Sportiv 154

Page 1

SPORTIV 4 #1R5 2020 FRA

B’XEJN MA’ L-ORIZZONT

SPORTMALTA 2020

Aktar proġetti fil-faċilitajiet sportivi


BOV INVESTMENTS

INVESTI LLUM INVESTI GĦAL ĦAJTEK L-investiment għal futur jibda llum. Żur waħda mill-fergħat jew Ċentri ta’ Investiment u skopri aktar dwar is-soluzzjonijiet ta’ investiment li noffru. Iċ-Ċentri ta’ Investiment tal-BOV jinsabu Bir id-Deheb | Il-Gżira | Il-Mosta | Ħal Qormi | Il-Belt Valletta | Għawdex

Kellimna | 2131 2020 | bov.com Il-valur tal-investiment jista’ jitla’ kif ukoll jinżel u jista’ jkun affettwat minn tibdil fil-kambju. Maħruġ mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbilta` limitata regolata mill-MFSA u liċenzjata biex toffri servizzi tal-investiment f’termini tal-Att dwar is-Servizzi tal-Investiment (Kap. 370 tal-Liġijiet ta’ Malta).

195x295 MLT.indd 1

18/02/2020 13:15


MATTHEW

SPORTIV

SPORTIV 4 #1R5 2020 FRA

Magazin Sportiv ta’ kull xahar

E D I T O R J A L

H

ekk kif qiegħed nersqu lejn tmiem ta’ xahar ieħor, dak ta’ Frar, għal darba oħra qiegħed nerġgħu nwasslulkom edizzjoni oħra tal-magazine sportiv favorit tagħkom. F’din l-edizzjoni se nagħtu ħarsa qabel xejn lejn aktar ħidma ta’ SportMalta u proġetti li se jkollha din is-sena din, l-awtorita’ tal-isport. Dan dejjem b’risq l-isportivi Maltin u l-poplu Malti inġenerali. Dan ix-xahar kien ukoll wieħed ikkaratterizzat mit-tkomplija tal-kampjonati lokali tal-football u dwar dan għandna wkoll is-solitu artiklu ta’ kull xahar. F’din l-edizzjoni ssibu wkoll artikli dwar l-atletika, l-isport f ’Għawdex u t-twaqqif tal-club ta’ Birkirkara St Joseph. Ma jonqsux ukoll artikli dwar l-iSportMalta Awards-L-Għażliet Sportivi Nazzjonali, it-tiġrijiet taż-żwiemel b’ħarsa lejn dak li seħħ fl-istaġun li għadda u anki tornew ewlieni tat-tennis. Fixxena internazzjonali nagħtu ħarsa wkoll lejn l-avvenimenti ewlenin li se jseħħu fil-qasam sportiv matul din is-sena, il-Grand Prix d’Amerique li saret fil-jiem li għaddew f ’Pariġi fi Franza. Ma jonqsux ukoll ir-rubriki u l-kompetizzjonijiet ta’ kull xahar. Dan kollu jagħmel il-magazine Sportiv l-għażla tagħkom. Ħajr dejjem imur lejn il-kollegi, kontributuri u fotografi ta’ diversi entitajiet li jkomplu jagħmlu dan il-magazine aktar interessanti. Flimkien inkomplu naħdmu biex Sportiv...jibqa l-uniku u l-aqwa magazine ta’ kull sportiv Malti u Għawdxi.

Kenneth Vella

kennethvella@hotmail.com sportiv@unionprint.com.mt

Dipartiment tal-Avviżi 25900200 / 230 / 235 adverts@unionprint.com.mt Disinn Stacy Grech design@unionprint.com.mt Ritratti Roger Azzopardi , Christine Borg, Dominic Borg, Tonio Magro, Walter Sargent, Paul Zammit Cutajar, Joe Borg, Ian Aquilina, Wally Galea, Mario Micallef, Catriel Farrugia, Kurt Arrigo, MGOZ - Terry Camilleri, Michael Balzan, Alex Azzopardi. SPORTIV huwa ppubblikat u stampat minn Union Print Co. Ltd, Marsa. Dan il-magażin jingħata b’xejn mal-ġurnal l-orizzont u l-ebda parti minnu ma tista’ tiġi kkoppjata mingħajr il-permess bil-kitba tal-pubblikaturi.

ASCIAK jirbaħ il-BOV Tennis Masters

M

atthew Asciak huwa r-rebbieħ tat-tornew BOV Masters. Dan wara li fil-finali tas-singles tal-irġiel hu għileb lil Liam Degabriele biex b’hekk reġa rebaħ dan it-titlu għal ħames darba fil-karriera tiegħu.

Is-sena li għaddiet hu kien naqas milli jieħu sehem minħabba li kien imweġġa. Issa Asciak ilu għal diversi snin l-aqwa player ta’ pajjiżna. Fi tmiem il-finali, Daniel Magrin, Manager PR u Marketing ta’ Bank Of Valletta ppreżenta l-premju u t-Trofew. Dan filpreżenza ta’ Dr David Farrugia Sacco, president tal-Federazzjoni Maltija tat-Tennis. Il-Bank Of Valletta ilu għal diversi snin sieħeb strateġiku tal-istess Federazzjoni.

T E N N I S

1


2020

SPORTIV

S P O R T M A L T A 2

S

ena ġdida u proġetti ġodda għal SportMalta. Matul is-sena 2020 se jissoktaw il-proġetti ta’ rinovar f ’bosta faċilitajiet sportivi eżistenti u l-bini ta’ oħrajn ġodda. Fil-Marsa se jinbidlu l-‘flood lights’ tal-pitch b’sistema ta’ dawl LED sabiex il-post jiġi mdawwal bl-aħjar mod possibbli u fl-istess ħin ma jkunx hemm konsum żejjed ta’ enerġija.

