7 minute read
Regolamenti ġodda tal-F1 għall-istagun 2021
from Roti March 2021
by Union Print
minn JASON SULTANA
Bl-istaġun il-ġdid tal-F1, se jingħata bidu proprju għada wara waqfa prattikament iqsar, nazzarda ngħid li dan se jkun kontinwazzjoni tal-istaġun preċedenti fejn għandhom x’jaqsmu regolamenti tekniċi u dawk sportivi meta nqisu li l-bażi tal-karozzi li ntużaw fl-2020 se jergġħu jintużaw fl-2021, wara li r-regolamenti l-ġodda li kellhom jidħlu fis-seħħ din is-sena ġew posposti għall-2022. Peró, jekk nidħlu aktar fid-dettall, insibu ċerti tibdiliet żgħar imma sinjifikanti għal dan l-istaġun li huwa ppjanat li jibda eżattament fi tmiem din il-ġimgħa ġewwa l-Bahrain. Għalhekk se nagħtu ħarsa rigward x’se nkunu qed naraw ġdid fl-2021, kemm min-naħa teknika kif ukoll mill-aspett sportiv!
Advertisement
1. Tibdil fl-art tal-karozzi
L-aktar tibdil li wieħed se jinnota fuq il-karozzi din is-sena, hija l-forma tal-art tal-istess karozzi. Fl-aħħar snin jekk kont tħares minn fuq (plan view), kont tara l-art tal-karozza b’forma rettangolari b’mod speċjali quddiem it-tyres ta’ wara, u b’numru ta’ slots skolpiti għattul fil-ġenb tal-istess art. Dawn kienu jsiru biex iżidu l-ammont ta’ downforce ġġenerata qrib it-truf tal-art tal-karozza, jagħmlu suction taħt il-karozza, kif ukoll biex jirfinaw il-vortices li jiffurmaw f’din il-parti ferm importanti għad-downforce biex ittejjeb il-kunċett ground effect. Għal dan l-istaġun dawn l-islots ġew projbiti, bir-regolamenti jgħidu li l-art kollha tal-karozza trid tkun ħaġa waħda solida, kif ukoll fil-parti ta’ quddiem ittyres ta’ wara se naraw biċċa mill-art maqtugħa dijagonali li tibda mil-punt ta’ 1800mm wara l-fus ta’ quddiem u tidħol ‘il ġewwa 100mm u 175mm millfus ta’ wara, bil-għan li titnaqqas ftit mid-downforce ġġenerata u ttaffi xi ftit mil-loadings li jesperjenzaw it-tyres ta’ wara.
2. Appendiċi mal-brake ducts ta’ wara mqassra
Flimkien mat-tibdiliet li diġá semmejtfl-art tal-karozza, hemm tibdil ieħorżgħir għall-2021 fejn jidħlu wingletsaerodinamiċi li nsibu mal-brake ductsta’ wara, li f’dawn l-aħħar snin rajnażvilupp enormi f’din iż-żona. It-tibdil sejkun jikkonċerna l-parti t’isfel ta’ dawnil-winglets li se jiqsaru mill-wisgħab’40mm għal 80mm, waqt li l-wingletsta’ fuq se jibqgħu l-istess, 120mm.Dawn kif wieħed jista’ jifhem humapartijiet żgħar imma huma kruċjalimmens għax jissuplixxu ammont ta’downforce effiċjenti lejn il-parti ta’ waratal-karozza.
3. Tnaqqis fil-qies taddiffuser fences
tikkonċerna l-fences tad-diffuser (lihuma dawk il-partijiet laterali li narawmatul id-diffuser meta nħarsu minnaħata’ wara tal-karozza). Dawn ġewimqassra b’50mm u se jħallu l-istessimpatt, bħat-tneħħija tas-slots fl-art,għax se jagħmel tnaqqis fl-effiċjenza ta’kemm iseħħ floor seal f’waħda mil-aktarpartijiet tal-karozza li tiġi ġġeneratadownforce.
