ROTI
Suppliment għad-dilettanti tal-Karozzi u Muturi
Jannar 2021
N A C N U D F E L L A C I M IL-PRESIDENT IL-ĠDID TAL-MALTA MOTORSPORT FEDERATION
EDITUR - Jesmond Moore | DISINN - Stacy Grech | ADVERTISING DEPARTMENT - 2590 0200 - adverts@unionprint.com.mt
ii |
ROTI
ĊIRKWITI VELOĊI LI OSPITAW Minn Jason
Sultana
D
in is-sena ilFormula Wieħed ġie milqut millpandemija tal-Covid-19 bħal kull sport u avvenimenti oħra minn madwar id-dinja kollha u grazzi għal dan rajna r-ritorn ta’ ċirkwiti hekk meqjusa leġġendarji bħal Imola u Nurburgring ... oħrajn ġodda għall-F1 bħal Portimao u Mugello, kif ukoll għallewwel darba fl-istorja ta’ dan l-isport rajna jseħħu tlielaq fuq l-istess ċirkwit fl-istess sena peró taħt isem differenti għalleċċezzjoni tal-Bahrain, li għat-tieni GP ġiet użata ‘layout’ differenti minn dak li normalment isuqu fuqu. F’dan l-artiklu ser tingħata ħarsa lejn dan iċ-ċirkwit (li ospita l-GP ta’ Sakhir) u ħamsa oħra diversi li ospitaw GP tal-F1 fil-passat, li huma simili fil-karatteristiċi u ftit jew wisq huma minsija minn bosta!
GRAND PRIX TAL-FORMULA1
Sakhir ‘Outer Loop’ Ġimgħa wara li ċ-ċirkwit tal-Bahrain ospita l-GP fuq is-solitu trakka (bl-eċċezzjoni tal-2010), kien imiss li jinbidel f’wie ħed aktar veloċi, fluwenti u b’inqas kantunieri jew aħjar kif inhu magħruf l-‘outer loop’ għall-GP, din id-darba ta’ Sakhir, l-avveniment ta’ qabel tal-aħħar għallistaġun 2020. Huwa beda jiġi msejjaħ minn bosta bħala ċ-ċirkwit l-ovali, għalkemm mhuwiex hekk għax jinvolvi 11-il kantuniera u bis-settur ċentrali magħmul minn sensiela ta’ kurvi veloċi wara xulxin. Jixbaħ ħafna sezzjoni miċ-ċir kwit ta’ Snetterton ġewwa l-Ingilterra u dan sar l-aktar ċirkwit qasir fil-ka lendarju li għadu kif intemm, b’tul ta’ 3.543km. B’total ta’ 74% mill-ħin ta’ kull dawra, huwa b’gass mal-pjanċa, is-sewwieqa ddeskrivewh bħala ċir kwit ta’ adrenalina għolja.
F’ċirkwiti veloċi u qosra, il-karozzi dejjem ikunu eqreb ta’ xulxin minn ċirkwiti oħra twal u hekk ġara, għax fil-provi ta’ kwalifikazzjoni bejn l-ewwel u l-14-il post kull ma kien hemm jifridhom kienet sekonda waħda biss u dan għamel il-GP msemmi aktar eċċitanti għax l-iċken żball ġie msarraf f’ħafna pożizzjonijiet mitlufa. Il-proġettazzjoni tal-ħinijiet ta’ kull dawra kienu taħt minuta u dan ġie kkonfermat ma’ l-ewwel mumenti li karozza tal-F1 saqet fuq dan iċ-ċirkwit waqt il-provi liberi tal-Ġimgħa u l-ħinijiet baqgħu neżlin waqt il-provi ta’ kwalifikazzjoni meta rajna ħinijiet ta’ 53 sekonda, l-ewwel darba li seħħew fl-era moderna ta’ dan l-isport. Infatti l-iqsar dawra sa qabel seħħ dan ilGP fl-imsemmija era, kienet dik waqt il-GP tal-Awstrija fuq iċ-ċirkwit Red Bull Ring, meta Valtteri Bottas fuq Mercedes kiseb il-pole position f’minuta u 02.939 ta’ sekonda. Waqt li l-iqsar dawra veloċi ta’ kull żmien qabel il-GP
ta’ Sakhir, kienet seħħet ġewwa Dijon-Prenois b’Niki Lauda fuq Ferrari jikseb il-pole position b’ħin ta’ 58.79 sekonda waqt il-GP ta’ Franza fl-1974. Kif mistenni dan il-GP ħoloq ħafna azzjoni matul is-87 dawra, b’ħafna manuvri ta’ qbiż permezz tal-imsejħa ‘slipstream’ fil-partijiet id-dritti taċ-ċirkwit jagħtu riżultati mhux mistennija fit-tmiem il-GP li ġie mirbuħ sorprendentament min Sergio Perez fuq karozza Racing Point, wara li l-Mercedes għamlu żball kardinali waqt il-waqfiet għall-bdil tat-tajers biex tilfu ċ-ċans li s-sewwieq debuttant magħhom għal dan il-GP, George Russell (li ssostitwixxa liċ-champion renjanti Lewis Hamilton waqt li kien qiegħed jirkupra mill-Covid-19), jirbaħ dan il-GP storiku. Waqt li dan il-GP kemmxejn stramb rnexxielu jidħol fl-istorja tal-F1, hawn se nagħtu ħarsa lejn ħames ċirkwiti oħra minn bosta oħrajn li ħafna nsew jew qatt ma mmaġinaw li jospitaw Grand Prix tal-F1!
