Roti Awwissu 2020

Page 1

ROTI

Suppliment għad-dilettanti tal-Karozzi u Muturi

Awwissu 2020

.com phy a r tog Pho ods

tWo Mat

G N I C A

n i t t s a c u J us mu’ d a M ‘L

RR O T A inja N I ERMċi fid-d T ‘ T elo R O C tar v S E bl -ak l u li h

R E J HRA J E O ST SWISS RACING TEAM Bosta suċċessi fil-Hillclimb u fis-Slalom Żvizzeri L-użu tat-telemetrija fil-Formula 1


2|

ROTI

ARM YOUR METAL

AGAINST RUST!

No primer, no undercoat, no rust!


|

3

17-il tellieqa tal-Formula 1 matul l-2020 Ritorn tal-GrandPrix fit-Turkija

Dati tal-Grand Prix

K

ull darba li naħdem fuq dan il-magażin, dejjem niskopri

aktar kemm f’pajjiżna għandna talent biex inbigħu fil-motorsport. Fil-fatt, matul dan ix-xahar kelli ċ-ċans li nitkellem ma’ Justin Muscat, magħruf bħala Ladmu, li għandu Escort Mk1 meqjus bħala l-aktar wieħed veloċi fid-dinja. Ċert li matul ix-xhur li ġejjin se nkomplu niltaqgħu ma’ aktar nies bħal Justin li juruna t-talent tagħhom u anke jlaqqgħuna mal-karozzi mill-isbaħ tagħhom li jarmaw b’tant professjonalità u dedikazzjoni. Dan ix-xahar tkellimt ukoll ma’ sewwieq mill-Iżvizzera li sp-

EDITUR Melvin Farrugia - 9944 5069

jegalna dwar it-tlielaq li jikkompetu fihom barra minn xtutna u l-armar tal-karozzi tagħhom. Inwasslulkom ukoll analiżi mill-isbaħ ta’ Pierre Vella, li jagħtina dehra ta’ dak kollu li seħħ fix-xena tal-Formula 1 minn mindu faqqgħet din il-pandemija, filwaqt li jqawwielna qalbna għal dak li ġej. Nirringrazzjah ukoll tal-awguri li għamlilna fl-okkażjoni taż-żwieġ tagħna. Rigward id-dinja tal-Formula 1, naraw ukoll artiklu ieħor mis-sensiela ta’. Jordy dwar timijiet li llum m’għadniex nisimgħu bihom. Dan ix-xahar ilaqqagħna mat-tim ta’ Benetton li magħhom kellhom lil wieħed mill-aqwa sewwieqa Michael Schumacher. Mil-lat virtwali, Antonello Abela jlaqqagħna mal-moħħ wara l-Velocity Esports Racing f’Malta, Mario Bellizzi li jgħidilna wkoll dwar il-pjani li hemm fil-futur.

melvindelsol@hotmail.com DISINN Stacy Grech design@unionprint.com.mt ADVERTISING DEPARTMENT 2590 0200 adverts@unionprint.com.mt

Dan is-suppliment jingħata B’XEJN mal-gazzetta IT-TORĊA u l-ebda parti minnu ma tista’ tiġi kkopjata mingħajr il-permessi bil-kitba tal-pubblikaturi.

Finalment, Jason Sultana jispjegalna wkoll dwar l-importanza tat-telemetrija fil-Formula 1. Nittamaw li dawn l-artikli jkunu interessanti għalikom u nistednukom biex tkomplu ssegwuna u anke tgħidulna dwar proġetti interessanti li tkunu qegħdin taħdmu fuqhom.

Saħħiet, Melvin Farrugia - Editur

5 ta’ Lulju

-

Red Bull Ring, Awstrija

12 ta’ Lulju

-

Red Bull Ring, Awstrija

19 ta’ Lulju

-

Hungaroring, Ungerija

2 ta’ Awwissu

-

Silverstone, Renju Unit

9 ta’ Awwissu

-

Silverstone, Renju Unit

16 ta’ Awwissu

-

Barċellona, Spanja

30 ta’ Awwissu

-

Spa, Belġju

6 ta’ Settembru

-

Monza, Italja

13 ta’ Settembru

-

Mugello, Italja

27 ta’ Settembru

-

Sochi, Russja

11 ta’ Ottubru

-

Nurburgring, Ġermanja

25 ta’ Ottubru

-

Portimao, Portugall

1 ta’ Novembru

-

Imola, Italja

15 ta’ Novembru

-

Istanbul Park, Turkija

29 ta’ Novembru -

Sakhir, Bahrain

6 ta’ Diċembru

-

Sakhir, Bahrain

13 ta’ Diċembru

-

Yas Marina, Abu Dhabi

-FIA u l-Formula 1 ikkonfermaw li se jsiru 17-il GrandPrix matul din is-sena, fejn il-kampjonat mistenni jiġi fi tmiemu f’nofs Diċembru.

L

Jidher li matul din is-sena, proprju f’Novembru, se jkollna r-ritorn tal-GrandPrix tat-Turkija f’Istanbul Park. Din it-tellieqa kienet ilha ma ssir mill-2011. L-istaġun jiġi fi tmiemu bittellieqa ta’ Abu Dhabi. It-tlielaq kollha mistennija jsiru fuq tlett ijiem, bl-eċċezzjoni ta’ Imola, fejn il-GrandPrix mistenni jsir fuq jumejn.

Din il-lista ta’ 17-il tellieqa jagħti ċ-ċans lill-Formula biex ikollhom fejn jistgħu jikkanċellaw xi tellieqa jew tnejn jekk jinqala’ xi ħaġ mhux mistennija. Jidher li l-ammont minimu li hemm bżonn biex jingħata l-ħlas kollu minn min jitrażmetti t-tlielaq għat-televiżjoni hu ta’ 15-il tellieqa. L-iskeda issa tinkludi ħames postijiet li ma kinux inklużi filverżjoni oriġinali. Dawn huma l-Mugello, Nurburgring, Portimao, Imola u Istanbul. Dwar it-tellieqa fit-Turkija, din mistennija ssir fil-15 ta’ Novembru u l-karozzi mistennija jittieħdu blajruplani. Fil-passat, kollox kien jiġi ttrasportat fuq l-art jew inkella bilbaħar.


4|

ROTI

L-użu tat-telemetrija fil-Formula 1

Minn

I

Jason Sultana t-telemetrija fil-Formula 1 saret fattur importanti ħafna minn meta ġiet introdotta lura fis-snin

tmenin. Huma ħafna dawk il-mumenti li waqt xi tellieqa jew sessjonijiet ta’ provi, naraw inġiniera u tekniċi speċifikament janalizzaw ħafna informazzjoni u numri li jkunu qegħdin jiġu miġburin u mibgħuta lura mill-karozza, apparti l-ħinijiet ta’ kull dawra. Din hi t-telemetrija li se nitkelmu dwarha f’din ilħarġa. Evolviet b’ritmu mgħaġġel ħafna mażżminijiet, grazzi għat-teknoloġija li żviluppat litteralment b’passi ta’ ġgant. Però, kif taħdem, x’tinvolvi u xi skopijiet għandha t-telemetrija fil-Formula 1?!

It-telemetrija fi kliem qasir hi t-trażmissjoni ta’ informazzjoni li tkun qiegħda tinġabar minn fuq il-karozza u mgħoddija lura fil-garaxx, kif ukoll fl-istess waqt lejn il-bażijiet rispettivi ta’ kull tim. Prattikament, kull ħaġa li tkun qiegħda ssehh fil-karozza, kemm jekk hix fil-magna, fis-sospensjoni, fil-gearbox, fil-fjuwil, ittemperaturi, il-pressjoni ta’ żjut/ilma/ arja, G-forces, kull ħaġa li jattiva u jagħmel is-sewwieq bl-steering u l-pedali eċċ. tkun qiegħda tiġi rrekordjata u mibgħuta għallanaliżi. Dan kollu jgħin biex it-tim ikollu bażi tajba fuq xiex jimxi meta jkun qed jiġi diskuss is-setup ideali għall-karozza fuq ċirkwit partikolari. Barra hekk, ikun jista’ jsir moniteraġġ kontinwu tal-karozza f’kull sessjoni li tinstaq. Permezz ta’ antenni mifruxin madwar iċ-ċirkwit kollu, il-karozza tkun fejn tkun, anke f’postijiet li jkollhom ħafna ostakli ta’ bini bħal f’Monaco u f’Singapore, jew siġar u muntanji bħal f’Monza u Spa, ittelemetrija u l-komunikazzjoni tar-radju jibqgħu jiġu trażmessi lura għall-garaxx u lejn (fil-każ tar-radju) il-karozzi mingħajr wisq interruzzjonijiet. Dawn l-antenni huma pprovduti mingħand McLaren Electronic Systems (li anke jissupplixxu l-ECUs lil kull karozza fuq il-grid). Hu importanti ferm li din il-komunikazzjoni tkun waħħda kontinwa u b’saħħitha, minħabba l-volumi kbar ta’ informazzjoni li tkun qiegħda tiġi pproċessata l-ħin kollu, minn kull karozza.

