Roti Ottubru 2020

Page 1

ROTI

Suppliment għad-dilettanti tal-Karozzi u Muturi

Ottubru 2020

I R A R R

L A T JA L A T I FL T E I Ħ EB R A L-AQ W

FE

A R H O JER J E T S U

EDITUR - Jesmond Moore | DISINN - Stacy Grech | ADVERTISING DEPARTMENT - 2590 0200 - adverts@unionprint.com.mt


ROTI

22 |

Minn Jason

L-AQWA 10 REBĦIET TAL-FERRARI FL-ITALJA

Sultana

I

x-xahar li għadda, eżattament fit- 13 ta’ Settembru, itteam Taljan tal-Ferrari laħaq tragward uniku, meta ħa sehem fl-1000 tellieqa tiegħu fil-F1 l-uniku team li kien preżenti f’kull kampjonat mill-ewwel wieħed tal-1950 sal-ġurnata tal-lum.

1

hom jirbħu xejn inqas minn: 16-il tit­ lu tal-kostrutturi, 15 tas-sewwieqa, 238 rebħa, 228 pole postion, 254 fastest lap u 772 podju, dawn kol­ lha permezz ta’ 109 sewwieq fuq 84 karozza differenti matul il-71 staġun tal-F1. Għall-fanatiċi jew aħjar it-tifosi ta’ dan it-team li jaraw lill-Ferrari jirbħu f’darhom hija ħolma u ta’ sodisfazzjon enormi. Dan għamluh

ħafna drabi matul is-snin peró kien hemm dawk id-drabi li spikkaw fuq l-oħrajn. Hawnhekk se nagħtu ħarsa lejn l-aqwa għaxra, li tajjeb ngħidu li huma fl-ordni li seħħew, li t-team Taljan rnexxielu jirbaħ GP f’daru stess (Monza jew Imola) bħala tislima lejn dan it-tragward impekkabbli li rnexxielhom jilħqu waqt il-GP tat-Toscana fuq iċ-ċirkwit ta’ Mugello li huwa proprjetá tal-Ferrari!

Alberto Ascari, Monza 1951

Mill-ewwel kampjonat tal-F1 fl-1950, l-Alfa Romeo kienu t-team dominanti u l-Ferrari bħala t-team novizz. L-affarijiet bdew jinbidlu mal-mixja taż-żmien hekk kif fl-1951, José Froilan Gonzalez ta l-ewwel rebħa lill-Ferrari f’Silverstone. Alberto Ascari reġa’ rebaħ ħmistax wara fuq iċ-ċirkwit ta’ Nurburgring b’mod konvinċenti ta’ nofs minuta fuq Fangio. F’Monza, fis-16 ta’ Settembru, il-ka­­­ rozzi Alfa Romeo ta’ Fangio u Farina

2

Peró tajjeb ngħidu li matul is70 sena tal-F1, il-Ferrari naqsu milli jikkompetu għal xi raġuni jew oħra f’27 Grand Prix, wieħed minnhom ikun l-ewwel GP li sar f’Silverstone fl-1950. Kien il-GP sussegwenti ġewwa Monaco li ra lit-team Taljan jiddebutta f’dan l-isport u minn dakinhar ‘l hawn ittrijonfaw ħafna drabi u spiċċaw il-mira ta’ kull team mal-milja taż-żmien wara li rnexxiel-

bdew mill-ewwel u t-tieni post, b’Ascari fuq Ferrari 375 fit-tielet post. Fl-ewwel dawra Ascari qabeż lil Farina u aktar tard lil Fangio f’battalja li damet sejra 13-il dawra, sakemm l-Arġentin kellu problem bit-tajers u kellu jabbanduna dan id-dwell. Ascari rebaħ dan il-GP quddiem sieħbu Gonzalez biex għamluhom tliet rebħiet infila għall-Ferrari kif ukoll ta l-ewwel rebħa lill-Ferrari ġewwa darhom!

Clay Regazzoni, Monza 1975 Niki Lauda kien riesaq li jsir cham­pion għall-ewwel darba ... kulma kellu bżonn kien nofs punt. Dan kien ifisser ħafna għall-Ferrari li kienu qed jistennew li jerġgħu jsiru champions mill-1964, b’Surtees ikun l-aħħar wieħed li jagħmel dan - perjodu twil għat-team Taljan (infatti kellhom jistennew ferm aktar fis-snin ta’ wara). Il-karozza 312T kienet litteralment dominanti fl-1975 u kif kien mistenni, Lauda u Regazzoni, ikkwalifikaw fl-ewwel filliera, b’naqra sfida kienet ġejja minn Fittipaldi fuq McLaren M23 li kienu

għadhom kif rebħu ż-żewġ kampjonati fl1974. Montezemolo kien kawt ħafna u appella għall-konċentrazzjoni massima biex jippruvaw jirbħu din it-tellieqa u jiksbu l-miri ppjanati. Eżattament dak li seħħ hekk kif Regazzoni qabeż lil Lauda u baqa’ fuq quddiem sat-tmiem, b’Lauda jikkuntenta bit-tielet post li kien biżżej­ jed għalih biex isir champion għall-ewwel darba. Iċ-ċelebrazzjonijiet tat-tifosi kienu enormi hekk kif is-sewwieqa tagħhom rebħu l-GP u l-kampjonat rispettivament.


