ROTI
Suppliment għad-dilettanti tal-Karozzi u Muturi
Settembru 2020
1 A L U M R FO
MID-
LA T A DINJ
TEAM G N I C S RA i SWIS ċċess lalom u s a t Bos u fis-S b m i l fil-Hillc i er Żvizz
U S
A R H O R TEJJE
rija
et -telem t a t u L-uż 1 mula r o F l i f
EDITUR - Melvin Farrugia | DISINN - Stacy Grech | ADVERTISING DEPARTMENT - 2590 0200 - adverts@unionprint.com.mt
22 |
ROTI
L-evoluzzjoni tal-magni fil-FORMULA 1 Minn Jason
M
Sultana
in meta bdiet il-Formula 1 fl-1950, ġew użati xejn inqas min 11-il tip ta’ magna differenti; minn sempliċi ‘Straight 4’, varjazzjonijiet diversi ta’ ‘Vee shaped’, ‘flat type’, kif ukoll tipi aktar kumplessi bħall‘H16s’. Liema tip kienet l-aqwa hu impossibli li jingħad għax kemm ir-regolamenti kif ukoll itteknoloġija kienu differenti f’kull perjodu li ntużaw. Għalhekk aktar nistgħu ngħidu liema spikkaw fuq l-oħrajn fil-perjodi partikolari li ntużaw fihom u dawn huma diversi! L-evoluzzjoni kienet waħda qawwija ħafna, għax kif semmejt, bl-avvanz tat-teknoloġija ġew immanifatturati magni li għamlu suċċess enormi u dan għax kienu b’saħħithom imma fl-istess waqt affidabbli mmens.
Jekk tistaqsi lil xi espert tal-istorja tal-Formula 1 liema kienet waħda mill-aqwa magni li qatt rajna, pront se jgħidlek il-Ford Cosworth DFV. Din kienet magna tat-tip V8 li għamlet żmien twil tintuża minn litteralment kulħadd, ħlief il-Ferrari (li dejjem ipproduċew magni huma stess) u kienet instrumentali f’155 tellieqa mirbuħa. Infatti, din intuat mill-1967 sal-1983 u allura m’hemm l-ebda dubju li d-DFV rebħet tlielaq ħafna iżjed minn kull tip ta’ magna oħra u prattikament biddlet l-andament tal-F1 fi żmien li timijiet meqjusa bħala żgħar u dilettanti rnexxielhom jegħlbu lil timijiet ferm aktar ikkwotati minnhom u manifatturi kbar, bħall-Ferrari. Dan wassal biex dawn l-istess manifatturi kbar juru snienhom u jipproduċu xi ħaġa ferm aktar b’saħħitha li tista’ tikkompeti lill-Ford sakemm waslet l-era tat-turbochargers lejn l-aħħar tas-sebgħinijiet. Ta’ min isemmi li r-Renault kienu l-pijunieri ta’ din l-epoka verament kumbattuta. Bħal kull ħaġa oħra f’dan l-isport, l-evoluzzjoni hi waħda kontinwa u din ġrat f’ħafna okkażjonijiet b’passi kbar f’dawn is-sebgħa diċenji. Riżultat ta’ dan, il-magni li jużaw illum il-ġur-
nata għal dawk li kienu jintużaw meta bdiet ilF1 huma kompletament differenti, però minnaħa l-oħra l-kunċett bażiku tat-teknoloġija ta’ kif taħdem magna nistgħu ngħidu li ftit jew wisq baqa’ l-istess!
|
TIPI DIFFERENTI TA’ MAGNI MATUL IŻ-ŻMINIJIET Meta ngħid it-tip ta’ magna, infisser f’kemm ċilindri tkun tikkonsisti u kif tkun il-konfigurazzjoni tagħhom. Kif semmejna diġà, mill1950 ‘l hawn it-tipi ta’ magni użati fil-karozzi tal-F1 kienu ta’ 4,6 u 8 cilindri f’linja wahda jew kif inhuma magħrufa aħjar ‘straight type’, flat (Boxer) 4,8 jew 12 cylinder, kif ukoll tat-tip ‘Vee shape’ bħallV6,V8,V10 u V12, apparti konfigurazzjoni oħra aktar komplessa bħal tal-BRM 3-litre H16 mill-1966. L-H16 prattikament hi magħmula minn żewġ magni tat-tip ‘flat 8’ magħqudin fuq xulxin u ggerjati flimkien permezz tal-cranckshafts. Tikkonsisti f’16-il ċilindru, 4 cylinder heads li kull waħda fiha żewġ camshafts u total ta’ 64 valv! Ir-regola ġenerali fl-era tal-ħamsinijiet kienet li aktar mal-magna jkollha ċilindri għallvolum ta’ ċilindrata, aktar tkun tista’ tieħu saħħa minnha. Jiġifieri t-taħlita ta’ arja/fjuwil u l-kombus-
tjoni tagħhom tkun aktar effiċjenti f’magni b’aktar cilindri li huma żgħar, milli f’magni b’inqas ċilindri akbar. Il-Ferrari b’mod partikolari, dejjem kienu konxji ta’ dan il-fatt u evolvew dan il-prinċipju f’magni ta’ 12-il cilindru għall-karozzi tattlielaq li damu jużawhom bosta snin. Ma’ dawn il-11 il-tip ta’ magni differenti, hemm ukoll il-varjazzjonijiet li jkunu mgħejjuna b’sorsi oħra biex jipproduċu aktar saħħa (BHP) bħal ‘superchargers’ li kienu popolari ħafna fl-ewwel diċenju ta’ dan l-isport, kif ukoll t-‘turbos’ li daħlu fis-seħħ lejn l-aħħar tassnin sebgħin, sal-aħħar tat-tmeninijiet, kif ukoll irritornaw mill2014 ‘l hawn. Ta’ min isemmi li l-magni magħrufa bħala ‘Straight 4’ b’ċilindrata żgħira ġew mogħtija l-ħajja permezz tat-turbochargers u dan għax is-saħħa li bdew jipproduċu minnhom kienet xi ħaġa fenomenali!