It-telemetrija kif diġà semmejt tgħin ħafna lill-inġinier flimkien massewwieq biex tiġi ssettjata l-karozza. Tnejn mill-affarijiet li jqattgħu ħin twil fuqhom u li huma ta’ ċerta importanza, huma s-setup tad-differential u dak tal-brejkijiet; tnejn mill-aktar oqsma filkarozza li s-sewwieq jista’ jimmodifika hu u jsuq. Hemm affarijiet oħra bħallengine mappings, Energy Recovery Deployment, eċċ. Però, ejja niffokaw fuq dawn it-tnejn għax il-lista hi twila.

Id-differential jagħti aċċess biex iż-żewġ roti ta’ wara jduru b’veloċità differenti minn xulxin. Għalhekk hu fattur importanti ħafna kif jiġi ssettjat għal kull kantuniera: kemm jekk hu u dieħel fiha, f’nofsha u anke hu u ħiereġ minnha! L-istess hu importanti kif jiġi mqassam il-bilanċ talbrejkijiet bejn ta’ quddiem u ta’ wara. Dan kollu jgħin fil-bilanċ mekkaniku tal-karozza, kemm meta tkun f’aċċellerazzjoni u anke waqt li tkun qiegħda tibbrejkja. Dan ifisser aktar stabilità, kunfidenza fis-sewqan mixxufier u b’hekk tkun qiegħda tikkontribwixxi għal tnaqqis ta’ ħin madwar iċ-ċirkwit. Jekk wieħed jinnota lis-sewwieq waqt li jkun qiegħed isuq, dan jagħmel ħafna tibdil millbuttuni disponibbli fuq l-isteering u dawn ivarjaw minn kantuniera għal oħra. Dak il-ħin ikun qed jibdel uħud mis-settings li semmejt!

Is-sistema tat-telemetrija li tintuża filFormula Wieħed preżentament hi ta’ direzzjoni waħda, jiġifieri l-informazzjoni tgħaddi mill-


|

karozza għall-garaxx biss u mhux vice versa wkoll. Il-komunikazzjoni tar-radju min-naħa l-oħra hi bi-direzzjonali. Dan ifisser li t-tekniċi ma jistgħux ibiddlu xi settings huma millgaraxx, imma jistgħu jiggwidaw lis-sewwieq permezz tar-radju dwar x’għandu jagħmel f’każ li tiġi nnotata xi ħaġa mhux normali bħal temperaturi aktar għoljin milli suppost, ilkundizzjoni tat-tajers u anomaliji fil-magna/gearbox, eċċ. biex jimmanġġja l-karozza blaħjar mod possibbli, b’mod speċjali waqt it-tellieqa u jesegwixxi l-istrateġija ppjanata. Bl-avvanz li sar fit-teknoloġija f’dawn l-aħħar snin, it-telemetrija tasal fil-bażi ta’ kull tim fil-ħin reali. Hemmhekk ikun hemm tim iddedikat ta’ inġiniera biex janalizzaw bir-reqqa din l-informazzjoni kollha, ħalli mbagħad jagħmlu simulazzjoni tagħha fuq simulatur sofistikat permezz ta’ sewwieqa apposta, bħallikieku l-karozza qiegħda tinstaq fuq it-tali ċirkwit li jkunu qegħdin isuqu fih. Wara li jitlestew ħafna simulazzjonijiet ta’ setups diversi, li prattikament jieħdu sigħat twal, dawn jintbagħtu lura lejn iċ-ċirkwit biex jiġu mgħoddija fuq il-karozzi rispettivi biex jiġu pprovati (f’każ ta’ bżonn) fis-sessjoni ta’ provi li jkun imiss. Dan il-proċess hu komuni ħafna li jsir, b’mod speċjali bejn nhar ta’ Ġimgħa wara s-sessjonijiet ta’ provi liberi u s-Sibt, il-ġurnata tal-provi ta’ kwalifikazzjoni! Il-karozzi preżenti tal-Formula 1 ikollhom bejn 100 u 300 sensor installat fuqhom. Dan in-numru jvarja skont xi jkun qed jiġi ttestjat fuq il-karozza, iċċirkwit u anke f’liema sessjoni tkun qiegħda tinstaq. Eżempju, fil-provi mhux uffiċjali naraw ħafna drabi ‘rakes’ sħaħ ta’ sensors li jiġu miżjuda fuq il-karozza f’partijiet partikolari, biex isir l-ittestjar ta’ ħafna parametri diversi, b’mod partikolari l-pressjoni tal-arja u t-temperaturi, għal skopijiet aerodinamiċi u mekkaniċi. Dan l-apparat miżjud hu pprojbit li jiġi użat fit-tellieqa u għalhekk l-ammont ta’ sensors jonqsu, però xorta jibqa’ ammont konsiderevoli abbord! Waqt dawn is-sessjonijiet, kull tim jiġbor bejn wieħed u ieħor madwar 5 u 6 GB ta’ informazzjoni minn kull karozza disponibbli. Din l-informazzjoni, li tkun ‘encrypted’ għal raġunijiet ta’ sigurtà, tintbagħat lura fil-pits permezz ta’ 1,0002,000 channel iddedikat u trażmessa bi frekwenza għolja ta’ 1.5 GHz jew dik permessa mill-awtoritajiet ikkonċernati ta’ kull pajjiż. L-informazzjoni kollha tal-karozza tiġi miġbura f’ECU li jkun imqiegħed fis-sidepod, li mbagħad tiġi mgħoddija u trażmessa minn antenna li tkun mqiegħda fuq quddiem talkarozza, eżattament quddiem is-sewwieq. Ta’ min isemmi li kull karozza tkun qed tirrekordja din l-informazzjoni flimsemmi ECU stess, biex f’każ li t-trażmissjoni tiġi interrotta għal xi raġuni jew oħra, din ma tintilifx u tkun tista’ tintbagħat eżattament kollha f’daqqa meta kollox jiġi lura għan-normal. Dan il-proċess jgħin ukoll anke f’każ ta’ aċċident sever, għax il-karozza permezz ta’ sensors apposta, tkejjel ilG-forces li jkun esperjenza s-sewwieq waqt l-impatt u awtomatikament jiġu notifikati s-servizzi tal-ewwel għajnuna biex imorru fuq il-post immedjatament meta jiġri dan. Meta din l-informazzjoni tasal fil-pits, tiġi pproċessata biex tkun tista’ tinqara mid-data server magħruf bħala ATLAS (Advanced Telemetry Linked Acquisition System) li jkollu kull tim u tiġi murija fuq l-iscreens li naraw lill-inġiniera jsegwu b’tant reqqa! Is-sewwieq, meta jkun fil-garaxx jistenna fil-karozza biex joħroġ fuq iċ-ċirkwit, ukoll ikollu aċċess għal din it-telemetrija permezz ta’ screen li jitniżżel quddiemu, jew permezz ta’ noti pprintjati. Hawnhekk ikun qed jistudja t-telemetrija li jkun ġabar fid-dawriet ta’ qabel u jevalwa fejn jista’ jtejjeb il-mod tas-sewqan tiegħu kantuniera b’kantuniera u anke jqabbilha ma’ ta’ sieħbu fit-tim, meta tkun permessa li ssir din il-ħaġa! It-telemetrija hu suġġett vast ħafna u permezz tiegħu nfetaħ baħar ta’ informazzjoni fid-dinja tat-tlielaq tal-karozzi, speċjalment tal-Formula 1, fejn kull millisekonda tgħodd u kull dettall hu vitali. F’dan it-tip ta’ sport, fejn l-attenzjoni għad-dettal tiġi bħala prijorità fil-lista, it-telemetrija żgur kienet, għadha u tibqa’ waħda mill-aktar għodod użati fil-Formula 1! Tistgħu ssegwu aktar materjal aġġornat fuq il-paġna ta’ Jason fuq Facebook - Formula One Insights – by Jason, jew fuq il-website www.formulaoneinsights.com għal artikli aktar speċifiki mid-dinja tal-Formula 1.