|
Pescara Dan huwa l-itwal ċirkwit Ii qatt ospita GP tal-F1 b’tul ta’ xejn anqas min 25.73km, kwazi 4 km itwal miċ-ċirkwit leġġendarju ta’ Nurburgring l-antik. Magħruf bħala ‘It-triangolu delikat’, tnejn mill-ġnub tiegħu kienu par toroq dritti ta’ 5.6km kull waħda, b’waħda minnhom mlaqqma bħala ‘the flying kilometer’ – fejn hawnhekk Guy Moll kien tilef ħajtu waqt tellieqa ta’ qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, fl-1934. Parti miċ-ċirkwit kien jikkonsisti minn toroq ċittadini ta’ Pescara u li jibqgħu ħerġin għall-villaġġ ħdejn il-baħar ta’ Montesilvano minn toroq kollha tumbati fil-kampanja tar-reġjun ta’ Abruzzo. Il-forma ta’ dan iċ-ċirkwit u minn fejn kien jgħaddi kien meqjus bħala xenarju purament għat-tlielaq tal-karozzi u dan ospita Grand Prix wieħed biss tal-F1, fl-1957. Enzo Ferrari, magħruf li ma jissimpa-
iii
tizzax wisq mas-sewwieqa tiegħu, ġiegħel lit-team tiegħu Ferrari jirtira minn din it-tellieqa minħabba raġunijiet ta’ saħħa u sigurtá għall-istess sewwieqa tiegħu. Daqshekk kien perikoluż dan iċ-ċirkwit! ‘Il Commendatore’ kien taħt il-lenti u kkritikat ġmielu ġewwa l-Italja fuq imwiet ta’ sewwieqa żgħar li kienu seħħew ftit qabel waqt li kienu jsuqu għall-Ferrari u anke kienet għadha għaddejja investigazzjoni fuq il-mewt ta’ Alfonso de Portago waqt it-tellieqa prestiġjuża Mille Miglia ta’ dik is-sena stess. F’dan il-GP tal-1957 ġewwa Pescara, Juan Manuel Fangio kiseb il-pole position, imma meta waslet it-tellieqa nnifisha l-ispettaturi raw wirja stupenda minn Stirling Moss fuq karozza Vanwall VW5 li rnexxielu jirbaħ b’vantaġġ ta’ tliet minuti fuq l-Arġentin. Wara li Pescara ospitat l-uniku GP tagħha, iċ-ċirkwit ġie magħluq darba għal dejjem fuq kriterji ta’ sigurtá fl-1961.
Reims
AVUS Dan iċ-ċirkwit kien jikkonsisti minn żewġ kantunieri biss, wieħed mill-aktar ċirkwiti sempliċi li qatt rajna fil-F1, imma dan bl-ebda mod ma neħħa l-lok ta’ periklu, anzi pjuttost eskalah! Par toroq pubbliċi twal 8.5km li kienu jiffurmaw karreġġata doppja, ġew magħquda b’kantuniera jew kif inhi magħrufa ‘hairpin’ f’tarf minnhom u b’kurva magħmula mill-bricks u maqluba b’angolu ta’ 43 grad in-naħa l-oħra, li ta’ min isemmi ma kellha l-ebda ilqugħ fin-naħa ta’ fuq tagħha biex f’każ li karozza titlef il-kontroll ma taqax għal isfel. Infatti ġie mlaqqam bħala l-ħajt tal-mewt!
AVUS, bħal Pescara, ospita GP wieħed biss, dak tal-1959 peró li għamilha speċjali kien li bħala GP inqasmet f’żewġt tiġrijiet (heats). Tony Brooks ħareġ rebbieħ quddiem sħabu tat-team biex iffurmaw podju kollu Ferrarist. Ta’ min isemmi li waqt tellieqa ta’ sapport għal dan il-GP, Jean Behra safa vittma ta’ aċċident ikrah meta l-Mercedes li kien qed isuq taret min fuq il-ħajt tal-mewt, kif ukoll waqt il-GP innifsu Hans Hermann fuq BRM ħelisha ħafif f’aċċident ieħor gravi meta safa mormi mill-istess karozza. Minkejja li l-isport tal-F1 żar lil dan il-post darba biss, AVUS kompla jospita tlielaq tal-karozzi varji sal-1998.
Dan huwa ċirkwit ieħor meqjus li jagħmel parti fil-kategorija ta’ ċirkwiti impressjonanti f’forma triangolari. Reims ospita xejn anqas minn 11-il GP ta’ Franza mill-1950 sal-1966. Karatte ristika ta’ dan iċ-ċirkwit kienet għallmod u l-frekwenza ta’ kif karozza ssegwi lil oħra u jirnexxielhom jaqbżu lil xulxin matul iż-żewġ partijiet dritti ta’ żewġ kilometri ‘l wieħed li kienu jgħaqqdu żewġ villaġġi fir-reġjun ta’ Champagne. B’addizzjoni ta’ tliet kurvi fluwenti, fl-1952, għamlet lil dan iċ-ċirkwit aktar ta’ sfida, bil-Grand Prix ta’ Franza tal-1953 jibqa’ msejjaħ bħala t-tellieqa
taċ-ċentinarju wara Grand Pix ta’ 60 dawra missielet sew bejn Mika Hawthorn (Ferrari) u Juan Manuel Fangio (Maserati). Għalkemm kien l-Ingliż li ħareġ rebbieħ, it-tnejn biddlu l-pożizzjonijiet bej niethom fi kważi kull kantuniera, bl-ewwel erba’ sewwieqa jispiċċaw b’distakk ta’ mhux aktar minn ħames sekondi minn xulxin. Reims ospitat l-aħħar tellieqa tal-F1 fl-1966 u għalqet komple tament fl-1972 peró l-bini tal-garaxxijiet u l-’main grand stand’ għadhom hemm abbandunati fil-kampanja bħala simbolu ta’ ħafna memorji sal-ġurnata tal-lum.