IT-TMIEM TAL-MAGNI STRAIGHT 8 Il-magni ‘Straight 8’ tal-ħamsinijiet kienu verament impressjonanti fis-saħħa li kapaċi joffru meta tieħu inkunsiderazzjoni tat-teknologija mal-era li ġew immanifatturati fiha. Però, dawn ma tantx damu ma twarrbu għall-ġenb biex jagħmlu wisa’ għal magni tat-tip ‘Vee’ minħabba li bdew jitqiesu bħala tqal ħafna għall-karozzi tat-tlielaq. Infatti, għal nofs il-ħamsinijiet bdew deħlin dawn il-magni, bil-pijunieri jkunu l-Lancia bil-V8 u warajhom il-Ferrari bil-V6. Meta Cooper introduċew il-kunċett tal-magna poġġuta wara s-sewwieq, minflok quddiemu kif kienet il-prassi ta’ dawk iż-żminijiet, il-magni ‘Straight 8’ ġew imwarrba għal kollox għax kienu twal iżżejjed u ma kinux joqogħdu kif mixtieq. Baqgħu jintużaw biss magni ‘Straight 4’. Fattur importanti ieħor li kien prijorità meta l-Formula 1 qalbu għall-magna wara u mhux marbuta direttament max-chassis tal-karozza bħal qabel, kienet ir-riġidità. Kienu
l-Lotus fl-1967 li installaw il-magna Cosworth DFV fuq wara tal-‘monocoque’ jew aħjar il-qafas tal-karozza u magħha rabtu s-sistema tas-suspension, żvilupp importanti ħafna ta’ kif jitqassam il-bilanċ mekkaniku tal-karozza. Min dak iż-żmien ‘l hawn kważi l-magni kollha qalbu għat-tip ‘Vee shaped’ bl-eċċezzjoni tal-Hart li introducew lura t-tip ‘Straight 4’ fl1981 li kienu turbocharged. Ta’ min isemmi li kellhom ċilindrata limitata ta’ 1,500cc peress li bit-turbo, nofs il-kobor ta’ dak permess għall-magni ‘normally aspirated’. Il-BMW ukoll ħadu din it-triq ftit snin wara. Wieħed mill-vantaġġi tad-disinn ‘Vee’ hu l-gwadann ta’ spazju li wieħed jista’ jutilizza fil-vojt li jibqa’ bejn iż-żewġ ‘cylinder heads’, fejn faċilment tista’ titpoġġa s-sistema tal-‘fuel injection’ fost l-oħrajn, kif ukoll il-parti t’isfel tal-magna tkun idjaq, allura tagħmel wisa’ għas-sistema tal-exhaust biex tinħadem aktar kif mixtieq għall-effiċjenza massima meħtieġa.
