Roti March 2021

Page 1

ROTI

Suppliment għad-dilettanti tal-Karozzi u Muturi

Marzu 2021

A M R O F L I B I S J A C U D N MA

Minn Antonello Abela

L

-aħħar tiġrijiet li saru millKampjonat Prinċipali tal-V1 Malta Series organizzat minn Velocity Esports Racing raw lissewwieq tal-McLaren Adrian Manduca (ritrat) isib il-forma u jagħti wirjiet konsistenti li taw lilu u lill-partitarji tat-tim li jsuq miegħu diversi sodisfazzjonijiet.

Wara t-tieni post li kiseb ġewwa l-Ungerija, (li fuqu tkellimna fl-aħħar ħarġa ta’ ROTI), Manduca kompla billi kiseb mhux biss l-ewwel żewġ pole positions tal-kar­ riera virtwali tiegħu fil-Belġju u fl-Italja iżda talli fi Spa temm it-tiġrija fit-tieni post, sekonda biss wara r-rebbieħ eventwali, iċ-champion renjanti Ryan Carabott (BWT Racing Point) u f’ Monza kiseb sa flaħħar dik ir-rebħa li tant kien ilu jaħdem għaliha. F’kummenti mgħoddija esklussivament lil ROTI, Adrian Manduca qal: “Inħoss li bdejt naqbad ir-ritmu wara li qbiżna nofs il-kalendarju. Naħseb li l-aħħar tliet tiġrijiet kienu l-aqwa li kelli s’issa fejn kont konsistenti u rnexxieli naqta’ l-istrateġiji wara li rnexxieli nad­datta s-setup tal-karozza u għall-istil ta’ sewqan li għandi jien. Ninsab sodisfatt li sa flaħħar qed jirnexxieli niġi viċin il-pass ta’ Ryan Carabott u mhux ser nieqaf nistinka sakemm jirnexxieli mmur aħjar minnu. Ittriq għadha twila peró bil-prattika naslu.”

Għall-kronaka, Michael Pace spiċċa fit-tielet post fil-Belġju fuq Renault filwaqt li f’Monza, Jake Sammut spiċċa t-tieni fuq Haas biċ-champion renjanti Ryan Carabott jispiċċa fit-tielet post ġewwa l-Italja. Dan tal-aħħar għadu jmexxi l-klassifika tas-sewwieqa b’185 punt kontra l-173 ta’ Jake Sammut u l-163 ta’ Michael Pace. Fil-Kampjonat tal-Kostrutturi, is-sitwazzjoni baqgħet stabbli hekk kif il-Haas għadhom imexxu b’274, ir-Racing Point 215 u r-Renault 195. Fit-tieni kategorija kellna l-ewwel verdett hekk kif bit-tielet post miksub fl-Ungerija u t-tieni post miġjub fil-Belġju, Kevin Lucchese mhux biss kompla saħħaħ postu f’ras il-klassifika ta’ din il-kategorija iżda s-sewwieq tar-Renault ġie matematikament promoss għall-Kampjonat Prinċipali tal-istaġun li ġej. Fl-Ungerija, Jamie Zahra rebaħ fuq Haas b’Daryl Pace jispiċċa t-tieni fuq Ferrari filwaqt li fil-Belġju kien imiss lil Tho­mas Elder (Alpha Tauri) li jirbaħ din

it-tiġrija bi Christian Caruana jġib podju ieħor għall-McLaren. Lucchese għadu jmexxi l-klassifika tas-sewwieqa f’din il-kategorija b’244 punt filwaqt li Thomas Elder jinsab fittieni post b’ 162 punt. Dan tal-aħħar ukoll jinsab pass ‘il bogħod milli jiġi promoss għall-Kampjonat Prinċipali tal-istaġun li ġej. L-aħħar riżultati li kellna għenu lil Christian Caruana jilħaq lil Dayziel Tabone fit-tielet post b’ 81 punt. Fil-Kampjonat tal-Kostrutturi, is-sitwazzjoni għadha stabbli hekk kif ir-Renault għadhom jillidjaw il-klassifika b’264 kontra l-178 tal-Alpha Tauri u l-152 talHaas. Antonello Abela huwa l-editur tal-paġna fuq Facebook ‘Antonello’s Sports Blog’ fejn fiha, u fuq issit antonellosportsblog.wordpress. com issibu l-aħħar aħbarijiet fuq diversi sports li jinkludu l-Formula 1, Formula 2 u Moto GP

EDITUR - Jesmond Moore | DISINN - Stacy Grech | ADVERTISING DEPARTMENT - 2590 0200 - adverts@unionprint.com.mt


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.