5


6|

ROTI TIMIJIET TAL-FORMULA 1 MILL-IMGĦODDI U LI LLUM HUMA PARTI MILL-ISTORJA TA’ DAN L-ISPORTS…

Il-Benetton Formula 1 Racing Team (1986-2001)

Minn

Jordy Brincat

D

an hu t-tieni team wara dak ta’ Shadow F1 Team (1976), li uffiċjalment biddel in-nazzjonalità tiegħu. Bejn l-1986 u l-1995 dan kellu liċenzja

Ingliża, iżda wara, bejn l-1996 u l-2001, akkwista l-liċenzja Taljana. Dan minħabba li l-familja li kienet tmexxieh riedet li t-team iġorr il-bandiera ta’ pajjiżha. S’issa għadu l-uniku team fl-istorja tal-Formula 1 li kiseb rebħa minn daqstant tiġrijiet taħt iż-żewġ nazzjonalijiet differenti. Minn ġewwa l-fabbrika antika tat-team Toleman f’Oxfordshire, bena fabbrika ikbar u iżjed moderna f’Enstone l-Ingilterra. F’din is-sensiela ta’ artikli dwar diversi timijiet tal-Formula 1, dan ix-xahar se naraw flimkien l-istorja ta’ team li l-isem tiegħu hu l-aktar sinonimu u magħruf mad-dinja tal-moda tal-ħwejjeġ – Benetton Formula 1 Racing Team.

Il-kumpanija Benetton daħlu bħala sponsors fil-Formula 1 mat-team Tyrell fl-1983. Bejn l-1984 u l-1985, marru mal-Alfa Romeo, u fl-1985 kienu jisponsorjaw ukoll lit-team ta’ Toleman. Dan it-team iddiżappunta bilkbir matul din is-sena, fejn anke matul l-ewwel tlett itlielaq ma pparteċipax. Matul is-sitt itlielaq ta’ wara, Toleman saqu b’karozza waħda, wara li kellhom nuqqas ta’ ftehim mal-kumpanija li tfornilhom it-tyres. Is-sewwieq Teo Fabi, kiseb pole position fil-grandprix talĠermanja, però t-team ma ġabar l-ebda punt matul il-kampjonat minħabba nuqqas ta’ affidabilità. Mill-20 tellieqa li kien hemm matul l-istaġun, kienu biss

darbtejn li s-sewwieqa tat-Toleman raw il-bandiera finali. Fl-aħħar tal-1985, ġiet ifformata l-Benetton Formula Ltd wara li l-familja Benetton xtraw it-team tatToleman. Għall-1986, Toleman kienu diġà żviluppaw il-karozza TG186. Benetton dawru l-isem tagħha għal B186. Matul l-ewwel staġun tal-Benetton fil-Formula 1, dawn mill-ewwel biddlu l-fornituri tal-magni li kienu jissupplixxu litToleman - minn Hart għal dik iżjed b’saħħitah BMW M12. Għal dan l-istaġun żammew lis-sewwieq Teo Fabi u mingħand l-Arrows ġabu lis-sewwieq Gerhard Berger.

L-ewwel karozza Benetton kienet b’saħħitha matul l-istaġun kollu. Berger kiseb l-ewwel podju għal dan it-team fiċ-ċirkwit ta’ Imola u fil-grand prix talBelġju beda mit-tieni post. Min-naħa l-oħra, is-sewwieq Fabi kiseb żewġ pole positions konsekuttivi: fl-Awstrija u fl-Italja qabel ma’ Berger kiseb ukoll l-ewwel rebħa għal dan it-team filgrand prix tal-Messiku. Sfortunatament, il-Benetton ma kinitx karrozza affidabbli, tant li sofriet diversi ħsarat matul il-kampjonat. Waqfu għal 19-il darba matul ittellieqa, bi tmienja minnhom ikunu konsekuttivi għal Fabi. Benetton spiċċaw il-kampjonat fis-sitt post b’total ta’ 19-il punt. Fi tmiem l-istaġun, Berger mar mal-Ferrari u dan ġie sostitwit mil-eks-sieħeb fit-team tal-Arrows, Thierry Boutsen. Il-magna BMW, li matul l-1986 kienu jagħtu l-magni tagħhom lil tliet timijiet, iddeċidew li għall-1987 jagħtu l-magni tagħhom lil Brabham. Benetton irnexxielhom jilħqu ftehim mal-Ford biex ikunu dawn il-magni li jsuqu fuq il-B187. Sfortunatament, fil-bidu talkampjonat, dan it-team kellu problemi fil-magna, però wera titjib matul ilkampjonat. Għal darbtejn kiseb post fuq il-podju fil-grand prix tal-Awstrija u dik tal-Awstralja rispettivament. Spiċċa l-kampjonat fil-ħames post talklassifika bi 28 punt.

Fl-1988, is-sewwieq Fabi tneħħa biex ħa postu s-sewwieq Alessandro Nannini li ffirmaw mingħand il-Minardi. Il-Benetton B198, kienet għal darb’oħra aħjar mill-predeċessur tagħha, fejn din kellha inqas min-nofs il-problemi fil-magni u ġabret total ta’ seba’ podji – kollha fit-tielet post. Fuq iċ-ċirkwit talBelġju, Boutsen li kiseb it-tielet post, ġie skwalifikat flimkien ma’ Nannini minħabba irregolarità fis-sistema talfuel. Dik is-sena spiċċaw fit-tielet post b’39 punt. Fil-kampjonat ta’ wara, Boutsen telaq mit-team biex issieħeb mar-rivali l-Williams. Dan ġie sostitwit bid-debuttant Johnny Herbert. Il-magna l-ġdida Ford għall-B189 ma kinitx lesta sal-bidu tal-kampjonat u min-naħa l-oħra l-magna tal-istaġun ta’ qabel ma kinits toqgħod fil-karozza l-ġdida. It-team ma kellux għażla oħra għajr li juża l-istess karozza tas-sena ta’ qabel. Minkejja dan kollu, l-B198 uriet li kienet għadha kompettitiva, b’Nannini jikseb ilpodju waqt it-tellieqa ta’ Imola. Intant, Herbert qabel ma ddebuta fl-ewwel tellieqa tiegħu, għadda minn inċident ikrah waqt il-Formula 3000, fejn sofra ksur fiż-żewġ saqajn. Għalkemm kiseb riżultati sodisfaċenti, Herbert tkeċċa mit-team wara li ma kkwalifikax għallgrandprix tal-Kanada. Ħareġ biċ-ċar, li dan is-sewwieq ma kienx għadu rkupra sew mill-inċident li kellu. Dan ġie mibdul mat-test driver tal-McLaren, Emanuele Pirro. Fl-aħħar, il-B189, kienet lesta


|

biex tintuża għat-tellieqa ta’ wara. Pirro rnexxielu għal darba waħda jidħol fiżżona tal-punti permezz tal-ħames post miksub fl-Awstralja. Benetton spiċċaw dan il-kampjonat fir-raba’ post, b’total ta’ 39 punt. Qabel il-kampjonat tal-1990, il-familja Benetton keċċew il-maniġment tat-team u minfloku ġabu lin-negozjant Flavio Briatore bħala l-kap tat-team. Is-sewwieq Emanuele Pirro twaqqaf ukoll minn matteam u minfloku ffirmaw lit-tlett darbiet ċampjin tad-dinja Nelson Piquet, wara li dan ħalla lit-team tal-Lotus. Il-Benetton bdew il-kampjonat bil-B189 immodifikata qabel mal-B190 ġiet introdotta matul it-tielet tellieqa tal-istaġun. Sa dik issena, is-sena 1990, kienet l-iktar sena ta’ suċċess għall-Benetton. Piquet irnexxielu jirbaħ l-aħħar żewġt itlielaq tal-kampjonat u kiseb ukoll sitt podji. Għal Nannini kienet sena traġika, fejn dan tilef dirgħajh il-leminija wara li kellu inċident bil-ħelikopter. Wara li saret l-operazzjoni meħtieġa, sfortunatament għalih kien kollu għalxejn, u għalhekk kellha tintemm ħesrem l-esperjenza tiegħu bħala sewwieq tal-Formula 1. Ġara wkoll li s-sewwieq Roberto Moreno spiċċa mingħajr post wara li t-team tiegħu Eurobun ħareġ minn dan l-isports. Għalhekk il-Benetton iffirmaw lil Moreno minflok Nannini. It-tellieqa li kien imiss, dik fil-Ġappun, kienet l-ewwel darba li spiċċaw it-tiġrija fl-ewwel u fit-tieni post rispettivament. Dan kien l-ewwel u l-uniku podju miksub minn Moreno. It-