23
24 |
ROTI
Għalkemm il-Ferrari u Matra (li waqfu jikkompetu fl-1982) ippreferew magni bi 12-il ċilindru (flat jew V) fuq tipi oħrajn, il-maġġoranza tal-kumplament tal-inġiniera qablu aktar m’għadda ż-żmien, li l-magna V10, li ntużat għal perjodu twil bejn nofs issnin disgħin u nofs id-diċenju sussegwenti, kienet l-aktar ideali meta kollox jittieħed inkonsiderazzjoni. Vera li magna V12 tista’ tipproduċi aktar saħħa minn waħda V10, però tikkonsma ħafna iżjed fjuwil (allura tirrikjedi tankijiet tal-fjuwil akbar), il-magna nnifisha hi akbar u itqal, kif ukoll tirrikjedi radjaturi akbar biex titkessaħ fost l-oħrajn. Dawn kollha huma ta’ żvantaġġ fuq karozza tal-F1 li ovvjament kienu jillimitaw lill-inġiniera milli jesperimentaw ferm aktar fid-disinn tal-karozza, speċjalment fuq wara. IlV8 u l-V6 huma eħfef mill-V10 u V12 rispettivament u aktar effiċjenti bħala konsum u kif jagħtu l-‘output power’ tagħhom. Però, għall-aħjar pakkett b’naqra aktar piż, il-V10 kienet aktar ippreferuta fuq it-tipi l-oħra. Ovvjament din il-prattika trid tittieħed fissens tal-era li ġew żviluppati l-magni msemmija, għax mal-milja taż-żminijiet tant esperimentaw fuqhom, li evolvew magni ħafna iżgħar u eħfef minnhom, bħal per eżempju l-1.6 litre V6 li jintużaw preżentament. Dawn huma ferm aktar effiċjenti (li saħansitra l-Mercedes irnexxielhom jagħmlu magna b’effiċjenza termali ta’ 50%, li dan hu tragward impressjonanti) u aktar b’saħħithom kif ukoll affidabbli mmens! Ta’ min jirrimarka li din it-tip
ta’magna li hi turbocharged ukoll, hi parti minn ‘Power Unit’ li jikkonsisti wkoll f’sistema ibrida kumplessa (ERS) li kapaċi tipproduċi madwar 1000Bhp faċilment meta kollox jagħti l-ħruġ massimu tiegħu. Biex nispjega din is-sistema tant interessanti fid-dettall għandi bżonn artiklu sħiħ ieħor, però jkolli ċ-ċans naqsam magħkom dan aktar ‘il quddiem! Il-formati tat-tipi ta’ magni li ntużaw fil-F1 matul iż-żminijiet ħafna drabi ġew imfassla mill-FIA permezz ta’ regolamenti apposta. Kien hemm perjodi li dan l-isport kien meqjus minn bosta entitajiet globali li qed jaħli ħafna riżorsi u mhux jagħti kas tal-ħela tal-fjuwil, eċċ. Dan ġiegħel lill-FIA timponi regola fuq il-manifatturi tal-magni bl-ammont ta’ fjuwil li wieħed jista’ juża kull tellieqa, biex tinkoraġġixxi lill-istess maniffaturi jagħmlu magni aktar effiċjeni u b’hekk jaħlu inqas mingħajr ma jitilfu l-prestazzjoni tal-istess magni. Ta’ min isemmi li fil-preżent u aktar u aktar fil-futur dawn l-ideat huma u se jibqgħu jiġu mħarsa, biex fl-istess ħin ikunu konformi mal-miri tal-‘carbon neutral’, li l-F1 qed jaspiraw li jilħqu fil-futur! Kien hemm żminijiet b’mod partikolari fit-tmeninijiet, li l-FIA imponiet limitu ta’ saħħa massima li tista’ tipproduċi magna għal skopijiet ta’ saħħa u sigurtà tas-sewwieqa. Dan għax karozzi li kienu jiżnu madwar 500-600kg, piż li hu pjuttost baxx għal karozza però meqjus normali għall-F1 (għalkemm illum
il-ġurnata dan qabeż is-700kg), kien ikollhom magni li jipproduċu saħħa ta’ 1300 Bhp u aktar, speċjalment waqt il-provi ta’ kwalifikazzjoni. Din il-kumbinazzjoni kienet xi ħaġa fenominali għall-karozzi u wisq aktar għas-sewwieqa nfushom li anke kienu jistqarru li huma ftit jew wisq iżżejjed, però minnaħa l-oħra nistgħu ngħidu li permezz ta’ dawn it-tip ta’ karozzi, il-leġġendi ta’ dawk iż-żminijiet tawna spettaklu kbir u wieħed mill-isbaħ perjodi ta’ kull żmien f’dan l-isport! Għalkemm it-tip ta’ disinn tal-magni użati għal żmien twil kien wieħed liberu, iċ-ċilindrata tal-magni kienet limitata bir-regolamenti. Kronoloġija ta’kif evolvew il-magni għal-lum il-ġurnata hi: • 1950 – 1953 1,500cc (Forced induction) jew 4,500cc (Normally aspirated) • 1952 – 1953 Billi kien hemm nuqqas ta’ interess f’dan il perjodu, ir-regoli tal-F2 ġew applikati. Dawn kienu magni 500cc (Forced induction) jew 2,000cc (Normally aspirated) • 1954 – 1960 Massimu ta’ 750cc (Forced induction) jew 2,500cc (Normally aspirated) • 1961 – 1965 1,300cc (Normally aspirated)
–
1,500cc
• 1966 – 1988 1,500cc (Forced induction) jew 3,000c (Normally aspirated).