>>
iv |
ROTI
>>
Petralbes Lokalizzata fis-subborg pittoresk filpunent ta’ Barċellona, Petralbes kien ċirkwit fit-toroq ċittadini kkaretterizzat minn toroq wiesa’ u kantunieri veloċi. Iddebutta fit-tieni kampjonat mondjali tal-F1, meta fl-1951 ospita l-GP ta’ Spanja li kien l-aħħar wieħed għal dak l-istaġun, fejn Juan Manuel Fangio rebaħ l-ewwel
titlu tiegħu meta b’għażla tat-tajers aktar għaqlija rnexxielu jxejjen l-isfida tat-team Lancia u Alberto Ascari wara li l-istess Taljan kien beda mill-pole position. Fl-1954, Pedralbes ospita GP ieħor tal-F1. Din id-darba Ascari kien il-klassi tal-grid megħjun bi prestazzjoni tajba tal-karozza Lancia D50 li rnexxielu jikseb
għal darb’oħra l-pole position, peró problemi mekkaniċi fil-clutch ġiegħluh jirtira mit-tellieqa fid-disa’ dawra. Ħaġa kurjuża kienet li ħafna karozzi, waqt l-istess GP kellhom problemi ta’ sħana eċċessiva, meta ħafna gazzetti sfaw itiru mat-toroq u bdew jeħlu u jimblukkaw ir-radjaturi li jkessħu l-magni tal-karozzi b’Mike Haw
ta’ sfida kbira u mpenjattiv ħafna. Magħruf bħala l-post li ma jaħfirha lil ħadd, fejn sfortunatament tliet sewwieqa tilfu ħajjithom fuq dan iċ-ċirkwit fl-era msemmija. L-ewwel wieħed kien Hugh Hamilton, fl-1934, b’Achille Varzi u Christian Kautz ikunu l-vittmi l-oħra fil-GP tal-1948. Ta’ min jirrimarka li dawn il-GP kienu jsiru qabel ma ġiet iffurmata l-F1 kif nafuha llum fl-1950. Dan iċ-ċirkwit
kien parti mill-kalendarju fl-ewwel ħames kampjonati tal-F1 li ġew mirbuħa minn Farina fl-1950, Fangio fl-1951 u l-1954, Taruffi fl-1952 u l-aħħar u mhux l-inqas Ascari fl-1953. Kif ġara fil-każ ta’ Petralbes, Bremgarten ukoll sfat abbandunata minħabba d-diżastru ta’ Le Mans u minn dakinhar il-pajjiż Svizzeru pprojbixxa kwazi kull tip ta’ attivitá li tinvolvi l-motorsport fil-pajjiż!
Bremgarten Wieħed mill-aktar ċirkwiti veloċi u perikolużi tal-era ta’ qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, b’tul ta’ 7.28km li kien jgħaddi mill-foresta li kienet iddawwar id-distrett ta’ Bremgarten ġewwa l-Isvizzera. Miżgħud b’ħafna siġar baxxi li kienu jxejnu l-viżibbiltá tas-sewwieqa b’mod speċjali fix-xita u bi 13-il kantuniera mingħajr ebda parti dritta, dan iċ-ċirkwit kien
thorn fuq Ferrari 553 jirnexxielu jevitahom biex spiċċa kien hu r-rebbieħ ta’ dak il-GP. Iċ-ċirkwit ġie abbandunat eżattament sena wara fl-1955, minħabba d-diżastru li kien seħħ fit-tellieqa ta’ Le Mans, bi Spanja tispiċċa mingħajr GP tal-F1 għal 13-il sena sħaħ!
Tistgħu ssegwu aktar materjal li jkun aġġornat ħafna drabi kuljum fuq il-paġna tiegħi ta’ Facebook: Formula One Insights – by Jason. Barra minn hekk, għandi wkoll is-sit elettroniku www. formulaoneinsights.com għal aktar artikli speċifiċi mid-dinja tal-Formula Wieħed.
|
T T O B A R A C A N N R O T I RYA R JIR L
-akbar storja mill-Kampjonati tal-V1 Malta Series organizzati minn Velocity Esports Racing kienet ir-ritorn bil-kbir taċ-champion Ryan Carabott (BWT Racing Point, ritratt, karozza roża) wara nuqqas ta’ żewġ tiġrijiet minħabba impenji perso nali.
! ! R I B K L BI
Ryan Carabott, li tilef it-tiġrijiet ta’ Montecarlo u tal-Kanada, rebaħ l-ewwel tiġrija li saret fl-2021, dik ta’ Franza wara battalja tajba ma’ Jake Sammut (Haas F1 Team) li spiċċa t-tiġrija tliet sekondi wara r-rebbieħ ta’ din it-tiġrija. “Ma stajtx nirritorna aħjar milli rritornajt wara nuqqas ta’ żewġ tiġrijiet,” qal iċ-champion renjanti f’kumment lil ROTI. “Nispera li issa nibqa’ nagħti dawn il-prestazzjonijiet forsi jirnexxieli nerġa’ naqbad it-triq tar-rebħ.” Protagonista ieħor li kellna f’ dawn iż-żewġ tiġrijiet kien Clinton Falzon. It-tieni sewwieq tal-Haas rebaħ l-ewwel tiġrija tal-karriera virtwali tiegħu fil-Kanada filwaqt li fi Franza, huwa spiċċa fit-tielet post grazzi għal strateġija tajba wara kwalifiki diżastrużi li rawh jibda fit-13-il post. F’kummenti miġbura għal ROTI, Falzon qalilna: “Minkejja li qed nagħti l-appoġġ tiegħi lil sieħbi Jake Sammut għar-rebħ tat-titlu, anke jien irnexxieli nikseb l-ewwel rebħa
f’dan il-Kampjonat wara perjodu fejn l-isfortuna daret kontrija. Irridu nibqgħu ffukati biex nippruvaw nirbħu sew it-titlu tas-sewwieqa kif ukoll dak tal-kostrutturi” Il-klassifika tas-sewwieqa attwali għadha tara lil Manuel Schembri (Scuderia Alpha Tauri) f’ras ilklassifika b’128 punt b’Jake Sammut fit-tieni post ... ħames punti warajh u Simeon Nechev (Alfa Romeo) it-tielet b’103. Fil-kampjonat tal-kostrutturi, il-Haas komplew itawlu hekk kif issa dawn għandhom 208 punti kontra l-130 tal-iScuderia Alpha Tauri u l-103 tal-Alfa Romeo. Fit-tieni kampjonat, il-leader Kevin Lucchese (Renault) rebaħ it-tiġrija tal-Kanada b’Jake Barbara (Ferrari) jispiċċa t-tieni u Alan Bugeja jispiċċa t-tielet fuq Alfa Romeo. Min-naħa l-oħra, it-tiġrija ta’ Franza ntrebħet minn Thomas Elder tal-iScuderia Alpha Tauri biss dan ir-riżultat kien għad irid jiġi konfermat mill-uffiċjali sakemm wasalna biex indaħħlu dan l-artiklu għall-pubblikazzjoni tiegħu.
minn Antonello Abela
Antonello Abela huwa l-editur talpaġna fuq Facebook ‘Antonello’s Sports Blog’ fejn fiha, u fuq is-sit antonellosportsblog. wordpress.com issibu l-aħħar aħbarijiet fuq diversi sports li jinkludu l-Formula 1, Formula 2 u Moto GP.
v
vi |
ROTI
ARM YOUR METAL
AGAINST RUST!
