Roti December 2019

Page 1

ROTI Suppliment għad-dilettanti tal-Karozzi u Muturi

Diċembru 2019


2

ROTI

Make it a Make it a Meaningful Christmas... Meaningful Christmas...

If it’s meaningful to you, If meaningful you, It’sit’s meaningful toto us. It’s meaningful to us.

Whatever you sell online and export or you want to buyyou online, make and ShipLowCost.com Whatever sell online export or you your online platform. wantsafe to buy online, make ShipLowCost.com your safe online platform. We will deliver ANYTHING, from ANYWHERE to WHEREVER. We will deliver ANYTHING, from ANYWHERE to WHEREVER. www.shiplowCost.com DeliveringTrust www.shiplowCost.com DeliveringTrust

Powered by ExpREss TRAIlERs Powered by ExpREss TRAIlERs


Editorjal

R R EDITUR

Aaron Mallia - 7928 2604 rotitim@gmail.com DISINN

Stacy Grech

design@unionprint.com.mt

ADVERTISING DEPARTMENT 2590 0200 ⁄ 230 ⁄ 235

adverts@unionprint.com.mt STAMPAT

Union Print Co. Ltd

Workers Memorial Building, South Street, Valletta

Għeżież qarrejja, L-iktar vettura li toffri valur għall-flus disponibbli fis-suq bħalissa ġiet addattata biex takkomoda l-bżonnijiet tal-Papa middipartiment Prototip ta’ Dacia, flimkien mattim tal-bżonnijiet speċjali, u mal-kumpanija li tibni l-coaches fir-Rumanija, Romturingia. Groupe Renault ġie ddikjarat Manufacturer of the Year waqt iċ-ċerimonja tal-annual awards tal-kumpanija TopGear. com. Dan l-unur jirrikonixxi s-suċċesssi ta’ Renault, Dacia u Alpine matul l-aħħar 12 –il xahar. Fl-istess avveniment il-mudell Megane R.S. Trophy-R ġabret il-premju Performance Car of the Year, waqt ilmudell il-ġdid ZOE kien ikkonfermat City Car of the Year. Sat-23 ta’ Marzu 2020, Château de Compiègne fi Franza se jkun qed jesibixxi dik li tissejjaħ concept car - Beauté pure. Dan l-avveniment qed joffri vjaġġ affaxxinanti fil-qasam tad-disinn tal-karozzi bejn l-aħħar tas-seklu dsatax u s-snin sebgħin. Meta wasal il-mudell tal-Audi Q2 Malta, mill-ewwel deher li kien mudell atrezzat immens. Wieħed mill-vantaġġi l-kbar talPremium Segment huwa li wieħed jista’ jippersonalizza l-karozza eżattament kif jixtieq hu. Fil-verita` d-ditta toffri ċertu pakketti u ħafna drabi jkun hemm numru ta’ fatturi li jekk il-maġġoranza jkunu dak li wieħed jixtieq, il-pakkett ikun interessanti. Dan u aktar għalikom fil-ħarġa tar-ROTI ta’ dan id-xahar…. Min-naħa tiegħi nirringrazzja lil dawk kollha li jagħtu s-sapport tagħhom biex dan il-magażin bil-lingwa tagħna jibqa’ ħaj. Awguri mill-qalb għall-festi u sena mimilja saħħa u paċi lil kulħadd.

Dan is-suppliment jingœata B’XEJN

mal-æurnal L-ORIZZONT u l-ebda parti minnu ma tista’ tiæi kkopjata mingœajr il-permessi bil-kitba tal-pubblikaturi.

Saħħiet, Aaron Mallia - Editur

ROTI 3

Jonathan Darmanin

jirbaħ il-Kampjonati Downhill tal-Mountain Bike

I

l-kampjonati li saru dan l-aħħar f’Selmun raw

sbatax-il rider jikkompetu fuq rotta tekknika għall-aħħar. It-terren sar aktar diffiċli minħabba x-xita qawwija li niżlet qabel il-ġurnata tat-tellieqa. Dan irriżulta f’korsa aktar tekknika mis-soltu li kienet tirrikjedi livell tajjeb t’esperjenza u preċiżjoni sabiex ilħin ta’ kwalifikazzjoni jkun baxx kemm jista’ jkun.