Ta’ min isemmi li mill-1973 l-ammont massimu ta’ ċilindri ġie stabbilit għal dak ta’ 12, filwaqt li l-‘boost’ għall-magni turbo ġie ridott għal-4 Bar fl-1987 u għal-2.5 Bar fl-1988. • 1989 – 1994 Massimu ta’ 3,500cc (Normally aspirated) • 1995 – 2005 Massimu ta’ 3,000cc u mil-1999, it-tip ta’ magna trid tkun V10 • 2006 – 2013 V8, 2400cc + KERS • 2014 - (Hybrid)
V6, 1600cc turbo + ERS
F’kull sport tal-karozzi, b’mod partikolari l-F1, l-magna hi fattur importanti għal ħafna raġunijiet fosthom it-teknoloġija involuta li hi vasta ħafna, kemm biex jiġu rriċerkati, iddisinjati, immanifatturati, mibnija u fl-aħħar u mhux l-inqas utilizzati fuq iċ-ċirkwit wara li jkunu installati fil-karozzi. Però, wieħed mill-isbaħ mumenti għalina l-fanatiċi u li naprezzaw ħafna hu, meta nisimgħu dik l-għanja melodjuża ħierġa mis-sistema tal-exhaust meta jiġu startjati u wisq aktar meta jkunu qed jiġu misjuqa gass mal-pjanċa fuq iċ-ċirkwit! Tistgħu ssegwu għal aktar materjal li jkun aġġornat ħafna drabi kuljum fuq il-paġna ta’ Jason fuq Facebook: Formula One Insights – by Jason jew inkella fuq il-website www.formulaoneinsigħts.com għal artikli aktar speċifiċi mid-dinja tal-Formula 1.
|
ARM YOUR METAL
AGAINST RUST!
No primer, no undercoat, no rust!
25
26 |
ROTI
TIMIJIET TAL-FORMULA 1 MILL-IMGĦODDI U LI LLUM HUMA PARTI MILL-ISTORJA TA’ DAN L-ISPORTS…
Caterham F1 Team (2012-2014)
Minn
Jordy Brincat
I
t-tim li l-għeruq tiegħu huma mill-Malasja u iżjed tard mir-Renju Unit, il-Caterham, kien jopera minn minn ġewwa l-fabbriki ta’ Leafield u wara
dik ġewwa Oxfordshire fl-Ingilterra, taħt il-bandiera tal-Malasja. Dan it-tim ikkompeta fil-Formula 1 għal tliet staġuni biss, bejn l-2012 u 2014. F’Lulju 2014, il-kap tat-team, Tony Fernandes flimkien mal-investituri l-oħra ħabbru li t-tim inbiegħ lil grupp ta’ investituri mill-Iżvizzera u mil-Lvant tal-Ewropa.
F’Ottubru tal-istess sena, ilCaterham bdew it-triq għan-niżla, meta għall-ewwel darba tul dawn ilftit snin, m’attendewx għat-tellieqa fuq iċ-ċirkwit tal-Amerika. Ix-xahar ta’ wara tilfu wkoll it-tellieqa tal-Brażil. Dan it-tim kien l-ewwel tim fil-Formula 1 li rnexxielu jiġbor il-fondi biex jieħu sehem fl-aħħar tellieqa f’Abu Dhabi kif ukoll fiż-żewġ sessjonijiet ta’ ittestjar li saru fuq l-istess ċirkwit. Fi Frar tal-2015, l-FIA pppublikat il-lista tat-timijiet li se jieħdu sehem matul dik is-sena fejn ittim tal-Caterham ma kienx imniżżel, u minfloku daħal mill-ġdid it-tim talManor. Sal-aħħar ta’ Marzu, l-assi tattim kienu għall-bejgħ wara li kienet tħabbret uffiċjali li dan it-tim kien falla. It-tim immexxi minn Tony Fernandes, oriġinarjament daħal fil-Formula 1 fl2010 bħala Lotus Racing (juża l-isem
tal-Lotus wara li ġab il-liċenzja millGroup Lotus). Mhux uffiċjalment, magħruf bħala 1Malaysia F1, it-tim kien taħt l-operat ta’ 1Malaysia Racing Team Sdn Bhd. Dan il-proġett kien parti mill-inizjattiva li ħa l-eks-Prim Ministru tal-Malasja, Najib Razak. Meta l-Proton (il-kumpanija li tmexxi il-Group Lotus) itterminat il-liċenzja, Fernandes akkwista għalih innifsu d-dritt li juża l-isem Team Lotus għall-kampjonat tal2011. Meta l-Proton bdew passi legali kontra l-istess team minħabba l-isem, Fernandes xtara l-karozzi Caterham. F’Novembru tal-2011, it-tim applika mal-kummissjoni tal-Formula 1 biex formalment ibiddlu l-isem tat-team għall-kampjonat tal-2012 – minn Lotus għall-Caterham. Ir-Renault wkoll kienu biddlu l-isem tagħhom għal dak Lotus. Wara laqgħa tal-Kunsill tal-FIA, dawn approvaw dan it-tibdil u għalhekk