No primer, no undercoat, no rust!
|
SENA ĠDIDA, AKTAR MILL-ISTESS
F
orsi l-aħjar ħaġa li ġrat fl-2020 kienet li l-istaġun talFormula Wieħed kien pjuttost tard fil-konklużjoni tat-tiġrijiet. Dan ifisser li ż-żmien ta’ waqfien mhux se jkun daqshekk twil jekk kollox immur tajjeb li s’issa xejn ma huwa ċert. Min-naħa l-oħra, definittivament ninsabu xxurtjati li lkoll gawdejna staġun tal-F1 fejn għal darb’oħra Lewis Hamilton (ritratt isfel) kien dominanti u l-Mercedes aktar provdew spettaklu u rebħiet impressjonanti. Għal darb’oħra, il-Ferrari tħallew barra minn kwalunkwe kompetizzjoni u s-sewwieq numru wieħed tagħhom, Sebastian Vettel, ingħata ordnijiet ta’ tkeċċija qabel beda l-istaġun.
Max Verstappen (ritratt fuq), li aħna lkoll nemmnu li kien fit-tellieqa għal runner-up jew rebħ tal-kampjonat possibbli, kienet xewqa kemmxejn qasira. Fejn tidħol il-kompetittivitá, żgur mhux min-naħa tiegħu biss kien hemm ċirkostanzi li waqqfu l-progress ta’ dan is-sewwieq. Il-magna Honda kienet hemm iżda ma mxitx biżżejjed fl-iżvilupp tagħha biex taqbeż lil Mercedes. Kien hemm ukoll it-tħabbira tal-Honda li se jitilqu mill-F1, biss Verstappen xorta ta kollox għalkemm ġraw wisq affarijiet u inċidenti ... sfortunatament. Għaldaqstant kien hemm dik ilħaġa nieqsa. Imbagħad daħlu Racing Point, li kienu kkunsidrati bħala t-tielet l-aħjar team iżda għal darb’oħra huma kemmxejn diżappuntati. Madankollu fuq is-sewwieqa tagħhom, Sergio Perez li kien impekkabbli, konsistenti, ġabar punti u wera t-talent tiegħu li jieħu ħsieb il-karozza speċjalment it-tajers. Peró, għalkemm kien ovvju li Perez jista’ jkun li se jitlaq mit-team, dan ma waqqafx lill-Messikan milli jipproduċi xi tiġrijiet inkredibbli u l-ewwel rebħa tal-karriera tiegħu. Sergio Perez, flimkien ma’ Nico Hulkenberg, huma żewġ sewwieqa fenomenali li kienu qed jirriskjaw li jitħallew fil-baħħ għall-2021. Hulkenberg kien diġà mingħajr post fiss u dan kien diġá wieqaf fl-2020, biss il-Ġermaniż qagħad mal-ġenb bi stennija għal xi ħadd li ma jkunx jista’ jsuq. Hulkenberg kull meta daħal kien inkredibbli u pproduca wirjiet u kapaċitá inkredibbli. Team ieħor li kien lest biex ibiddel is-sewwieqa tiegħu kien il Haas, fejn kien evidenti li Magnusson u Grosjean ma kienx hemm interess li jinżammu. Il-problema tal-pandemija u kam pjonat mhux bħal tas-soltu ġab problemi finanzjarji li diversi timijiet u dawn
kellhom jirrikorru għal tibdil li fil-każ tal-Haas bdew jaraw xi sewwieq li seta’ jġib xi bagalja flus miegħu. Kien dan il-fatt li reġa’ daħal fil-F1 meta nafu kemm qiegħed isir xogħol għal tnaqqis ta’ nfieq. Din ħolqot problema għaliex il-flus bdew iwarrbu sewwieqa tal-F1 li kellhom talent. Is-sewwieqa F1 jitħallsu pjuttost salarji tajba, ħafna aktar minn oħrajn iżda żgur li l-inċident orribbli ta’ Romain Grosjean fil-Bahrain, ġiegħel lil kulħadd jieqaf għal 38 sekonda fejn iddinja indunat li l-isport tal-karrozzi huwa perikoluż. Grosjean ħareġ barra millinfern, iżda kien imwarrab mit-team, bħallikieku dak l-inċident ma kienx biżżejjed għas-sewwieq Franċiż. Biss nitkellmu fuq il-paragun Lewis Hamilton ma’ George Russell, għalkemm il-paraguni huma odjużi iżda iva George Russell flimkien ma’ Lando Norris u Carlos Sainz urew lilhom infushom bilkapaċità tagħhom li jsuqu u jeċċellaw bil-makkinarju pprovdut. George Russell għamel xogħol stupend bil-karozza Williams iżda kien eċċellenti meta saq fin-nuqqas ta’ Hamilton fil-Mercedes, saħansitra anke lis-sewwieq Bottas fuq l-istess Mercedes kien viċin ħafna filħinijiet li kien qiegħed jagħmel. U xi ngħidu fuq il-McLaren, b’titjib fenomenali matul l-istaġun, it-team minn Woking jirritorna żgur lejn il-post fejn jistħoqqilhom li jkunu. Alfa Romeo u Alpha Tauri, it-team bl-istess prefiss, iżda dan tal-aħħar b’sewwieq relegat Pierre Gasly rebaħ il-Grand Prix tal-Italja b’rebħa deċiżiva li fissret l-ewwel rebħa għalih u anke għat-team bl-isem ġdid. Kienet rebħa li seħħet f’sena pjuttost diżappuntanti għat-team iżda definittivament seħħet għas-sewwieq Franċiż għal entużjażmu kultant xejn apprezzat. Ma’ Alfa Romeo, is-sewwieq veteran attwali Kimi Raik