Fil-kumpless sportiv tal-Marsa se jitlestew il-courts tar-raffa, il-logħba tal-boċċi. L-ewwel court se jkun lest sa Marzu li ġej filwaqt li t-tieni wieħed jitlesta f ’Ottubru ta’ din is-sena. Se jsir ukoll rinovar fl-outdoor gym f ’Ta’ Qali. Filġranet li ġejjin se tinħareġ offerta sabiex jinbidel l-apparat eżistenti f ’ieħor ġdid u anke sabiex tinbidel l-art tal-post. Rinovar ieħor se jsir fl-outdoor gym li hemm il-Mellieħa. Proġett li se jsir b’kollaborazzjoni mal-kunsill lokali tal-lokalita’. Fil-preżent qed jiġu diskussi d-dettalji dwar ix-xogħlijiet li hemm bżonn isiru u anke kemm jirrikjedu finanzi. Proġett simili se jsir fil-kumpless sportiv

tal-Kottonera hekk kif quddiem id-dħul talbieb prinċipali se jsir outdoor gym ġdid. SportMalta tinsab f ’taħdidiet mal-kumpanija li se tieħu ħsieb dan il-proġett sabiex jiġu deċiżi d-dati ta’ meta se jibda u jitlesta x-xogħol. Fiż-Żejtun għaddejjin diskussjonijiet malamministrazzjoni tal-iskola sabiex issir trakka tal-atletika bil-faċilitajiet kollha għall-atleti. Matul din is-sena wkoll se jsiru aktar xogħlijiet fil-pixxina nazzjonali Tal-Qroqq. L-attenzjoni se tkun mixħuta fuq il-garaxx eżistenti li se jinbidel f ’workshop u maħżen. Dan il-post se jservi sabiex jinżamm fih l-apparat li jiġi wżat ta’ kuljum mill-istaff tal-pixxina waqt it-taħrig


SPORTIV

AKTAR PROĠETTI FIL-FAĊILITAJIET SPORTIVI

RIŻOLUZZJONIJIET GĦAS-SENA 2020 BIEX INKUNU AKTAR ATTIVI U AKTAR B’SAĦĦITNA u xogħlijiet oħra li jsiru fil-kumpless. Proġett li se jiswa madwar sebat elef ewro u se jgħin sabiex il-ħaddiema tal-pixxina jkunu jistgħu jaħdmu b’aktar kumdita’. Se tingħata attenzjoni lis-saqaf tal-garaxx bil-għan li ma jibqax jidħol ilma u ma ssirx aktar ħsara. Għal dan il-għan se jitneħħa il-membrane l-antik u anke s-seats biex l-ilma jintlaqa’ aħjar. Ix-xogħlijiet ukoll se jsiru fil-kumpless sportiv ta’ Hal Kirkop. Fil-fatt sa Frar se jinbidlu l-floodlights kemm fis-sala ta’ ġewwa u anke tattrakka tal-atletika. Sa Mejju li ġej se jinbidlu l-burduri tal-pool filwaqt li sa Lulju se jsir fencing ġdid mad-dawra tal-ground.

1. Uża t-taraġ flok il-lift 2. Ipparkja l-karozza ’il-bogħod mill-post fejn trid tmur 3. Jekk tuża trasport pubbliku, inżel żewġ bus stops qabel mill-post fejn trid tmur 4. Fejn hu possibli mur bil-mixi minflok bil-karozza 5. Onxor il-ħwejjeġ minflok tnixxifhom bit-tumble dryer 6. Oħroġ imxi bil-kelb 7. Meta tieħu t-tfal għal xi sport, oqgħod imxi minflok tistennihom wieqaf. 8. Oqgħod imxi waqt li tkun fuq il-mobile 9. Ixtri ħabel tal-qbiż u aqbeż kuljum għal ftit minuti 10. Meta tkun qed tara t-televiżjoni qum imxi kull darba li jkun hemm ir-reklami 3


SPORTIV

SPORTMALTA AWARDS GĦAŻLIET SPORTIVI NAZZJONALI: 60 SENA TA’ STORJA U IMPENN LEJN L-ISPORT F’MALTA

F

S P O R T M A L T A 4

it-22 ta’ Frar SportMalta u l-Għaqda Ġurnalisti Sports se jorganizzaw flimkien edizzjoni oħra tal-Isportivi Nazzjonali. L-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun waħda speċjali hekk kif se tkun is-60 sena mill-ewwel edizzjoni imnedija mill-mibki ġurnalist tal-isport Benny Pace li kien organizza l-ewwel serata fuq bażi individwali permezz tal-ġurnal The Sporting Star. Fl-1960, ir-rebbieħ kien Wilfred Pirotta li kien jipprattika l-isport tal-ispearfishing (sajd taħt wiċċ il-baħar bin-nifs). Benny Pace baqa’ jorganizza b’suċċess dan il-konkors li kellu format ferm differenti minn kif nafuh illum sal-edizzjoni tal-1977 fejn fl-aħħar seba’ snin bejn l-1970 u l-1977 kienu jsiru żewġ għażliet fi żmien ġimgħa. Dan seħħ wara li fl-1970 saret l-ewwel edizzjoni tal-Għaqda Kittieba Sports.