ingħata l-permess biex jinbidel għal Caterham. Fl-2011, il-Lotus kienu spiċċaw fl-għaxar post tal-kampjonat, grazzi għas-sewwieqa tagħhom Jarno Trulli u Heikki Kovalainen li spiċċaw tlett itlielaq fit-tlettax il-post. Fl-2012, bħala l-ewwel kampjonat tagħhom uffiċjalment bħala Caterham, it-tim żamm lix-xufiera Trulli u Kovalainen mill-ġdid. Fit-18 ta’ Jannar, it-tim ħabbar li se jmexxi l-fabbrika tiegħu minn ġewwa Leafield għal dik ġewwa Oxfordshire. Fis-snin passati, din il-fabbrika kienet tat-timijiet talArrows, kif ukoll tas-Super Aguri. IlCaterham CT01, kienet l-ewwel karozza li t-tim irnexxielu jagħmel fiha s-sistema tal-KERS. Fis-17 ta’ Frar, it-tim ħabbar li s-sewwieq Russu Vitaly Petrov, ħa post il-pilota Taljan Jarno Trulli, biex issieħeb ma’ Kovalainen. Mark Smith, kif ukoll Mike Gascoyne wkoll ingħaqdu bħala tekniċi fl-operat tat-tim mit-tellieqa taċĊina. Fil-bidu ta’ dan l-istaġun, din l-ewwel karozza Caterham kienet inqas veloċi milli mistenni. Ma dan kollu, fit-tellieqa tal-Bahrain, grazzi għal Heikki Kovalainen, wassal din ilkarozza fi Q2 għat-tellieqa tal-Bahrain għas-skapitu tal-Ġermaniż Michael Schumacher fuq Mercedes. Fuq iċċirkwit ta’ Monte Carlo, Kovalainen
kiseb l-aħjar riżultat għat-tim permezz tat-tlettax-il post. Kien l-istess xufier Finlandiż li fuq iċ-ċirkwit ta’ Valencia kiseb it-tieni apparenza tiegħu fi Q2 meta beda t-tellieqa mis-sittax-il post – wara li elimina lis-sewwieq tar-Red Bull Mark Webber, u żewġ sewwieqa tal-iScuderia Toro Rosso. L-istess team kompla għaddej b’dan ir-ritmu tajjeb, meta fuq l-istess ċirkwit fit-tellieqa, kemm Kovalainen, u kif ukoll Petrov, kienu qed iżommu l-pass meta dan tal-aħħar kellu inċident ma’ JeanEric Vergne tal-iScuderia Toro Rosso. Kawża ta’ dan l-istess inċident, ħarġet is-safety car però l-Finlandiż irkupra sew u spiċċa fl-erbatax-il post wara Petrov. Fit-tellieqa tal-Ingilterra, ħsara fil-magna ta’ Petrov waqt il-lap inizjali, irriżulta li s-sewwieq lanqas beda din it-tiġrija u kellu jirtira. It-tim spiċċa dan il-kampjonat fl-għaxar post fil-klassifika finali tal-kostrutturi meta qabżu lit-tim tal-Marussia, mill-aħħar post fit-tellieqa finali tal-kampjonat. Vitaly Petrov kiser ir-rekord meta hu spiċċa fil-ħdax-il post quddiem Charles Pic tal-istess Marussia Racing Team filwaqt li Kovalainen spiċċa fl-erbatax-il post, wara Daniel Ricciardo tal-iScuderia Toro Rosso. Għall-istaġun tal-2013, Caterham ħabbru li ffirmaw lis-sewwieq talMarussia Charles Pic flimkien maddebuttant fil-Formula 1 Giedo Van Der
|
Garde. Magħhom bħala sewwieqa ta’ riserva kellhom lil Alexander Rossi u kif ukoll Ma Qinghua. F’April tal-istess sena, ikkonfermaw li reġgħu iffirmaw lil ekssewwieq tagħhom Heikki Kovalainen bħala s-sewwieq li se jkun qed jittestja d-diversi titjib li jkollhom matul l-istaġun. Kaġun ta’ hekk, il-pilota Ma Qinghua, tilef postu mat-team. F’dan l-istaġun, l-Olandiż Van Der Garde, kiseb l-aħjar post waqt il-provi ta’ kwalifikazzjoni flistorja ta’ dan it-tim matul il-grandprix tal-Belġju, meta dan beda t-tellieqa mill-erbatax-il post. Għalkemm kellhom karozza iżjed veloċi mir-rivali tagħhom Marussia, Caterham spiċċaw warajhom fil-klassifika finali tal-kostrutturi, filħdax-il post. Fil-kampjonat tal-2014, Caterham iffirmaw żewġ xufiera ġodda oħra magħhom – Marcus Ericsson u Kamui Kobayashi rispettivament. Il-kap tattim Tony Fernandes irrimarka lillmembri tat-tim li jekk it-tim ma jimxix
