan minbarra l-iżvilupp tal-lingwa fit-tfal fissens wiesgħa tagħha.

Programm minnhom huwa ‘Aqra Miegħi/Read with me’, programm immirat għal trabi u tfal ta’ taħt it-tliet snin u l-ġenituri/ kustodji tagħhom. F’dawn is-sessjonijiet bla ħlas, ġenituri/kustodji ma’ wliedhom jisimgħu storja tinqara minn animatriċi li jkollha ktieb addattat għall-istess tfal. Mal-qari jitkantaw taqbiliet u għanjiet u jsiru attivitajiet multisensorjali. Il-programm huwa bilingwi u l-ġenituri/kustodji jkunu jafu minn qabel liema sessjonijiet huma bil-Malti u liema bl-Ingliż.

Il-programm ‘Aqra Miegħi/Read with Me’ jsir kull ġimgħa f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Is-sessjonijiet ikunu f’ħinijiet differenti tal-ġurnata. L-iskeda u aktar informazzjoni tinstab fuq il-paġna ta’ Facebook ‘Aqra storja/Read with me’. Mal-Aġenzija hemm imsieħba f’dan il-programm Malta Libraries, iċ-Ċentru talLitteriżmu tal-Università ta’ Malta u l-Bank of Valletta.

L-għan tal-programm huwa li jkebbes l-imħabba għall-qari fost it-tfal minn età bikrija permezz ta’ logħob u attivitajiet mimlijin gost f’ambjent ferrieħi. Il-qari jwassal għall-motivazzjoni meħtieġa biex wieħed jibda jaqra, bil-ġenituri jservu ta’ mudell kif għandha tinqara

Programm ieħor huwa ‘Seħer l-Istejjer/ The Magic of Stories’. Dan il-programm huwa maħsub għal tfal ta’ bejn 4 u 7 snin u l-ġenituri/kustodji tagħhom. Is-sessjonijiet isiru bil-Malti u/jew bl-Ingliż, darba fil-ġimgħa filgħaxija fil-libreriji u ċentri oħra talkomunità f’diversi bliet u rħula. Dan il-programm qed jitħaddem ukoll fil-klassijiet tal-kindergarten u l-iskejjel primarji fejn jistgħu jattendu wkoll il-ġenituri/kustodji. Matul dawn is-sessjonijiet jinqraw stejjer b’mod animat u divertenti, b’mod li jistimulaw l-immaġinazzjoni u l-ħsieb kritiku tattfal biex b’hekk it-tfal jagħrfu is-seħer tal-kotba. Dawn is-sessjonijiet jipprovdu opportunità ta’ tagħlim kemm għat-tfal kif ukoll għalladulti. It-tfal jiġu mħajra jaqraw il-kotba filwaqt li l-ġenituri jiġu mħeġġa jaqraw flimkien ma’ wliedhom b’mod effettiv, mhux biss waqt is-sessjoni imma wkoll id-dar. ‘Gost il-Qari/The Pleasure of Reading’ huwa programm ieħor tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Dan il-programm, li għandu l-istess għanijiet, jappella għal tfal bejn 7 u 11 -il sena. Dawn issessjonijiet ta’ qari għall-gost isiru filgħaxijiet u tul il-jum fl-iskejjel primarji. F’kull sessjoni ta’ siegħa fil-ġimgħa tinqara storja jew aktar mill-animaturi u t-tfal, u jsiru attivitajiet imnebbħin millktieb moqri li jgħinu lit-tfal jinterpretaw l-istorja, jiddiskutuha u jħaddmu l-immaġinazzjoni tagħhom. It-tfal jibdew jifhmu li l-istejjer għandhom sekwenza ta’ avvenimenti, ikollhom sfida u xi ħadd jipprova jsolviha billi jsib soluzzjoni jew oħra. Ħafna drabi wkoll ittfal jindunaw li wara kull storja jkun hemm moħbi messaġġ morali u ħsibijiet profondi. Fis-sessjonijiet it-tfal jitlaqqgħu ma’ diversi ġeneri ta’ kotba u jitgħallmu jagħżlu l-ġeneru li jogħġobhom l-aktar u hekk jiftħu l-aptit għall-qari.

19


20


Ibni l-Game CONSOLE tiegHek!

T

ista’ tibni l-console għallogħob tiegħek permezz tal-MAKERbuino! Ilkomponenti tiegħu jiġu maqgħuda faċilment bl-istann. Kulma għandek bżonn huma ftit ħiliet bażiċi bl-istann u tista tibda!

Dan l-apparat huwa magħmul b’komponenti li huma faċli sabiex issibhom kif ukoll programmat bl-Arduino - wieħed mill-aktar pjattaformi microcontroller popolari sabiex tkun tista’ tagħmel dan ix-xogħol inti stess. L-apparat huwa logħba li jinżamm fl-idejn u li tista’ tibnih inti stess. Barra minn hekk, MAKERbuino huwa apparat edukattiv magħmul f’forma ta’ console għallogħob. MAKERbuino huwa bbażat fuq ATmgea328p-pu – l-istess ċippa wżata fl-Arduino UNO board. Għaldaqstant, huwa programmat l-Arduino IDE (ibbażat fuq C/C++) – l-iktar programm popolari għal min jħejji dawn it-tip ta’ consoles. MAKERbuino huwa kompatibbli ma’ numru ta’ apparati oħra li jaħdmu bl-Arduino li jimmanipulaw diversi komponenti ta’ hardware u software. Fil-fatt huwa kompatibbli mas-software Arduino UNO kollha li huma aċċessibbli onlajn u bi ftit modifikazzjonijiet jaħdem ma’ ħafna modules. Jasal f’kit (jew tista tixtrih anke mhux assemblat) – u tingħata kaxxa bil-komponenti elettroniċi kollha neċessarji sabiex tibni l-apparat tal-logħob portabbli tiegħek. Sabiex tibni il-MAKERbuino tiegħek għandek bżonn biss għodda bażika u ftit interess fit-teknoloġija.