3

|

Jody Schekter, Monza 1979 Bis-sistema tal-punti ta’ dak iżżmien, Jody Schekter kien kważi ċert li se jirbaħ il-kampjonat ġewwa Monza. B’rebħiet f’Monaco u l-Belġju, kellu vantaġġ fil-punti fuq sieħbu Gilles Villeneuve, li min-naħa tiegħu kellu bidu tal-kampjonat aħjar minn Jody, peró meta l-affarijijet bdew ixaqilbu lejn Schekter, Villeneuve ikkopera matteam u baxxa rasu biex jobdi l-istruz­

4

dawra. Il-Ferrari formalment rebħu dan il-GP fl-ordni ta’ Schekter u Villeneuve fuq il-karozzi 312T4. Wara t-tellieqa Schekter qal li kien ilu jipprova seba’ snin għal dan il-mument memorabbli li jsir champion tad-dinja. Ta’ min isemmi wkoll li kieku mhux għall-isfortuni li ġarrab Gilles aktar kmieni fl-istaġun, il-kampjonat tal1979 kien ikun destinat għall-Kanadiż.

Didier Pironi, Imola 1982

Wara diżgwid politiku bejn it-timijiet alleati tal-FIA (Ferrari, Alfa Romeo, Benetton, Osella u Toleman) u l-kumplament tat-timi­ jiet Britanniċi membri tal-FOCA mmexxija min Ecclestone, 14-il karozza biss daħlu għal dan il-GP, bit-Tyrrell ikunu l-eċċezzjoni b’rispett tas-sewwieq tagħhom Alboreto. Minħabba dan kollu, din it-tellieqa tilfet ftit mill-interess u ġiet meqjusa bħala waħda monotona sakemm bdiet l-istess tellieqa.

5

zjonijiet biex fil-istess waqt jgħin lil Jody kontra l-avversarji. L-ewwel filliera ġiet meħuda mill-karozzi Renault ta’ Jabouille u Arnoux. L-RS10 kienet tajba ferm f’ċir­ kwiti veloċi peró mhux affidabbli. Arnoux illidja 13-il dawra sakemm ċeda t-turbo u kellu jirtira. Lafitte fuq Ligier, li matematikament kien għadu biċċans li jsir champion, irtira wkoll fit-42

Wara bidu tajjeb għar-Renault li ma tantx dam wisq ma ntemm hekk kif Prost u Arnoux kellhom jieqfu, l-attenzjoni daret fuq il-Ferrari biżżewġ sewwieqa Villeneuve u Pironi jissieltu bejniethom qud­diem it-tifosi. F’lap 54, Pironi qabeż lil Gilles u erba’ laps wara b’manuvra fil-kantuniera Tosa, Gilles reġa’ qabeż fuq quddiem. B’Pironi jinjora diversi sinjali biex inaqqas il-veloċitá u b’Gilles jaħseb li sieħbu qed jilgħab logħ-

ba, il-Franċiż qabeż lil Villeneuve ftit kilometri mit-tmiem u qatt ma ċeda l-post lura minkejja l-ordnijiet tal-Ferrari. Għalkemm kienet 1-2 għall-Ferrari ġewwa Imola, din xejn ma niżlet tajjeb ma’ Gilles għax ħassu li ġie ttradut minn sieħbu u eventwalment anke mit-team! L-avvenimenti li ġraw 13-il ġurnata wara ħallew tebgħa sewda fuq dan l-isport li diġá tajna ħarsa lejhom f’edizzjoni passata ta’ Roti!

Patrick Tambay, Imola 1983 Sena wara t-tellieqa tal-1982, dan il-GP kien wieħed speċjali għat-tifosi b’mod specjali ta’ Gilles Villeneuve, li kienu numerużi mmens. Dawn sellmu l-memorja tiegħu kważi sena wara l-inċident traġiku tal-Kanadiż. Tambay u Arnoux kienu s-sewwieqa tal-Ferrari b’tal-aħħar jakkwista l-pole position qud­ diem Nelson Piquet fuq Brabham BMW. Għal ħames dawriet Ar-

noux kien fuq quddiem, Patrese fuq it-tieni Brabham ħa l-kmand sa Lap 33. Wara li Tambay kiseb l-ewwel post, qatt ma ħares lura biex rebaħ b’vantaġġ ta’ 48 sekonda fuq Prost (Renault). Din kienet l-ewwel rebħa talistaġun għall-Ferrari u taffiet xi ftit mit-turbulenzi li sofrew fl1982 u wittiet it-triq għal Arnoux li jibqa’ jissielet għat-titlu salaħħar GP tal-istaġun, dak ġewwa Kyalami fl-Afrika t’Isfel.