vii
minn PIERRE P. VELLA
konen ikompli jkabbar in-numru ta’ tiġrijiet li huwa ħa parti fihom b’rekord għas-sewwieq. Lewis Hamilton għalaq fl-ogħla livell, fejn kiseb it-titlu numru sebgħa, u b’hekk laħaq lil-leġġendarju Michael Schumacher. Meta se tkun issena ta’ Bottas? ... wieħed jistaqsi meta wieħed iqis li qed isuq l-aħjar karozza iżda għandu kollrga inkredibbli. Fl-aħħarnett kellna kampjonat dinji tajjeb u kompetittiv, fejn rajna diversi ċirkwiti li konna nsejnihom u dawn reġgħu taw spettaklu u biċ-ċaqliq kollu u l-inċertezza, FIA u F1 Liberty ħejjew kampjonat sabiħ. Sfortunatament, l-2020 se tiġi mfakkra għall-opportunità mitlufa ... iżda x’se jiġri din is-sena? Qed niffaċċjaw total ta’ 23 tellieqa, ilkalendarju diġà nbidel, l-ittestjar ta’ qabel l-istaġun inbidel għall-Bahrain, Imola u jirritorna l-Portugall. Meta din ilpandemija tħallina, nisperaw li nerġgħu lura għall-ħajja normali u ngawdu l-F1 kif aħna verament nagħmlu meta mmorru naraw it-tiġrijiet. Ukoll nistgħu nistennew, nitolbu u nittamaw. It-timijiet qed ilestu għall-istaġun 2021 b’ħafna sewwieqa li jiċċaqalqu għal dawk ġodda. Veru li ċertu Sebastian Vettel għandu punt biex juri, li mexa lejn team ġdid fl-isem biss b’tamiet tajba u finalment Fernando Alonso jirritorna wkoll għat-team antik tiegħu li issa għandu wkoll isem ġdid. Għaldaqstant, iva għandna ħafna biex nistennew bil-ħerqa li l-istaġun ta’ din issena ... b’Sergio Perez jista’ jkun sorpriża meta sab postu mat-team tar-Red Bull ma’ Max Verstappen. Allura, nistennew il-mument jasal biex nibdew niktbu fuq l-istaġun 2021 fejn żgur li se jkollna minn kollox, aħna se ngawdu flimkien u iva nkomplu nwasslulkhom dak kollu li hu dan l-isport fantastiku ... il-Formula Wieħed fuq ROTI.
viii |
ROTI
I N T E R V I S TA M A’
DUNCAN MICALLEF IL-PRESIDENT IL-ĠDID TAL-MALTA MOTORSPORT FEDERATION
S
ewwieq Malti li tant għamel isem għal pajjiżna fl-aħħar snin hekk kif ittrijonfa għal sentejn konsekuttivi bħala champion Ewropew tad-Drag Racing. Għalkemm mit-30 ta’ Novembru , inħatar president tal-MMF, huwa xorta waħda se jibqa’ jkun attiv kemm fid-drag racing kif ukoll fil-gokarts.
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn ilkarozzi u kif għażilt id-drag racing u mhux tip ieħor ta’ sport tal-karozzi? Fil-veritá jien bdejt mill-go-karts fejn kont immur nipprattika ta’ spiss. Peress li ma stajtx inkompli nilgħab il-football minħabba x-xogħol, id deċidejt li nagħtiha għal dan ilpassatemp. Jien kont inħobb kemm ilfootball kif ukoll il-karozzi imma kelli nagħżel liema wieħed nipprattika. U kien għalhekk li kif għedtlek bdejt bil-go-karts u wara ftit żmien irnexxieli nsir champion tal-kategorija tiegħi f’dan il-qasam. Darba minnhom kont iltqajt ma’ ħabib tiegħi li kien iffissat fuq il-kwart ta’ mil u beda jħajjarni biex nipprova d-drag racing. Fl-aħħar mill-aħħar ħadtha bħala sfida biex nara kemm kont kapaċi nsuq fi kwart ta’ mil. Din l-isfida baqgħet għaddejja u middehra għadha ma spiċċatx ...
Kif qed tħares lejn din il-kariga l-ġdida tiegħek bħala president talMalta Motorsport Federation (MMF) u x’inhuma l-ewwel miri tiegħek f’dan ir-rwol? L-ewwelnett nixtieq nibda biex nirringrazzja lis-Sur Tonio Cini talli serva bħala president għal dawn l-aħħar 12-il sena, flimkien ma’ dawk kollha li għenuh matul ilpresidenza tiegħu. Wara dawn il-bidliet, il-Federazzjoni għandha tibbenefika minn entużjażmu ġdid u ideat ġodda, tgawdi minn aktar riżorsi biex tkun tista’ tindirizza l-ħafna sfidi li jiffaċċjaw il-clubs, is-sewwieqa u d-dilettanti kollha. Waħda mill-ewwel miri għallpresidenza tiegħi hija li nara aktar dilettanti jersqu ‘l quddiem u jgħinu lill-federazzjoni biex tgħin lill-clubs ikabbru l-isport tagħ hom.
