5 minute read
Is-72 KAMPJONAT DINJI TAL-FORMULA WIEĦED
from Roti March 2021
by Union Print
minn JORDY BRINCAT
L-istaġun tal-Formula 1 ta’ din is-sena li se jibda proprju għada, se jara r-ritorn tas-sewwieq Spanjol u darbtejn champion tad-dinja, Fernando Alonso, mat-team tal-Alpine, il-marka tal-karozzi lussużi Aston Martin u wkoll l-isem leġġenda tas-snin disgħin u bidu tal-millenju Schumacher, fost l-oħrajn...
Advertisement
Dan l-istaġun mistenni jkun mifrux fuq 23 tiġrija madwar iddinja. Is-sebà darbiet champion tad-dinja, Lewis Hamilton flimkien mal-Mercedes se jkunu qed jiddefendu it-titlu ta’ champions, wara li t-tnejn li huma reġgħu rebħu dan il-kampjonat matul l-2020.
Tibdil fit-timijiet
McLaren ħabbru li għall-2021 se jkunu qed jibdlu l-magni - minn dik Renault għal Mercedes. Huma se jkunu qed jirritornaw lura mal- Ġermaniżi wara seba’ snin. Il- McLaren Mercedes ħadmu flimkien bejn 1995 u l-2014 fejn fihom rebħu tliet darbiet il-kampjonat tas-sewwieqa (1998,1999,2008) u darba l-kampjonat tal-kostrutturi (1998). It-tim minn ġewwa Silverstone, Racing Point (ex Force India u Jordan fost l-oħrajn) issa sar Aston Martin. Dan wara li l-kap tattim Lawrence Stroll xtrara ismha fil-marka tal-karozzi lussużi Aston Martin. Ir-Renault issa ħadu l-isem ta’ Alpine wara li dawn tal-aħħar ħadu l-isem ta’ din id-ditta famuża tal-karozzi sportivi.
Tibdil fis-sewwieqa
L-erbà darbiet champion taddinja l-Ġermaniż, Sebastian Vettel, ħalla lit-tim tal-Ferrari fit-tmiem tal-2020 sabiex jingħaqad mattim tal-Aston Martin. Minfloku se jsuq l-Ispanjol Carlos Sainz Jr. li ħalla lill-McLaren. Daniel Ricciardo ingħaqad mal-McLaren, filwaqt li darbtejn champion Fernando Alonso jirritorna għat-tielet darba ġewwa Enstone sabiex isuq matteam tal-Alpine. Dan is-sewwieq l-aħħar li saq fil-Formula 1 kien mal-McLaren Honda fl-2018.
Sergio Perez, li kien f’riskju li jispiċċa mingħajr tim, wara staġun mill-aqwa mar-Racing Point ingħaqad mat-tim tar-Red Bull minflok Alex Albon li dan tal-aħħar spiċċa s-sewweiq ta’ riserva malistess tim. Tajjeb wieħed jinnota, li Perez se jkun l-ewwel sewwieq wara l-Awstraljan Mark Webber, li se jsuq mar-Red Bull li ma ħarigx mill-akkademja tar-Red Bull.
Iż-żewġ sewwieqa li saqu mal- Haas fl-2020, Romain Grosjean u Kevin Magnussen, ħallew lil dan it-tim wara kważi erba’ snin isuqu mal-istess tim flimkien.
Minflokhom, dawn se jid debutaw żewġ piloti żgħar. Ir-Russu Nikita Mazepin u l-Ġermaniż iben ic-champion tad-dinja għal sebà darbiet Michael Schumacher, Mick. Yuki Tsunoda mill-Ġappun se jkun qed jieħu post ir-Russu Daniil Kvyatt mal-Alpha Tauri. Dan tal-aħħar ingħaqad bħala s-sewwieq ta’ riserva mat-tim tal- Alpine. Tsunoda ser ikun l-ewwel xufier mill-Ġappun wara Kamui Kobayashi, li l-aħħar li saq kien fl- 2014.
Il-Kalendarju 2021
Dan il-kampjonat mistenni jibda għada fuq iċ-ċirkwit tal- Bahrain u jintemm fit-12 ta’ Diċembru f’Abu Dhabi. Dan mistenni jkun l-itwal kampjonat li qatt sar sa mill-1950 mifrux fuq 23 ċirkwit differenti. Tajjeb wieħed jinnota dawn il-punti li se naraw din issena:
• It-tiġrija ġewwa l-Portugall fuq iċ-ċirkwit ta’ Portimao sabet postha din is-sena wkoll. Dan wara li kellha tkun tiġrija ta’ darba matul l-2020 minħabba l-pandemija tal-Covid19.
• L-Olanda mistennija tirritorna fil-Formula 1 wara nuqqas ta’ 36 sena minn meta saret l-aħħar tiġrija f’dan il-pajjiż.
• It-tiġrija ġewwa Saudi Arabia hija mistenija tiddebutta din is-sena. Din it-tiġrija se ssir matul il-lejl fuq iċ-ċirkwit temporanju fil-Belt ta’ Jeddah. Il-pjan hu li fl-2023, timxi għal fuq iċ-ċirkwit ta’ Qiddiya. Din se tkun it-tielet tiġrija li se ssir bil-lejl matul din is-sena. Dan wara li diġá hemm it-tiġrija tal-Bahrain u dik ġewwa Singapore.
• It-tiġrija ġewwa l-Brażil se tieħu l-isem ta’ Sao Paolo Grand Prix wara li l-Gvern Lokali se jżid l-involviment tiegħu.