Aktar minn console għal-logħob Li tibni MAKERbuino huwa biss il-bidu. Ipprogramma logħba li hija cool u fuq stil retro, żid analog stick, aqbad ma’ GSM module, uża il-MAKERbuino tiegħek biex tikkontrolla quadcopter, żid Wi-Fi module u aqbad mal-internet. Is-software u l-hardware tal-MAKERbuino huwa ddisinjat sabiex iħeġġek iżżid u taħdem aktar estensjonijiet u kontenut għalih. Iddisinja l-qoxra ta’ barra permezz ta’ 3D print jew CNC, biddel il-buttuni u ttrasforma l-MAKERbuino tiegħek f’telefon ċellulari... Agħmel il-MAKERbuino tiegħek uniku. Matul il-proċess fejn se tadatta l-console tiegħek u anke tal-hacking, se tidħol f’dinja ta’ elettronika, iddisinjar bil-CAD, printing 3D, programmar. Dan kollu b’sens ta’ divertiment u sfida. Madanakollu, MAKERbuino m’huwiex biss għal dawk li għadhom jibdew jagħmlu din it-tip ta’ attività iżda żgur li se jżomm anki lil dawk aktar avvanzati u ta’ esperjenza okkupati wkoll.

PERFETT GĦAT-TFAL! It-tfal iridu jieħdu gost! Permezz tal-MAKERbuino se jitgħallmu ħiliet differenti magħrufa bħala STEM (Xjenza, Tekonoloġija, Inġinerija u Matematika) b’mod divertenti u esplorattiv. Eluf ta’ tfal irnexxilhom jibnu l-MAKERbuino u tgħallmu dwar l-elettronika, issaldjar, software, hardware u ħafna ħafna aktar.

21

FABIAN ENTERPRISES


Politika ædida dwar l-inkluÿjoni gœall-iskejjel Maltin

F

tit tal-jiem ilu, il-Ministeru talEdukazzjoni u

x-Xogħol ħabbar il-proċess ta’ konsultazzjoni għall-politika ġdida dwar l-inklużjoni filiskejjel Maltin. Dwar din l-inizjattiva u l-konsultazzjoni li kienet għaddejja fl-aħħar ġimgħat mal-imsieħba kollha fil-qasam edukattiv tkellimt dan l-aħħar ma’ Josanne

Kif oriġinat l-idea li tiġi stabbilita din il-politika dwar l-inklużjoni? L-inklużjoni m’huwiex xi kunċett innovattiv għal pajjiżna. Fiha nnifisha l-inklużjoni hija għan kif ukoll proċess li jwassal għall-istess għan. Għalkemm l-għan jibqa’, il-proċess irid jaġġorna ruħu malkuntest. L-aġġornament fil-proċess oriġina mit-tibdil fir-realta’ ta’ l-iskejjel fejn fost l-oħrajn għandna aktar diversita’ relatata ma’ kulturi, reliġjoniet, ablitajiet u orjentazzjoni sesswali differenti u minoritajiet etniċi. Dan flimkien ma’ osservazzjonijiet u ġabriet ta’ kummenti mill-iskejjel ġie deċiż li tinkiteb il-politika nazzjonali tal-inklużjoni. Ġie imfassal ukoll qafas li jinvolvi struttura prattika li biha l-iskejjel għandhom gwida prattika ta’ kif jipprattikaw il-politika dwar l-inklużjoni.

Ghirxi, Assistent Direttur għalledukazzjoni inklussiva fi ħdan id-Direttorati tal-Edukazzjoni.

22


Il-grupp ta’ uffiċjali u edukaturi li ħadem fuq il-politika dwar l-inklużjoni

minn sfont soċjoekonomiku żvantaġġat, sfont ta’ migrazzjoni jew żoni ġeografikament depressi jew żoni devastati mill-gwerra irrispettivament mis-sess, oriġini razzjali jew etniċi, reliġjon jew twemmin, eta’, diżabilita’ jew orjentazzjoni sesswali. Novita’ oħra li l-qafas jagħti linji gwidi u eżempji prattiċi lill-iskejjel biex jimxu b’din ir-rotta u jirriflettu fuq l-aspetti li jistgħu jissaħħu fir-rigward ta’ inklużjoni. Il-qafas hu mibni fuq għaxar temi sabiex it-tfal ikollhom opportunitajiet indaqs u jkollhom sens ta’ appartenenza fl-iskola.

Għaliex inħass il-bżonn ta’ din il-politika? Ir-rejaltajiet fl-iskejjel qed jinbidlu għaliex is-socjeta’ qed tinbidel. Għalhekk l-edukazzjoni trid tkun aċċessibli għall-istudenti biddiversita’ kollha. Hemm aktar għarfien xjentifiku ta’ kif għandna nużaw strateġiji ma’ tfal bi bżonnijiet diversi. Hemm aktar riżorsi fl-iskejjel li jistgħu jintużaw għad-dispozizzjoni ta’ kull min għandu bżonn. Is-servizzi fl-iskejjel żdiedu, u minħabba li din hija xjenza li l-ħin kollu taġġorna ruħha, għalhekk trid taġġorna politika wkoll. Fattur ieħor huwa li fl-2014, il-European Agency for Special Needs and Inclusive Education għamlet audit fl-iskejjel Maltin u Għawdxin fl-inklużjoni u din ħarġet bir-rakkomandazzjonijiet li wkoll ġew implimentati f’din il-Politka, u d-dokument l-ieħor (il-qafas) li ġie msejjes fuq l-istess politika ta’ inklużjoni li ser iservu ta’ gwida biex l-iskejjel ikomplu jsaħħu l-inklużjoni edukattiva.