L-aħjar ħin ta’ kwalifikazzjoni kien irreġistrat minn Damian Camilleri li mexxa l-kumplament taċ-ċiklisti tal-kategorija Elite li kienu jinkludu Jonathan Darmanin, Robert Magro, Damian Camilleri, Luca Grixti u Darrell Fiorini. It-taqtiha għar-rebħa kienet waħda kbira minħabba li l-ewwel tliet ċiklisti rreġistraw l-istess ħin. Kien inqas minn ftit sekondi d-distakk ta’ bejniethom. It-tellieqa ntrebħet minn Jonathan Darmanin, li kien segwit minn Robert Magro u Damian Camilleri li ħadu it-tieni u t-tielet post rispettivament. L-azzjoni spettakolari li dawn it-tip ta’ tlielaq jagħtu fissret li l-korsa laqgħat folla kbira ta’ spettaturi li kienu qegħdin jinkoraġġixxu lill-kompetituri matul it-tellieqa. L-isport tad-downhill talmountain bike huwa tellieqa kontra il-ħin li jirrikjedi tekknika speċifika. Dawn it-tip ta’ tlielaq huma essenzjalment prova tal-ħin individwali. Iċ-ċiklisti huma meħtieġa jieħdu sehem f’sensiela ta’ dawrien fuq ir-rotta f’temp ta’ siegħa sabiex jiġu kklassifikati f’kategorija skont iddawrien miksubin f’dik is-siegħa.


4

ROTI

Groupe Renault twassal immodifikata fil-Knisja Kattolika tal-Papa Franġisku

L

-iktar vettura li toffri valur għall-flus disponibbli fis-suq bħalissa ġiet addattata biex takkomoda l-bżonnijiet tal-Papa mid-dipartiment Prototip ta’ Dacia, flimkien mat-tim tal-bżonnijiet speċjali, u mal-kumpanija li tibni l-coaches fir-Rumanija, Romturingia.

Dacia Popmobile il-ġdida toffri l-istess tqassim ta’ five-seater bħad-Duster standard, iżda għandha bank fuq wara partikularment komdu biex ikun jista’ jakkomoda l-parati pubbliċi li jkunu fit-tul. Il-karozza tinkludi wkoll sunroof kbir, u handles man-naħa tas-saqaf. “Permezz ta’ dan ir-rigal lill-Eċċellenza Tiegħu l-Papa, Groupe Renault qed jerġa’ jġedded l-impenn b’saħħtu u kontinwu billi jpoġġi lillpersuna fiċ-ċentru tal-prijorijatijet tiegħu”, qal Martinet. Id-Dacia Duster hija ffinixjata b’interjuri talġilda bajda, u s-suspension tagħha tbaxxiet b’30mm sabiex ikollha ingress u egress iktar faċli. Il-vettura twasslet fil-Vatikan minn Christophe Dridi, direttur maniġerjali ta’ Groupe Renault Romania, u Xavier Martinet, direttur ġenerali ta’ Groupe Renault fl-Italja. Id-Duster mhix l-ewwel esperjenza tal-Papa b’Dacia; matul żjara fl-Armenja fl-2016, huwa għamel użu minn Logan saloon li ma kienx immodifikat bħala t-trasport uffuċjali tiegħu. Id-Dacia Duster hija waħda mill-iktar karozzi li tinbiegħ bħala SUV fejn jidħol valur għall-flus fl-Ewropa u Malta. Esperjenza inti wkoll id-Dacia Duster. Ibbukja test-drive illum billi tibgħat email fuq sales@autosales.com.mt jew billi ċċempel fuq 21433601.


