Roti July 21

Page 1

ROTI

Suppliment għad-dilettanti tal-Karozzi u Muturi

Lulju 2021

M

eta fil-For­ mula Wieħed seta’ deher li s-sewwieq Olandiż, Max Verstappen (Red Bull) kien se jaħrab bil-punti meta fetaħ vantaġġ ta’ 33 punt fuq ir-rival dirett tiegħu, ilBritanniku Lewis Hamilton (Mercedes), il-Grand Prix ta’ Silverstone fetaħ beraħ l-isfida tat-titlu hekk kif Hamilton rebaħ b’mod millaktar drammatiku u kon­ troversjali.

8 PUNTI BISS

JIFIRDU LIL VERSTAPPEN U HAMILTON

Dan minħabba li fl-ewwel dawra huwa kien involut f’ħabta mal-istess Ver­ stappen meta ntmesset irrota ta’ wara, b’dan talaħħar jikkraxxja barra mit-trakka u baqa’ dieħel fil-barrikati. Filwaqt li l-karozza ġarrbet ħsarat estensivi, b’xorti tajba l-leader tal-klassifika ħareġ mill-istess karozza mingħajr injury iżda ma setax ikompli jikkompeti. Hamilton in­ għata penalitá ta’ 10 sekondi iżda kien tajjeb biżżejjed biex fl-aħħar żewġ dawriet qabeż lil-leader, Charles Leclerc (Ferrari) u spiċċa fl-ewwel post. B’din ir-rebħa, Hamilton naq­­qas id-distakk għal tmien punti fil-konfront ta’ Verstappen iżda, bla dubju, ir-rivalitá bejn dawn iżżewġ sewwieqa kibret aktar hekk kif il-kamp tar-Red Bull akkuża lil Hamilton b’sewqan perikoluż u li lpenalitá li ngħata ma tir­ riflettix il-gravitá tal-aċ­ ċident. Il-klassifika ġenerali hija (ta’ fuq): 185 - Max Verstappen; 177 - Lewis Hamilton; 113 Lando Norris; 108 - Valtteri Bottas

DISINN - Stacy Grech | ADVERTISING DEPARTMENT - 2590 0200 - adverts@unionprint.com.mt


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.