Smajna l-vuċijiet tat-tfal fejn tlabihom jesprimu ruħhom bil-kitba jew tpenġija xi tfisser għalihom l-inklużjoni fl-iskola u kif jixtiequ li jkun l-ambjent inklussiv bis-suġġerimenti tagħhom. Dawn l-ideat ġew ikkunsidrati speċjalment meta ġejna biex niktbu l-aspetti prattiċi ta’ dan il-qafas. Se jkun hemm ukoll fuljett għall-ġenituri/ kustodji bil-Malti u bl-Ingliż biex huma wkoll ikunu infurmati f’dan it-tibdiliet li se jseħħu fl-Edukazzjoni Inklussiva.

Dan l-aħħar għamiltu u ġiet fi tmiemha konsultazzjoni pubblika dwar din il-politika. X’tip ta’ feedback irċevejtu? Il-konsultazzjoni saret fuq żewġ binari. Wara li tfassal l-ewwel abbozz dan ingħata professjonisti li ġejjin minn oqsma differenti fosthom mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol, mill-Universita’ ta’ Malta, il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilita’ (CRPD), il-Bord Konsultattiv għall-Edukazzjoni Obbligatorja, Direttorat għad-Drittijiet Umani u Integrazzjoni (NCPE), ilFederazzjoni Maltija għall-Persuni b’Diżabilita’ (MFODP), IlKummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (HRID) u l-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklussiva. It-tieni aspett kienet konsultazzjoni pubblika fejn ilpubbliku inġenerali seta’ jagħti l-kummenti u s-suġġerimenti tiegħu. Inġenerali kellna kummenti pożittivi ħafna. Kellna suġġerimenti validi li għinuna nagħmlu l-emendi meħtieġa u ssir l-evalwazzjoni neċċessarja.

X’nistennew issa wara li għadda ż-żmien tal-konsultazzjoni? Issa wara li ntemmet il-konsultazzjoni se jinġabru s-suġġerimenti u jiġu evalwati mit-tim li ħadem fuq il-politika u l-qafas. Bħalissa qegħdin naħdmu wkoll fuq l-istrateġiji ta’ implementazzjoni ta’ din il-politika u qafas fl-iskejjel. Fejn se twassal il-politika u x’inhi l-viżjoni? L-inklużjoni f’dawn id-dokumenti hija deskritta bħala rotta, msejsa fuq edukazzjoni u prattiċi nklussivi, li għandha twassalna biex nibnu skejjel dejjem effettivi u effiċjenti għall-istudenti, ilfamilji tagħhom u l-edukaturi. Il-politika tispjega l-kunċett ta’ edukazzjoni nklussiva bħala mod differenti ta’ kif id-diversita’ u d-differenzi ndividwali jitqiesu bħala opportunitajiet ta’ tagħlim minflok xkiel, u kull student u studenta jingħataw l-għarfien, ilħiliet, u l-kompetenzi li għandhom bżonn biex għada pitgħada, ikollhom impjieg u jkunu ċittadini attivi f’dinja globalizzata. Il-mira prinċipali tal-Politika tal-inklużjoni hija li jkollna ambjent fl-iskejjel li jagħraf jgħin l-iżvilupp u t-tisħieħ tal-potenzjal ta’ l-istudenti tagħna. Dan jista’ jsir biss billi nkomplu ninkoraġġixxu l-ħidma kollettiva t’edukaturi u professjonisti li jaħdmu fl-iskejjel u l-kulleġġi sabiex insaħħu s-‘sense of belonging’. Mira oħra mportanti ta’ din il-Politika hija kjarifika fuq il-kunċett ta’ inklużjoni li għadha marbuta wisq ma’ studenti b’diżabilita’. Id-definizjoni tinkludi l-istudenti biddiversita’ kollha tagħhom li jattendu ta’ kuljum fl-iskejjel tagħna. Irridu nkomplu nibnu kulturi u ambjent fl-iskejjel li huma siguri u jimmotivaw kemm lill-istudenti kollha kif ukoll lill-edukaturi. Dan jgħin biex dejjem jissaħħaħ l-iżvilupp u l-well being tal-kommunita’ ta’ l-iskola biex flimkien mas-servizzi kollha li għandna fl-iskejjel, ikollna edukazzjoni ta’ kwalita’ għolja.

Min l-aktar li ħa sehem f’din il-konsultazzjoni? Fil-konsultazzjoni pubblika kien hemm diversi entitatijiet li ħadu sehem fosthom ġenituri, professjonisti, u edukaturi mill-isferi differenti tal-iskejjel tagħna. X’inhuma n-novitajiet ewlenin fil-politika l-ġdida? L-ewwelnett hemm definizzjoni ta’ x’inhi inklużjoni skont ilkuntest tas-soċjeta’ u s-sistema edukattiva Maltija. Din taddotta definizzjoni wiesa ta’ inklużjoni għaliex lokalment l-inklużjoni għadha marbuta ma’ studenti b’diżablita’. Skont din il-politika u qafas, l-inklużjoni tfisser li l-iskejjel tagħna huma disponibbli u aċċessibli għat-tfal kollha ta’ kull eta’, inklużi dawk li jiffaċjaw sfidi, bħal dawk b’abiltajiet differenti jew li għandhom diżabilita’, dawk li ġejjin minn sitwazzjonijiet ta’ vulnerabilita’ bħal dawk li ġejjin