23


24 |

ROTI

6

Gerhard Berger, Monza 1988 L-istaġun 1988 jibqa’ mfakkar għal żewġ raġunijiet partikolari li huma: id-dominanza tal-McLaren permezz ta’ Ayrton Senna u Alain Prost, kif ukoll għat-telfa ta’ Enzo Ferrari li miet fl-etá ta’ 90 sena eżattament erba’ ġimgħat qabel dan il-GP. Kif kien mistenni Senna beda mill-pole position quddiem Prost u ddominaw parti kbira mit-tellieqa sakemm Prost kellu problemi mekkaniċi u Senna waqt li kien qed jilleppja lis-sos-

7

Michael Schumacher, Monza 1996

Il-Ġermaniż, Michael Schu­macher, wasal f’Maranello għall-istaġun tal-1996 bħala ċ-champion renjanti. Huwa rebaħ l-ewwel tellieqa tiegħu għall-Ferrari fi Spanja f’xita qawwija fil-bidu ta’ Ġunju. L-1996 kienet dominata mit-team tal-Williams għalkemm il-Ferrari urew ftit oppożizzjoni u reġgħu rebħu l-GP tal-Belġju li kien karat-

8

titut ta’ Mansell fuq Williams, Schlesser kellu mpatt miegħu li ħallih iġġakkjat fuq il-‘kerb’ u kellu jirtira mit-tellieqa. Dan l-isfortuna għamlitha faċli għaż-żewġ sewwieqa tal-Ferrari, Berger u Alboreto, li jispiċċaw il-GP fl-ewwel u t-tieni post rispettivament, kif ukoll jirritornaw fuq il-podju wara kważi sena neqsin minnu quddiem il-massa tan-nies li nfexxet f’dellirju ta’ ferħ bħala tribut għal-leġġenda Enzo Ferrari.

terizzat mix-xita u dan wera l-kapaċitajiet ta’ Schumacher f’ċirkostanzi mprevidibbli. Ħmistax wara, kien imiss ilGP f’Monza u ovvjament it-tifosi kienu għadhom f’burdata ta’ ferħ. Damon Hill beda tajjeb sakemm wara ħames dawriet kellu problemi tekniċi u kellu jirtira. Alesi fuq Benetton kabbar il-vantaġġ tiegħu fuq quddiem u deher imbattibbli

sakemm esperjenza problemi tekniċi wkoll! Finalment kien Schumacher li spiċċa fuq quddiem, 18-il sekonda fuq l-istess Alesi u biex ikompli jikkumplimenta din ir-rebħa, għamel l-aktar dawra veloċi wkoll. Il-kampjonat intrebaħ mill-Williams kif kien mistenni peró li kien jinteressahom lill-Ferraristi kien li sabu idolu ieħor lil min jissapportjaw b’ċerta passjoni!

Michael Schumacher, Imola 2000 Il-kampjonat tas-sena 2000 beda bil-Ferrari u Schumacher ikunu bħala l-mira ewlenija hekk kif rebħu l-ew­ wel żewġ tiġrijiet, bil-Ġermaniż jirritorna b’forma mill-aqwa wara l-inċident li sofra fl-1999. F’Imola kien Hakkinen peró li beda mill-pole position, l-ikbar rivali ta’ Michael li kien għadu kif rebaħ żewġ kampjonati konsekuttivi. Imola tinsab madwar 60 km ‘il bogħod minn Maranello, peró xorta waħda meqjusa bħala ċirkwit ‘home’ għat-ti-

fosi li dejjem imlewh b’abbundanza. Hakkinen għamel 44 minn 62 dawra fuq quddiem, peró Schumacher kellu ħsibijiet oħra u spiċċa qabżu biex għal 18-il dawra sħaħ żamm sod u rebaħ dan il-GP b’sekonda fuq il-Finlandiż. Il-battalja bejniethom baqgħet sejra sa tmiem il-kampjonat, sakemm fit-8 ta’ Ottubru, f’Suzuka, Schuma­ cher “irregala” l-ewwel kampjonat tas-sewwieqa lill-Ferrari wara stennija ta’ 21 sena, minn meta Jody Schekter għamel dan fl-1979!


9

|

Fernando Alonso, Monza 2010 L-ikbar rivali tal-Ferrari fl-2010 kienu r-Red Bull, li kienu diġá rebħu erba’ darbiet permezz ta’ Webber u darbtejn b’Vettel qabel ma wasal il-GP tal-Italja. Peró f’Monza kien iċ-champion renjanti, il-Britanniku Jenson Button fuq McLaren li kellu ħruġ tajjeb u qabeż lil Alonso li kien beda mill-pole position. Alonso beda l-kampjonat taj­

10

jeb b’rebħa fil-Bahrain u aktar tard fil-Ġermanja bil-karozza Ferrari F10 iżżid il-kompetittivitá tagħha mal-milja tal-istaġun, allura l-aspettattiva ġewwa Monza kienet waħda għolja. Kif semmejna diġá, Button deher li kellu l-kontroll tat-tellieqa, peró Alonso kompla jitfa’ l-pressjoni fuq Button li daħal għall-pitstop tiegħu f’Lap 36, biex kien biżżejjed għall-Is-

panjol li jaqbeż lill-Britanniku anke wara l-waqfa tiegħu fil-pits, biex irnexxielu jirbaħ bi tliet sekondi biss. Alonso kompla jirbaħ f’Singapore u l-Korea biex daħal għall-aħħar GP bħala sfidant ewlieni għat-titlu, peró l-ħolma li jagħmel dan sfaxxat fixxejn wara li żball strateġiku mill-Ferrari ta rebħa lil Vettel biex sar champion għall-ewwel darba!