team tal-Benetton spiċċaw il-kampjonat fit-tielet post b’total ta’ 71 punt. Fl-bidu tal-1991, il-Benetton laħqu ftehim ma’ title sponsor ġdid. Ilkumpanija Amerikana tas-sigaretti Camel iffirmat ftehim ma’ dan it-team biex ikunu huma t-title sponsor ġdid. Din il-kumpanija kienet diġà tidher fuq il-karozzi Benetton bħala reklam żgħir. Dan l-istaġun ma tantx kien wieħed ta’ suċċess għal dan it-team ipparagunat ma’ dak ta’ qablu. Piquet irnexxielu jikseb rebħa fortunata wara li Nigel Mansell irtira fl-aħħar dawra waqt it-tellieqa filKanada. Dan it-team irnexxielu wkoll jikseb żewġ podji oħra matul dan ilkampjonat. F’dik is-sena, il-Benetton, dawru ħarsithom fuq sewwieq żgħir u ta’ talent biex jibnu l-futur tat-team fuqu. Huma raw li kemm Moreno, kif ukoll Piquet, ma kinux biżżejjed biex dan iseħħ. Michael Schumacher kellu debutt milliżjed impressjonanti mat-team Irlandiż tal-Jordan, fil-grand prix tal-Belġju. Kaġun ta’ hekk, dan is-sewwieq Ġermaniż ġibed l-attenzjoni mit-team tal-Benetton. Mittellieqa ta’ wara, Schumacher sab postu mal-Benetton minflok Moreno. Jordan ipprotestaw għal din iċ-ċaqliqa u daħħlu dan il-każ quddiem il-Qorti Ingliża - però s-sentenza nqatgħet favur il-Benetton. Fl-istaġun 1992, Tom Walkinshaw Racing xtraw sehem fit-team talBenetton. Tom Walkinshaw flimkien ma’ Ross Brawn daħlu biex joperaw l-inġinerija tat-team. Dik is-sena t-team mexa għall-fabbrika l-ġdida fil-villaġġ ta’ Enstone. Is-sewwieq Nelson Piquet

irtira għal kollox mill-Formula 1 biex postu ma’ dan it-team ħadu l-Brittaniku Martin Brundle mingħand il-Brabham. Il-Benetton B192 damu ma lestewha, u għalhekk kellhom jużaw l-B191 li kienet ġiet aġġornata biex tkun tista’ ttellaq flewwel tlett itlielaq. B’din il-karroza antika tal-1991, Michael Schumacher kiseb żewġ podji. Il-B192, kienet karozza li rat progress kbir, meta din tal-aħħar rat 11-il podju ieħor - inkluża l-ewwel rebħa talĠermaniż Schumacher fuq iċ-ċirkwit ta’ SPA-Francorchamps fil-Belġju. Fi tmiem dan l-istaġun, il-Benetton spiċċaw fittielet post b’91 punt. L-istaġun ta’ wara, fl-1993, Martin Brundle ġie mibdul missewwieq veteran tal-Williams, Riccardo Patrese. Din il-karozza, l-B193 kienet simili għall-predeċessur tagħha fuq bażi ta’ kompetittività, u l-istess Schumacher rebaħ b’din il-karozza fuq iċ-ċirkwit tal-Portugal. Ma’ din ir-rebħa, it-team kiseb għaxar podji oħra matul l-istaġun. Minkejja dawn ir-riżultati tajbin u inkoraġġanti, tul dawn l-aħħar sentejn, il-Benetton qatt ma kienu ta’ sfida għatteam tal-Williams - li matul matul dawk is-snin kienu qegħdin jiddominaw dan l-isports. Fl-1994, id-ditta tas-sigaretti Camel telqet minn mal-Benetton. Din ġiet mibdula mid-ditta Ġappuniża tassigaretti Mild Seven. F’dik is-sena Patrese rtira mix-xena tal-Formula 1, liema karriera kienet waħda mill-itwal karrieri fil-Formula 1 sa dik is-sena. Il-Benetton iffirmaw magħhom lissewwieq JJ Lehto mingħand is-Sauber. Sfortunatament, Lehto kellu inċident fejn weġġa’ waqt li kien qed jipprova l-B194, eżatt qabel ma beda l-kampjonat. Postu ħadu s-sewwieq ta’ riserva tatteam, l-Olandiż Jos Verstappen. Din ilkarozza kienet waħda dominanti, fejn Micahel Schumacher rebaħ l-ewwel sitta

7

minn seba’ tiġrijiet u kiseb l-ewwel pole position lit-team sa mill-1986. Ix-xufiera l-oħra, Verstappen u Lehto, ma tantx kellhom sena ta’ suċċess. Verstappen kellu jirtira fl-ewwel żewġ tiġrijiet talkampjonat, wara li kellu żewġ inċidenti separati. Lehto kien ġie iċċertifikat tajjeb biex ikun jista’ jsuq, għat-tellieqa f’Imola, però fl-erba’ tiġrijiet li saq, kulma kien kiseb kien punt wieħed biss. It-team reġa’ bidlu ma’ Jos Verstappen mit-tellieqa ta’ Franza ‘l quddiem. F’nofs il-kampjonat Schumacher ġie mċaħħad minn rebħa fil-Belġju wara li l-karozza rriżulta li kellha xi irregolaritajiet fiha. Kawża ta’ hekk, il-Ġermaniż weħel milli jsuq fiżżewġ tlielaq li kien imiss, u Letho kellu jirritorna jsuq minfloku. Biex għall-inqas il-Benetton jipprovaw jirbħu l-kampjonat tal-kostrutturi, dawn biddlu lix-xufier Verstappen ma’ Johnny Herbert għallaħħar żewġt itlielaq, iżda Herbert irtira fit-tnejn li huma. Din is-sena Michael Schumacher rebaħ l-ewwel kampjonat mondjali tal-Formula 1. Min-naħa l-oħra, il-Williams rebħu l-isfida li kellhom malBenetton. Wara tmien snin bil-magni Ford fuq ilkarozza, il-Benetton iffirmaw mar-Renault biex jibda jkollhom il-magni tal-marka Franċiża. Bħala sewwieqa, żammew liċ-ċampjin Schumacher flimkien ma’ Herbert. Verstappen ingħaqad b’self matteam tas-Simtek. Fil-bidu Schumacher ma tantx kien kuntent bil-karozza, tant li fl-ewwel tlielaq, il-Williams FW 17 kienu ferm aħjar u superjuri minnhom. Mittellieqa ta’ Spanja ‘l quddiem, il-B195 għamlet titjib qawwi. Riżultat ta’ dan, Schumacher iddomina l-kumplament tal-kampjonat fejn kiseb disa’ rebħiet minn 17-il tellieqa u finalment rebaħ ittieni kampjonat mondjali tiegħu. Minnaħa l-oħra, Herbert kiseb l-ewwel podju fil-karriera tiegħu waqt it-tellieqa ta’ Spanja, u rebaħ fuq iċ-ċirkwiti tal-Italja u l-Ingilterra. B’dan l-isforz kollettiv, itteam irnexxielu jakkwista wkoll ir-rebħ


8|

ROTI

TKOMPLI MINN PAĠNA 27

tal-kampjonat tal-kostrutturi - wara li matul l-aħħar snin dan kien iddominat mill-Williams. Mill-kampjonat tal-1996, il-Benetton bdew isuqu bħala kostruttur Taljan, għalkemm xorta waħda l-fabbrika baqgħet fl-Ingilterra. Għalkemm ilBenetton ippruvaw biex iżommu lil Michael Schumacher, dan għażel li jingħaqad mat-team tal-Ferrari. Herbert min-naħa l-oħra ngħaqad mas-Sauber. Il-Benetton iffirmaw lill-Franċiż Jean Alesi, u reġa’ ngħaqad magħhom Gerhard Berger wara li t-tnejn li huma telqu lil Ferrari. Il-Williams, komplew jiddominaw dan l-isports fl-1996 u l-Ferrari grazzi għal Schumacher issa huma wkoll bdew jiġġieldu għar-rebħ u l-unuri. Paragun mas-snin preċedenti, il-Benetton batew u ma bdewx iżommu l-pass mal-oħrajn. Għalkemm l-B196 kisbet għaxar podji, kienet l-ewwel darba sa mill-1988, li dan it-team ma rebaħx tellieqa. Il-Benetton spiċċaw il-kampjonat fit-tielet post b’68 punt – inqas min-nofs li kisbu fl-1995. Fl-1997, id-Direttur Tekniku Ross Brown flimkien mal-Kap tad-Disinn Rory Byrne u numru ta’ ħaddiema oħra ħallew lil dan it-team biex ingħaqdu ma’ Schumacher u t-team tal-Ferrari. L-B197 bħal ta’ qabilha, batiet biex iżżomm il-pass mal-Williams u l-Ferrari. Madankollu,

xorta rnexxielhom jiksbu numru ta’ podji matul il-kors tal-kampjonat. Berger kellu jitlef tlett itlielaq minħabba ċirkostanzi ta’ mard u t-telfa ta’ missieru. Postu ħadu d-debuttant u s-sewwieq ta’ riserva Alexander Wurz. Wurz, fit-tielet tellieqa tiegħu bħala sewwieq, kiseb podju flIngilterra. Berger irritorna għat-tellieqa fil-Ġermanja b’rebħa, wara li beda mill-ewwel post. Benetton spiċċaw ilkampjonat fit-tielet post, b’67 punt. Il-Kampjonat ta’ wara ra diversi tibdil fit-team. Fl-1998, Berger irtira mill-Formula 1 u Alesi ngħaqad masSauber. Wurz kiseb post regolari fit-team flimkien mat-Taljan Giancarlo Fisichella, fejn dan tal-aħħar ingħaqad magħhom wara li telaq lill-Jordan Grand Prix. IrRenault telqu mill-Formula 1, fejn ħallew kemm lill-Williams, kif ukoll lill-istess Benetton bil-magni tal-1997 żvillupati mil-Mecachrome. Benetton semmew ilmagni tagħhom Playlife (ditta tal-ħwejjeġ tal-istess familja Benetton). Flavio Briatore wkoll tneħħa u postu ħadu David Richards. Fischella kiseb żewġ podji wara xulxin fit-tellieqa ta’ Monaco u l-Kanada rispettivament. Bil-B197, il-Benetton bdew sejrin lura, fejn fl-aħħar sebat itlielaq kisbu biss punt wieħed. Spiċċaw il-kampjonat fil-ħames post bi 33 punt.