’ilquddiem matul dan l-istaġun hu kien se jieqaf. Wara li ntemmet it-tellieqa ġewwa Monte Carlo, l-Caterham spiċċaw l-iktar team fil-Formula 1 li beda tlielaq mingħajr ma kisbu l-ebda punt. Dan kollu seħħ minħabba li l-Marussia Racing kienu kisbu l-ewwel punti tagħhom minn meta daħlu fl-isports lura fl-2010, grazzi għas-sewwieq - il-mibki Jules Bianchi li spiċċa t-tellieqa fid-disa’ post u kiseb żewġ punti. Fl-Lulju tal-istess sena, Caterham ħabbru li issa għandhom grupp ta’ investituri ġodda li se jmexxu dan ittim. Dan kien iffurmat minn konsorzju ta’ nies mill-Iżvizzera, immexija milleks-kap tat-team tal-Jordan Grand Prix u Midland F1 Team, Colin Kolles. L-ekssewwieq tal-Formula 1 Christijan Albers assistit minn Manfredi Ravetto nħatru biex ikunu responsabbli mit-tmexxija tat-team. Matul il-kampjonat, aħbar xejn mistennija kienet li Kobayashi ma ħax sehem fit-tellieqa tal-Belġju fuq iċ-ċirkwit ta’ Spa-Francorchamps. Post dan ix-xufier ħadu l-eks-xufier
ta’ riserva tal-Jaguar u tliet darbiet champion ta’ 24 hours Le Mans, Andrè Lotterer. Fid-debutt tiegħu matul din it-tellieqa hu spiċċa rtira mit-tellieqa minħabba problemi mekkaniċi filvettura tiegħu. Fil-21 t’Ottubru, Caterham ħabbru li daħlu f’administration u neħħew it-tim maniġerjali. Fi stqarrija maħruġa f’isem Caterham, l-amminstratturi tat-team Smith & Williamson ħadu l-kontroll tatteam. Bernie Ecclestone ta l-permess speċjali biex dan it-tim jaqbeż it-tlielaq tal-Amerika u l-Brażil biex jipprovaw isibu xi investitur ħalli jkun lest li jixtri dan it-team. Kawża ta’ din id-dispensa minn dawn it-tlielaq, l-FIA ħabbret li mhux se tippenalizza lit-team minħabba dan innuqqas u ksur ta’ regola. Sadanittant, isSauber ħabbru li kisbu l-firma ta’ Marcus Ericsson għall-istaġun 2015, wara li dan ittermina l-kuntratt minn mal-Caterham. F’Novembru, FIA ppubblikat illista provvisorja għall-kampjonat tal-2015, liema lista kienet tinkludi l-Caterham bħala CF1 Caterham
27
F1 Team. Matul din l-istess ġimgħa li ġiet ippubblikata din il-lista, issemma li t-tim iffirma għal tlett itlielaq lissewwieq Brażiljan Rubens Barrichello, liema pilota l-aħħar dehra tiegħu filFormula 1 kienet fis-sena 2011. Dan kien se jkun qed jieħu post Kobayashi. Però fis-16 ta’ Novembru, Caterham ħabbru li Kobayashi kien se jkun qed isuq fit-tellieqa ta’ Abu Dhabi u li t-tieni sewwieq se jkun il-Brittaniku Will Stevens. Stevens, kien diġà ttestja din il-vettura qabel u wara t-tellieqa ta’ Abu Dhabi, kien se jieħu sehem fit-testijiet li jsiru fuq dan iċ-ċirkwit hekk kif jintemm il-kampjonat. Fil-bidu ta’ Diċembru, itteam irċieva dispensa oħra biex juża l-karozza tal-2014 għall-kampjonat tal2015, biex ikun jista’ jinstab xerrej ġdid. Madankollu, l-assi ta’ dan it-team nbigħu permezz ta’ irkant fil-bidu ta’ Marzu 2015. Dan kollu jfisser li kull tentattiv biex jiġi salvat it-team sfuma fix-xejn. It-team Caterham F1 Team ġie ddikjarat fallut.
28 |
ROTI
2
|
29
FORMULA SCHUMACHER
IMEXXI KAMPJONAT MILL-AKTAR INDEĊIŻ
minn Antonello Abela
I
l-Kampjonat tal-Formula 2 wasal fl-aktar fażi taħraq tiegħu meta għad fadal żewġ appuntamenti u erba’ tiġrijiet. Attwalment għandna diversi sewwieqa li qed jimmiraw biex mhux biss jirbħu dan il-Kampjonat iżda jħallu impressjoni tajba mal-Kapijiet tat-timijiet tal-Formula 1, bit-tama li dawn jagħtuhom siġġu għall-istaġun li ġej.
Minkejja li rebaħ biss tiġrija waħda s’issa, ilFeature Race ta’ Monza, Mick Schumacher (PREMA Racing), attwalment jinsab f’ras ilklassifika. Il-konsistenza tattifel tal-leġġenda tal-Formula 1 Michael Schumacher għenet lil dan iż-żagħżugħ biex jitla’ f’ras il-klassifika meta l-avversarji tal-Ġermaniż bdew ifallu tlielaq kruċjali. Schumi Jr attwalment għandu 161 punt. L-akbar sfida għal Schumacher ġejja minn Callum Ilott, tal-UniVirtuosi. L-Ingliż, li bħall-mexxej tal-Klassifika Attwali hu membru tal-Akkademja tal-Ferrari, kiseb tliet rebħiet u żewġ pole positions u attwalment għandu 153 punt. Minkejja tmiem il-ġimgħa fqir flaħħar żewġ tiġrijiet li kellna filMugello, Ilott xorta waħda qed juri li hu sewwieq, li wieħed jittama li jara fil-Formula Wieħed fil-futur.
