ROTI Ottubru

Page 1

ROTI IL-FUTUR

TAL-FORMULA1 Q egħdin issa fl-aħħar fażi tal-kampjonat għas-sena 2021 ... kampjonat li ħafna kienu dawk inkluż jien li ħsibna li kien se jkun wieħed medjokri u anke passiv. Dan kollu minħabba s-sitwazzjoni li ġabet magħha l-pandemija, it-tibdil fiddati tat-tiġrijiet u anke dak kollu li kien qiegħed jiġri madwarna. Din is-sena kellha tkun is-sena fejn kellu jkollna regolamenti ġodda li kienu se jwasslu għal karozzi kompletament ġodda fiddisinn tagħhom. Biss dan kollu ma seħħx wara li dawk kollha li qegħdin jieħdu d-deċiżjonijiet id­ deċidew li ma kienx żmien tajjeb. Id-dilettanti hekk ħasbu li din is-sena kienet se tkun waħda ta’ tranżizzjoni fejn forsi seta’ kien hemm iċ-ċans li sewwieqa żgħar ikollhom ċans aħjar biex

jaddattaw għal dan il-livell ta’ sport. Biss minn dan kollu, kważi xejn ma seħħ. L-uniku team li għaddej minn perjodu ta’ waqfien huwa dak tal-Haas, fejn dawn iddikjaraw fil-bidu tal-kampjonat li huma bħala team ma kinux se jagħmlu l-ebda titjib fuq il-karozzi tagħhom u se jkunu qed iħarsu biss lejn is sena 2022. Dan kien ċar ħafna matul il-kampjonat fejn qegħdin naraw liż-żewġ sewwieqa tagħhom jokkupaw kważi dejjem l-aħħar filliera ta’ kull tiġrija. Team biss li din is-sena rajna investiment qawwi minn kumpanija kbir Russa bl-isem ta’ ‘Uralkali’. Dan kien ilfrott tas-sewwieq Russu, Nikita Mazepin, li flimkien ma’ Mike Schumacher isuqu mat- team talHaas. Żgur li dan l-investiment se jgħin ħafna lit-team fl-iżvilupp tal-karrozza għas-sena 2022. Lura għal dan il-kampjonat fejn qegħdin ngħaddu minn

esperjenza sabiħa ħafna hekk kif id-dominju Mercedes wara seba’ snin qiegħed jiġi mhedded mit-team ta’ Red Bull. Lewis Hamilton qiegħed jimmira għattmien titlu mondjali tal-Formula Wieħed, waqt li l-avversarju żagħżugħ, Max Verstappen, fuq il-karozza Red Bull qiegħed jagħtih x’jagħmel. Kampjonat kumbattut u żgur li qiegħed iżomm lid-dilettanti fuq ix-xwiek minn tiġrija għal oħra. Kienet ukoll xi ħaġa sabiħa li qegħdin naraw l-ispettaturi jirritornaw lejn dawn l-avvenimenti fejn f’ċerti postijiet dawn kienu ħafna. Huma parti mill-ispettaklu ta’ dawn it-tlielaq li wkoll jagħmlu tajjeb anke għall-atmosfera. Kif gejja l-istorja se nibqgħu naraw taqtiegħa tajba bejn Hamilton u Verstappen. Biss tajjeb li ngħidu li din is-sena se tkun imfakkra wkoll għall-prestazzjonijiet minn

sewwieqa ġodda li wrew l-abbiltá tagħhom. Qiegħed nirreferi għal Norris, Russell, Sainz, Leclerc li dawn kollha qegħdin iħarsu lejn futur interessanti ħafna fil-Formula Wieħed. Ma ninsewx li dak li qiegħed jissielet mas-seba’ darbiet champion tad dinja jiġifieri Max Verstappen għadu wkoll ta’ etá żgħira. Wieħed issa jistenna u naraw flimkien din it-taqtiegħa bejn iż-żewġ protagonisti ta’ dan il-kampjonat. Biss ma rridux neskludu li għad baqa’ xi sorpriża għal xi rebħa għal xi sewwieq ieħor. Aħbar oħra li kellna kienet li issa l-Qatar dieħla wkoll filFormula 1 minn din is-sena fejn se tkun qed tieħu post Singapore, b’kuntratt ta’ għaxar snin li jibda mill-2023. Ir-raġuni li se tinqabeż l-2022 hu l-fatt li t-Tazza tad-Dinja tal-Football se

Suppliment għad-dilettanti tal-Karozzi u Muturi

Ottubru 2021

minn PIERRE P. VELLA

tkun qiegħda ssir fl-istess pajjiż. Tajjeb li ngħidu wkoll li s-sena d-dieħla hemm proġettati 23 tiġrija b’żieda wkoll fl-Amerika. Dan ifisser li iktar ma jgħaddi żmien, iktar qegħdin naraw ilFormula Wieħed kważi titlaq mill-Ewropa u sejra ‘l bogħod fl-Amerika u l-Lvant Imbiegħed. Huwa minnu li issa Imola se terġa’ tidħol minflok iċ-Ċina, biss m’hemmx kuntratti fil- bogħod. Jien personalment nibża’ li dan l-isport li għandu storja in­t­­­e­ressanti ħafna jista’ jagħti l-każ li tintilef il-popolarità tiegħu. Tajjeb li ngħidu li l-ex mex­ xej tal-Formula Wieħed, Bernie Ecclestone, kien jgħid li dan hu sport fejn m’hemmx bżonn nies u lanqas spettaturi u għandna nħallu lill-isponsors iħallsu għal kollox. Personalment, jien għandi stima kbira lejn min qiegħed imexxi l-Formula Wieħed millat kummerċjali, jiġifieri Stefano Domenicali, u naħseb li huwa persuna li jista’ jagħti bilanċ lil dan l-isport. Nispera biss li aħna d-dilettanti mhux se nispiċċaw naraw dawn it-tiġrijiet biss minn fuq il-mezzi tax-xandir u mhux preżenti fuq it-trakka. Nixtieq ngħid li jien żbaljat; biss iż-żmien jagħtina parir! Aħna qegħdin nippreparraw li jekk kollox immur tajjeb is-sena 2022 se nerġgħu nibdew inżuru u nattendu xi Grand Prix ... komplu segwu dan is-suppliment għal iktar informazzjoni.

DISINN - Stacy Grech | ADVERTISING DEPARTMENT - 2590 0200 - adverts@unionprint.com.mt


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.