Richards ħalla team tal-Benetton wara sena waħda. Dan ġie mibdul ma’ Rocco Benetton għall-kampjonat tal-1999. Ilmagni Renault bdew jiġu żviluppati millkumpanija Supertec ta’ Flavio Briatore. IlB199 kienet diżastruża u li fiha rat il-bidu tat-tmiem ta’ dan it-team. L-uniku riżultat pożittiv li wasal matul dan l-istaġun kien il-podju miksub minn Fisichella fittellieqa tal-Kanada. Dan wara li numru ta’ sewwieqa rtiraw mit-tellieqa. Filkumplament tal-għaxart itlielaq li kien fadal, il-Benetton kisbu punt wieħed biss. Benetton spiċċaw il-kampjonat b’16-il punt biss u fis-sitt post tal-klassifika. Qabel il-bidu ta’ kampjonat tassena 2000, ir-Renault xtraw lit-team tal-Benetton. Madankollu, il-Benetton baqgħu jżommu l-isem tagħhom. Magħhom reġa’ ngħaqad Flavio Briatore bħala l-Kap tat-team. Il-karozza B200, għamlet pass ‘il quddiem minn dik ta’ qabilha. Dan it-team kiseb tliet podji, kollha mit-Taljan Giancarlo Fisichella. Wurz ma tantx kellu staġun tajjeb, meta matul il-kampjonat kiseb biss żewġ punti fit-tellieqa tal-Italja. Il-Benetton spiċċaw dan l-kampjonat fir-raba’ post b’20 punt. L-isem tar-Renault reġa’ rritorna filFormula 1 lura fl-2001, wara li l-Benetton

irċevew konsenja ta’ magni mill-fabbrika tar-Renault. In-nuqqas ta’ riżultati li kiseb Wurz matul is-sena 2000, ra lill-Brittaniku żagħżugħ Jenson Button joħodlu postu, wara li dan tal-aħħar ġie mwaqqaf millWilliams. Kienet sena li bdiet diżastruża għal dan it-team minkejja dan it-tibdil kollu li sar. Fl-ewwel 11-il tellieqa rnexxilhom jiksbu punt wieħed biss. Fittellieqa tal-Ġermanja rnexxielhom jiksbu r-raba’ u l-ħames post rispettivament. Fl2001, Button u Fisichella bejnietom kisbu għaxar punti għat-team, kif ukoll post fuq il-podju għal Fisichella fil-grandprix talBelġju. Din kienet l-aħħar sena fejn rajna l-isem Benetton fil-Formula 1. Dan hekk kif mis-sena ta’ wara t-team ġie msemmi Renault F1 Team. Fl-2005 u l-2006, irRenault rebħu kemm il-kampjonat tassewwieqa, kif ukoll dak tal-kostrutturi, permezz ta’ Fernando Alonso u Giancarlo Fisichella. Fl-2012, dan it-team inbigħ lillLotus F1, biex fl-2016 reġa’ nxtara mirRenault u ħa l-isem tar-Renault Sport Formula One Team. Sal-ġurnata tal-lum dan it-team għadu jopera mill-fabbrika li għandu f’Enstone, li kienet inbniet millBenetton fl-1992. It-team jibqa’ magħruf għas-suċċessi miksuba minn Michael Schumacher, fejn dan rebaħ 19 mis-27 rebħa li kisbu t-team tal-Benetton, kif ukoll għar-rebħ taż-żewġ kampjonati tas-sewwieqa mirbuħa millĠermaniż Schumacher.


|

DESTINATIONS

9


10 |

ROTI

JUSTIN MUSCAT ‘LADMU’

bl-ESCORT ‘TERMINATOR RACING’ li hu l-aktar veloċi fid-dinja

raphy.com

g WoodsPhoto tt a M : tti ra it R

J

ustin Muscat tista’ tgħid li twieled fid-dinja tad-drag racing, peress li missieru kien isuq u anke jibni l-karozzi li jintużaw f’dawn it-tlielaq. Għalhekk, sa minn meta kellu għaxar snin, Justin kien diġà fil-crew biex jassisti lil missieru fit-tlielaq, filwaqt li ta’ 15-il sena beda jtellaq għall-ewwel darba.


|

Illum għaddew 14-il sena u ma’ ROTI Justin jistqarr li f’Malta ma falliex sena milli jtellaq mill2006 ‘l hawn. Mhux talli hekk, fl-2015 kien anke mistieden l-Ingilterra f’Santa Pod biex jagħmel xi ġirjiet ta’ esibizzjoni fejn anke kiser ir-rekord talEwropa. Imbagħad aktar tard fis-sena 2018, Justin tela’ jikkompeti u minkejja xi ħsarat elettroniċi li kellu, xorta kiseb it-tieni post. Justin stqarr li din issena kellu jerġa’ jitla’ biex jikkompeti, iżda minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija kellu jħassar kollox. Mistoqsi dwar il-kisbiet li għamel matul is-snin, Justin semma li għandu numru kbir ta’ trophies li kiseb matul iż-żmien. Madankollu, jistqarr li l-aktar

żmien sabiħ għalih kien dak meta kien jikkompeti fil-klassi prostock, peress li ma kienx hemm xi differenza kbira fil-ħinijiet bejn karozza u oħra u allura kienet tidħol ħafna l-kapaċità tax-xufier. L-aktar rekords favoriti tiegħu huma dawk tal-2014 meta għall-ewwel darba kiser ir-rekord Ewropew bil-ħin ta’ 8.34 sekonda; meta tela’ l-Ingilterra fl-2015 u kiser ir-rekord tat-trakka u li għadu jġorr sal-lum; u meta mbagħad reġa’ lesta l-karozza wara inċident li kellu u kiser ir-rekord Ewropew u kellu l-aktar karozza veloċi bil-bibien f’Malta. Dan kien seħħ fl-2017 b’ħin ta’ 7.18 sekonda.

11

Bħala karozzi, Justin spjegalna li dejjem kien itellaq b’Escort Mk1. Fl-2006 hu kien beda b’Escort Mk1 blistock body u magna 2.0 Litri aspirated. Imbagħad fl2010 kien għamel Escort ieħor għall-klassi prostock. Dan l-Escort kien jiżen 595 Kilogramma u kellu magna 2.0 Litri aspirated ukoll. Justin spjegalna li matul issnin kompla jimmodifika lil dan l-Escort tal-aħħar biex ġie jiflaħ is-saħħa tal-magna Rotary tal-RX7. Dwar il-modifiki li għamel, Justin qal li hemm lista li ma tispiċċa qatt. Però, semma fost l-oħrajn li l-body ġie mħaffef billi tneħħa ħafna mill-oriġinali. Barra hekk, ħadem il-biċċa ta’ quddiem tal-carbon fibre bħala biċċa waħda. Il-bibien u l-bagoll huma magħmulin mill-fibre glass, filwaqt li l-arches ġew irranġati biex joqogħdu tajers ta’ 32 pulzier. Bħala Escort għandu wkoll spoiler fuq wara biex tgħin lill-karozza ħalli tkun aktar stabbli fit-triq. Bħala protezzjoni, l-Escort hu mgħammar b’roll cage magħmula minn tip ta’ ħadid magħruf bħala chromemolly, ħalli dan iżid is-saħħa fuq ix-chassis, filwaqt li jipproteġi lix-xufier. Bħala magna, dan l-Escort hu armat b’magna Rotary li fiha billet plates ħalli tkun tiflaħ għal aktar saħħa. Din il-magna ġiet ipportjata u bbilanċjata. Twaħħlilha wkoll turbo ta’ 115 millimetru, filwaqt li taħdem bil-methanol. B’kollox għandha saħħa ta’ 1200 Horsepower. Ta’ min wieħed jgħid li Justin jaħdem f’dan ix-xogħol li jibni chassis għall-karozzi tat-tlielaq. Jispjegalna li filwaqt li hu importanti li karozza tat-tlielaq ikollha magna tajba, fl-istess waqt hu importanti li tuża s-saħħa kollha li tiġġenera l-magna. Għalhekk jgħid li trid tibni space frame b’saħħtu u torbot kollox miegħu, bħas-sospensjoni, eċċ. Jistqarr li l-aktar tip ta’ sospensjoni ideali hi dik li tissejjaħ 4-link, peress li toffri diversi għażliet ta’ kif tista’ tiġi ssettjata l-karozza ħalli tqabbad aktar u timxi f’direzzjoni dritta. Jispjegalna li l-istruttura ta’ dan l-ispace frame tagħmel id-differenza ta’ kemm ilkarozza titgħawweġ jew inkella le. Mistoqsi dwar ix-xena tal-motorsport f’Malta, Justin qal li x-xena tal-karozzi importati f’Malta hi ferm akbar minn dik fi kwalunkwe post ieħor fl-Ewropa. Jgħid li f’pajjiżna hawn kompetizzjoni diffiċli ħafna, għalkemm iħoss li b’mod ġenerali hu l-aktar sport li jagħtina suċċess. Jgħid li għandha tliet ċampjins Ewropej, l-aktar trakk famuż, l-aktar Escort veloċi li hu tiegħu u ħafna oħrajn. Għaldaqstant, Justin jittama li dan l-isport ikompli jevolvi u jingħata aktar saħħa fejn jidħlu sponsors u anke xandiriet. Min-naħa tiegħu, Justin qed jagħmel ħiltu kollha biex jirreklama dan l-isport, jieħu diversi fotografi u vidjolgrafi għal kull attività li jkollu u anke jqassam oġġetti relatati mad-drag racing permezz tal-paġna tiegħu fuq Facebook li saret tant popolari fost dawk li jsegwu dawn it-tlielaq. Għall-futur, Justin għandu bosta proġetti oħra f’moħħu, iżda li jirrikjedu ħafna żmien biex isiru. Madankollu, jistqarr li m’għandu ebda ħsieb li jirtira mix-xena għalissa.