ROTI 5

Groupe Renault L-assigurazzjoni u

iddikjarat Manufacturer d-dilettanti tal-karozziof the Year

G TopGear.com irriflettew fuq dak kollu li għamel lil Renault Groupe rebbieħ din is-sena: Iċ-ċavetta wara s-suċċess ta’ Renault hija l-varjeta` li toffri l-kumpanija, biex wasslet lil Top

Groupe Renault ġie ddikjarat Manufacturer of the Year waqt iċ-ċerimonja talannual awards tal-kumpanija TopGear.com. Dan l-unur jirrikonixxi s-suċċesssi ta’ Renault, Dacia u Alpine matul l-aħħar 12 –il xahar. Fl-istess avveniment il-mudell Megane R.S. Trophy-R ġabret il-premju Performance Car of the Year, waqt il-mudell il-ġdid ZOE kien ikkonfermat City Car of the Year.

ZOE l-ġdida u r-Renualt Clio, li ħarġet b’mudell

2019 Groupe Renault introduċa seba’ mudelli

ġdid ukoll. Din tal-aħħar kompliet iġġedded

ġodda fl-Ewropa: ir-Renault Clio, Renault Captur,

l-istorja ta’ 30 sena ta’ suċċess għad-ditta.

ZOE, il-Koleos, kif ukoll il-mudell Trafic u l-Master.

“Dacia ukoll qed tkompli tissaħħaħ u d-ditta

Dawn it-tnejn tal-aħħar kienu introdotti bħala

Gear irebbaħ lill-manifattur per eċċellenza. Il-

kienet waħda mill-ftit manifatturi li ddikjarat żieda

vetturi kummerċjali. Alpine żied il-line-up permezz

konvenzjoni tal-karozzi tagħhom mhux biss hija

sostanzjali fil-bejgħ din is-sena. Sadattant it-twelid

tal-mudell A110S.

tajba ħafna, imma għandhom ukoll il-kwalitajiet

mill-ġdid ta’ Alpine żied iktar momentum permezz

neċessarji biex ikunu manifatturati b’mod effettiv.

tal-introduzzjoni eċitanti tal-mudell il-ġdid A110S.

Fil-fatt il-vetturi Renualt huma ssetjati fuq

Madankollu aħna mhux se nieqfu hawn. Dan

parametri speċifiċi biex jissodisfaw, u jaraw il-

għaliex is-sena 2020 tidher

perfezzjoni b’differenza minn manifatturi oħrajn.

ħafna iktar eċitanti!”

Fil-kummenti tiegħu rigward dan il-premju prestiġjuż, Vincent Tourette, Direttur Maniġerjali ta’ Groupe Renault fir-Renju Unit qal, “ Inħossuna onorati li qed nirċievu dan il-premju mingħand TopGear.com. Is-sena 2019 kienet waħda fantastika għal Groupe Renault, permezz tal-introduzzjoni tarRenualt Captur il-ġdid, ir-Renault

Matul issena

Jekk tixtieq tibbukja test drive, ibgħat email fuq sales@autosales.com.mt jew ċempel fuq 2143360.


6

ROTI

HYUNDAI MOTORSPORT ippremjata mill-FIA

H

yundai Motorsport ġiet ippreżentata

formalment b’dak li huwa magħruf bħala 2019 FIA World Rally Championship (WRC) Manufacturers’ Trophy waqt ċerimonja prestiġjuża – FIA PrizeGiving Cermony.

Biex tikkommemora it-debutt tagħha kienu preżenti biex jiġbru t-trophies tas-sew-

fit-titlu tal-manifatturi ta’ WRC, Hyundai

wieqa u l-kollegi tagħhom. Kien staġun

Motorsport ipproduċew dokumentarju

immarkat l-akkumulazzjoni ta’ staġun inkred-

kompettittiv għall-crew Belġjan, iżda rnexx-

maqsum fi 11-il serje li juri xeni minn wara

ibilment mimli suċċess għat-tim, li assigura

ielhom jieħdu tliet rebħiet f’Korsika, Arġenti-

l-kwinti matul l-istaġun 2019.

t-titlu ta’ WRC għall-ewwel darba. Hyundai

na u Spanja.