23


Robotika

anki waqt ix-xhur ta-Sajf

Ħ

afna huma t-tfal li fl-aħħar xhur esperjenzaw sessjonijiet ta’ robotika fl-iskejjel tagħna, kemm waqt u

anki wara l-ħin tal-iskola. Madankollu huwa importanti li t-tfal jibqgħu jieħdu sehem f’sessjonijiet bħal dawn anki matul ix-xhur tasSajf. Hekk sostniet Abby Camilleri Pearson f’din l-intervista. Camilleri Pearson hija edukatriċi li tħarreġ għalliema fl-użu tat-teknoloġija fledukazzjoni fi ħdan il-kumpanija robocoach.

Kemm temmen li tfal li jkunu bdew l-attivitajiet ta’ robotika matul is-sena skolastika għandhom ikompluhom ukoll matul is-Sajf ? Attivitajiet ta ’robotika jgħinu lill-istudenti jiffaċjaw sitwazzjoniiet fil-ħajja b’aktar kuraġġ u determinazzjoni. Waqt attivita’ tarrobotika int tkun il-protagonist u taf eżatt minn fejn trid titlaq u fejn se tasal. Taf x’se titgħallem u trid issib soluzzjoni. Hawn trid tuża l-ħsieb loġiku tiegħek biex issolvi l-problema li qed tiffaċja. Trid tanalizza, tipprova soluzzjonijiet differenti u tosserva r-riżultat ta’ kull azzjoni li tieħu. Waħdek tirrealizza fejn tkun ħadt żball jew fejn trid timmodifika s-sitwazzjoni biex toħroġ b’soluzzjoni aħjar. Irrobotika tagħtik il-kunfidenza biex tipprova modi ġodda ta’ tagħlim biex toħroġ bl-aħjar riżultat. Ir-robotika dħalli lil kull individwu juża l-aħjar mudell tat-tagħlim li hu komdu għalih għaliex m’hemmx mod wieħed biex tasal għar-riżultat. L-importanti li jirnexxilek issolvi l-isfida li qed tiffaċja. Mela r-riposta lejn din il-mistoqsija toħrog ċara. Jekk ir-robotika tkabbarlek l-indipendenza fit-tagħlim tiegħek u tgħinek tiffaċja problemi fil-ħajja u f’kull suġġett ta’ tagħlim b’aktar kunfidenza allura aktar ma tinvolvi ruħek f’dan it-tip ta’ tagħlim aktar se tirnexxi.

attivitajiet li żgur li se jistimulaw il-moħħ tagħhom u jżommhom impenjati. Bħala attivita’ ir-robotika hija waħda li ssir biss f’ambjent ta’ klassi, magħluq jew tista ssir fuq barra wkoll? Is-sabiħ tal-attivitajiet tar-robotika huma li mhux neċessarjament iridu jsiru ġo klassi, jew magħluqin ġewwa. Anzi ċertu proġetti jkunu ferm aktar effettivi fi spazji akbar jew barra. B’hekk ikunu jistgħu jippruvaw u jesperimentaw bil-potenzjal kollu li r-risors għandu x’joffri. Per eżempju, jekk qegħdin jagħmlu esperiment biex jifhmu jekk il-velocita’ tigix affettwata mill-ħin u d-distanza li qed tkopri, tista toħroġ riżultati aħjar barra fi spazju akbar. Ċertu risorsi tar-robotika jistgħu jintużaw fl-ilma allura nistgħu anke mmorru sal-baħar għal-lezzjoni tar-robotika! Qarrejja tagħna li jixtiequ jagħtu xi risors edukattiv ta’ robotika bħala rigal lil uliedhom, x’tissuggerixxi? Aktar ma tkun espost għar-risorsi edukattivi tar-robotika minn eta’ żgħira aktar qed tkabbar l-għarfien fis-suġġett li jgħinek taffaċja aspetti differenti b’indipendenza. Blocks magħmulin bi ħsieb għal preparazzjoni tar-robotika huma ferm importanti. L-għażla vasta Ii għandha x’toffri Engino Education tgħin lit tfal ikabbru l-għarfien tar-robotika minn eta’ tenera ta’ tlett snin u l-firxa ta’ dawn il-prodotti tibqa tielgħa magħhom. Permezz ta’ struzzjonijiet li jiġu mal-prodott int tkun tista tibni robot b’ forom differenti. Eventwalment iżżid mutur biex iċċaqlaq il-mudelli li tibni u bil mod il-mod tibda ddaħħal sensors u eventwalment programming bi ħsieb. VEX Education jagħti wkoll dan ilpedament sod li jwassalhom għal proġetti li jibnew b’suċċess. Robots u risorsi lesti li tipprogramma permezz tal-coding bħal Scottie Go, Sphero u Qobo Robobloq huma risorsi edukattivi ferm sbieħ li bis-saħħa tal-coding u programming tiftaħ orizzonti oħrajn. Dawn u ħafna aktar jistgħu jinxtraw lokalment kif ukoll minn fuq l-online shop digital.com.mt