Charles Leclerc, Monza 2019

Il-ġurnata tal-GP tal-Italja kienet waħda perfetta għal Charles Leclerc. Fi Spa, ġimgħa qabel, kien għadu kif rebaħ l-ewwel GP tiegħu fil-F1, fl-istaġun debuttanti mal-Ferrari. Matul il-waqfa tas-sajf il-karozza SF90 għamlet avvanzi notevoli fejn tidħol is-saħħa tal-magna, allura l-għamla taċ-ċirkwiti ta’ Monza li huwa magħruf bħala ‘It-Tempju tal-veloċitá’ deher wieħed fa­ vore­voli għaliha.

Bħal ma għamel fil-Belġju, Leclerc beda mill-pole position ukoll f’Monza. Kollox kien jindika li l-istennija ta’ disa’ snin għal rebħa Ferrarista ġewwa darhom kienet ġejja fi tmiemha. Hamilton li beda minn warajh għamel minn kollox biex ixejjen il-festi, peró l-istrateġija li jaqbeż lil Charles waqt il-pit-stops ma ħadmitx! Intant, ma qatax qalbu u reġa’ pprova b’manuvra oħra fil-kantu-

Tistgħu ssegwu għal aktar materjal li jkun aġġornat ħafna drabi kuljum fuq il-paġna tiegħi ta’ Facebook: Formula One Insights – by Jason. Barra minn hekk, għandi wkoll is-sit elettroniku, www.formulaoneinsights.com, għal artikli aktar speċifiċi mid-dinja tal-Formula Wieħed.

niera Roggia, li għal darb’oħra ma rnexxietx wara li Leclerc iddefenda b’mod matur ħafna. Sal-aħħar tat-tellieqa Hamilton spiċċa bla tajers u anke ċeda t-tieni post lil sieħbu Bottas li min-naħa tiegħu anke pprova jittanta li jaqbeż lil Leclerc lejn it-tmiem. Leclerc rebaħ il-GP tal-Italja bi stil u b’ċerta kunfidenza quddiem il-ferħ u ċ-ċelebrazzjonijiet tat-tifosi, li kien ilhom ma jesperjenzaw xi ħaġa simili mill-2010!

25


26 |

ROTI

OLIVER ATTARD

SEGRETARJU TAL-OLD MOTORS CLUB MALTA

I

lu għal diversi snin jaħdem fl-isfera tal-

awto-mobiliżmu f’pajjiżna. F’din l-intervista, se jkun qed jagħti aktar dettalji rigward il-ħidma ta’ dan il-club matul is-sena.

Kif twieldet il-Federazzjoni tal-Old Motors Club Malta? Ftit aktar minn sena ilu, proprju f’Settembru 2019, l-Old Motors Club iċċelebra it-30 sena mit-twaqqif tiegħu, u għaldaqstant dan kien ifisser li oriġi­ narjament il-club twaqqaf fl-1989. Qabel dak iż-żmien diġá kien hawn club ieħor li kien ta’ ċerta portata għaliex dan kien jilqa’ mhux sidien ta’ karozzi klassiċi biss imma saħansitra ta’ karozzi militari u ta’ muturi. Dan il-club kien jismu CVC, fil-qosor għall-Collectors Vehicles Club. Ġara li fl-1989 il-club kellu biżżejed membri, ideat u riżorsi li tajjeb jew ħażin jista’ jinqasam fi tliet clubs ... u hekk ġara. B’hekk inħolqu l-Historic Motorcycles Club, il-Military Vehicles Club u l-Old Motors Club. Ta’ min jgħid li t-tliet clubs huma attivi sew sal-ġurnata tal-lum, ġieli

Minn

Cristian Muscat

ssir xi koperazjoni bejniethom u huma t-tliet membri li, f’Mejju 1998, waqqfu l-Federazzjoni Maltija Vetturi Antiki. Bħalma nafu din kienet il-federazzjoni li akkwistat numru ta’ benefiċċji għassidien tal-karozzi klassiċi. Kemm ilek membru tal-Old Motors Club u kemm rajt tibdil fil-federazzjoni? Ilni membru xi 25 sena għax niftakar li kont dħalt membru meta kont qiegħed nirrestawra waħda mill-karozzi li għan­di biex meta keinet tkun lesta kont inkun nista’ ngawdiha f’avvenimenti ma’ nies oħra li għandhom l-istess delizzju. Bħala tibdil rajt u ma rajtx. Se nispjega aħjar ... ma rajtx fis-sens li l-atmosfera ngħid jien unika għall-Old Motors Club Malta, atmosfera ta’ familja - dik baqgħet l-istess, anzi, pjuttost issaħħet xi ftit u nemmen li dik hija r-ruħ tal-club.