X’differenza tara bejn iż-żewġ dixxiplini li int tipprattika – il-GoKarting u d-Drag Racing? Trid tkun tajjeb fihom it-tnejn biex tikkompeti. Ovvjament hemm stili differenti involuti fiż-żewġ attivitajiet. Fil-go-karting għandek aktar ħin fit-trakka, trid iktar fiżika għaliha u għandek iktar delikatezza. Min-naħa l-oħra fejn jidħol drag racing, għandek bżonn ta’ iktar preparazzjoni u li t-team ikun magħqud ħafna, b’hekk imbagħad joħroġ irriżultat. Meta qed inkellmek fuq ilkategorija li nieħu sehem fiha jien, qed nitkellmu fuq livell aktar għoli kemm mil-lat finanzjarju kif ukoll bħala team. Kemm huwa importanti l-bidu (start) fid-drag racing? Bla dubju importanti ħafna li jkollok bidu tajjeb! L-istess bħall-Formula 1 importanti li jkollok ‘start’ tajba. Jekk tikkompara llum ma’ 30 sena ilu, l-affarijiet inbidlu għax il-karozzi saru tant viċin xulxin li sewwieq sar jagħmel ftit differenza. Min jara dan l-isport minn barra ma jagħtix kas. Min-naħa l-oħra, il-lights huma mportanti biex taħsad is-sewwieq ta’ maġenbek u tieħu l-vantaġġ meħtieġ. Kull sekonda tgħodd ... anzi kull frazzjoni ta’ sekonda ... għax tista’ tiswielek ir-rebħa finali. X’tip ta’ taħriġ tagħmel sabiex dejjem tkun fl-aqwa tiegħek? Ilni għaxar snin fid-drag racing u dejjem nipprova nipperfezzjona l-ħiliet tiegħi. Importanti li fid-drag racing ikollok riflessi tajbin u tkun fiżikament b’saħħtek ħalli tkun aħjar
mill-kompetitur tiegħek. Tgħidli għal erba’ sekondi qed tittrenja? Jien ngħidlek li nkun qed ntitrenja għal weekend sħiħ. Dan minħabba li trid tibqa’ konċentrat mill-Ġimgħa salĦadd filgħaxija. Jien għandi personal trainer u kull filgħodu mmur il-gym fil waqt li nieħu ħsieb li jkolli dieta tajba. Jien m’inix bniedem professjonali f’dan l-isport iżda nġib ruħi u nieħu ħsieb daqs li kieku persuna li naqla’ x’niekol minnu. Kif jirnexxielek tlaħħaq max-xogħol u mad-drag racing? Nipprova nagħmel l-impossibbli kuljum! Ix-xogħol tiegħi huwa iktar importanti mill-isport u aħna bħala pajjiż ftit insibu għajnuna minn sponsors u entitajiet oħra. Minkejja kollox nipprova nibbilanċja kemm nista’ biex inlaħħaq kemm nista’. Għalhekk fil-għodu nqum kmieni għattaħriġ tiegħi u fit-8.30 am nerħilha lejn ix-xogħol. F’dak il-ħin eżatt, il-mowbajl jibda jdoqq u ma jiqafx qabel it-8.00 pm. F’xi ħin matul il-ġimgħa dejjem nikkomunika mat-tim tiegħi biex nara li kollox ikun ippreparat għat-tiġrija li jmiss. Fi tmiem il-ġimgħa niltaqgħu l-garaxx kull nhar ta’ Sibt biex naraw x’ikun imiss u x-xogħlijiet li jridu jsiru. Bħala drag racing, kemm issibu għajnuna bħala assoċjazzjoni minn SportMalta? Jien inħoss li għal-livell ta’ sport li nipprattika jien għandi bżonn karozza li tkun ‘top fuel’. Nemmen li l-fondi li jingħatawlna mhumiex biżżejjed minħabba li l-kwalitá ta’ vetturi f’tel lieqa huma differenti.
|
Int president tal-Malta Motorsport Federation. Iżda qabel kif kont tħares lejha? Mill-MMF dejjem sibt ħafna għajnuna fil-limitazzjonijiet kollha tagħhom. L-MMF dejjem kienu jikkonsultaw miegħi fuq ċerti affarijiet sabiex anke ngħin lill-kompetituri tiegħi. Jien nemmen li għall-ġid talisports nipprova nagħti l-għajnuna tiegħi lil kulħadd. L-istess federazzjoni dejjem tatni promozzjoni kbira meta nkun ksibt xi suċċess u għalhekk nista’ ngħid li dejjem għenna lil xulxin. Jien għandi l-għan li nkompli miexi fuq dawn ilpassi issa li li jien president tal-istess Federazzjoni. Kif tqabbel it-trakka ta’ Ħal Far ma’ dawk Ewropej bħal dik li kkompetejt int, f’Santa Pod? Jien nixtieq nikkwota persuna li ilu fid-drag racing għal dawn l-aħħar 40 sena .. li kien qal li t-trakka ta’ Ħal Far hija tajba u sabiħa daqs dik ta’ Santa Pod. Huwa veru wkoll li din it-trakka li semmejt l-aħħar hija waħda millaqwa fl-Ewropa. Madankollu naħseb li ninsabu sodisfatti bil-faċilitajiet li għandna f’Ħal Far. Xi nies isostnu li d-drag racing huwa sport perikoluż. Xi tgħidilhom lil dawn in-nies? L-ewwelnett aħna nsuqu skond irregolamenti tal-FIA kif ukoll nikkonsultaw mal-NHRA li hija l-ikbar assoċjazzjoni taddrag racing. Lil sħabi ngħidilhom li iktar inħossni komdu u sigur insuq id-dragster tiegħi milli nsuq karozza inferjuri u li ma tkunx konformi tal-FIA.