Sessjonijiet ta’ robotika matul is-sajf kif ikunu mqassmin f’dak li hu kontenut u tul tal-attivitajiet? Matul is-sessjonijiet tas-sajf ma’ robocoach l-istudenti se jkunu esposti għal firxa wiesgħa ta’ robotika u għodda relatati matteknoloġiija biex jistimulaw il-kreattivita’ tagħhom u wisq aktar importanti jtejbu l-ħiliet ta’ ħsieb loġiku. Huma ser jibnu proġetti individwali kif wkoll fi gruppi biex jitgħallmu aktar dwar ir-robotika u affarijiet relatati ma’ dan is-suġġett tant interessanti. Dawk li għandhom l-esperjenza inkomplu nistimulawhom u nesponuhom għal aktar biex ikabbru l-għarfien tagħhom. Dawk li qatt ma kienu esposti jibdew jibnu pass pass u jibbenefikaw mill-aħjar li jistgħu f’dan is-suġġett. Kull individwu ser iħabbat wiċċu ma’ kompitu motivanti u stimulanti għalih biex jitgħallem jagħraf isib soluzzjoni. Kulħadd ser juża dak li jissejjaħ ‘The Design Process’ fejn jaħsbu fil-kompitu preżentat biex jaħdmu u jibnu l-proġett mistenni minnhom. Waqt dan il-proċess iridu jittestjaw kontinwament biex joħroġ riżultat effettiv u sodisfaċenti. Mhux se jkunu esposti biss għall-bini ta’ robots iżda ħa jkollhom sessjonijiet ta’ coding u programming biex joħorġu b’soluzzjonijiet għall-kompiti ppreżentati. Se jkollhom attivitajiet differenti li jistgħu jkunu minn siegħa sa erba’ siegħat u saħansitra ftit ijiem. Se ikunu esposti għal ‘3D design and printing’ kif ukoll ‘Green Screen Technology’ għal animazzjoni u ‘video editing’ tal-proġetti tagħhom. Ħafna

L-aħħar mistoqsija, lezzjonijiet ta’ robotika għal liema suġġetti oħrajn ikunu qiegħed iħejju wkoll lil uliedna? Ma huwiex kwistjoni ta’suġġett iżda żvilupp tal-moħħ biex jiġi organizzat b’mod sistematiku u loġiku. Il-programm tarrobotika jipprepara lit-tfal biex jaqsmu problema f’biċċiet żgħar u jitgħallmu jikkreaw soluzzjonijiet loġiċi permezz ta’ sekwenza. Dan il-potenzjal ġo bniedem huwa ferm importanti għall-isfidi talħajja ta’ kuljum. Għalhekk programm tar-robotika jista jiġi inkluż u integrat ma’ kull suġġett u aspett fil-ħajja.

24


25


L-iżvilupp tat-tfal fi snin bikrin Juan Camilleri, Psikologu

N

aħseb li naqblu meta ngħidu li llum il-ġurnata, aktar minn qatt qabel, għandna għarfien aħjar dwar x’jistgħu jkunu d-diffikultajiet fliżvilupp li jista jkollhom it-tfal mis-snin bikrin ta’ ħajjithom. Illum permezz tal-media u l-internet, kollha kemm aħna għandna aċċess għal informazzjoni li sa ftit ilu kienet tingħata biss minn xi pedjatra, psikologu jew speċjalista iehor. Għaldaqstant, il-ġenituri spiss ikunu f’ pożizzjoni li jindunaw meta jkun hemm xi diffikulta’ mhix tas-soltu fit-tfal flewwel snin tagħhom, bħal per eżempju meta jdumu ma jimxu jew jitkellmu, meta jkunu attivi żżejjed u bla sabar ta’xejn, jew meta donnhom ma jistghux jikkomunikaw bl-istess mod daqs tfal oħra tamparhom.

Imma x’jista’ jagħmel dak li jkun meta jibda jinduna b’dawn is-sinjali li ħafna drabi jħassbu lill-ġenituri u jinkwetawhom mhux ftit ukoll? Illum hawn ħafna speċjalisti li wieħed jista jirrikorri għalihom. Ħafna drabi, l-ewwel professjonist li wieħed imur għandu u jsaqsi ċerti domandi huwa l-pedjatra, li jispeċjalizza l-aktar fis-saħħa fiżika jew medika tat-tfal. Izda jekk jinnota xi ħaġa mhux tas-soltu fl-iżvilupp psikoloġiku, intellettwali, komunikattiv jew fl-imġieba tat-tifel jew tifla, hija prattika normali li jirreferi għal diversi servizzi li għandna sabiex isir assessjar professjonali u kif suppost, l-ewwelnett għand il-psikologu tat-tfal (Clinical jew Educational Psychologist). Permezz ta’ dan it-tip ta’ assessjar dettaljat, inkunu f’qagħda tajba biex nifhmu jekk hemmx xi tip ta’ diffikulta’ jew le, u jekk hemm, kif din tista’ tiġi ndirizzata minnufih. Hafna jirrikorru għas-servizz pubbliku li jingħata miċ-Child Development Assessment Unit (CDAU). Il-proċess tal-assessjar fis-CDAU jinvolvi visti għand diversi professjonisti f’ambitu multidixxiplinarju (multidisciplinary). Kull wieħed jew waħda minn dawn il-professjonisti, jiġifieri il-pedjatra, il-physiotherapist, l-ispeech-language pathologist (jew kif nafuhom speech therapists), l-occupational therapist (OT) u l-psikologu kollha jaraw it-tifel/ tifla flimkien mal-ġenituri tiegħu u jagħmlu l-assessjar partikolari tagħhom. Ladarba dan il-proċess jitlesta, dawn il-professjonisti jkollhom stampa aktar ċara ta’ x’ikun qed jippreżenta t-tifel /tifla u jkunu jistgħu jiftehmu flimkien dwar djanjosi formali, jew jekk din tistax tingħata jew le f’dan l-istadju tal-iżvilupp bikri. Fil-fatt, wieħed irid joqgħod attent ħafna biex ma jagħtix djanjosi ta’ malajr speċjalment sal-eta` ta’ erba’ snin, billi xi kultant, l-iżvilupp jista jkun pjuttost imprevedibbli. Minn naħa l-oħra, anki jekk għad ma jkunx hemm djanjosi ċara f’dak l-istadju, xorta tifel jew tifla jista jkollha bżonn tibbenefika mis-servizzi ta’ Early Intervention li jingħataw kemm id-dar kif ukoll ġol-iskejjel kindergarten. Servizzi oħra bħal ta’ speech therapy u OT kemm il-darba jkunu neċessarji