Min-naħa l-oħra dawk il-ħafna voluntiera li ħadmu biex illum l-Old Motors Club għandu d-dar li għandu fi Triq l-Isperanza, Mosta, jgħidulek ... “dak mhux tibdil? U żgur li aħna lkoll kburin bih.” Dan li ġara hu li fil-bidu l-membri tal-Old Motors Club kienu jiltaqgħu f’lukanda, f’Ta’ Xbiex, u bħala laqgħat kienu jsiru għand wieħed mill-membri tal-kumitat, Mario Scicluna. Minn dejjem inħasset il-ħtieġa li l-club ikollu post fejn jista’ jiltaqa’ l-kumitat, ilaqqa’ lillmembri u saħansitra jilqa’ xi mistednin li jkollu minn żmien għall-ieħor. Għal xi żmien kienet inkriet dar

żgħira fi Triq id-Dejqa, f’Ħal Lija, li malajr saret żgħira wisq. Aktar tard il-club xeħet għajnejh fuq proprjetá fil-Mosta, li kienet f’kundizzjoni ħażina ħafna u li kellha bżonn ħafna xogħol ta’ manutenzjoni. Dan ma qatax qalb sħabi tal-kumitat ta’ dak iż-żmien, il-membri tal-club u bilwisq anqas il-mibki president tal-club ta’ dak iż-żmien, it-Tabib Lino Gauci Borda, li stinka mmens biex akkwistajna dan ilpost. Minn hemmhekk nistgħu ngħidu li bdiet era ġdida għall-Old Motors Club. Kif jista’ wieħed jissieħeb membru malOld Motors Club Malta u kemm hemm membri b’kollox? L-ewwelnett kull minn hu dilettant ta’ karozza klassika, anke jekk għadu ma akkwistax karozza klassika jista’ jidħol


|

membru, għalkemm forsi tinstema’ xi ftit stramba ... peró mhijiex. Ir-raġuni għal dan hija li persuna tista tattendi l-avvenimenti, tara mudelli differenti, titkellem mas-sidien, tibda tieħu idea tal-valur ta ċerti karozzi, il-manutenzjoni li jkollom bżonn u b’hekk tasal biex tieħu deciżjoni infurmata tat-tip ta’ karozza li tgħodd għaliha. Membru ieħor tal-Old Motors Club, din id-darba forsi aktar attiv huwa dak l-individwu li diġá għandu karozza li għandha aktar minn 25 sena u għadha f’kundizzjoni oriġinali u tajba. Biex wieħed iżomm karozza fi stat tajjeb għal 25 sena huwa ċar li jkun dilettant. Maż-żmien dawn iż-żewġ individwi normalment jirrealizzaw li min bla karozza jew b’karozza waħda ... jispiċċaw b’aktar karozzi. Għat-tieni mistoqsija tiegħek, innumru tal-membri dejjem ivarja bejn 300 u 350.

Ovvjament dan kollu importanti, peró l-qofol jibqgħu l-attivitajiet. X’attivitajiet jorganizza l-Old Motors Club Malta? Hekk hu. Dan kollu li semmejna huwa wara l-kwinti tal-club ... huwa s-sinsla u għaldaqstant huwa importanti ħafna għax jekk ma jkollux dawk sodi ma tantx ikunu jistgħu jiġu organizzati attivitajiet. Minbarra li l-membri tal-club tagħna jistgħu jiltaqgħu fil-post li għandna filMosta, il-club jorganizza bejn tnejn jew tliet attivitajiet fix-xahar. Dawn jikkonsistu f’ġirjiet, fejn niftehmu biex niltaqgħu f’post partikolari bilkarozzi tagħna u nsuqu sa post ieħor. Normalment neħduha ftit bid-dawra, fixxitwa jsiru fil-għodu u fis-sajf fil-għaxijiet. Norganizzaw ukoll numru ta’ attivitajiet soċjali bħal ikliet fis-sajf normalmet fil-post tagħna, fil-Mosta għax jippermetti, u ma jistax jonqos ikla kif jixraq fil-Milied f’waħda mil-lukandi ewlenin. Norganizzaw ukoll attivitajiet oħra bħal ‘Pictorial Treasure Hunt’, li apparti li trid issib xi teżori tkun trid ukoll tidentifika postijiet minn fuq ir-ritratti provduti.