Fl-ewwel erba’ edizzjonijiet, fl-1960, fl-1961, fl-1962 u fl-1963, Benny Pace kien jippremja biss lill-Isportiv tassena u kien biss fil-ħames edizzjoni tal-1964 li ntroduċa l-unur tal-Isportiva tas-Sena li dakinhar intrebaħ minn Joan Galea Naudi li kienet ġejja mid-dixxiplina taliskiing fuq il-baħar. Għal xi raġuni probabbilment minħabba n-nuqqas ta’ kisbiet importanti bħala riżultati minn atleti nisa l-unur tal-iSportiva tas-sena reġa’ ingħata biss fl-1971 iżda dakinhar il-konkors kien organizzat mill-Għaqda Kittieba Sports. Fil-fatt l-Għaqda Kittieba Sports kienet twaqqfet fl-1970 u mill-ewwel bdiet torganizza l-konkors tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali. L-istorja turina li bejn l-1970 u l-1977 kien għadhom jiġu organizzati żewġ konkorsi simili dak ta’ Benny Pace (Sportiv tas-Sena) u dak tal-Għaqda Kittieba Sports (Għażliet Sportivi Nazzjonali). Kienu mumenti eċċitanti iżda mhux faċli għallGħaqda Kittieba Sports dak iż-żmien immexxija millPresident Fr. Hilary Tagliaferro. Iż-żewġ naħat kemm Benny Pace u l-Għaqda Kittieba Sports għamlu diversi trattativi u negozjati sabiex iż-żewġ konkorsi jingħaqdu, kwistjoni li saħansitra anke spiċċat il-Qorti. Finalment issens komun rebaħ sabiex mill-1978 kien hemm konkors wieħed biss bil-proċess tal-votazzjoni dejjem jitjieb minn sena għall-oħra. Matul iż-żmien l-Għażliet Sportivi Nazzjonali baqgħu jikbru fil-popolarita’ tagħhom minbarra ż-żewġ unuri stabbiliti tal-Isportiv u l-Isportiva tas-sena tul is-snin żdiedu diversi kategoriji oħra li ġew introdotti hekk: Il-Kategorija Uffiċjal tas-sena kienet introdotta fis-sena 1972 fl-edizzjoni ta’ Benny Pace. Il-Kategorija Team tas-sena kienet introdotta fis-sena 1995. Il-Kategorija Żagħżugħ tas-sena kienet introdotta fissena 1999. Il-Kategorija Żagħżugħa tas-sena kienet introdotta fissena 2014 (Fil-passat kien hemm atleti żgħażagħ nisa li rebħu dan l-unur meta l-kategorija kienet miftuħa). Il-Kategorija Kowċ tas-sena kienet introdotta fis-sena 2012. (Fil-passat kien hemm kowċis li rebħu l-unur talUffiċjal tas-sena). Il-Kategorija Avveniment Internazzjonali tas-sena organizzat f ’Malta kienet introdotta fis-sena 2003. Ta’ min isemmi wkoll lil tul is-snin l-Għaqda Kittieba Sports aġġornat maż-żmien u anke bidlet l-isem għallGħaqda Ġurnalisti Sports sabiex tirrifletti u tirrapreżenta fierxa aktar wiesa ta’ persuni li jaħdmu fil-qasam talmedia tal-isport. Fattur interessanti ieħor hu li tul is-snin l-Għaqda Ġurnalisti Sports dejjem kellha relazzjoni tajba ħafna mal-Gvern li dejjem kien isostni finanzjarjament dan l-avveniment annwali. L-istess jista’ jingħad illum ilġurnata fejn l-Għaqda Ġurnalisti Sports tgawdi minn appoġġ finanzjarju u loġistiku kbir minn SportMalta li hija l-entita’ f ’Malta tal-Gvern li tirregola l-Isport fejn grazzi għal dan tkun f ’pożizzjoni minn sena għal sena li torganizza dan l-avveniment fuq bażi nazzjonali li hu ferm mistenni mill-kommunita’ sportiva f ’Malta.