Il-preżentazzjoni, li ġiet imtella’ f’Pariġi,

Motorsport issa kkonfermat postha fil-kotba

“Kien unur kbir għalija li nirrapreżen-

Bit-titlu “Back/Stage”, kull wieħed mill11 -il episodju se jkun qed jitratta tema

tal-istorja u saħħet ir-reputazzjoni tagħha

ta lil Hyundai waqt iċ-ċerimonja tal-FIA

partikulari biex tiġi rrakontata l-istorja

f’din l-isdustrija fost l-aqwa fid-dinja.

Prize-Giving, u għall-kumpanija tagħna li

tal-epika tal-istaġun li wasslet għal dan is-

tirċievi il-Manufacturers’ Champions Throphy

suċċess mill-perspettiva tat-tim rispettiv.

imonja rat champions minn kull qasam

2019. Din hija realizzazzjoni ta’ ħafna snin ta’

Dan id-dokumentarju jinkludi r-ri-

tal-assemblea tas-serje maġġuri għall-mo-

ħidma mit-tim tagħna f’Alzenau, li temm dan

flessjoni ta’ Thierry Neuville, Andreas

torsport jirċievu uffiċjalment il-premju

l-istaġun bl-ewwel titlu li qatt inkiseb minn

Mikkelsen, Dani Sordo, Sébastien Loeb,

tagħhom. Preżenti għaċ-ċerimonja minn

WRC. Hija umilta` kbira li l-isforzi li għamilna

Craig Breen, Scott Noh u Andrea Adamo.

Hyundai Motorsport kien hemm il-President

jiġu rikonoxxuti mill-aqwa komunita` tal-mot-

Huwa jinsab disponibbli esklussivament

Scott Noh u Team Director Andrea Adamo.

orsport f’ċelebrazzjoni daqshekk importanti.”

fuq il-paġna ta’ Facebook tat-tim u fuq

– Andrea Adamo, direttur tat-tim.

YouTube.

Imtella’ fil-Carrousel du Louvre, iċ-ċer-

Thierry Neuville u Nicolas Gilsoul ukoll


ROTI 7

Il-Federazzjoni Maltija għall-Motorsport

I

l-Federazzjoni Maltija għalMotorsport (MMF) organizzat il-Laqgħa Ġenerali Annwali tagħha ġewwa lukanda ewlenija fil-Furjana.

li ġiet introdotta sistema ta’ capping millFederazzjoni, b’kollaborazzjoni mas-SportMalta. Matul il-laqgħa inqara wkoll ir-rapport finanzjarju mit-Teżorier, is-Sur Pierre Sammut li kien approvat mill-membri preżenti. Wara dan il-laqgħa għaddiet għal-elezzjoni taluffiċjali. Kien hemm tliet postijiet li kellhom jiġu

Il-President tal-Federazzjoni, is-Sur Tonio Cini waqt il-qari tar-rapport annwali, rrimarka

mimlija; dak ta’ Viċi President, dak ta’ Segretarju Ġenerali u dak ta’ Teżorier.

li matul is-sena li għaddiet kienu saru ħafna

Is-Sur Jesmond Mangion ikkontesta

laqgħat mal-Gvern u awtoritajiet biex tinstab

b’suċċess il-post ta Viċi President, is-Sinjura

soluzzjoni fuq l-ispejjeż li dejjem qed jiżdiedu

Susanne Fenech ġiet eletta bħala Segretarja

għall-membri tal-Federazzjoni meta jiġu biex

Ġenerali. Ħadd ma kkontesta l-post ta’ Teżorier

jorganizzaw il-kompetizzjonijiet tal-motorsport

u għalhekk ġie approvat mill-membri li is-Sur

u dwar il-proġett tat-trakka tal-Motorsport.

