VI |
ROTI
Regolamenti ġodda tal-F1 għall-istagun 2021
B
l-istaġun il-ġdid tal-F1, se jingħata bidu proprju għada wara waqfa prattikament iqsar, nazzarda ngħid li dan se jkun kontinwazzjoni tal-istaġun preċedenti fejn għandhom x’jaqsmu regolamenti tekniċi u dawk sportivi meta nqisu li l-bażi tal-karozzi li ntużaw fl-2020 se jergġħu jintużaw fl-2021, wara li r-regolamenti l-ġodda li kellhom jidħlu fis-seħħ din is-sena ġew posposti għall-2022. Peró, jekk nidħlu aktar fid-dettall, insibu ċerti tibdiliet żgħar imma sinjifikanti għal dan l-istaġun li huwa ppjanat li jibda eżattament fi tmiem din il-ġimgħa ġewwa l-Bahrain. Għalhekk se nagħtu ħarsa rigward x’se nkunu qed naraw ġdid fl-2021, kemm min-naħa teknika kif ukoll mill-aspett sportiv!
Minn
Jason Sultana 1. Tibdil fl-art tal-karozzi L-aktar tibdil li wieħed se jinnota fuq il-karozzi din is-sena, hija l-forma tal-art tal-istess karozzi. Fl-aħħar snin jekk kont tħares minn fuq (plan view), kont tara l-art tal-karozza b’forma rettangolari b’mod speċjali quddiem it-tyres ta’ wara, u b’numru ta’ slots skolpiti għattul fil-ġenb tal-istess art. Dawn kienu jsiru biex iżidu l-ammont ta’ downforce ġġenerata qrib it-truf tal-art tal-karozza, jagħmlu suction taħt il-karozza, kif ukoll biex jirfinaw il-vortices li jiffurmaw f’din il-parti ferm importanti għad-downforce biex ittejjeb il-kunċett ground effect. Għal dan l-istaġun dawn l-islots ġew projbiti, bir-regolamenti jgħidu li l-art kollha tal-karozza trid tkun ħaġa waħda solida, kif ukoll fil-parti ta’ quddiem ittyres ta’ wara se naraw biċċa mill-art maqtugħa dijagonali li tibda mil-punt ta’ 1800mm wara l-fus ta’ quddiem u tidħol ‘il ġewwa 100mm u 175mm millfus ta’ wara, bil-għan li titnaqqas ftit mid-downforce ġġenerata u ttaffi xi ftit mil-loadings li jesperjenzaw it-tyres ta’ wara.
2. Appendiċi mal-brake ducts ta’ wara mqassra Flimkien mat-tibdiliet li diġá semmejt fl-art tal-karozza, hemm tibdil ieħor żgħir għall-2021 fejn jidħlu winglets aerodinamiċi li nsibu mal-brake ducts ta’ wara, li f’dawn l-aħħar snin rajna żvilupp enormi f’din iż-żona. It-tibdil se jkun jikkonċerna l-parti t’isfel ta’ dawn il-winglets li se jiqsaru mill-wisgħa b’40mm għal 80mm, waqt li l-winglets ta’ fuq se jibqgħu l-istess, 120mm. Dawn kif wieħed jista’ jifhem huma partijiet żgħar imma huma kruċjali mmens għax jissuplixxu ammont ta’ downforce effiċjenti lejn il-parti ta’ wara tal-karozza.
3. Tnaqqis fil-qies taddiffuser fences Din it-tibdila flimkien mat-tnejn ta’ qabilha fir-regolamenti tekniċi ġiet miżjuda mill-FIA bl-għan li jitkompla jitnaqqas il-livell tad-downforce ġenerali tal-karozza, li kollettivament hija stmata li se tkun madwar 10% anqas millivell tal-2020. Din ir-regola partikolari
tikkonċerna l-fences tad-diffuser (li huma dawk il-partijiet laterali li naraw matul id-diffuser meta nħarsu minnaħa ta’ wara tal-karozza). Dawn ġew imqassra b’50mm u se jħallu l-istess impatt, bħat-tneħħija tas-slots fl-art, għax se jagħmel tnaqqis fl-effiċjenza ta’ kemm iseħħ floor seal f’waħda mil-aktar partijiet tal-karozza li tiġi ġġenerata downforce.
4. L-introduzzjoni talfamuża Budget Cost Cap Bla ebda dubju, l-aktar bidla li tant ilha mistennija u li se tara l-bidu tagħha għall-ewwel darba fil-F1, hija l-introduzzjoni tal-budget cost cap. L-ammont fl-ispiża ta’ kull tim li se jkun impost għal dan l-istaġun se jkun ta’ $145 miljun, għalkemm jista’ jkun ftit iżjed għal $147.4m, jekk isiru 23 tellieqa kif previst, b’konċessjoni ta’ $1.2m għal kull tellieqa miżjuda mal-21 miftehma fir-regolamenti. Dan il-pjan mistenni jieħu tliet snin bil-budget jitnaqqas għal $140m fl-2022 u $135m fl-2023 ris pettivament.