12 |

ROTI

Minn Antonello Abela

I L A V I T T IMPENJA

U A Ħ I B A S A Z N E J R ” N “ESPE O J Z Z A ISF D O S K I T TAGĦ

B

il-kampjonati tal-Formula 1 virtwali weqfin, dan ix-xahar ħassejt li kien il-waqt li niltaqgħu mal-Amministratur ta’ Velocity Esports Racing, Mario Bellizzi, biex nagħmlulu intervista ċkejkna dwar is-sitwazzjoni attwali fi ħdan din il-komunità li fi ftit xhur splodiet sew fin-numru ta’ segwaċi, sew fin-numru ta’ sewwieqa, kif ukoll fl-ideat interessanti li Bellizzi u l-kumplament ta’ sħabu fi ħdan il-Kumitat Amministrattiv qegħdin jagħmlu bi preparazzjoni għall-Kampjonat il-ġdid li dawn se jorganiżżaw minn Ottubru ‘l quddiem.

X’ bilanċ tista’ tiġbed fi tmiem l-ewwel kampjonat li Velocity Esports Racing organizzaw matul irrebbiegħa?

Kienet esperjenza sabiħa ħafna, meta tqis li din il-komunità bdiet b’lobby ta’ ftit nies u issa spiċċajna kellna noħolqu kampjonat ieħor minħabba li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar ma Velocity qiegħda żżid fissewwieqa, kif ukoll fil-kompetittività.

Kemm qed jinvolvilek xogħol biex tmexxi komunità virtwali li dejjem qegħda tikber bħalma hi Velocity Esports Racing?

Ix-xogħol fuq din il-komunità ma jieqaf qatt. Xhur ta’ ljieli ta’ ħidma u riċerka biex dejjem ngħollu l-livell ta’ dan il-kampjonat, kif ukoll biex nippreżentawh bl-isbaħ mod possibbli. Permezz ta’ dan ix-xogħol kollu aħna nkunu nistgħu nagħtu promozzjoni tajba lis-sewwieqa tagħna ħalli jkomplu jesprimu t-talenti tagħhom bl-aħjar mod possibbli.


|

Xi preparamenti qed jagħmel il-Kumitat Organizzattiv għat-tħejjija tattieni kampjonat li mistenni jkollna fix-xitwa?

Il-preparamenti huma bosta. Bħalissa għaddejja riċerka kontinwa biex naraw kif se nagħmlu kampjonat nadif u kompetittiv li permezz tiegħu ngħollu l-livell tas-sewwieqa tagħna. Għandek ukoll il-parti amministrattiva, fejn fiha trid tipprova tqassam kollox b’ mod organizzat anke biex issebbaħ l-esperjenza tal-komunità tagħna. Riċentament ukoll, tellajna sit ġdid li ħadilna sigħat twal ta’ xogħol. Fl-aħħar mill-aħħar, ninsab sodisfatt sew bir-riżultat, kif ukoll bil-preparamenti kontinwi rigward ilkontenut. Dan tal-aħħar ma jonqos qatt fuq il-paġni soċjali tagħna. Finalment ukoll qed naraw li anke x-xandiriet li qegħdin nippreparaw għall-V1 Malta Series ikunu impekkabbli.

Temmen li l-livell fost is-sewwieqa virtwali qiegħed jiżdied minn dak li qed tara ta’ kuljum bejn il-ftuħ tal-ewwel kampjonat u issa li qegħdin tippreparaw għat-tieni wieħed?

Il-livell tjieb ħafna, partikolarment meta’ tqis li bdejna ftit tax-xhur ilu. Għandna komunità fejn fiha s-sewwieqa iżjed esperti jgħinu lil dawk ġodda. Dan minbarra li fil-midja soċjali tagħna, id-diskussjoni bejn issewwieqa, fejn fost l-oħrajn kulħadd jagħti l-opinjoni tiegħu fuq kif huma stess għandhom jitjiebu, ma tieqaf qatt.

Matul dawn l-aħħar ġranet il-komunità ħarġet is-sit uffiċjali tagħha, li tista’ tgħid hi l-leħen uffiċjali ta’ Velocity Esports Racing. Kemm hu importanti li jkollkom biżżejjed mezzi ta’ komunikazzjoni biex twasslu l-messaġġ tagħkom mal-pubbliku in ġenerali?

Sit elettroniku hu identità. Huwa dak il-post fejn inti tidħol biex tfittex informazzjoni jew mod li permezz tiegħu inti tagħmel l-ewwel kuntatt ma’ xi ħaġa li tinteressak. Kif spjegajt qabel, aħna għamilna sigħat twal ta’ xogħol fuqha biex ikollna sit professjonali li permezz tiegħu ninformaw lill-komunita tagħna b’dak kollu li qed jiġri madwarhom.

Fl-aħħar nett, x’messaġġ għandek lid-dilettanti tal-Formula 1 Virtwali u mhux biss li qed jaqraw din l-intervista?

Inħeġġeġ lil kull min għandu għal qalbu l-Formula 1 Virtwali biex jikkuntattjana jew fuq il-paġni soċjali tagħna ta’ Velocity Esports Racing jew inkella jżur is-sit uffiċjali tagħna fuq www.velocityesportsracing. com. Barra minn hekk, permezz ta’ din l-inizjattiva, għamilna ħafna ħbieb ġodda. Nixtieq insellem ukoll lill-komunità tagħna u nirringrazzjahom tal-parteċipazzjoni kif ukoll tal-messaġġi ta’ apprezzament li nirċievu kuljum mingħandhom. Mingħajr il-komunità tagħna, dawn l-avvenimenti kollha li qegħdin nippjanaw għalihom ma setgħux ikunu possibbli.

Antonello Abela hu l-editur tal-Paġna Antonello’s Sports Blog li xxandar fost l-oħrajn aħbarijiet dwar il-Formula 1.