Fil-post li għandna fil-Mosta norganizzaw ‘swap meets’, fejn membri tagħna u l-pubbliku in ġenerali jkun jista’ jattendi jew jeħles minn dak l-oġġett, dejjem relatat mal-karozzi, li m’għandux bżonn u li forsi ħaddieħor qiegħed ifittex jew jikkollezzjona. Naħseb l-iktar żewġ attivitajiet li huma popolari għall-club tagħna huma il-mawra fi Sqallija li nagħmlu kull sena, grazzi għall-kuntatti tajbin li l-club għandu hemmhekk, u attivitá oħra li aħna nsejħulha ‘ġirja ta konsistenza’. Il-mawra fi Sqallija normalment ssir għall-aħħar ta’ Ġunju u kull sena tattira numru sabiħ ta’ membri tant li ġieli kellna saħansitra niddiżappuntaw xi membri minħabba loġistika bħal numru ta’ kmamar disponibbli, numru ta’ parkeġġi għall-karozzi u ċirkostanzi oħra bħal dawn. Din il-mawra normalment tkun maqsuma fuq ħamest ijiem. Il-‘ġirja ta’ konsistenza’ issir madwar tliet darbiet fis-sena. Dan huwa avve­ niment li fih sewwieq u navigatur ikollhom isegwu rotta pprovduta. Din mhijiex tellieqa imma avveniment bilħin. Wieħed ikollu jsuq b’veloċità medja ta’ madwar 15-il mil fis-siegħa. Permezz

27

ta’ tpinġija li tindika postijiet familjari, salib it-toroq u toroq li wieħed irid isegwi biex jibqa’ fuq ir-rotta t-tajba. Matul it-triq, il-parteċipanti jiltaqgħu ma’ marixxalli li jimmarkaw u jiktbu l-ħin li fih it-team ikun għadda minn ħdejhom. Team ta’ marixxalli oħra, din id-darba sigrieti jkunu moħbija biex jiżguraw li l-kompetituri jobdu r-regolamenti kollha tat-traffiku, bħal sinjali ta’ waqfien, u jekk jaslu f’destinazzjoni minn direzzjoni żbaljata. Xi ħaġa oħra li aħna vera kburin biha hija li l-membri tal-club japprezzaw innewsletter. Il-club qiegħed joqrob lejn il-250 edizzjoni tan-newsletter li jfisser li għal dawn l-aħħar 250 xahar, kull xahar il-club ippubblika din in-newsletter b’diversi artikli interessanti. Apparti dan, l-Old Motors Club itella’ numru ta’ wirjiet li fil-maġġoranza tagħhom jattiraw il-pubbliku u waqt l-istess attivitajiet jinġabru fondi għallkaritá. Is-sabiħ tal-Old Motors Club huwa li l-attivitajiet kollha tagħna huma addattati għall-familja kollha u miftuħin għad-dilettanti kollha talkarozzi, irrispettivament l-etá, kemm talpersuna kif ukoll tal-karozza. Għandna karozzi li għandhom 25 sena u karozzi li għandhom 100 sena ta’ kull marka jew nazzjonalitá. Jidher li l-Old Motors Club huwa attiv immens u tkellimt dwaru b’ċertu en­ tużjażmu. Min jixtieq jagħmel kuntatt magħkom, x’jista’ jagħmel? Hekk hu ... aħna m’għandniex kwiet! Dawk interessati jistgħu jagħmlu kuntatt ma’ Old Motors Club Malta fuq il-media soċjali, jew permezz ta’ email fuq HYPERLINK “mailto:info@ oldmotorsclub.com” info@oldmotor­s­ club.com.


28 |

ROTI


|

29

Prudenza u Sigurtà fit-toroq

D

an huwa żmien diffiċli għal kulħadd minħabba l-kundizzjonijiet imposti fuqna, peró dan huwa għallġid ta’ kulħadd u għandna nimxu ma’ dawn il-pariri li l-Awtoritajiet tas-Saħħa qegħdin iwasslulna. Ilpandemija ġabet żmien xi ftit jew wisq diffiċli, iżda jekk kulħadd jagħmel ilparti tiegħu żgur li dan kollu jitlaq u nħarsu lejn żmien aħjar.

minn PIERRE P. VELLA Dan kollu kif jagħmel parti fissigurtà fit-toroq tagħna? Naħseb issa iktar minn qatt qabel irridu nieħdu ħsieb il-vetturi tagħna. Sa ftit żmien ilu kulħadd kien juża l-arja kundizzjonata ... u minn ftit ġimgħat oħra kulħadd se jalterna għall-heaters. Importanti li inżommu t-twieqi imniżżlin biex tidħol ftit arja u wieħed tajjeb li jiċċekkja l-filter talairconditioner. Tkun ħaġa tajba li nżommu sanitizer żgħir fil-karozza biex kif nidħlu fiha importanti li nagħmlu ftit fuq idejna u anke jekk ikollna t-tfal magħna, napplikawlhom ftit fuq idejhom. Importanti li fil-karozza ma nħallux affarijiet jiġru ma’ kullimkien. Irridu ngħallmu lit-tfal li kif jaslu d-dar jaraw li kollox jidħol id-dar. Suġġeriment ieħor huwa li nagħmlu ftit sanitizer spray fuq is-seats tal-karozza u importanti li nippruvaw l-ispray fuq post żgħir fejn ma jidhirx biex inkunu ċerti li mhux se nagħmlu ħsara lit-tappizzerija. Tajjeb ukoll li jkollna ngwanti ‘disposable’. Jekk ikollna bżonn inbiddlu xi tyre, dejjem tinsewx tiċċekkjaw l-ispare wheel jekk għandek waħda fil-karozza tiegħek, jekk le jista’ jagħti l-każ li l-karozza għandha dak li jissejjaħ ‘run flat’. Dawn huma tyres li avolja jkollok puncture, int tista’ ssuq fuqhom għal żmien limitat. Biss wieħed irid joqgħod attent ħafna, l-istess ħaġa jekk ikollok space saver - dan hu l-ispare wheel u normalment ikun ta’ kulur isfar. Dan ukoll għandek żmien limitat kemm tista’ ssuq fuqu. Kif qegħdin nitkellmu fuq it-tyres tal-karozza, dawn għandhom jiġu ċċekkjati għat-’tyre pressure’ kull