SPORTIV

IR-REBBIEĦA KOLLHA TAL-ISPORTIVI NAZZJONALI MILL-1960: Sportiv 1960 Wilfred Pirotta – Sajd 1961 Lolly Borg – Football 1962 Joseph Polidano – Ċiklizmu 1963 Joseph Debono – Sajd 1964 Charles Cioffi – Atletika 1965 Alfred Grixti – Waterpolo 1966 Wilfred Asciak – Billiards / Snooker 1967 George Borg – Waterpolo 1968 Victor Cachia – Table Tennis 1969 Bertie Portelli – Waterpolo 1970 Paul Mifsud – Billiards / Snooker John Ripard – Ibburdjar (GħKS) 1971 John Magri – Ċikliżmu Wilfred Asciak – Billiards / Snooker (GħKS) 1972 Harold Bonsfield – Bodybuilding Alfred Grixti – Waterpolo (GħKS) 1973 Michael Soler- Waterpolo 1974 Willie Vassallo – Football 1975 John Magri – Ċikliżmu 1976 Paul Mifsud – Billiards / Snooker 1977 Raymond Xuereb – Football 1978 Guzi Grech – Billiards/Snooker 1979 Paul Mifsud – Billiards / Snooker 1980 Albert Rizzo – Water Treading 1981 Emanuel Fabri – Football 1982 Peter Bonello – Boardsailing 1983 Peter Bonello – Boardsailing 1984 Peter Bonello – Boardsailing 1985 Paul Mifsud – Billiards / Snooker 1986 Paul Mifsud – Billiards / Snooker 1987 Gużi Grech – Billiards/Snooker 1988 John Buttigieg – Football 1989 Nicky Farrugia – Għawm / Open water 1990 Jesmond Giordemaina – Lotta 1991 Tony Drago – Snooker 1992 Christian Gialanze – Għawm 1993 Emanuel Abela – Sparar 1994 Frans Pace – Sparar 1995 Horace Micallef – Sparar 1996 Tony Drago – Snooker 1997 Gużi Grech – Billiards/Snooker 1998 Alex Borg – Billiards/Snooker 1999 Mario Bonello – Atletika 2000 Tony Cauchi – Żwiemel 2001 Stefan Farrugia – Boċċi 2002 William Chetcuti – Sparar 2003 William Chetcuti – Sparar 2004 William Chetcuti – Sparar 2005 William Chetcuti – Sparar 2006 William Chetcuti – Sparar 2007 Michael Mifsud – Football 2008 William Chetcuti – Sparar 2009 William Chetcuti – Sparar 2010 Andre’ Schembri – Football 2011 William Chetcuti – Sparar 2012 William Chetcuti – Sparar 2013 William Chetcuti – Sparar 2014 Claudio Cassar – 9 Ball Pool 2015 Stevie Camilleri – Waterpolo 2016 Duncan Micallef – Drag Racing 2017 Duncan Micallef – Drag Racing 2018 Brian Galea – Sparar Sportiva 1964 Joan Galea Naudi – Skiing tal-Baħar 1971 Josette Catania – Atletika 1972 Jennifer Pace – Atletika 1973 Bernadette Borg Bonaci – Għawm 1974 Jennifer Pace – Atletika 1975 Fiorella Mannara – Għawm 1976 Joyce Abdilla – Badminton 1977 Helen Degiorgio – Tennis 1978 Monica Moran – Netball 1979 Joanna Agius – Archery 1980 Anna Felice – Basketball 1981 Anna Calleja – Basketball 1982 Joanna Agius – Archery 1983 Connie Camilleri – Paraplygics 1984 Laurie Pace – Judo 1985 Francesca Vincenti – B’sailing 1986 Francesca Vincenti – B’sailing 1987 Carol Curmi – Tennis 1988 Deirdre Caruana – Atletika

1989 Laurie Pace – Judo 1990 Laurie Pace – Judo 1991 Sue Caruana Scicluna – Bowling 1992 Carol Galea – Atletika 1993 Susan Smith – Għawm 1994 Carol Galea – Atletika 1995 Jacqueline Xuereb – Judo 1996 Gail Rizzo – Għawm 1997 Carol Galea – Atletika 1998 Carol Galea – Atletika 1999 Sue Abela – Ten pin Bowling 2000 Carol Galea – Atletika 2001 Carol Galea – Atletika 2002 Maria Mifsud Bonnici – Triathlon 2003 Tanya Blake – Atletika 2004 Angela Galea – Għawm 2005 Angela Galea – Għawm 2006 Rebecca Madyson – Sparar 2007 Francesca Xuereb – Atletika 2008 Sue Abela – Ten pin Bowling 2009 Rebecca Brincat – Basketball 2010 Danica Bonello Spiteri – Triathlon 2011 Diane Borg – Atletika 2012 Diane Borg – Atletika 2013 Sue Abela – Ten pin Bowling 2014 Sue Abela – Ten pin Bowling 2015 Charlotte Wingfield – Atletika 2016 Tiziana Carranante – Ten pin Bowling 2017 Yazmin Zammit Stevens – Weightlifting 2018 Eleanor Bezzina – Target Shooting Żagħżugh 1999 Dermot Galea – Triathlon 2000 Steve Pace – Basketball 2001 Peter Valentino – Ibburdjar 2002 Matthew Fleri Soleri – Ibburdjar 2001 Roberta Callus – Għawm 2003 Benji Borg – Ibburdjar 2004 Benji Borg – Ibburdjar 2005 Matthew Asciak – Tennis 2006 Matthew Asciak – Tennis 2007 Francesca Xuereb – Atletika 2008 Ryan Bugeja – Sparar 2009 Clive Farrugia – Sparar 2010 Daniel Bajada – Table Tennis 2011 Nathan Lee Xuereb – Sparar 2012 Nathan Lee Xuereb – Sparar 2013 Nathan Lee Xuereb – Sparar 2014 Sara Xuereb – Ten Pin Bowling 2015 Ben Plumpton – Waterpolo 2016 Ben Plumpton – Waterpolo 2017 Edward Xuereb – Ten Pin Bowling 2018 Kijan Sultana – Squash Żagħżugha 2001 Roberta Callus – Għawm (Fil-kategorija Open) 2007 Francesca Xuereb – Atletika (Fil-kategorija Open) 2014 Sara Xuereb – Ten Pin Bowling (Fil-Kategorija Open) 2015 Sara Xuereb – Ten Pin Bowling 2016 Helene Pellicano – Tennis 2017 Sara Xuereb – Ten Pin Bowling 2018 Sara Xuereb – Ten Pin Bowling Uffiċjal 1972 Bertie Muscat – Waterpolo 1973 Franz Frendo – Waterpolo 1974 Louis Borg – Basketball 1975 Charles Micallef – Waterpolo 1976 Bertie Muscat – Waterpolo 1977 Marie Therese Charlmers – Table Tennis 1978 Guido Callus – Billiards & Snooker 1979 Louis Micallef – Basketball 1980 Dr. Joseph Muscat – Mediċina Sportiva 1981 Victor Scerri – Football 1982 Teddy Borg – Ass. Sport Muturi 1983 Charles Mifsud – Weightlifting 1984 Jovin Rausi – Ibburdjar 1985 Wilfred Sultana – Boardsailing 1986 Ivan Pace – Waterpolo 1987 Louis Borg – Basketball 1988 Joe Seychell – Badminton