Fi ftit kliem kull ħaġa li taqa’ taħt l-FIA nistgħu ngħidu li hija sigura u li ma fiha l-ebda periklu. Ovvjament imbagħad għandu jiġi mis-sewwieq li ma jitkessaħx u jimxi skond irregolamenti ħalli ma jkunx ta’ periklu għal ħaddieħor. X’inhuma s-sagrifiċċji li jkollok tagħmel sabiex tipprattika dan l-isport? Li nista’ ngħidlek li jinvolvi ħafna stress. Biss biss ngħidlek li kelli nsiefer tmien darbiet matul din is-sena. Qisu darba kull ħmistax ikolli bżonn immur biex nitħarreġ ħalli nkun dejjem aħjar u nkun ukoll preparat. Fl-istess ħin jien għandi x-xogħol tiegħi u hawnhekk nixtieq nirringrazzja lil sħabi li jissapportjawni fil-mumenti meta jkolli xi kompetizzjoni jew avveniment tal-motorsport. Ma nistax ma nsemmix il-familja li xi kultant tagħmel sagrifiċċji kbar għalija speċjalment il-mara li wkoll nirringrazzjaha tal-paċenzja li tieħu bija. Meta nsiefru aħna nkunu tim ta’ 10 min-nies li wkoll ikollhom jabbandunaw ix-xogħol u l-familja sabiex jitilgħu miegħi. Għadek ma tafx kemm jinvolvi preparazzjoni sabiex tipprattika dan l-isport. Hemm ħafna truf li jridu jiġu solvuti ħalli int tkun mija fil-mija meta tikkompeti. Irid ikollok trailer li jġorr il-karozza biex imbagħad meta tasal hemm terġa’ żżarma ħalli tarma l-karozza. Għalhekk ngħid meta jkollok karozza top fuel, trid tkun lest għaliha u tkun preparat sabiex toħroġ l-aħjar tiegħek waqt is-sewqan. L-ironija hi
li qed tipprepara dan kollu għal ftit sekondi ta’ tiġrija. Nixtieq biss li għas-sagrifiċċji kollha li għamilt u għall-flus kollha li nfaqt biex wasalt fejn wasalt, niġi kkalkulat u apprezzat aktar għax wara kollox jien qed nirrappreżenta lil pajjiżi meta nikkompeti. X’emozzjonijiet ħassejt fid-darbtejn konsekuttivi li fihom ġejt inkurunat champion Ewropew tad-Drag Racing? Jien ilni 10 snin fid-drag racing u nista’ ngħid li tlajt tarġa tarġa sakemm wasalt fil-quċċata li dejjem xtaqt. Kont l-uniku bniedem li kkompetejt f’din il-klassi u meta tikkompeti kontra sewwieqa oħra li ilhom 20 sena jew iktar jipprattikaw dan l-isport u tirbħilhom tħoss sodisfazzjon enormi. Kburi wkoll li ksirt ħafna rekords mhux bħala ħin iżda bħala konsistenza. Kemm bkejt u fraħt wara li rbaħt dawn it-titli! Ħafna personalitajiet barranin faħħruni filwaqt li bdew jifirħuli għassuċċess li ksibt. Tara lilek innifsek li tista’ tirbaħ l-unur ta’ champion tad-dinja fil-futur? Kulħadd jixtieq ikun champion tad-dinja. Jien nemmen li kapaċi nikkompeti ma’ sewwieqa oħra għalkemm dawn tal-aħħar għandhom budget li huwa għaxar darbiet iktar minna. Għalhekk il-problema tkun waħda finanzjarja peress li biex titla’ l-Amerika tiġik ħafna u ħafna flus u għalissa mhux possibbli dan kollu. Il-ħolm huwa sabiħ u min jaf forsi xi darba dan kollu jista’ jsir realtá ... imqar li nikkompeti biss fil-kampjonat dinji!
Minn
Cristian Muscat
X’emozzjoni ħassejt meta rbaħt l-unur ferm prestiġjuż u importanti f’pajjiżna tal-Isportiv tas-Sena għal sentejn konsekuttivi? Fiż-żewġ ċirkostanzi, ħassejt ħafna emozzjonijiet kbar u apparti minn hekk rebaħ ukoll il-motorsport lokali għas-sagrifiċċji li jagħmlu s-sewwieqa u għallinqas il-wirjiet tagħna ġew ikkunsidrati minn dawk involuti filqasam sportiv. Jekk niġi għall-aħħar unur li rbaħt, forsi dan kien ifisser iktar għalija, minħabba li s-sena preċedenti ma kinitx faċli għalija minħabba li affrontajt diversi diffikultajiet fosthom kwistjoni ta’ negozju li għamlithieli diffiċli ferm biex nidħol għal staġun sħiħ fil-Kampjonati Ewropej tad-drag racing, hekk kif dan l-isport jirrikjedi flejjes kbar. Madanakollu, ir-rieda ma ħallitnix naqta’ qalbi, anki jekk biex ksirt rekord Ewropew wara l-ieħor ... iċċaħħadt ukoll minn ħin prezzjuż mal-familja! Tista’ tgħaddi messaġġ lil dawk iżżgħażagħ li jixtiequ jibdew jipprattikaw xi tip jew ieħor ta’ motorsport. Dan l-isport jgħinek ħafna biex ikollok karattru sod u jikkalmak f’mumenti fejn trid tieħu deċiżjoni importanti. Meta int timxi b’ċerta serjetá fl-isport li tkun qed tipprattika, awtomatikament ikollok ir-rispett minn dawk kollha ta’ madwarek. U huwa għalhekk li l-isport jagħtik ċertu personalitá.
ix
x|
ROTI
FORCE INDIA F1 TEAM
minn Jordy Brincat
2008 GĦAL 2018
Matul dan ix-xahar, se tingħata ħarsa lejn it-tieni u l-aħħar parti, dwar l-istorja tat-team Force India bejn is-snin 2013 u l-2018. Matul ix-xahar ta’ Novembru 2020, tkellima dwar l-ewwel parti kif it-team tal-Force India F1 Team u iżjed tard bħala Sahara Force India Formula 1 Team, beda jikkompeti f’dan l-isports. Tkellimna dwar kif dan it-tim minn ġewwa Silverstone ra l-oriġini tiegħu fl-1991, meta Eddie Jordan waqqaf il-Jordan Grand Prix. Wara snin glorjużi fil-Formula 1, sfortunatament dan it-tim bħal ħafna oħra sofra minn problemi finanzjarji kbar sakemm inbiegħ lil diversi sidien ġodda. Kien proprju Vijay Mallya li xtara dan it-tim u semmieh Force India fl-2007. Rajna kif fl-ewwel sena li kkompeta fil-Formula 1 ma tantx mar tajjeb fejn spiċċaw l-aħħar filklassifika mingħajr l-ebda punt. Però dan it-team li kif ħafna mid-delettanti tal-Formula 1 dejjem iġġieled iżjed mil-limitu tiegħu minkejja li hu wieħed mill-inqas timijiet li għandu budget fil-Formula 1. Illum se nagħtu ħarsa bejn is-snin 2013 u l-2018.