Pierre Sammut ikompli jamministra l-finanzi tal-

Il-Federazzjoni pprovdiet kull għajnuna

Federazzjoni sakemm jintmela l-post vakanti ta’

possibbli biex titwettaq il-wegħda elettorali

Teżorier. Il-President tal-Federazzjoni ħabbar li

min-naħa tal-Gvern. Is-Sur Cini kompla jgħid li

se tissejjaħ laqgħa straordinarja biex jimtlew il-

l-Gvern ikkommetta ruħu għal darb’oħra waqt

post ta’ Teżorier u ta’ Vici Segretarju, li ġie vakat

il-qari tal-Budget 2020, meta qal li matul is-

mis-Sinjura Fenech meta ġiet eletta bħala

sena li ġejja se jkun f’pożizzjoni li jagħmel pass

Segretarja.

konkret fuq dan il-proġett. Huwa kompla jgħid li t-talbiet mis-

Aħbar importanti waqt din il-laqgħa kienet li l-Federazzjoni ħabbret li l-Onorevoli, Membru

sewwieqa Maltin taħt l-iskema tal-“International

Parlamentari, l-Avukat Manuel Mallia, li kien

Participation Scheme” ta’ SportMalta

preżenti għal-laqgħa ġenerali tal-Federazzjoni,

żdiedu għal aktar min 50% min 2015 ghal-

offra is-servizzi tiegħu bħala konsulent legali

2019. Is-sistema ta’ tqassim tal-assistenza

tagħha. Din l-aħbar ġiet milqugħa b’mod

ta’ din l-iskema qed tkun iktar ġusta wara

pożittiv mill-membri preżenti.


8

ROTI

Marka li ddur madwar il-ħajja L-Enemed tkompli turi li toffri iżjed minn sempliċi fuel!

L-aħħar kampanja tal-Enemed kienet maħsuba biex tkompli timbotta l-marka tagħha ħalli turi kif din iddur madwar il-ħajja, kemm fuq l-Art, fil-Baħar u fl-Ajru. Dan għamlitu b’kollaborazzjoni ma’ numru ta’ nies, b’interessi personali u professjonali differenti, li jirrappreżentaw dawn it-tliet pilastri, u li jirriflettu wkoll il-ħtiġijiet u d-domanda tal-klijenti talEnemed. Nintroduċu r-rappreżentanti Denise Gafà, Andrea Fabri, Aaron Ciantar, and Clare Agius.

ENEMED x LAND Ir-Rappreżentanti tal-Art huma s-Sewwieqa tal-Muturi, li hi attiva ħafna fuq il-mezzi soċjali, Denise Gafà...

Denise Gafà Enemed takes me places. Il-kollaborazzjoni mal-isport tal-karozzi hija fundamentali għallEnemed għax tgħinha tkompli tmexxi l-messaġġ tagħha: “We help you reach new destinations!”, li jgħodd ukoll għall-isport tal-muturi. Wiċċ ġdid għall-Enemed hu tas-Sewwieqa tal-Muturi u Influencer fil-Mezzi Soċjali, Denise Gafà, ir-rappreżentanta tal-isport tal-muturi għall-Enemed. Denise tħobb il-ħajja u ta’ kuljum tipprattika l-CrossFit. Għandha attitudni mill-aktar pożittiva u ambizzjuża li wasslitha tilħaq għan ieħor f’ħajjitha; li ġġib il-liċenzja tal-muturi. L-iżjed għadma iebsa għal kull min isuq mutur mhijiex biex iġġib il-liċenzja imma l-isfidi li tiltaqa’ magħhom ta’ kuljum fit-triq li jfixkluk mhux ftit, u bis-saħħa ta’ din is-sħubija ma’ Denise, l-Enemed qed tiffoka aktar fuq is-sewwieqa tal-muturi billi ttihom l-attenzjoni xierqa, tirrispettahom u tkattar l-għarfien fuqhom fost is-sewwieqa l-oħrajn.

Andrea Fabri Enemed drifts my world. IT Technician matul il-ħin tax-xogħol u sewwieq magħruf ta’ ħila fl-isport tad-drifting fil-bqija tal-ġurnata: iċ-champion tad-drifting Andrea Fabri, li mhuwiex ġdid għall-Enemed. Beda l-karriera tiegħu fid-drifting fl-2014 u ilu jikkollabora mal-Enemed mill-2017. Andrea wriena diversi drabi kemm bi fuel tajjeb tista’ taħdem u tirnexxi aktar, iżjed u iżjed meta jkun hemm l-għarfien fuq kif għandha tkun sewwasew ilkarozza ideali għall-kampjonat tad-drifting, l-Enemed Supra. Din is-sħubija poġġiet lill-Enemed fil-filliera ta’ quddiem biex tanalizza b’mod tekniku u ttejjeb il-kwalità tal-fuels tagħha kif jixraq għall-magni tal-karozzi sportivi, u biex issib soluzzjoni għat-tnaqqis fl-emissjonijiet b’20%.