u ta’ siwi kbir sabiex dawk id-diffikultajiet jew “delays” fl-iżvilupp flewwel snin jibdew jiġu ndirizzati b’mod effettiv u mingħajr dewmien. Dawn is-servizzi huma aċċessibbli pubblikament bla ħlas kemm fis-CDAU stess, kif ukoll fiċ-ċentri tas-saħħa li hemm madwar Malta u Għawdex. Apparti dan, illum il-ġurnata, hemm ukoll diversi professjonisti bħal psikologi, speech therapsits, occupational therapists u oħrajn li jaħdmu privatament u li wieħed xorta jista’ jaċċesshom, avolja bilħlas, sabiex jirċievu l-istess tip ta’ assessjar meqjus u l-għajnuna rilevanti illi t-tfal ikollhom bżonn f’dak il-mument. Fil-fatt, iddomanda għall-assessjar kif ukoll għall-interventi minn dawn ilprofessjonisti, kemm fis-servizz pubbliku kif ukoll dawk privati, / żdiedet sew f’dawn l-aħħar għaxar snin, u għalhekk il-waiting lists ma jonqsux. Meta tifel jew tifla tippreżenta ċerti diffikultajiet illi jkunu ġew aċċertati, bħal ngħidu aħna l-awtiżmu (autism), l-Attention Deficit Hyperactivity Disorder (ADHD), jew diffikultajiet fit-tagħlim (Learning Disabilities) fost ħafna oħrajn, wieħed jista’ jiċċekkja malprofessjonisti konċernati jekk għandiex issir applikazzjoni ghalliStatementing, jiġifieri jekk tifel jew tifla għandiex tingħata servizz ta’ Learning Support Educator (LSE) meta tibda tattendi l-iskola kindergarten jew primarja. Dan il-proċess jista’ jieħu naqra żmien u fl-aħħar, id-deċiżjoni dwar benefiċċju ta’ dan it-tip hija f’idejn il-Bord tal-iStatementing Moderating Panel. Is-servizz tal-LSE fil-klassijiet tagħna huwa importanti ħafna u ta’ siwi kbir, iżda ma jfissirx illi kull tip ta’ diffikulta’ li tifel jew tifla tiltaqa’ miegħu dejjem u bilfors jixraqlu is-sapport ta’ LSE. Fil-fatt, huwa importanti illi l-iskejjel kollha tagħna jibqgħu miftuħin biex jilqgħu kull tip ta’ diversita’ u abilita’ biex b’hekk, kull tifel jew tifla tista’ tingħata l-aħjar opportunita` possibli biex tibqa’ titgħallem, tissoċjalizza u timmatura sabiex tasal biex tkun adulta li ssib postha fis-soċjeta’ ta’ għada.

26


27


HEALTH INSURANCE Insurance? | You need someone Professional | You need someone Reliable | You need someone To Trust

From a basic level of cover to a full refund of virtually all medical expenses, preventive care and dental cover, we’ve got the right plans to cover yourself and your loved ones. Over 30 years of experience in Health Insurance!

You need LAFERLA

Learn more, get a quote and buy your health insurance online at

www.laferla.com.mt

Call E-mail Visit

+356 2124 6340 | info@laferla.com.mt | www.laferla.com.mt |

Laferla Insurance Agency Ltd.

Agents for:

204A, Vincenti Buildings, Old Bakery Street, Valletta VLT1453. Laferla Insurance Agency Ltd. is enrolled under the Insurance Intermediares Act, 2006, to act as an Insurance Agent for Mapfre Middlesea plc (MMS). MMS is authorised by the Malta Financial Services Authority to carry on both Long Term and General Business under the Insurance Business Act, 1998. Both entities are regulated by the MFSA.

28


My Future

Learning About My Prospects

Programm għas-sajf imniedi mill-Malta Institute of Management u Mater Boni Consilii St Joseph School Paola My Future – Learning About My Prospects huwa programm immirat għall-istudenti ta’ l-ewwel u t-tieni sena ta’ l-iskola sekondarja qabel ma dawn jagħmlu l-għażla tas-suġġetti. Il-programm huwa miftuħ għal studenti li ġejjin minn skejjel tal-knisja, ta’ l-istat u privati. Skont is-sistema edukattiva Maltija, it-tfal ta’ din l-eta’ iridu jagħżlu suġġetti li jistgħu jiddeterminaw il-karriera futura tagħhom. Din xi kultant tista tkun deċiżjoni kruċjali. Il-Malta Institute of Management flimkien ma’ l-iskola Mater Boni Consilii St Joseph ta’ Raħal Ġdid tħoss li l-istudenti għandu jkollhom iktar tagħrif dwar karrieri differenti u b’hekk dawn l-istudenti jkunu jistgħu jagħmlu deċiżjoni aħjar. F’dan il-kuntest, matul is-sajf 2019, iż-żewġ organizazzjonijiet ser jorganizzaw My Future – Learning About My Prospects. Matul dan il-program l-istudenti ser iżuru postijiet tax-xogħol u industriji differenti biex ikunu jistgħu jaraw viżjoni aktar ċara qabel ma ssir l-għażla tas-suġġetti.