ħmistax. Barra minn hekk, it-tyres ma għandhomx jintużaw sakemm isiru lixxi. Infakkru wkoll li kulħadd fil-vettura jrid jilbes iċ-ċinturin tas-sigurtà quddiem u wara. Tajjeb li nfakkru li post it-tfal huwa wara. It-tfal żgħar għandhom ikollhom siġġu addattat għall-età tagħ­ hom. M’għandux ikun hemm l-iskuża għax il-vjaġġ ikun qasir ... għax inċident huwa mument li jseħħ meta ma nkunux qegħdin nistennew u dak jista’ jkun fatali. Il-prudenza u r-responsabbiltà tibqa’ ta’ kulħadd - dawk kollha li qegħdin jużaw it-toroq, jekk fuq xogħol jew inkella vjaġġi minn post għall-ieħor, irresponsabbiltà tibqa’ dejjem tagħna. In-numru ta’ fatalitajiet mhumiex biss numri li wieħed jisma’ bihom imma huma familji sħaħ li tkissru b’dawn ittraġedji. Din hija sitwazzjoni li kullħadd jista’ jkun parti minnha u rridu nagħmlu ħilitna kollha biex inkunu iktar prudenti fittoroq tagħna u nkunu parti minn soċjetà li twassal għal inqas inċidenti fit-toroq tagħna. Ħafna huma dawk li jippuntaw lejn l-infurzar biex din tkun iktar severa, biss tajjeb li ngħidu li kull wieħed li qiegħed fit-triq għandu jagħmel il-parti tiegħu u hekk inkunu bdejna. Nerġa’ lura lejn it-tfal. Nisperaw li t-tfal tagħna jibqgħu l-iskola wara li dawn issa reġgħu fetħu. Aħna, bħala kunsill flimkien mad-dipartiment taledukazzjoni, nagħmlu ħafna inizjattivi flimkien mat-tfal. Wara s-suċċess kbir li kellna fis-sena 2019 fejn rajna madwar 5,000 student, din is-sena kien xi ftit ta’ diżappunt kbir minħabba l-pandemija. Dan minħabba li ma kellniex l-op­ portunitajiet biex niltaqgħu mal-istu­

denti ... kien nuqqas kbir għax aħna naħsbu li t-tagħlim fejn tidħol is-sigurtà fit-toroq tagħna għandu jkun suġġett li t-tfal għandhom ikollhom tagħrif u anke jinnotaw l-esperjenzi li wieħed jista’ jgħid minnhom jekk ikun hemm xi tip ta inċident. It-tfal jieħdu interess meta nagħmlu dawn il-laqgħat magħhom u nafu li l-messaġġ jasal għand it-tfal u ma jieqafx hemm imma jmur id-dar għand il-ġenituri u anke l-familja. Dawn huma s-sewwieqa tal-futur u aħna bħala edu­ katuri rridu nwasslu dawn it-tfal għal meta jkollhom il-liċenzja għas-sewqan. Il-prudenza trid tinżera fit-tfulija u dawn jistgħu jkunu l-ambaxxaturi tagħna għallfutur ... iżda flimkien irridu naħdmu. Il-ġenituri, dawk li jieħdu ħsieb it-tfal u s-sewwieqa tat-trasport għandhom ukoll juru prudenza u jagħtu eżempju tajjeb littfal. Il-problema tkun li jekk is-sewwieq ikun għaddej juża l-mobile, it-tfal jafu li dan huwa ħażin u aħna nkunu qegħdin nagħtu eżempju ħażin minbarra li hemm ċans tajjeb li naqilgħu xi kontravenzjoni jew agħar ... inkunu kaġun ta’ xi inċidenti li jista’ jwassal għal xi ħaġa gravi. Il-messaġġ tagħna huwa li jekk ikollna inċident serju jista’ jagħti l-każ li r-riservi tad-demm ikunu jridu jmorru għal dak li weġġa’ u mhux għall-pazjent li kellu ssirlu xi operazzjoni. Bħalissa nafu li dawk kollha li għandhom x’jaqsmu mas-saħħa għaddejjin b’ritmu mgħaġġel ħafna u hemm bżonn li aħna nkunu ta’ sapport għalihom billi nimxu ma’ dak kollu li qegħdin jgħidulna u fit-triq ikun moħħna hemm. Is-sigurtá hija obbligu tagħna għax biha biss nistgħu jkollna toroq iktar siguri. Importanti li nieħdu ħsieb xulxin f’dawn iż-żminijiet.