...u ċ-Champion tad-Drifting u l-IT Technician, Andrea Fabri.


ROTI 9

ENEMED x SEA Ir-Rappreżentant tal-Baħar huwa Aaron Ciantar. Hu rebaħ il-Kampjonat Dinji tal-Powerboating ħames darbiet, u hu Bennej Professjonali tad-Dgħajjes.

Aaron Ciantar

Enemed builds world champions. Aaron Ciantar kien l-għażla naturali għal din il-kollaborazzjoni

tal-Enemed, li hi waħda mill-ikbar. Ciantar rebaħ il-kampjonat dinji talpowerboating ħames darbiet, huwa bennej mill-aqwa tad-dgħajjes tal-isport tal-powerboating; Chaudron, u Fundatur tal-Kampjonat Dinji tal-Powerboating rikonoxxut mill-UIM; VOOMQUEST. Nistgħu ngħidu li hu witta t-triq għall-isport tal-powerboating, li jeħtieġ ħafna adrenalina. Din is-sħubija tat ukoll valur mitqlu deheb lill-Enemed għax biha tista’ tifhem aħjar x’tip ta’ fuel teħtieġ vettura tal-baħar għall-kampjonati, u offritilha opportunità tekknika ġdida biex l-Enemed tadatta l-fuel bażiku tagħha b’formula speċjali Maltija li żżid il-ġibda li jeħtieġu d-dgħajjes tal-powerboating.

ENEMED x AIR

Clare Agius

Ir-Rappreżentanta tal-Ajru hija l-Bdot, li tipproduċi u tippreżenta programmi televiżivi, Clare Agius.

Enemed takes me to new heights. Clare Agius hi l-moħħ wara l-produzzjoni televiżiva Airborne. Għandha personalità dħulija u ġentili tassew. Barra minn hekk, fil-portfolju tagħha nistgħu nsibu li hi Bdot talAjruplani, Preżentatriċi u Produttriċi ta’ Programmi Televiżivi, u Persuna Attiva f’Kawżi b’Risq l-Ambjent. Għalhekk, l-Enemed m’għażlitx lil Clare b’kumbinazzjoni biex tirrappreżenta l-Ajru. Mill-jet-setting għal gżira tropika sa btala jew għal titjira flewwel klassi għan-negozju, l-Enemed ilha tipprovdi l-fuel għal dawn it-titjiriet fl-aħħar snin għaliex hija l-fornitur uffiċjali talfuel għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Dawn is-sħubijiet kollha ma jżidux biss l-għarfien fuq il-fuel għal skopijiet sportivi, imma jirriflettu wkoll l-istili tal-ħajja tal-klijenti tal-Enemed. Denise Gafà, Andrea Fabri, Aaron Ciantar, and Clare Agius jirrappreżentaw lil kull wieħed u waħda minna, u l-istil ta’ ħajjitna. Il-konsumaturi jistgħu ma jkunux ċampjins, sewwieqa tal-muturi, drifters, jew bdoti, imma żgur huma impjegati, ommijiet, missirijiet, sidien ta’ negozji, jipprattikaw xi sport jew eżerċizzju fiżiku, u aktar. L-istil tal-ħajja tal-Enemed huwa ta’ kull wieħed u waħda minna!