Għalkemm ftit distanti, wieħed ma jistax jinsa lil Christian Lungaard (ART Grand Prix) u Robert Shwartzmann (Prema Racing) fid-diskors għar-rebħ tal-Kampjonat. Lungaard, li attwalment jinsab fl-Akkademja tas-sewwieqa tarRenault, qiegħed it-tielet b’145 punt, fejn kellu żewġ appuntamenti tajba f’Monza u fil-Mugello fejn rebaħ l-aħħar Sprint Race. Min-naħa l-oħra, Robert Shwartzmann waqa’ fir-raba’ post b’140 punt. Wara bidu tajjeb ħafna għall-kampjonat, fejn rebaħ iż-żewġ Feature Races tal-Awstrija 2 u talUngerija, id-debuttant Russu, li jinsab fl-Akkademja tal-Ferrari, tilef ftit irriedni tas-sitwazzjoni. Fil-Kampjonat tal-Kostrutturi, kif mistenni, it-tim tal-Prema jinsab f’ras il-Klassifika bi 301 punt, filwaqt li l-UniVirtuosi qegħdin 40 punt ‘il bogħod mill-mexxejja ta’ dan il-Kampjonat li jidher li ħa t-triq tal-Italja anke grazzi
għall-wirjiet u rebħiet miksuba minn Schumacher u Shwartzmann. Il-Kampjonat jonqsu żewġ appuntamenti ta’ żewġ tiġrijiet-il wieħed. Bejn ilbieraħ u llum l-azzjoni qed tiżvolġi fir-Russja fit-trakka ta’ Sochi filwaqt li bejn is-27 u d-29 ta’ Novembru t-trakka ta’ Sakhir filBahrain se tkun it-teatru ta’ tmiem ta’ Kampjonat mill-aktar missielet u interessanti. Kapaċi Mick Schumacher isir Champion tal-Formula 2 għal din is-sena u eventwalment jieħu post filFormula 1 fl-2021?
30 |
ROTI
S N I O W T LE MIL HA
INKLUŻ MAL-AKTAR MITT PERSUNA INFLUWENTI FID-DINJA SKONT TIME MAGAZINE
I
s-sewwieq tal-Formula 1 tal-Mercedes, Lewis Hamilton li qiegħed jieħu sehem fis-seba’ kampjonat dinji, ingħaqad mal-lista esklussiva ta’ TIME magazine li tinkludi politiċi, mużiċisti, attivisti u anke sportivi. Dan hekk kif qed juri kemm hu pilota b’saħħtu fuq it-trakka u attivist kbir fil-ġlieda kontra r-razziżmu.
Hamilton kien attiv ħafna f’dan irrigward waqt it-tlielaq tal-Formula 1 ta’ din is-sena, b’mod speċjali fil-kampanja ta’ Black Lives Matter. Il-pilota ta’ Nascar, Bubba Wallace tkellem dwar il-fatt li Hamilton ġie inkluż fost il-lista ta’ persuni influwenti u qal li hu l-uniku pilota fl-ogħla livell ta’ Nascar. Għalhekk qal li l-fatt li Hamilton hu l-uniku pilota ta’ karnaġġjon skura filFormula 1 ifisser ħafna għalih. Sostna li meta Hamilton jirnexxielu jirbaħ tellieqa wara oħra, tagħti motivazzjoni biex jipprova jagħmel l-istess. Żied ukoll jgħid li l-attiviżmu ta’ Hamilton ċaqlaq lid-dinja hekk kif irnexxielu jpoġġi għall-attenzjoni tad-dinja l-kampanja Black Lives Matter u dan permezz tal-messaġġi tiegħu fuq il-midja soċjali u waqt attivitajiet talFormula 1. Intant, il-Kap Eżekuttiv u l-editur ta’ TIME, Edward Felsenthal qal
li l-lista ta’ din is-sena, li waslet fi żmien il-pandemija tal-Coronavirus u waqt li għaddejja kampanja globali kontra r-razziżmu, kienet differenti minn dawk ta’ snin preċedenti. Sostna li din il-lista dejjem kienet ilmera ta’ dak li qed jiġri fid-dinja u dawk li jġibu l-bidla. Għalhekk qal li filwaqt li hemm nies ta’ ċertu poter bħal kapijiet ta’ stati, kapi eżekuttivi u artisti, fl-istess waqt tinkludi wkoll individwi straordinarji li forsi mhux kulħadd jaf bihom iżda li ħatfu l-mument biex salvaw ħajjiet, bnew movimenti, qawwew l-ispirtu u anke għenu biex ifejqu lid-dinja. Għalhekk jgħid li xogħol dawn in-nies jisfidana biex anke aħna bil-mod tagħna nipprovaw ninfluwenzaw lid-dinja biex tkun aktar b’saħħitha, reżiljenti, aktar sostenibbli u ġusta.
|
31
Minn Antonello Abela
I
N O J Z A K I IF L A W K ’ A T S D N U O R ES I R E S ISIRU RA T AL M 1 V L L GĦA
M
atul dawn l-aħħar ġimgħat l-aqwa sewwieqa virtwali f’pajjiżna kienu impenjati fir-rounds ta’ kwalifikazzjoni għall-V1 Malta Series li se jiġi organizzat minn Velocity Esports Racing matul ix-Xitwa li ġejja.