30 |

ROTI Minn Antonello Abela

I L A W T R I V I T A N O J P M A K Ġ W -ŻE Ż I W E RIES D E S JIB A T L A TAL-V1 M

M

atul dan l-aħħar xahar bdew żewġ Kampjonati tal-Formula 1 Virtwali organizzati minn Velocity Esports Racing, li jaqgħu taħt il-Kappa tal-V1 Malta Series. Sakemm ġejna biex nistampaw dan l-artiklu, iżżewġ kampjonati saqu t-tlielaq tal-Awstralja u tal-Bahrain li għandhom ikunu l-ewwel minn sensiela ta’ 18-il tiġrija li se jsiru matul dawn il-Kampjonati fix-xitwa li ġejja.

Fis-Serje Prinċipali, rajna lil Si­ meon Nechev (ritratt isfel) jirbaħ ilGrand Prix tal-Awstralja fuq Alfa Romeo wara li dan approfitta mill-irtirar taċ-champion renjanti, Ryan Carabott (BWT Racing Point), li rtira kmieni minn din it-tiġrija. Nechev, ikkon­ trolla t-tiġrija b’mod tajjeb minkejja li sew Jake Sammut (Haas) u sew Adrian Manduca (McLaren Renault) ippruvaw joffru xi ftit reżistenza iżda kellhom jikkuntentaw bit-tieni u t-tielet post rispettivament. “Dan kien riżultat sabiħ ħafna għa­ lija li ġie wara diversi sigħat ta’ taħriġ. Bil-kompetizzjoni ħarxa li hawn f’dan il-kampjonat, jien qed nimmira li niġi mal-ewwel ħamsa. F’tiġrija diffiċli bħalma kienet tal-Awstralja, ksibt reb­ħa li se tiswini enormi għat-tlielaq li ġejjin,” qal Simeon Nechev meta tlabnieh xi kummenti rigward din l-ewwel rebħa staġjonali li kiseb. It-tieni tellieqa, dik tal-Bahrain, rat lil Ryan Carabott (BWT Racing Point, ritratt 2, karozza roża) jirritorna għal dak li rajnieh jagħmel spiss fil-Kampjonat tal-istaġun li għadda ... jiddomina u jirbaħ. Fil-fatt, Cara­ bott, minkejja li spiċċa tliet sekondi fuq Manuel Schembri (Alpha Tauri) qatt ma kellu problemi biex jirbaħ din it-tiġrija. Jake Sammut, li issa qed imexxi l-klassifika tas-sewwieqa bi 33 punt, spiċċa din it-tiġrija fit-tielet post.

“Wara d-diżappunt tal-aħħar tiġrija, xtaqt nuri li għadni kapaċi niġġieled għar-rebħa”, qal Ryan Cara­ bott meta ġie mitlub biex jikkummenta r-rebħa li kiseb fil-Bahrain. “Min-naħa l-oħra għad fadal wisq tlielaq biex inkun naf fejn qiegħed ħdejn is-sewwieqa l-oħra għax kull ġimgħa qed jispikka xi sewwieq ġdid. Dan jawgura għal staġun ferm inte­ ressanti.” Iż-żewġ tlielaq tat-tieni kampjonat raw rebħiet ta’ Thomas Elder (Alpha Tauri) fl-Awstralja u Kevin Lucchese (Renault) fil-Bahrain. Dawn iż-żewġ sewwieqa attwalment qed jaqsmu l-quċċata tal-klassifika ta’ dan il-kampjonat bi 43 punt kull wieħed. Finalment, Haas u Renault qed imexxu l-kampjonati rispettivi talkos­trutturi. Fil-kampjonat prinċipali, Haas għandhom 52 punt b’Alfa Romeo t-tieni b’31 u Alpha Tauri t-tielet bi 30. Min-naħa l-oħra fit-tieni kampjonat, Renault qed jillidjaw b’61 punt filwaqt li Alpha Tauri jinsabu t-tieni b 45. BWT Racing Point qed jokkupaw it-tielet post b’29 punt. NB: Antonello Abela huwa l-editur tal-paġna sporitva fuq Facebook ANTONELLO’S SPORTS BLOG fejn fiha ssibu l-aħħar aħbarijiet u opinjonijiet fuq diversi sports li jinkludu l-Formula 1.


|

ARM YOUR METAL

AGAINST RUST!

No primer, no undercoat, no rust!

31


32 |

ROTI

GasanZammit Motors Ltd., Triq il-Merghat, Zone 1, Central Business District, Birkirkara, CBD 1020 Tel: 27788222 email: honda@gasanzammit.com honda.com.mt


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.