13


14 |

ROTI

S G S I N M I C A W A E S T R B O S TA S U Ċ Ċ E S S I F I L - H I L L C L I M B U F I S - S L A L O M Ż V I Z Z E R I

A

rnaud Murcia hu wieħed miż-żewġ membri tas-Swiss Racing Team. Għandu 53 sena u twieled fi Franza. Madankollu, f’Awwissu tal2011 hu mar l-Iżvizzera flimkien mal-mara tiegħu, fejn stabbilixxa l-familja u minn hemm seta’ jwettaq il-ħolma tiegħu li jipparteċipa fid-dinja tal-motorsport.


|

F’intervista mal-magażin ROTI, Murcia qalilna li l-passjoni tiegħu għat-tlielaq tal-karozza ilha li twieldet minn meta kien għadu żgħir u baqgħet tikber miegħu matul is-snin. Jiftakar li meta kien għadu tifel kien imur ma’ missieru, li wkoll kellu l-passjoni tat-tlielaq tal-karozzi u kien jarah isuq il-Golf GTI fil-hillclimbs. Għalhekk sa minn żgħir nibtet fih ukoll din il-passjoni fejn għall-ewwel beda jsuq il-go karts 125cm3. Iżda mbagħad kien meta għalaq 18-il sena li seta’ jibda jsuq u mal-ewwel fehem li t-triq mhix l-aħjar post fejn tista’ tiżvoga u tagħmel dak li tista’ fuq ċirkwit. Madankollu, is-sewwieq qalilna li peress li kien jaħdem bħala uffiċjal tad-dwana ma’ kumpanija tat-trasport f’Marseille, għamel żmien fejn ma setax isegwi t-tlielaq tal-karozza u għalhekk il-passjoni kellu jpoġġiha fuq l-ixkaffa. Però, dan ma kienx biżzejjed biex jitlef in-namra ma’ dan l-isport fuq fl-2015 irnexxielu jwettaq il-ħolma tiegħu u jipparteċipa fl-ewwel slalom f’Romont fl-Iżvizzera. Minn hemm jistqarr li ttieħed minn dan il-virus tat-tlielaq li qatt ma fieq minnu. Bħala tim, is-Swiss Racing Team hu fformat minn Arnaud u mis-sewwieq Cédric Miliquet. Huma jsuqu l-karozza Evo 6 500ps. Magħhom hemm ukoll il-mekkanik Javier Presas li matul is-snin għamel ħafna xogħol siewi fuq il-karozza u l-inġinier tal-elettronika Steve Anglade li jipprogramma l-ECUs. Fit-tim hemm ukoll żewġ persuni oħra li jassistu bħala stewards. Matul is-snin irnexxielhom jiksbu diversi riżultati tajbin, fosthom il-Bière slalom tal-Iżvizzera fl-2019, fejn ġew l-ewwel fil-kategorija tagħhom. Ġew ukoll l-ewwel fis-slalom ta’ Romont u f’dik ta’ Chamblon. Barra hekk, ħadu sehem f’diversi hillclimbs oħra fejn ġew mal-ewwel tliet postijiet. Ħadu sehem ukoll fi tlielaq fi Spanja. Arnaud spjegalna li ħa sehem ukoll fil-hillclimb ta’ Chantada fejn rebaħ fl-ewwel parteċipazzjoni tiegħu. Peress li din is-sena ġew ikkanċellati t-tlielaq kollha minħabba l-pandemija, bħala tim qegħdin iħarsu ‘l quddiem biex is-sena d-dieħla jieħdu sehem fil-kampjonati ta’ Spanja u l-Iżvizzera.

Dettalji dwar il-karozza

01 02 03 04 05 06 07 08 09 10 11 12

VETTURA Mitsubishi Lancer Evo VII

MAGNA Ross sport forged engine 2.3 l 680ps / 735nm. Il-biċċiet tal-magna huma kollha ġejjin mill-Ingilterra minn rosssport.

KIT TAL-BODY Voltex body kit

RIMMIJIET Rpf1 18 / 10.5 rims

TURBO Turbo Owen Kit

KEMM TIŻEN IL-KAROZZA 1145 kg

SAQAF Kevlar

GEARBOX 5 speed sequential quaife wkoll mill-Ingilterra mingħand Momentum motorsport

FAĊĊATA TA’ QUDDIEM Voltex

BIBIEN tal-Fibre

CHASSIS frame tat-tubi quddiem u wara

PROGRAMMAR TAL-MAGNA gmcsport

Għall-preparazzjoni tal-karozza, is-Swiss Racing Team titlob speċjalisti minn Evo biex jaħdmu direttament fuq il-karozza. Fosthom hemm Javier Presas li hu l-maniġer ta’ JP f’Ġinevra.

15


16 |

ROTI

IL-FORMULA 1 U L-2020

Minn Pierre P. Vella, Ritratti: Pierre P. Vella 2019

N

aħseb li kulħadd mill-bidu ta’ din is-sena awgura li jkollu ħafna affarijiet sbieħ u żgur li ħafna minna lanqas biss qatt immaġinajna dak li kellu jkun il-mod li kulħadd qiegħed jgħix. Biss xtaqt li dan ix-xahar fl-artiklu tiegħi nitkellmu ftit dwar l-istaġun talFormula 1 matul l-2020.

Hekk kif il-kampjonat kien lest biex jibda fl-Awstralja, ilpandemija kienet refgħet rasha mhux ħażin, iżda l-mod kif ittellieqa ġiet imħassra ġrat bħal berqa fil-bnazzi. Ħafna kienu dawk li vvjaġġaw lejn l-Awstralja minn barra l-pajjiż u oħrajn millAwstralja stess, flimkien ukoll ma’ dawk in-nies kollha li huma involuti fit-tmexxija ta’ dan l-isport. Il-ġurnalisti kienu hemm biex jiġbru l-ewwel kummenti missewwieqa dwar l-andament talkampjonat u dwar kif it-timijiet se jmorru. Biss kif it-timijiet bdew jaraw kif se jipproċedu, malajr kellna l-problema fit-tim tal-McLaren fejn tfaċċa l-ewwel każ tal-pandemija. Tajjeb li ngħid li hemm ħafna ġurnalisti li xogħolhom hu biss ilFormula 1. Wieħed forsi jarah bħala xogħol tal-ġenn, iżda tajjeb li ngħidu

wkoll li l-ispejjeż li jġib miegħu dan ix-xogħol huma kbar, bħall-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni u l-iktar importanti d-distanza mill-familja. Fi ftit sigħat, id-dinja nqalbet ta’ taħt fuq hekk kif l-aħbar ħarġet li l-Formula 1 kienet se tieqaf mill-operat tagħha. Prattikament, ħafna nies kien se jkunu bla xogħol u bdiet tellieqa oħra. Jiena għandi ħafna ħbieb tiegħi li jaħdmu fil-Formula 1, speċjalment ġurnalisti. Tajjeb li ngħidu li bil-wasla tal-Internet u Facebook u xi Channel ta’ YouTube, kullħadd sar ġurnalist. Għal dawn innies tant iddedikati, ix-xogħol kien diġà wieħed diffiċli u issa faqqgħet anke din. Marzu jidher ‘il bogħod ħafna, biss qattajt ħafna ħin ma’ dawn il-ħbieb nisma’ dak li kien għaddej għalihom. Biss ilproblema ma waqfitx hemm, għax l-FIA u l-F1 Liberty għamlu ħafna restrizzjonijiet, fosthom in-numru ta’ ġurnalisti uffiċjali għal kull tellieqa. Din għamlet il-ħajja iktar diffiċli u fil-fatt ħafna kienu t-timijiet li żammew kuntatt strett ma’ dawn ilġurnalisti u bdiet tgħaddilhom kemm tista’ informazzjoni ta’ dak kollu li kien għaddej. Biss il-pjaċir li tkun hemm, tieħu dawn il-kummenti f’waqthom, tipprova ġġib dik in-naqra iktar kummenti hu ta’ pjaċir kbir. Jien nista’ ngħid li għal dawn l-ahhar 23 sena għext din il-ħolma iktar fiċ-ċokon f’ambjent fejn l-abbiltà tiegħek trid toħroġ. Trid tkun fil-post

it-tajjeb u ssib dak li tkun trid tkellem f’waqtu. Huma mumenti li jkollok dik il-ftit informazzjoni u minn hemm tagħmel storja interessanti u tkun tista’ taqsamha mal-qarrejja tiegħek. Kien hemm ukoll il-problema tal-fotografi, fejn dawn ukoll ġew limitati u għalhekk kellna wkoll kwantità inqas ta’ ritratti. Veru li dan kollu kien kaġun ta’ din ilpandemija, biss wieħed jistaqsi x’se jiġri ‘l quddiem wara dan kollu. U xi ngħidu għal dawk kollha li għandhom dan l-isport daqshekk għal qalbhom? Ħafna kienu dawk li sa Ottubru tas-sena l-oħra kienu diġà qegħdin jagħmlu l-pjani biex jattendu xi tellieqa, imma nafu li bħal sport ieħor, ħadd ma mar għax ħadd ma seta’ jmur. Hi ħasra u dieqa li tara post fejn normalment jilqa’ mat-300,000 persuna tul it-tlett ijiem ta’ Grand Prix u issa spiċċa kullimkien vojt. Tajjeb li ngħid li t-tellieqa ta’ Sochi fir-Russja hemm ħsieb li se jkun hemm xi spettaturi li jattendu. Biss wieħed irid jgħid li Sochi mhix Silverstone, Spa jew Monza. Jekk dan jiġri, forsi nistgħu naraw xi xaqq ta’ dawl jew inkella jkollna nistennew iktar. Din is-sena għalija se tkun sena ta’ memorji, waqt xi mawra tiegħi għal xi tellieqa barra, l-istejjer u l-intervisti, kif ukoll ir-ritratti. Dejjem ġejt lura b’madwar xi 700 ritratt, iżda sfortunatament is-sena 2020 se tkun bla ritratti u għalhek malqarrejja ta’ ROTI se naqsam xi ritratti li għandi.