4. L-introduzzjoni talfamuża Budget Cost Cap
Bla ebda dubju, l-aktar bidla li tant ilha mistennija u li se tara l-bidu tagħha għall-ewwel darba fil-F1, hija l-introduzzjoni tal-budget cost cap. L-ammont fl-ispiża ta’ kull tim li se jkun impost għal dan l-istaġun se jkun ta’ $145 miljun, għalkemm jista’ jkun ftit iżjed għal $147.4m, jekk isiru 23 tellieqa kif previst, b’konċessjoni ta’ $1.2m għal kull tellieqa miżjuda mal-21 miftehma fir-regolamenti. Dan il-pjan mistenni jieħu tliet snin bil-budget jitnaqqas għal $140m fl-2022 u $135m fl-2023 ris-pettivament. Din il-kappa se tkopri kull aspett li bih jopera u jitmexxa tim tal-F1 bl-eċċezzjonijiet ikunu s-salarji tas-sewwieqa u t-tliet l-aktar membri fit-tim li huma mħallsa, kif ukoll l-ispejjeż tal-marketing. Ta’ min isemmi ukoll li l-ispejjeż tal-leave tal-maternitá, paternitá u tas-sick kif ukoll il-benefiċċji għall-bżonn ta’ saħħa u pakketti ta’ rtirar kmieni għall-istess impjegati, huma esklużi mill-istess budget cap. It-timijiet huma permessi li jonfqu $45m f’kapital li jinkludi makkinarju għall-fabbriki eċċ. bejn din is-sena u t-tmiem tal-2024. Din is-sistema se tkun immoniterjata strettament mill-FIA u kull tim huwa obbligat li jgħaddi l-informazzjoni eżatta ta’ kif u fiex qed jintefqu l-flus. Min jinqabad jipprova jiddikjara anqas hemm pieni ħorox jistennewh, fosthom esklużjoni mill-istess kampjonat!
5. Sistema ġdida rigward it-testijiet aerodinamiċi
Żvilupp interessanti ieħor li se naraw jiġi introdott minn dan l-istaġun, hija sistema magħrufa bħala Sliding scale for Aaerodynamic Testing Regulations (ATR) - fattur importanti ħafna għax din is-sena se naraw lit-timijiet jiffinalizzaw il-karozzi l-ġodda tagħhom għall-istaġun tal-2022 li fih se jseħħ tibdil rivoluzzjonarju. Biex nispjegaha faċilment, din is-sistema se taħdem hekk: it-tim li jkun spiċċa fl-aħħar post fil-kampjonat tal-kostrutturi li jkun għadu kif għadda (f’dan il-każ tal-2020), se jkollu l-aktar ħin permess lilu f’testijiet fil-wind tunnel jew CFD (Computational Fluid Dynamics) biex itejjeb u jiżviluppa l-karozza pre-ċedenti u dik tal-kampjonat li jkun jmiss. Fit-tabella ta’ hawn taħt, wieħed jista’ jifhem aħjar kif din is-sistema se titħaddem. Dawn it-tibdiliet se jsiru aktar sinjifikanti mill-2022 ‘il quddiem.
6. Żieda fil-piż tal-karozzi u dak tal-PU
Se naraw żieda żgħira fejn jikkonċerna l-piż minimu tal-karozza (bla fjuwil) li se jiżdied minn 746kg fl-2020 għal 752kg din is-sena, kif ukoll tal-Power Unit (PU) minn 145kg għal 150kg. Din ir-regola ġiet introdotta biex min-naħa tiskoraġġixxi lit-timijiet milli jużaw materjali eżotici. Tajjeb ngħidu li dawn jintużaw għax huma ferm eħfef minn materjali komuni, peró l-ispejjeż huma ferm ogħla biex timmanifatturahom, allura indirettament din il-bidla se tkun minnha nnifisha bħala miżura ta’ awsteritá f’dan ir-rigward.