Tibdil fir-regoli matul dan l-istaġun:
Il-Kampjonat tal-2021 kien se jkun staġun fejn fih kienu se jsiru diversi tibdiliet fosthom fir-regoli u wkoll fid-disinn tal-karozzi. Però minħabba l-effett li ħalliet il-pandemija, dawn ġew sospiżi għall-kampjonat tal-2022.
Ħarsa lejn it-timijiet u s-sewwieqa li se jkunu qed jikkompetu f’dan il-Kampjonat
MERCEDES AMG PETRONAS F1 TEAM
Klassifika finali fl-istaġun 2020: L-ewwel post b’573 punt Bażi: Brackley fl-Ingilterra Magna: Mercedes-AMG Chassis: F1 W12 EQ Performance Kampjonati Kostrutturi: 7 Kap tat-tim: Toto Wolff Sponsor priċipali: Petronas Sponsors oħrajn: Ineos – Epson – Tommy Hilfiger 44 | Lewis Hamilton [Ingilterra] 77 | Valtteri Bottas [Finlandja]
RED BULL RACING HONDA
Klassifika finali fl-istaġun 2020: It-tieni post b’319 punt Bażi: Milton Keynes fl-Ingilterra Magna: Honda Chassis: RB16B Kampjonati Kostrutturi: 4 Kap tat-tim: Christian Horner Sponsors priċipali: Red Bull Sponsors oħrajn: Mobil – Claro – TAG Heuer 33 | Max Verstappen [Olanda] 11 | Sergio Perez [Messiku]
McLAREN MERCEDES F1 TEAM
Klassifika finali fl-istaġun 2020: It-tielet post b’202 punt Bażi: Woking fl-Ingilterra Magna: Mercedes-AMG Chassis: MCL35M Kampjonati Kostrutturi: 8 Kap tat-tim: Zack Brown Sponsors priċipali: A New Tomorrow Sponsors oħrajn: DELL – Gulf – Coca-Cola 3 | Danièl Ricciardo [Awstralja] 4 | Lando Norris [Ingilterra]
ASTON MARTIN COGNIZANT F1 TEAM
Klassifika finali fl-istaġun 2020: Ir-raba’ post b’195 punt (BWT Racing Point F1) Bażi: Silverstone fl-Ingilterra Magna: Mercedes-AMG Chassis: AMR21 Kampjonati Kostrutturi: 0 Kap tat-tim: Otmar Szafnauer Sponsors priċipali: Cognizant Sponsors oħrajn: BWT – JCB – Peroni 5 | Sebastian Vettel [Ġermanja] 18 | Lance Stroll [Kanada]
ALPINE F1 TEAM
Klassifika finali fl-istaġun 2020: Il-ħames post b’181 punt (Renault F1 Team) Bażi: Enstone fl-Ingilterra Magna: Renault E-Tech Chassis: A521 Kampjonati Kostrutturi: 0 Kap tat-tim: Laurent Rossi Sponsors priċipali: Castrol Edge Sponsors oħrajn: Mapfre – yahoo – DuPont 14 | Fernando Alonso [Spanja] 31 | Esteban Ocon [Franza]
SCUDERIA FERRARI MISSION WINNOW
Klassifika finali fl-istaġun 2020: Is-sitt post b’131 punt Bażi: Maranello fl-Italja Magna: Ferrari Chassis: SF21 Kampjonati Kostrutturi: 16 Kap tat-tim: Mattia Binotto Sponsors priċipali: Mission Winnow Sponsors oħrajn: Shell – UPS – Ray-Ban 16 | Charles Leclerc [Monaco] 55 | Carlos Sainz [Spanja]
SCUDERIA ALPHATAURI HONDA
Klassifika finali fl-istaġun 2020: Is-sebà post b’107 punti Bażi: Faenza fl-Italja Magna: Honda Chassis: AT02 Kampjonati Kostrutturi: 0 Kap tat-tim: Franz Tost Sponsors priċipali: AlphaTauri.Fashion Sponsors oħrajn: Edifice Casio – RDS – Pirelli 10 | Pierre Gasly [Franza] 22 | Yuki Tsunoda [Ġappun]
ALFA ROMEO RACING ORLEN
Klassifika finali fl-istaġun 2020: It-tmien post bi 8 punti Bażi: Hinwil fl-Isvizzera Magna: Ferrari Chassis: C41 Kampjonati Kostrutturi: 0 Kap tat-tim: Frédéric Vasseur Sponsors priċipali: ORLEN Sponsors oħrajn: Carrera – Singha – EIGHTYONE 7 | Kimi Räikkönen [Finlandja] 99 | Antonio Giovinazzi [Italja]
URALKALI HAAS F1 TEAM
Klassifika finali fl-istaġun 2020: Id-disà post bi 3 punti Bażi: Kannapolis fl-Amerika Magna: Ferrari Chassis: VF-21 Kampjonati Kostrutturi: 0 Kap tat-tim: Guenther Steiner Sponsors priċipali: Uralkali Sponsors oħrajn: 1&1 – Under Armour – Pirelli 9 | Nikita Mazepin [Russja] 47 | Mick Schumacher [Germanja]
WILLIAMS RACING
Klassifika finali fl-istaġun 2020: L-għaxar post b’0 punti Bażi: Grove fl-Ingilterra Magna: Mercedes-AMG Chassis: FW12 Kampjonati Kostrutturi: 9 Kap tat-tim: Simon Roberts Sponsors priċipali: Lavazza Sponsors oħrajn: Sofina – Acronis – Versa 63 | George Russell [Ingilterra] 6 | Nicholas Latifi [Kanada]