Skopri aktar fuq l-Enemed:

Enemed Company Ltd ġiet stabbilita fl-1 ta’ Settembru 2014 u hi kumpanija sussidjarja ta’ Petromal Company Ltd, li hija kumpanija tal-gvern. Il-kumpanija hi responsabbli mill-importazzjoni, it-tqassim

Sit:

enemed.com.mt

u l-bejgħ ta’ prodotti taż-żejt petroleum għas-suq lokali, inkluż għas-settur tal-avjazzjoni. Toffri wkoll

Facebook:

facebook.com/enemed.fuels

il-faċilitajiet tal-ħażna tagħha lil partijiet terzi. Enemed hija kumpanija ewlenija fis-suq Malti.

Instagram: instagram.com/enemed_malta


10

ROTI

M

Dan ix-xahar qed inħarsu lejn l-entry level tal-Q2, li jinkludi t-technik pack. Dan il-pakkett ma jibdel xejn fuq in-naħa ta’ barra tal-karozza. Hawnhekk qed inħarsu lejn tliet għażliet prinċipali li joffru ċertu upgrades, bħal alloy wheels iktar wiesgħa, u head lamps upgraded għal LEDs. Apparti li huma sbieħ ħafna estetikament, għandhom funzjonalita` li l-mod kif jixgħelu fit-triq huwa verament impressjonanti. It-technik pack li joffri dan il-mudell jinkludi parking sensors quddiem u fuq wara touches tal-aluminju, Audi Sound System u l-Music

Interface, mirja tal-elettriku, u LED Ambient Lighting. Ma dan kollu wieħed jista’ jżid iktar fatturi skont il-gosti tiegħu. Il-mudell li qed nitkellmu fuqu dan ix-xahar huwa atrezzat b’gearbox awtomatika. Bħala magni hemm l-għażla tal-1 litre u l-1.5 litre TFSI. Il-1 litre tiżviluppa 115bhp, waqt li dik 1.5 litre tiżviluppa 150bhp. Iż-żewġ karozzi għandhom l-għażla ta’ gearbox awtomatika. Il-biżgħat li kien hemm oriġinarjament li magna 1 litre fuq karozza ta’ daqs sostanzjali jista’ eventwalment jirriżulta fi problemi nistgħu neliminawhom. Il-magna 1 litre żviluppawha

eta wasal il-mudell tal-Audi Q2 Malta, mill-ewwel deher li kien mudell atrezzat immens. Wieħed mill-vantaġġi l-kbar tal-Premium Segment huwa li wieħed jista’ jippersonalizza l-karozza eżattament kif jixtieq hu. Filverita` d-ditta toffri ċertu pakketti u ħafna drabi jkun hemm numru ta’ fatturi li jekk il-maġġoranza jkunu dak li wieħed jixtieq, il-pakkett ikun interessanti għax anke finanzjarjament jagħmel sens.

b’mod li tagħti performance tajba ħafna u mhix daqshekk sfurzata daqskemm wieħed jaħseb. L-Audi ħadmet b’mod verament korrett, għax id-differenza bejn il-gearbox awtomatika u dik manwali hija minima fil-prezz. L-ewwnett jekk inti se tixtri karozza premium segment, tagħmel ħafna sens li tixtriha b’gearbox awtomatika, u apparti minn hekk fis-sewqan tipiku ta’ Malta, dak li jkun ħafna mill-ħin jkun għaddej fit-traffiku. Huwa ferm iktar konvenjenti u komdu li tuża sieq waħda milli tiċċaqlaq mill-gass għall-brejk mingħajr m’għandek għalfej toqgħod tagħfas il-clutch ħin kollu. Il-fatt li l-Q2 hija elevata tagħmilha faċli u komda biex tużaha, u toffri viżibilita` tajba għax il-pożizzjoni tas-sewqan hija elevata. Dan kollu iżda, żgur mhux għad-detriment tal-handling għax il-vettura għandha handling tajjeb ħafna inkluż ittuning tas-suspension li huwa addattat kemm jekk tkun qed issuq b’veloċita` elevata u anke jekk tidħol fl-imħarbat; inkluż ir-road holding. Dawn in-notazzjonijet juru li l-istrateġija tal-Audi qed taħdem immens fejn jidħlu l-karozzi ta’ daqs medju u żgħir.


