Roti March 2021

Page 10

X|

ROTI

Is-

Kampjonat Dinji tal-Formula Wieħed minn Jordy Brincat

L-istaġun tal-Formula 1 ta’ din is-sena li se jibda proprju għada, se jara r-ritorn tas-sewwieq Spanjol u darbtejn champion tad-dinja, Fernando Alonso, matDan l-istaġun mistenni jkun mifrux fuq 23 tiġrija madwar iddinja. Is-sebà darbiet champion tad-dinja, Lewis Hamilton flimkien mal-Mercedes se jkunu qed jiddefendu it-titlu ta’ champions, wara li t-tnejn li huma reġgħu rebħu dan il-kampjonat matul l-2020. Tibdil fit-timijiet McLaren ħabbru li għall-2021 se jkunu qed jibdlu l-magni - minn dik Renault għal Mercedes. Huma se jkunu qed jirritornaw lura malĠermaniżi wara seba’ snin. IlMcLaren Mercedes ħadmu flimkien bejn 1995 u l-2014 fejn fihom rebħu tliet darbiet il-kampjonat tas-sewwieqa (1998,1999,2008) u darba l-kampjonat tal-kostrutturi (1998). It-tim minn ġewwa Silverstone, Racing Point (ex Force India u Jordan fost l-oħrajn) issa sar Aston Martin. Dan wara li l-kap tattim Lawrence Stroll xtrara ismha fil-marka tal-karozzi lussużi Aston Martin. Ir-Renault issa ħadu l-isem ta’ Alpine wara li dawn tal-aħħar ħadu l-isem ta’ din id-ditta famuża tal-karozzi sportivi.

Tibdil fis-sewwieqa L-erbà darbiet champion taddinja l-Ġermaniż, Sebastian Vettel, ħalla lit-tim tal-Ferrari fit-tmiem tal-2020 sabiex jingħaqad mattim tal-Aston Martin. Minfloku se jsuq l-Ispanjol Carlos Sainz Jr. li ħalla lill-McLaren. Daniel Ricciardo ingħaqad mal-McLaren, filwaqt li darbtejn champion Fernando Alonso jirritorna għat-tielet darba ġewwa Enstone sabiex isuq matteam tal-Alpine. Dan is-sewwieq l-aħħar li saq fil-Formula 1 kien mal-McLaren Honda fl-2018. Sergio Perez, li kien f’riskju li jispiċċa mingħajr tim, wara staġun mill-aqwa mar-Racing Point ingħaqad mat-tim tar-Red Bull minflok Alex Albon li dan tal-aħħar spiċċa s-sewweiq ta’ riserva malistess tim. Tajjeb wieħed jinnota, li Perez se jkun l-ewwel sewwieq wara l-Awstraljan Mark Webber, li se jsuq mar-Red Bull li ma ħarigx mill-akkademja tar-Red Bull. Iż-żewġ sewwieqa li saqu malHaas fl-2020, Romain Grosjean u Kevin Magnussen, ħallew lil dan it-tim wara kważi erba’ snin isuqu mal-istess tim flimkien.

team tal-Alpine, il-marka tal-karozzi lussużi Aston Martin u wkoll l-isem leġġenda tas-snin disgħin u bidu tal-millenju Schumacher, fost l-oħrajn... Minflokhom, dawn se jid­de­ butaw żewġ piloti żgħar. Ir-Russu Nikita Mazepin u l-Ġermaniż iben ic-champion tad-dinja għal sebà darbiet Michael Schumacher, Mick. Yuki Tsunoda mill-Ġappun se jkun qed jieħu post ir-Russu Daniil Kvyatt mal-Alpha Tauri. Dan tal-aħħar ingħaqad bħala s-sewwieq ta’ riserva mat-tim talAlpine. Tsunoda ser ikun l-ewwel xufier mill-Ġappun wara Kamui Kobayashi, li l-aħħar li saq kien fl2014. Il-Kalendarju 2021 Dan il-kampjonat mistenni jibda għada fuq iċ-ċirkwit talBahrain u jintemm fit-12 ta’ Di­ ċembru f’Abu Dhabi. Dan mistenni jkun l-itwal kampjonat li qatt sar sa mill-1950 mifrux fuq 23 ċirkwit differenti. Tajjeb wieħed jinnota dawn il-punti li se naraw din issena: • It-tiġrija ġewwa l-Portugall fuq iċ-ċirkwit ta’ Portimao sabet postha din is-sena wkoll. Dan wara li kellha tkun tiġrija ta’ darba matul l-2020 minħabba l-pandemija tal-Covid19.

• L-Olanda mistennija tirritorna fil-Formula 1 wara nuqqas ta’ 36 sena minn meta saret l-aħħar tiġrija f’dan il-pajjiż. • It-tiġrija ġewwa Saudi Arabia hija mistenija tiddebutta din is-sena. Din it-tiġrija se ssir matul il-lejl fuq iċ-ċirkwit temporanju fil-Belt ta’ Jeddah. Il-pjan hu li fl-2023, timxi għal fuq iċ-ċirkwit ta’ Qiddiya. Din se tkun it-tielet tiġrija li se ssir bil-lejl matul din is-sena. Dan wara li diġá hemm it-tiġrija tal-Bahrain u dik ġewwa Sin­ gapore. • It-tiġrija ġewwa l-Brażil se tieħu l-isem ta’ Sao Paolo Grand Prix wara li l-Gvern Lokali se jżid l-involviment tiegħu. Tibdil fir-regoli matul dan l-istaġun: Il-Kampjonat tal-2021 kien se jkun staġun fejn fih kienu se jsiru diversi tibdiliet fosthom fir-regoli u wkoll fid-disinn tal-karozzi. Però minħabba l-effett li ħalliet il-pandemija, dawn ġew sospiżi għall-kampjonat tal-2022.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.