7. L-ikkuppjar minn karozza għal oħra se jkun projbit
Punt diskutibbli għall-2021, meta nqisu li l-maġġor parti taċ-chassis li ntuża fl-2020, se jinżamm għal dan l-is-taġun ukoll (bl-eċċezzjoni taż-żewġ tokens li jistgħu jissarrfu f’tibdil notevoli f’partijiet ewlenin tal-karozza). Peró, wara l-furur ikkawżat is-sena li għaddiet minħabba l-fatt li t-tim Racing Point ddisinja u mmanifattura l-karozza RP20 kważi jew simili f’ħafna setturi bħall-karozza Mercedes W10 tal-2019, ir-regolamenti tekniċi tal-2021 ġew mibdula b’tali mod biex din il-possibbiltá ma terġax isseħħ. Ir-regolamenti issa jgħidu li għalkemm xorta waħda huwa permessibbli li tkun influwenzat bid-disinn jew bil-kunċett ta’ karozza rivali oħra, bil-partijiet individwali esklussivi wżati (magħrufa bhala LTCs, Listed Team Components), wieħed huwa obbligat li l-informazzjoni wżata biex jiġu kkrejati dawn il-partijiet trid tkun potenzjalment għad-dispożizzjoni tal-kompetituri kollha u trid tkun miksuba matul avvenimenti uffiċjali jew it-testijiet – permezz ta’ ritratti, osservazzjoni, videos eċċ milli t-timijiet nfushom jaqblu bejniethom bi ftehim reċiproku għall-bdil ta’ din l-informazzjoni tal-imsemmija LTCs. Addizzjonali ma’ dan kollu hemm ukoll il-projbizzjoni tal-famuża reverse engineering minn karozza rivali li teskludi l-użu ta’ kameras 3D biex wieħed jiskenja karozzi tal-kompetituri.
8. Tyres b’compound ġdid minn Pirelli
Pirelli ħejjew tyres aktar robusti għal dan l-istagun. Dan qalu Mario Isola, il-kap tal-istess manifattur tat-tyres tal-F1, bil-għan ewlieni se jkun li jtejbu l-kostruzzjoni tat-tyres użati fl-2020 biex itejbu l-integritá tagħhom! Dan wara li fl-2020 l-istess tyres esperjenzaw l-akbar stress fil-kantunieri li qatt ġew esperjenzati fil-F1 u minħabba f’hekk tliet każijiet ta’ ċediment tal-istess tyres seħħew waqt il-GP tal-Ingilterra. Dawn it-tibdiliet huma neċessarji, għax anke jekk l-effiċjenza aerodinamika se tonqos b’10% kif hija stmata mill-kap tekniku tas-single seaters Nicolas Tombazis permezz tar-regolamenti li semmejt diġá, it-timijiet mistennija jirkupraw lura mill-inqas 5% matul ix-xitwa, qabel jibda l-kampjonat u tinqabeż mal-milja tal-istaġun. Il-Pirelli jippreferu li jkunu ppreparati bil-quddiem għal dan kollu. Ta’ min isemmi li s-sewwieqa kellhom l-opportunitá li jesperjenzaw it-tyres proposti għall-2021 f’numru ta’ sessjonijiet liberi waqt l-2020.
9. Is-sistema DAS projbita
Regola waħda mposta din is-sena se tkun qed taffettwa tim wieħed biss, dak tal-Mercedes bil-projbizzjoni tas-sistema DAS (Dual Axis Steering). Matul l-2020 rajna l-karozza W11 mgħammra b’din l-innovazzjoni ġenjali li Hamilton, Bottas u Russell użaw, billi jiġbdu u jimbuttaw l-isteering wheel f’partijiet dritti fuq it-trakka. Waqt dan il-proċess kien jinbidel il-camber tar-roti ta’ quddiem u jgħin lit-tyres jisħnu aktar malajr u b’uniformitá qabel jidħlu fil-kantunieri, allura jkollhom aktar qabda mal-art mill-istess tyres fil-konfront tar-rivali tagħhom - sistema li tathom vantaġġ kbir fuq l-oppożizzjoni, peró bdil fil-kitba tar-regolamenti, tat id-daqqa tal-mewt lil din is-sistema li tant investew fiha t-tim Ġermaniż ibbażat ġewwa l-Ingilterra. Ir-regola tgħid li re-alignment tal-isteering irid jiġi definit unikament mis-sewwieq b’laxk ta’ 1° f’direzzjoni waħda biss - dik rotazzjonali, għalhekk ir-relazzjoni mill-anglu tal-isteering wheel għal mal-bażi trid tkun strettament f’direzzjoni waħda - regola sempliċi, peró definittiva!