1989 Stephen Rizzo – Waterpolo 1990 Joe Borg Cardona – Table Tennis 1991 John Tabone – Basketball 1992 Pippo Psaila – Football 1993 Joe Bajada – Atletika 1994 Dr. Michael Gialanzè – Għawm 1996 Joe Borg Cardona – Table Tennis 1997 Alex Anastasi – Table Tennis 1998 Anthony Chircop – Atletika 2000 Jesmond Giordemaina – Lotta (Uffiċjal) Joe Dimech – Bodybuilding (Diriġent) 2001 Ray Farrugia – Football (Kowċ) 2002 Dirk Dowling – Waterpolo (Kowċ) 2003 Adrian Casha – Football (Uffiċjal) 2004 Robbie Ebejer – Ghawm (Uffiċjal) 2005 Peter Balzan – Waterpolo (Uffiċjal) 2006 Bernard Vassallo – Basketball (Uffiċjal) 2007 Dr. Joseph Mifsud – Football (Uffiċjal) 2008 Salvu Portelli – Sparar (Uffiċjal) 2009 Tonio Cini – MotorSport (Uffiċjal) 2010 Silvio Catania – Table Football (Uffiċjal) 2011 Julian Pace Bonello – Ten Pin Bowling (Uffiċjal) 2012 Damian Neil – Rugby 2013 Karl Izzo – Waterpolo (Kowċ) 2014 Joe Cassar – Football (Uffiċjal) 2015 Clayton Pisani – Football (Uffiċjal) 2016 Esther Azzopardi – Football (Uffiċjal) 2017 Paul Sultana – Basketball 2018 Anna Calleja – Special Olympics Kowċ 2014 Karl Izzo – Waterpolo 2015 Karl Izzo – Waterpolo 2016 Silvio Vella – Football 2017 Angela Adamoli – Basketball 2018 Karl Izzo – Waterpolo Tim 1995 Sparar – Commonwealth Games Trap Team 1996 Football – Sliema Wanderers FC 1997 Football – Valletta FC 1998 Waterpolo – Sliema Aquatic Sports Club 1999 Squash – Tim Nazzjonali Nisa 2000 Waterpolo – Sirens Aquatic Sports Club 2001 Ibburdjar – Strait Dealer crew 2002 Waterpolo – Tim Nazzjonali ‘A’ 2003 Basketball – Tim Nazzjonali Nisa 2004 Rugby – Tim Nazzjonali ‘A’ 2005 Snooker – Tim Nazzjonali ‘A’ 2006 Powerboats – Chaudron Team 2007 Football – Tim Nazzjonali ‘A’ 2008 Powerboats – Chaudron Team 2009 Basketball – Tim Nazzjonali Nisa 2010 Table Football – Tim Nazzjonali Irġiel 2011 Rugby – Tim Nazzjonali ‘A’ 2012 Mr.Whippy – Drag Racing Team 2013 Waterpolo – Tim Nazzjonali ‘A’ 2014 Waterpolo – Tim Nazzjonali ‘A’ 2015 Waterpolo – Tim Nazzjonali ‘A’ 2016 Football – Tim Nazzjonali I/21 2017 Waterpolo – San Ġiljan ASC 2018 Basketball – Tim Nazzjonali Irġiel Avveniment Internazzjonali 2003 KOM 10 Edizzjoni Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2004 Logħob tal-F.I.S.E.C. 2005 MYF Rolex Middle Sea Race 2006 Triathlon International Championships 2007 MAAA European Calendar Conference 2008 MBA FIBA Conference 2009 MJ. Kampjonat tad-Dinja Kata 2010 MAAA European Championship 2011 MJF European Judo Championships Cadets 2012 MAAA European Athletics Calendar Conference 2013 Euromed International Championships 2014 MFA EUFA U/17 European Championship 2015 MBA FIBA European Conference 2016 Malta Badminton Association 2017 MRC Ladies International Championship 2018 It-Tazza tad-Dinja tal-Isparar ISSF

5


SPORTIV

Il-Kampjonat Premier miftuħ beraħ,

GUDJA

UNITED

b’żewġ rebħiet prestiġjużi

M

eta fadal sitt partiti għat-tmiem tal-Kampjonat BOV Premier 2019-20, hemm ħames timijiet li kollha għadhom biċ-ċans li f ’Mejju li ġej jistgħu jgħollu t-tazza tant prestiġjuża.

F O O T B A L L 6

Fil-veritá, fi tmiem l-ewwel round kollox kien qed jindika li Floriana setgħu jaħarbu fuq quddiem meta kellhom vantaġġ ta’ sitt punti fuq l-eqreb rivali li sat-13-il ġurnata kienu Gzira United. Iżda llum, id-differenza ta’ punti bejn l-ewwel ħames timijiet, li jinkludu wkoll lil Valletta, Hibernians u Sirens, hija dik ta’ tliet punti biss u fid-”dritta finali” se nantiċipaw bosta emozzjonijiet hekk kif jidher li kollox se jibqa’ inċert sal-aħħar fejn iridu jintlagħbu wkoll bosta konfronti diretti. Iżda jekk l-attenzjoni hija mixħuta fuq in-naħa ta’ fuq tal-klassifika, in-naħa t’isfel ukoll tidher ferm interessanti meta hemm ħames timijiet li qed jissieltu biex isalvaw posthom fl-ogħla diviżjoni. Dawn huma Mosta, Gudja United, Sliema Wanderers, Sta Lucia u Senglea Athletic. Wieħed minn dawn il-ħames timijiet irid jingħaqad ma’ Tarxien Rainbows li prattikament huma relegati wara 12-il sena ... u team ieħor li jrid jilgħab fir-Relegation/Promotion Decider kontra dak it-team li jtemm fit-tielet post tal-Ewwel Diviżjoni. Peró punt mill-aktar interessanti huwa li fost l-14-il team kienu Gudja l-aktar li spikkaw f ’dan it-tieni round. Dan minħabba li huma kisbu żewġ rebħiet storiċi u prestiġjużi kontra tnejn millġganti u mill-pijunieri tal-football Malti, Sliema Wanderers (1-0) u Floriana (2-1). Dawn iż-żewġ rebħiet jitniżżlu b’ittri taddeheb fl-istorja tal-club tagħhom. Anke jekk jitilfu posthom mal-kbar, meta esperjenzaw ilKampjonat Premier għall-ewwel darba, dan se jagħmluh b’dinjitá kbira. Iżda kemm kisbu punti t-timijiet mill-bidu tattieni round, jiġifieri fl-aħħar ħames partiti ... minn massimu ta’ 15?