Il-programm huwa bbażat fuq għaxar ġimgħat, kull nhar ta’ Erbgħa u jibda mill- 10 ta’ Lulju. L-industriji li ser jieħdu sehem f’dan il-progamm huma: Ospitalita’ - Banek - Kontabilita’ - Media - Trasport u loġistika Sptar - Manifattura Teknoloġija - Farmaċewtika Il-parteċipanti ser jiġu mdawra biex ikunu jistgħu jaraw u jifhmu aħjar l-operat ta’ dawn il-kumpaniji. Għal aktar informazzjoni u biex tapplikaw ikkuntajaw lil Rita Micallef fuq l-email rmicallef@easl.com.mt jew ċemplu 79093467. Il-postijiet huma limitati.

Ingawdu s-Sajf u nirrispettaw l-ambjent Wasal l-istaġun favorit ta’ ħafna Maltin, is-sajf, u bla dubju dan huwa wkoll l-istaġun favorit ta’ ħafna studenti għaliex jieħdu pawża mistħoqqa mill-iskola u mill-istudju. Iżda dan ma jfissirx li għandna ninsew it-tagħlim dwar il-protezzjoni tal-ambjent li rċevejna matul is-sena skolastika. Anzi, rridu naraw kif dak li tgħallimna nippratikawh matul is-Sajf ukoll. Bħas-soltu, ejja naraw ftit kif nistgħu nagħmlu dan matul dan iż-żmien partikolari: Inġenerali - Malli nispiċċaw l-iskola jkollna ħeġġa biex inwarrbu l-affarijiet kollha marbutin mal-iskola. Iżda tajjeb naraw ftit x’għandna tajjeb li nistgħu nibqgħu nużaw matul is-sena ta’ wara ħalli nevitaw li nixtru oġġetti li diġa jkollna. - Ħwejjeġ li m’għadhomx jiġuna nistgħu ngħadduhom lil ħaddieħor u m’għandniex għalfejn niddejqu nilbsu ħwejjeġ li jgħaddi ħaddieħor lilna. - Jekk nagħmlu parti minn xi għaqda nagħmlu l-almu tagħna sabiex ninfluwenzaw deċiżjonijiet li jibbenifika minnhom l-ambjent – eżempju għaqdiet relatati mal-każini tal-banda sabiex titnaqqas il-ġenerazzjoni ta’ skart waqt il-festi. - Noqogħdu attenti għal tentazzjonijiet li nixtru prodotti tal-plastik mhux ta’ kwalità waqt diversi attivitajiet li jseħħu

fil-lokalitajiet tagħna u li jispiċċaw skart ftit ħin wara li nixtruhom. - Jekk ser insiefru għandna wkoll noqogħdu attenti li ma niġġenerawx skart għalxejn. F’dan il-każ nistgħu noqogħdu attenti ħafna mill-fuljetti li niġbru u prodotti li nikkunsmaw. Ikel u xorb - Dan is-sajf nagħmlu prijorità li nnaqsu l-ammont ta’ fliexken tal-plastik. Minflok, wieħed jista’ jinvesti f’water coolers jew water filters. Anki jekk il-fliexken tal-plastik nisseparawhom għar-riċiklaġġ, l-ewwel għażla għandha dejjem tkun li nevitaw li niġġeneraw skart. - Nagħmlu xarbiet u ice lollies minn frott lokali tal-istaġun minflok luminati. - Nippreservaw l-ikel b’mod korrett. Minħabba s-sħana, ħafna ikel bħal frott ikun aħjar li jinżamm fil-fridge. Ikel ieħor bħal għaġin u kokotina ikun aħjar li jitpoġġa fil-fridge minħabba r-riskju li bis-sħana idewwed. Waqt BBQ - Jekk ser norganizzaw BBQ naraw li ma nużawx platti, tazzi u pożati tal-plastik li jintużaw darba biss, iżda minflok nagħżlu materjali li jintużaw għal bosti drabi – prattikament snin twal. - Ma nippreparawx ħafna ikel bla bżonn. F’każ li jkollna ikel żejjed għandna npoġġuh ġo kontenitur u ndaħħluh ġo

29

picnic cooler jew fil- fridge mill-ewwel. Ħdejn il-baħar - Noqogħdu attenti x’ikel nagħżlu li nieħdu magħna għal xi ġurnata ħdejn il-baħar. Ikel u frott frisk jevita ħafna skart tal-ippakkeġġjar. - Nippruvaw insibu bajjiet fejn tista’ timla flixkun tal-ilma minn magni fil-viċin. - Minflok ma tixtru ġugarelli li jintużaw firramel, li ġeneralment ikunu tal-plastik, uża l-immaġinazzjoni tiegħek u agħmel użu minn affarijiet li ssib id-dar u li forsi m’għadhomx jintużaw bħal imgħaref tal-metall, pots tal-pjanti u xi kontenituri oħra. - Niddisponu mill-iskart tagħna fil-kontenituri li nsibu fuq il-bajja kif suppost. - Fl-aħħar iżda importanti ħafna, iġbor xi skart li ssib fil-baħar, fuq ir-ramel jew fuq il-blat. Żgur li ġieli ltqajtu ma’ filmati u ritratti li juru l-ħsara li l-iskart jagħmel lill-ħlejjaq tal-baħar. Wara li nippruvaw innaqsu kemm nifilħu skart, imbagħad huwa importanti li dak l-iskart li ma stajniex nevitaw nisseparawh għar-riċiklaġġ. Filwaqt li huwa tajjeb li nġibu riżultati sbieħ fil-qasam akkademiku, huwa daqstant importanti li nirrispettaw lil xulxin u lill-ambjent ta’ madwarna sabiex veramanet inkunu nistgħu nissejħu edukati u ċivilizzati. Il-vaganzi t-tajba!