KAMPJONAT 2013 Karozza: VJM06 Magna: Mercedes 2.4 V8 Tyres: Pirelli Punti finali: 77 Kampjonat: 6 post Sewwieqa: 14) Paul Di Resta – 15) Adrian Sutil Il-Kampjonat tal-2013, Force India żammew lis-sewwieq Paul Di Resta għat-tielet sena konsekuttiva. Mat-tim irritorna wkoll il-Ġermaniż Adrian Sutil wara li għamel staġun mas-Sauber. Dan ġie mibdul mal-Ġermaniż l-ieħor Nico Hulkenberg. Il-Karozza l-ġdida l-VJM06 ġiet mikxufa għall-ewwel darba fl-1 ta’ Frar 2013 ġewwa l-fabbrika tagħhom f’Silverstone. L-ewwel tiellieqa talistaġun ġewwa Melbourne, Sutil spiċċa s-sebà post b’Di Resta warajh fit-tmin post. Dan kien l-aqwa riżultat għat-tim matul l-ewwel tellieqa tal-kampjonat.
KAMPJONAT 2014 Karozza: VJM07 Magna: Mercedes Hybrid 1.6 V6t Tyres: Pirelli Punti finali: 155 Kampjonat: 6 post Sewwieqa: 27) Nico Hulkenberg – 11) Sergio Perez
Il-Ġermaniż Nico Hulkenberg irritorna lura ma’ dan it-tim minflok Adrian Sutil li dan iffirma mas-Sauber. Il-Messikan Perez ingħaqad ma’ dan it-team wara sena diżappuntanti mal-McLaren. Ġie ffirmat ukoll Daniel Juncadella bħala t-tielet pilota. Fl-ewwel tellieqa, Hulkenberg spiċċa fis-sitt post u Perez spiċċa fl-għaxar post wara li Daniel Ricciardo ġie skwalifikat. Din kienet l-ewwel tellieqa fejn fiha Nico Hulkenberg għamel iżjed minn dawra waħda fuq dan iċ-ċirkwit. Fittellieqa tal-Bahrain, Perez poġġa lil Force India fuq il-podju permezz tattielet post. Dan kien l-ewwel podju li kiseb dan it-tim wara l-famuża tellieqa tal-Belġju fil-2009. Perez kiseb ukoll it-tielet l-iktar lap veloċi lil dan it-tim fl-istorja tal-Force India. Dan it-tim minn ġewwa Silverstone mexa ‘l quddiem bis-saħħa tar-regoli l-ġodda u l-magni Hybrid u dħul tatturbo fil-Formula 1.
KAMPJONAT 2015 Karozza: VJM08 Magna: Mercedes Hybrid 1.6 V6t Tyres: Pirelli Punti finali: 136 Kampjonat: 5 post Sewwieqa: 11) Sergio Perez - 27) Nico Hulkenberg F’Ottubru 2014, Force India kkonfermaw li Hulkenberg ġedded ilkuntratt għall-istaġun 2015. Qabel ittellieqa tal-Brażil, l-istess tim ħabbar li s-sewwieq Sergio Perez ġedded ilkuntratt tiegħu għal sentejn, sal-aħħar tal-2016. Force India tilfu l-ewwel testijiet li saru ġewwa Jerez minħabba li sabu xi problemi fl-iżvilupp tal-karozza VJM08. Iktar tard ħareġ li r-raġuni ewlenija kienet nuqqas ta’ fondi. Skond Ralf Bach – midħla sew ta’ dan it-tim qal li parts importanti, ma waslux minħabba li ċertu suppliers ma tħallsux. Minnaħa l-oħra, id-Deputat Kap tat-tim Bob Fernley stqarr li t-tim jista jitlef it-tliet sessjonijiet ta’ testijiet. Minnaħa l-oħra kompla jżid li jistgħu jużaw il-karozza VJM07 tas-sena 2014 sabiex is-sewwieqa jkunu jistgħu jagħmlu testijiet fuq it-tyres. Sa fl-aħħar ilkarozza tal-2015, instaqet għall-ewwel darba fit-tieni jum tat-tielet sessjoni ta’ testijiet f’Barcelona is-sewwieq Hulkenberg. Din il-karozza kienet dik aġġornata mal-karozza tas-sena preċedenti. Il-Force India bdew l-istaġun fuq nota pożittiva meta Hulkenberg
spiċċa l-ewwel tellieqa fis-seba’ post. Madankollu damu biex kisbu punt ieħor, sakemm Perez fuq iċ-ċirkwit tal-Bahrain spiċċa fit-tmien post. Fittlielaq ta’ Monaco u l-Awstrija, it-tim kiseb riżultati tajbin. Fit-tellieqa talSilverstone, it-tim introduċa l-karozza VJM08B għall-ewwel darba. Ilkarozza kienet ferm aħjar mill-VJM08 speċjalment fil-kantunieri. Fit-tellieqa tal-Belġju, is-sewwieq Perez kien kważi kiseb l-ewwel post fl-ewwel dawra però spiċċa din it-tellieqa filħames post. Fit-tellieqa ta’ Monza, Perez spiċċa fis-sitt post u s-seba’ fittellieqa ta’ Singapore. F’Settembru, is-Sahara Force India F1 Team ressqu protest kontra l-Formula Wieħed talli kisru r-regoli tal-kompetizzjoni. L-istess Perez, fuq iċ-ċirkwit tarRussja, spiċċa fit-tielet post. Fit-tmiem it-tellieqa tal-Messiku, Hulkenberg u Perez spiċċaw fis-sebà u t-tmien post. Dawn ir-riżultati ferm pożittivi, għenu lit-tim tal-Force India jispiċċaw filħames post tal-kostrutturi b’136 punt – għalkemm 19-il punt inqas mis-sena l-oħra. Dan kien riżultat mill-aqwa wara diversi problemi fil-bidu talkampjonat.
|
MALTA’S MOST AFFORDABLE SUV!
STARTING FROM
€22,400 ON THE ROAD
xi
BOOK YOUR TEST DRIVE TODAY
Focus Building, Level 1, Mdina Road, Attard, ATD 9037. Telephone: (+356) 2339 2340/1, Mobile: (+356) 9977 0708. Email: sales@smotor.mt www.ssangyong.mt
SsangYong_Korando_Malta_29.01.2021.indd 1
29/01/2021 13:07
xii |
ROTI