|

Xi ħaġa oħra li din is-sena mhux se naraw huma l-motorhomes kbar tat-timijiet. Dawn kienu jkunu spettaklu ieħor fit-tlielaq tal-Ewropa, qishom bħall-ambaxxati tat-timijiet, waħda ikbar mill-oħra, bit-timijiet iż-żgħar mhux daqshekk komplessi. Waħda mill-ikbar hi dik ta’ Red Bull u Toro Rosso, li tiġi żarmata fuq 23 truck. Iva, dawn jiġu kollha żarmati u jinbnew fil-paddock. Wara li jgħaddi kollox jiżżarma u jitilqu għat-tellieqa li jkun imiss. Din is-sena, darba biss kienu fil-post u dan seħħ fi Spanja fi Frar, meta kien hemm is-sessjonijiet tat-testing tal-istess timijiet u din l-imbierka pandemija kienet għadha mhix daqshekk gravi. Ma nixtiqx li nagħlaq l-artiklu tiegħi b’mod negattiv, biss veru flimkien ma’ ħafna ħbieb tiegħi din se tkun sena ħażina għax żgur mhux se jkollna ċ-ċans li ngawdu l-isport li għandna daqshekk għal qalbna iktar viċin. Biss qegħdin nerġgħu naraw dominju assolut mit-team tal-Mercedes u kif jindika, Lewis Hamilton sejjer għas-seba’ titlu tiegħu. Barra minn hekk, rajna d-diżappunt tal-Ferrari, id-divorzju mill-Ferrari ta’ Sebastian Vettel, it-tfajla l-ġdida ta’ Valterri Bottas, il-wirja tajba tat-duo McLaren, Verstappen li jissielet biex jagħti xi kedda lill-Mercedes u fl-aħħar il-bejgħ tat-team leġġendarju Ingliż Williams. Hekk kif wieħed jista’ jara, bil-pandemija kollha, xorta dan l-isport jista’ jkun interessanti u allura għax ma nħarsux ‘il quddiem meta kulħadd jispera li l-affarijiet jitjiebu għal kulħadd. Anke aħna hawn Malta rridu nagħmlu l-parti tagħna u nisimgħu dak kollu li qegħdin jgħidulna. Bħal dejjem komplu agħtu l-appoġġ tagħkom lil-ROTI u fl-aħħar awguri mill-isbaħ lill-Editur tagħna Melvin Farrugia li lbieraħ ingħaqad fiż-żwieġ ma’ Rodianne Bonett.

17


18 |

ROTI

DOVIZIOSO MHUX IĦOSS LI D-DUCATI HUMA KONSISTENTI BIEX JIRBĦU L-MOTOGP

I

s-sewwieq talMotoGP tadDucati, Andrea Dovizioso ma jħossx li d-ditta Taljana għandhom is-sitwazzjoni taħt kontroll biex jipparteċipaw flisfida għat-titlu ta’ din is-sena. Dan minkejja li qegħdin joqorbu ħafna filpunti mal-quċċata tal-klassifika.

ikollu jagħmel sforz kontra dak li qed iħoss u qed iħossu diżappuntat li s’issa ħadd għandu ma sab sitwazzjoni konsistenti. Qal li din is-sitwazzjoni mhix tas-soltu, fejn mhux jirnexxilu jsib soluzzjoni u għalhekk mhux kuntent b’kif inhuma l-affarijiet. Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, Dovizioso ma kienx konsistenti u bata ħafna biex jikkwalifika hekk kif ma bediex iħossu sew minħabba s-setup tat-tyres. Fil-fatt, jidher li ma setax iżomm il-pass bit-tyre ta’ wara li kien medju. Wara li biddel it-tyre ta’ wara għal tyre artab, imbagħad mar ħafna aħjar, iżda beda jbati minħabba li ma setax juża s-saħħa sħiħa tal-brejkijiet. Ta’ min wieħed jgħid li wara l-Grand Prix tal-Awstrija li proprju ntrebaħ minn Dovizioso, dan spiċċa fil-ħames post fittellieqa ta’ nhar il-Ħadd. B’hekk Dovizioso jinsab tliet punti biss mill-quċċata talklassifika wara s-sewwieq tal-Petronas Fabio Quartararo. Madankollu, Dovizioso ma jħossx li d-Ducati jistgħu jkunu f’pożizzjoni konsistenti permezz tad-Desmosedici 2020. Jistqarr li dan il-mutur iddiżappuntah ħafna. F’kummenti li ta, Dovizioso qal li

s-sitwazzjoni fil-kampjonat hi waħda tajba, għalkemm fis-sitwazzjoni preżenti mhux iħossu li s-sitwazzjoni hi taħt kontroll. Saħaq li mhux qiegħed iħossu daqshekk tajjeb u għalhekk mhux dejjem qed ikun kunfidenti biex jagħti akbar f’ċerti trakki. Saħaq li f’kull tellieqa qed ikun f’sitwazzjoni fejn jista’ jkollu ħafna affarijiet tajbin, iżda anke oħrajn ħżiena. Jistqarr li qatt ma ġralu hekk qabel u lanqas lill-kumplament tat-tim fl-aħħar erba’ jew ħames snin. Għalhekk qal li qed

Dovizioso qal li diġà tkellmu malkumpanija Michelin dwar is-sitwazzjoni u qegħdin jistudjawha. Qal li ġietu tajba li t-tellieqa ġiet imwaqqfa bil-bandiera ħamra u hemm kellu ċ-ċans li jibdew ittyre ta’ wara għal wieħed artab. Barra hekk, qal li biex juża l-brejkijiet kienet sitwazzjoni diffiċli għax is-sewwieqa l-oħra kienu veloċi ħafna u allura ma setax jikkontrolla l-mutur kif irid meta jagħfas ilbrejkijiet.


|

19


20 |

ROTI

Stħarriġ juri li karozzi HYBRID jistgħu jkunu aktar affidabbli minn dawk bil-fjuwil

I

n-nies li qegħdin jaħsbuha biex jixtru l-karozza l-ġdida li jmiss,

qegħdin jikkonsidraw aktar mudelli hybrid peress li qegħdin ikunu aktar affidabbli minn dawk li jaħdmu bil-petrol jew biddijżil. Dan jirriżulta minn stħarriġ li sar fost diversi sidien ta’ vetturi.

Peress li l-bejgħ ta’ karozzi li jaħdmu bid-dijżil, petrol u anke hybrid mistenni jkun ipprojbit mill2035 taħt id-direttivi tal-Gvern Ingliż, allura din mistennija tkun l-aħħar karozza ġdida li se jixtru u li tkun taħdem b’magna li taħraq il-fjuwil. Il-kumpanija Which? li għamlet stħarriġ fost aktar minn 55,000 sewwieq Ingliż, sabet li l-karozzi hybrid tal-petrol huma l-akbar affidabbli u għalhekk mistennija jservu għall-għaxar snin li ġejjin. Ir-riżultat ta’ dan l-istħarriġ fost 55,833 persuna wera li l-karozzi hybrid tal-petrol huma l-aktar affidabbli fost is-sewwieqa. Dawn qabżu bil-kbir il-karozzi konvenzjonali li jaħdmu bilpetrol u bid-dijżil. Fl-istess studju rriżulta wkoll li kienu inqas minn 3% tas-sidien tal-karozzi hybrid li qalu li kellhom ifittxu l-assistenza rigward ħsarat li nqalgħu f’dan it-tip ta’ karozzi u għalhekk dan ifisser riżultat eċċezzjonali. Jissemma li mudelli li ġew irreġistrati sitt snin ilu kellhom affidabbiltà medja ta’ madwar 95% u għalhekk dan ifisser li t-tul ta’ ħajja ta’ dawn ilkarozzi hi waħda twila.

Min-naħa l-oħra, jidher li kienu 6% tal-karozzi petrol, 10% tal-karozzi dijżil u 10% tal-karozzi elettriċi li sofrew minn xi tip ta’ ħsarat waqt l-istess perjodu. Intant, Which? tispjega li minħabba l-fatt li l-karozzi dijżil naqsu milli jinbigħu b’60% matul l-2020, is-sewwieqa qegħdin iduru aktar lejn il-hybrids. Minkejja li l-karozzi hybrid għandhom magni kumplessi, jidher li l-mekkanika tagħhom hi sempliċi aktar minn dik ta’ karozzi petrol u dijżil. Għalhekk, jonqos iċ-ċans ta’ problemi. Fost l-oħrajn jissemma li m’għandhomx clutch u lanqas starter motor. Barra hekk, il-gearbox qatt ma taqta’ u għalhekk hi aktar reżistenti. Wieħed irid isemmi wkoll li l-magna petrol għandha inqas pressjoni peress li hi assistita wkoll minn mutur elettriku.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.