ŻERO

ta’ Luigi Ballerini addattat għall-Malti minn John A. Bonello

Bonello jagħtina l-kummenti tiegħu dwar din l-aħħar pubblikazzjoni

Żero huwa storja dwar il-kuraġġ ta’ tifel li jmur kontra t-twemmin tiegħu u kontra l-kurrent. Kif taħseb li se jolqothom lill-qarrejja? Jien naħseb li qarrejja tal-etá ta’ Żero se jsibuha faċli jidentifikaw ruħhom mal-protagonist, għax bħala karattru huwa mibni tajjeb ħafna. Qarrejja akbar, forsi se jissimpatizzaw ma’ Żero u mas-sitwazzjoni li sab ruħu fiha, filwaqt li jaraw l-istorja mil-lenti tal-adulti li hemm imdawrin maż-żagħżugħ. Żero huwa l-eroj, li jmur kontra l-kurrent, iżda huwa wkoll il-vittma ta’ ċirkustanzi li forsi mhumiex daqstant ‘il bogħod mir-realtá.

Inti għadek kemm ittraduċejt Żero ta’ Luigi Ballerini. Min hu Żero? Għaliex ismu huwa numru? Żero huwa żagħżugħ li malli tibda l-istorja nsiru nafu li għadu kif għalaq erbatax-il sena. Mill-ewwel nintebħu wkoll li jgħix ħajja stramba, differenti ħafna minn kif jgħixuha żgħażagħ tal-etá tiegħu. Infatti, hu stess jgħidilna kif huwa mdorri jgħix waħdu, maqtugħ għal kollox mill-kuntatt ma’ nies oħra u mal-ħajja kif nafuha aħna. Ismu sħiħ huwa Tnejn Punt Żero (2.0), numru, li aktar tard fl-istorja niskopru eżattamet xi jfisser. In-narrattiva hija miktuba kollha fl-ewwel persuna. Dan l-istil jgħin biex il-karattru ta’ Żero joħroġ ħafna aktar b’saħħtu, u l-leħen tiegħu malajr isir familjari. Bħala plott mhuwiex xi daqshekk kumplikat, minkejja li fih ħafna biċċiet li jqanqlulek il-kurżitá u jħeġġuk biex tkompli taqra.

Il-ktieb jitfa’ lenti wkoll fuq ir-riskju li t-teknoloġija taqtagħna mill-ħajja reali. Tara li għandha reżonanza dit-tema maż-żgħażagħ tal-lum? L-użu tat-teknoloġija hija tema prinċipali f’dan ir-rakkont, iżda mingħajr ma hi intrussiva. Iġġiegħlek taħseb bla dubju, speċjalment fuq is-sitwazzjoni dejjem prekarja bejn pajjiżi li dejjem qegħdin f’xifer ta’ gwerra. Naħseb li s-sensazzjonaliżmu li bih l-aħbarijiet saru jiġu preżentati lill-pubbliku m’għadux japplika wisq għall-ġenerazzjonijiet il-ġodda, iżda storja bħal din jaf tiftaħ ftit għajnejn dwar x’inhuma r-riskji ta’ teknoloġija użata b’mod ħażin.

Bħala awtur u missier, x’kienet ir-reazzjoni tiegħek għall-plott int u taħdem fuq dal-ktieb? Xi ftit jew wisq, il-plott ħassibni fuq uliedi u fuq l-ammont ta’ ħin li jgħaddu mwaħħlin mat-tablets, mitlufin f’dinja virtwali li aktar ma jgħaddi ż-żmien donnha aktar qed issir reali. Aħna li trabbejna f’era differenti, naraw dan kollu minn lenti ta’ barrani, u naraw din id-dinja virtwali stramba. Iżda għalihom din hija n-normalitá. Bħal kull ħaġa oħra fid-dinja, l-eċċess jista’ jkollu effetti ħżiena fuq individwi, għalkemm mhux la kemm tgħid, diffiċli biex lit-tfal tikkonvinċihom mod ieħor għax dik id-dinja virtwali fiha ħafna affarijiet li jġiegħluk terġa’ lura għaliha. Fil-ktieb, hemm dan il-kunflitt kontinwu fil-protagonist.

Għal liema etajiet ta’ qarrejja tarah l-aktar addattat il-ktieb? Għalkemm l-awtur iffoka din l-istorja għal udjenza adolexxenti, naħseb li anki żgħażagħ akbar u ġenituri għandhom jieħdu gost jaqraw l-intriċċi li jgħaddi minnhom Żero. L-istil tal-kitba ta’ Ballerini huwa aċċessibbli ħafna, u jien ippruvajt inkun fidil kemm nista’ lejn l-istil tiegħu. Il-kitba hija mexxejja ħafna u tinħass friska u moderna. Naħseb li għandu jappella għal firxa wiesgħa ta’ qarrejja.

30


In manufacturing

Make It is an initiative of the Malta Chamber of Commerce, Enterprise & Industry and Malta Enterprise. The objective is to encourage people to pursue careers in the manufacturing sector. Follow us on our social media as we discover the real success stories of those who choose the path of a career in manufacturing.

MakeIt_MT

Make_it_Malta

31


32


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.