10. Allokazzjoni awtomatika tat-tyres
F’dan l-istaġun kull sewwieq, jekk mhux determinat mill-FIA bi ftehim ma’ Pirelli, se jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu żewġ settijiet ta’ Hard tyres, tliet settijiet ta’ Mediums u tmien settijiet ta’ Softs kull Grand Prix. Infatti Pirelli diġá ħabbru l-compounds kollha li beħsiebhom ipoġġu għad-dispożizzjoni tat-timijiet għal kull GP li hemm previst (23) fl-2021.
11. Kull sessjoni ta’ provi liberi se tkun ta’ 60 minuta
L-ewwel żewġ sessjonijiet ta’ provi liberi li jsiru nhar ta’ Ġimgħa s-soltu kienu jkunu ta’ 90 minuta ‘l waħda, bit-tielet sessjoni, dik tas-Sibt tkun ta’ 60 minuta.
Minn dan l-istagun il-format ġie mibdul, partikolarment dak ta’ nhar ta’ Ġimgħa, fejn kull sessjoni issa se tkun ta’ 60 minuta, jiġifieri 30 minuta anqas kull sessjoni, b’dik tas-Sibt tibqa’ l-istess. Dan se jitfa’ aktar piż fuq it-timijiet li issa se jkollhom aktar xogħol x’jagħmlu biex jissettjaw il-karozzi għall-kwalifikazzjoni u t-tellieqa f’anqas ħin disponibbli għalihom. Qed jiġi diskuss ukoll format gdid ta’ Sprint Races li jseħħu nhar ta’ Sibt, bil-provi ta’ kwalifikazzjoni għalihom tkun nhar ta’ Ġimgħa u li jkunu qrib in-nofs distanza mill-GP prinċipali li mbagħad l-eżitu tagħhom jiddeċiedi l-pożizzjonijiet ta’ kif jibdew il-GP tal-Ħadd, fi tliet GP dan l-istagun stess. S’issa jidher li hemm qbil unanimu bejn it-timijiet, peró għadu ma ġiex iffinalizzat l-ebda ftehim għax it-timijiet talbu għal aktar informazzjoni mingħand l-organizzaturi tal-F1 u l-FIA ta’ kif se jiżvolgu u jseħħu dawn l-iSprint Races. Aktar żviluppi huma mistennija fuq din il-proposta!
12. Materjali ġodda permissibbli
Regola sabiħa u innovattiva li se nispiċċa biha hija li l-istess regolamenti tekniċi issa se jippermettu l-introduzzjoni ta’ ċerti materjali ġodda magħrufa bħala eco friendly fil-F1 bħal: flax, hemp, linen, cotton u bamboo fost l-oħrajn. B’dan l-isport meqjus bħala wieħed teknoloġiku mmens, se tkun interessanti kif it-timijiet se jirnexxielhom jintegraw dawn il-materjali fil-kostruzzjoni tal-karozzi jew fl-operat tagħhom!
Tistgħu ssegwu għal aktar materjal li jkun aġġornat ħafna drabi kuljum fuq il-paġna tiegħi ta’ Facebook: Formula One Insights – by Jason. Barra min hekk, għandi wkoll il-websajt www.formulaoneinsights.com għal artikli aktar speċifiċi mid-dinja tal-Formula Wieħed.