Dawn ir-rounds raw erbgħin sewwieq, li ġew maqsuma f’żewġ gruppi li fi spazju ta’ tliet ġimgħat saqu f’sitt trakek iddeterminati skont in-natura ta’ dawn l-istess ċirkwiti. Għaċ-ċirkwiti veloċi, l-għażla tal-organizzaturi waqgħet fuq Spa tal-Belġju u Monza tal-Italja, filwaqt li għat-trakek iżjed tekniċi, l-għażla marret fuq Melbourne fl-Awstralja u Suzuka fil-Ġappun. L-aħħar ġimgħa ta’ din l-ewwel fażi tal-kwalifikazzjoni rat lis-sewwieqa virtwali jsuqu fit-trakka leġġendarja ta’ Monte Carlo u dik ta’ Budapest. Fi tmiem din l-ewwel fażi, saru magħrufa l-aqwa għoxrin sewwieq li eventwalment se jifformaw parti mill-Kampjonat Prinċipali li Velocity Esports Racing se jorganizzaw matul din ix-xitwa li ġejja filwaqt li l-kumplament tas-sewwieqa ġew
da għax il-Kampjonat hu storja kompletament differenti mill-kwalifiki bi tlielaq itwal u kompetizzjoni ħarxa li mhux se ċċedi,” qal Nechev meta staqsejnieh għal xi kummenti fuq dawn is-sessjonijiet.
Iż-żewġ kategoriji kellhom finalment isuqu żewġt itlielaq oħra f’Abu Dhabi u fil-Vjetnam, fejn ġew determinati l-aqwa għaxar sewwieqa li se jkunu l-ewwel sewwieqa tat-timijiet rispettivi li se jitilgħu bil-polza, ftit wara li morna biex nistampaw l-artiklu.
Mistoqsi dwar is-sessjonijiet ta’ kwalifikazzjoni, il-Kap tal-iStewards, Andrew Zarb qal, “ħadt ħafna pjaċir nagħmel dan ir-rwol matul il-kwalifiki li kellna. Bla dubju qed nistenna b’ħerqa biex nibdew il-kampjonat minkejja li l-kariga tiegħi tirrikjedi ħafna paċenzja minħabba li mhux kull inċident hu l-istess u xi kultant kellna inċidenti diskutibbli li ħadulna l-ħin sakemm wasalna għal deċiżjoni. Bħala steward trid iżżomm f’moħħok li la tista’ tieħu deċiżjonijiet popolari u wisq inqas ma tista’ tipprova tintgħaġob ma’ ebda sewwieq.”
Il-punti għal dawn ir-rounds ġew mogħtija kemm fuq il-prestazzjonijiet magħmula fuq it-trakka, kif ukoll fuq kemm is-sewwieqa kienu korretti matul it-tlielaq. Dan sar grazzi għal panel li ġiet imwaqqfa apposta minn Velocity Esports Racing biex tilqa’, tiddelibera u tikkonferma l-appelli li s-sewwieqa bagħtu fi tmiem is-sessjonijiet li huma saqu.
Fejn tidħol l-Ewwel Kategorija, Simeon Nechev rebaħ din il-klassifika speċjali bi 371 punt. “Il-mira tiegħi kienet li nagħmilha mal-ewwel għaxra. Ma stennejtx dan ir-riżultat anke għax ma kontx kunfidenti biżżejjed meta mqabbel mal-logħba ta’ qabel. Iffukajt fuq il-wirja tiegħi u tajt l-aħjar li stajt. Min-naħa l-oħra, l-akbar sfida għadha trid tib-
It-tieni kategorija ntrebħet minn Keith Muscat li ġab 189 punt. Kirsten Formosa spiċċa t-tieni b’136 punt, filwaqt li Christian Caruana spiċċa t-tielet b’125 punt. Il-Kampjonat ta’ din it-Tieni Kategorija beda nhar ilĦamis, 24 ta’ Settembru fl-Awstralja. Il-Kampjonat Prinċipali se jibda għada t-Tnejn, 28 ta’ Settembru fl-istess trakka.
impoġġija f’Kampjonat tat-Tieni Kategorija li wkoll se jsir matul din ix-xitwa.
Michael Pace spiċċa fit-tieni post bi 320 punt, filwaqt li l-Viċi Champion tal-ewwel Kampjonat organizzat minn Velocity Esports Racing, Jake Sammut Birmingham spiċċa t-tielet bi 316 -il punt. Il-holder ta’ din il-Kompetizzjoni, Ryan Carabott ikkwalifika għall-Kampjonat Prinċipali b’288 punt.
32 |
ROTI
GasanZammit Motors Ltd., Triq il-Merghat, Zone 1, Central Business District, Birkirkara, CBD 1020 Tel: 27788222 email: honda@gasanzammit.com honda.com.mt