FLORIANA (1) - 4 punti: Birkirkara (0-1); Balzan (3-1); Valletta (0-1); Gzira U. (2-2); Gudja U. (1-2). VALLETTA (1) - 10 punti: St Lucia (2-2); Sliema W. (2-1); Floriana (1-0); Balzan (3-1); Birkirkara (1-4). HIBERNIANS (3) - 10 punti: Gudja U. (2-0); Tarxien R. (4-0); Sirens (0-2); Senglea A. (1-1); Mosta (3-1). SIRENS (3) - 10 punti: Senglea A. (2-2); Mosta (2-0); Hibernians (2-0); Hamrun S. (1-2); Sta Lucia (2-0) GZIRA U. (5) - 7 punti: Hamrun S. (3-0); Sta Lucia (1-2); Sliema W. (0-2); Floriana (2-2); Balzan (3-1) BIRKIRKARA (6) - 11-il punt: Floriana (1-0); Senglea A. (1-1); Balzan (0-0); Mosta (2-1); Valletta (4-1) HAMRUN S. (7) - 7 punti: Gzira U. (0-3); Gudja U. (1-1); Tarxien R. (2-3); Sirens (2-1); Senglea A. (1-0) BALZAN (8) - 4 punti: Sliema (2-1); Floriana (13); Birkirkara (0-0); Valletta (1-3); Gzira U. (1-3) MOSTA (8) - 6 punti: Tarxien R. (5-2); Sirens (0-2); Senglea A. (1-0); Birkirkara (1-2); Hibernians (1-3) GUDJA U. (10) - 7 punti: Hibernians (0-2); Hamrun S. (1-1); Sta Lucia (1-2); Sliema W. (10); Floriana (2-1) SLIEMA W. (11) - 6 punti: Balzan (1-2); Valletta (1-2); Gzira U. (1-0); Gudja U. (0-1); Tarxien R. (1-0) STA LUCIA (11) - 10 punti: Valletta (2-2); Gzira U. (2-1); Gudja U. (2-1); Tarxien R. (3-1); Sirens (0-2) SENGLEA (13) - 3 punti: Sirens (2-2); Birkirkara (1-1); Mosta (0-1); Hibernians (1-1); Hamrun S. (0-1) TARXIEN R. (14) - 3 punti: Mosta (2-5); Hibernians (0-4); Hamrun S. (3-2); Sta Lucia (1-3); Sliema W. (0-1)


SPORTIV

MIN QED JISKORJA 13 – Mario Fontanella (Valletta). 11 – Andrija Majdevac (Balzan). 10 – Federico Falcone (Birkirkara); Kristian Keqi (Floriana); Jefferson de Assis (Gzira U.). 9 – Aleksa Andrejic (Tarxien R.). 8 – Tiago Adan Fonseca (Floriana); Imanol Iriberri (Hibernians). 6 – Amadou Samb (Gzira U.); Soufiane Lag­zir (Hamrun S.); Jake Grech (Hibernians); Nikita Kotlov (Mosta); Jose’ Wilkson (Senglea A.); Emmanuel Okoye (Sirens). 5 – Rundell Winchester (Gudja U.); Wilfried Domoraud, 4 għal Hamrun S., Hamed Kone, Amadou Samb (Gzira U.); Flavio Cleveresan, Lucas Memezes, Wellington de Oliveira (Sirens); Miguel Angel Alba, 4 għal Birkirkara (Valletta). 4 – Marco Criaco, 2 għal Hamrun S., Andrew Cohen (Gzira U.); Leonardo Nanni (Hibernians); Wilfried Zamble (Senglea A.); Juri Cisotti, Claudio Zappa (Sliema W.); Rei Tachikawa (Sta Lucia). 3 – Ricardo Correa (Balzan); Caio Henrique Prado (Birkirkara); Brandon Paiber (Floriana); Gabriel Mensah (Gudja U.); Martin Davis (Gzira U.); Nicola Leone, Jorge Ailton Soares (Hamrun S.); Jurgen Degabriele, Terence Groothusen (Hibernians); Weverton Gomez, Dexter Xuereb (Mosta); Ricardo Faria, Adeshina Ige (Sirens); John Paul Farrugia (Sliema W.); Enmy Pene Beltre (Valletta). 2 – Alfred Effiong, Uros Lyubomirac, Luke Montebello (Balzan); Isaac Ntow, Isaac Ntow, Edison Luis dos Santos (Birkirkara); Jan Busuttil, Diego Venancio (Floriana); Juan Bolano, James Brincat, Aiden Friggieri, Miguel Antonio Jimenez (Gudja U.); Rodolfo