ROTI 11

Alfa Romeo Scarabeo S

at-23 ta’ Marzu 2020, Château de Compiègne fi Franza se jkun qed jesibixxi dik li tissejjaħ concept car - Beauté pure. Dan l-avveniment qed joffri vjaġġ affaxxinanti fil-qasam tad-disinn tal-karozzi bejn l-aħħar tas-seklu dsatax u s-snin sebgħin.

F’din l-esibizzjoni se jkun hemm 30 karozza, muturi u vetturi li kisru diversi rekords – ħafna minnhom se jkunu esibiti fl-Ewropa għall-ewwel darba – kif ukoll mijiet ta’ ritratti, dokumenti, sketches u mudelli fuq skala żgħira. Organizzata mill-istituzzjoni kulturali tal-istat Réunion des Musées Nationaux - Grand Palais, flmkien ma’ Château de Compiègne, din l-esibizzjoni tinkludi mudell Alfa Romeo Scarabeo (1966) estremament rari, li normalment ikun esibit fil-Museo Storico Alfa Romeo - La macchina del tempo, u msellfa minn FCA Heritage, id-Dipartiment li jipproteġi u jippromotja l-istorja tal-FCA Group, ditti Taljani. Fil-bidu tal-1966, wara l-proġett Type 33 li ġie kkreat millinġinier Orazio Satta Puliga ingħata lill-Autodelta bħala sit tattlielaq, Giuseppe Busso ppropona disinn għal karozza sportiva Alfa Romeo, iżda din id-darba billi uża magna GTA four cyclinder: l-iScarabeo. Il-magna kienet poġġuta fuq wara, fi blokka mal-clutch u l-gearbox, waqt li t-tubular frame addotta soluzzjoni ambizzjuża. Fil-fatt dan il-metodu kien użat fuq it-Type 33 fejn fuq iż-żewġ naħat tal-parti interjuri, poġġew it-tankijiet tal-fuel. Il-bodywork kien tħalla f’idejn l-OSI body shop f’Borgaro Trinese: l-ewwel eżempju, kien dak b’right hand drive, u kien

ippreżentat waqt il-Paris Motor Show f’Ottubru tal-1966. Eżempju ieħor issimplifikat ta’ prototip kien sussegwentement mibni u ġie ppreżentat permezz tal-karrozza li hemm esibita kurrenti f’Compiègne. Kien ukoll għaddej xi xogħol fuq Barchetta, imma dan qatt ma ġie konkluż. OSI - Officine Stampaggi Industriali kien ġie fondut f’Turin fl-1960 minn Luigi Sergre, ex President ta’ Ghia, flimkien ma’ Arrigo Olivetti. Din il-kumpanija, minkejja li kellha biss perjodu qasir t’attivita` li wassal għal tmien xhur biss, ħalla influwenza qawwija fuq id-disinjatur Taljan tal-karozzi. Flimkien ma’ Segre u l-kollaborazzjoni ma’ Ghia li ħalliet ħafna frott, OSI ikkollaboraw ukoll ma’ disinjaturi famużi bħal Tom Tjaarda, Sergio Sartorelli u Giovanni Michelotti. Mhux b’inqas mimlijin talent kien hemm ukoll il-ħaddiema li għalkemm dawn jibqgħu anonimi iktar tard ġew assorbiti mill-Fiat Style Center ta’ Dante Giacosa. Il-kumpanija OSI għalqet iċ-ċentru tagħha fl-1967, u mis-sena ta’ wara rritornat biex taħdem fuq attivitajiet differenti, l-iktar f’dak li għandu x’jaqsam m’affurmar. L-esibizzjoni tidentifika l-ġenesi tal-karozza fil-forma li hija l-iktar qrib tax-xogħol tal-arti: il-concept car. Ikkreata fis-snin tletin , din it-tip ta’ vettura kienet kważi dejjem biċċa xogħol li rarament issibha, mibnija biex tipperformja aerodinamika u studji ta’ stil jew għal għanijiet li jippromwovu l-kummerċ.


12

ROTI


ROTI 13


14 ROTI


ROTI 15

DESTINATIONS



Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.