Soares (Gzira U.); Joseph Mbong, Dunstan Vella (Hibernians); Zachary Brincat, Raphael Morisco, Momodou Jallow, Edin Murga (Mosta); Gonzalo Virano, Taisei Marukawa (Senglea A.); Thiago Espindola (Sirens); Wilkerson Gomez, Jackson Mendoza, Kevin Rosero, Mauxell Maia da Silva (St. Lucia); Miguel Ciantar, Destin Mambouana, Thomas Veronese (Tarxien R.); Steve Borg, Irakli Dzaria, Bojan Kaljevic, Kyren Nwoko, Matteo Piciollo (Valletta). 1 – Ivan Bozovic, Aleksandar Kosoric, Augustine Loof, Stefan Dimic, Arthur Machado Faria, Kristijan Naumovski, Steve Pisani (Balzan); Cain Attard, Oscar Carniello, Matthew Guillaumier, Paul Mbong, Enrico Pepe (Birkirkara); Ryan Camenzuli, Augusto Caseces, Stefano D’Agostino, Matias Garcia, Jurgen Pisani, Terence Vella (Floriana); Anderson de Barros, Carlos Santana Barroso, Allan Ricardo Miranda (Gudja U.); Giammarco Conti, Zach Scerri (Gzira U.); Clayton Failla, Valdo Goncalves, Ryan Darmanin, Andre Scicluna (Hamrun S.); Andrei Agius, Bjorn Kristensen (Hibernians); Gabriel Aquilina, Tyrone Farrugia, Matias Muchardi, Matthew Tabone (Mosta); Leighton Grech, Manolito Micallef (Senglea A.); Marcelo Dias, Ricardo Almeida (Senglea A.); Edward Herrera (Sirens); Arthur Ayama, Robert Diaz, John Mintoff, Alex Satariano, Kurt Shaw, Seydou Sow, Federico Vasikchik, Peter Xuereb (Sliema W.); Henrique Azeveda, Camilo Escobar, Adam Magri Overend, Diego Segura, Jamie Zerafa (St Lucia); Manuel Murillo, Stiv Shaba (Tarxien R.); Yuri Jesus de Messias, Rowen Muscat, Douglas Packer, Kevin Tulimieri (Valletta). Auto-Goals (7): Charles Atsina (Hiber­ nians) favur Gudja U. 1-1; Daniel Sant (Sirens) favur Hibernians 2-1; Daniel Zerafa (Tarxien R.) favur Gudja U. 2-3; Ryan Caruana (Sta Lucia) favur Sliema W. 0-4; Kyrian Nwoko (Valletta) favur Sta Lucia 2-2; Jurgen Pisani (Floriana) favur Balzan 3-1; Enzo Ruiz (Floriana) favur Gudja U. 1-2.

KIF JINSABU

Floriana Valletta Hibernians Sirens Gzira U. Birkirkara Hamrun S. Balzan Mosta Gudja U. Sliema W. Sta Lucia Senglea A. Tarxien R.

L R D T F K P

18 10 5 3 31 15 35 18 10 5 3 31 20 35 18 10 4 4 31 17 34 18 10 4 4 30 23 34 18 9 5 4 35 16 32 18 7 6 5 26 19 27 18 6 7 5 22 21 25 18 6 4 8 28 29 22 18 7 1 10 25 33 22 18 5 6 7 22 28 21 18 6 2 10 20 21 20 18 5 5 8 18 29 20 18 3 7 8 18 30 16 18 1 1 16 18 54 4

7


SPORTIV

Is-sena 2020... motivazzjoni ġdida għal

LEWIS

HAMILTON

F O R M U L A 1 8

I

s-sewwieq tal-Formula Wieħed, Lewis Hamilton, qed jara s-sena 2020 bħala bidu ġdid u fuq kollox waħda ta’ prova biex jistabilixxi ruħu kontra ġenerazzjoni ġdida ta’ sewwieqa emerġenti li qed jiksbu suċċessi kbar f ’dan l-isport u li qed ikabbru l-istatura tagħhom b’mod gradwali.

Is-sewwieq tal-Mercedes rebaħ is-sitt kampjonat tad-dinja fis-sena li għadha kif intemmet u matul din is-sena jista’ jilħaq ir-rekord ta’ seba’ titli li bħalissa jinsab għand l-ex sewwieq, Michael Schumacher. Hamilton stqarr li hija xi ħaġa partikolari li ġie msemmi proprju għal dan ir-rekord li jappartjeni lis-sewwieq Ġermaniż. Huwa sostna li meta tibda sena ġdida, ikun hemm għatx kbir biex wieħed jikseb aktar suċċessi mill-ġdid u din l-enerġija dejjem tagħti r-rieda li wieħed ikompli għaddej. Hamilton ammetta li huwa ma jħobbx jimmira għall-ebda rekord minħabba li, skont

hu, mhumiex daqshekk importanti daqs it-titlu nnifsu. Hu jiftakar fi tfulitu meta kien jara lil Michael Schumacher fuq is-sett tat-televiżjoni fejn kien jammirah għat-teknika li kellu biex isuq il-karozza u aktar minn hekk jirbaħ titlu wara l-ieħor. Il-Britanniku sostna li meta l-ġurnalisti sportivi jsemmu isem is-sewwieq Ġermaniż iħoss dieqa għall-idolu tiegħu speċjalment wara dak li ġralu fis-sena 2013. Hamilton stqarr li għadu jsegwi mill-viċin il-progress fiżiku li qed jagħmel l-istess Schumacher minn żmien għal żmien. Is-sena li għaddiet, Hamilton rebaħ 11-il Grand Prix minn massimu ta’ 21 sakemm wasal


SPORTIV

hu, minkejja li huwa rebaħ ħafna, l-għatx għalliktar unuri għadu hemm. Hamilton qed jistenna sfida oħra mit-team tal-Ferrari wara li kellhom sena 2019 mill-iktar diżappuntanti fejn rebħu biss tliet tiġrijiet u kellhom problemi kbar fil-magni tagħhom. Fil-fatt jidher li fl-istaġun li għadda l-fabbrika tal-karozzi Taljana batiet wisq fis-saħħa aerodinamika talmagni u fuq kollox b’tyres li ma kinux tal-aqwa kwalitá għal tiġrijiet ta’ dan il-livell. Għal dan l-għan tkellem il-kap tal-Ferrari, Mattia Binotto, li qal li dan it-team se jkun qed jagħmel bidla radikali tal-karozzi u l-magni tagħhom biex ikunu jistgħu jagħtu sfida aktar denja lil Mercedes. B’hekk jidher li fis-sena 2020 se jkun hemm stil ta’ karozza ġdida li jkollha wirjiet aħjar speċjalment fil-mumenti ta’ prova fejn il-ħin jilgħab parti importanti fit-tiġrija u fejn il-waqfien mhux ippjanat joħloq ostaklu kbir. Binotto qal li bħala team tal-karozzi tgħallmu ħafna mis-sena 2019 u l-iżbalji li ħadu mhux se jerġgħu jseħħu. Huwa kkonferma li l-magna eżistenti se tiġi riveduta b’mod radikali biex tkun ferm kompetittiva. Binotto ħabbar li se jkun hemm tibdil fis-saħħa, fiċ-ċilindrat u fl-għamla tal-istess karozza. Dan kollu juri li t-taqtiegħa għat-titlu talkampjonat mondjali li jmiss diġá bdiet tikkarga sew minkejja li għadu lanqas biss beda l-istaġun. Sar magħruf li t-test finali mistenni jsir ukoll bejn is-26 u t-28 ta’ Frar bl-istaġun li se jibda flAwstralja, fit-13 ta’ Marzu.

...meta tibda sena ġdida,

ikun hemm għatx kbir biex wieħed

jikseb aktar suċċessi mill-ġdid u din l-enerġija dejjem

biex rebaħ it-titlu. Hu ddeskriva t-12-il xahar li għaddew bħala inkredibbli għalkemm ma jistax jieqaf hawn minħabba li għad fadal aktar unuri x’jintrebħu. Hu ftakar ukoll fil-partitarji numerużi talMercedes li ma waqfux jagħtuh l-inkoraġġiment meħtieġ mhux biss waqt it-tiġrijiet li jieħu sehem fihom iżda wkoll permezz tal-messaġġi numerużi fuq il-profil tiegħu ta’ Twitter. Fil-fatt huwa qed iħares ‘il quddiem lejn aktar sfidi matul din is-sena 2020 li għadha kemm bdiet. Hamilton se jipprova jżomm dan it-titlu u jegħleb l-isfidi tal-kollega Valtteri Bottas kif ukoll tat-talenti ta’ Max Verstappen fuq Red Bull u Charles Leclerc fuq Ferrari li għad għandhom 22 sena. Dawn iż-żewġ sewwieqa spiċċaw fit-tielet u r-raba’ post rispettivament fl-aħħar kampjonat mondjali u mistennija jippruvaw itejbu fuq ilwirjiet tagħhom personali matul it-12-il xahar li ġejjin. Hamilton ma naqasx milli jsemmi t-team formidabbli tal-Mercedes li jagħtih motivazzjoni kbira biex ikompli għaddej aktar ‘il quddiem. Ilmembri kollha ta’ dan il-grupp jaħdmu qatigħ biex l-istess sewwieq Ingliż ma jkun jonqsu xejn. Fil-fatt huwa qal li jinsab kburi li qed jaħdem ma’ team daqshekk dedikat u wiegħed li mhux se jiddiżappuntahom. Hamilton dawwar ħarstu lejn il-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ sewwieqa li qed tiżdied mhux ħażin. Huwa kkunsidrat bħala t-tieni l-ixjeħ sewwieq filFormula Wieħed u minkejja dan il-fattur mhux se joqgħod lura biex jirreġistra rekords ġodda. Skont

tagħti r-rieda li wieħed ikompli

għaddej.

9


SPORTIV

INAWGURATA L-FERRARI SF1000 GĦAL DAN L-STAĠUN

H

F O R M U L A 1 10

ekk kif it-timijiet tal-Formula Wieħed inawguraw il-karozzi tagħhom għallkampjonat ta’ din is-sena, ikun xieraq li tingħata ħarsa lejn dik tal-Ferrari hekk kif f’pajjiżna hawn ħafna segwaċi tagħhom.

Iċ-ċerimonja grandjuża tal-inawgurazzjoni saret fit-teatru Romolo Valli, fil-belt ta’ Reggio Emilia, fl-Italja, fejn kien hemm spettaklu millaqwa bis-sehem ta’ DJ u żeffiena filwaqt li flisfond kien hemm il-karozza SF1000 li spikkat fuq kollox. Id-ditta Ferrari insistiet li din il-karozza għandha bosta materji ferm aħjar minn dik tassena l-oħra, SF90. L-għan primarju tagħhom huwa li joffru sfida denja lil Mercedes li temmew bħala champions tad-dinja fl-istaġun li għadda. Il-kap ta’ Team Ferrari, Mattia Binotto, insista li minkejja li hemm xi affarijiet li ma’ l-ewwel daqqa t’għajn jidhru l-istess, din id-darba mhux il-każ. Is-sewwieq Sebastian Vettel ingħaqad ma’ Charles Leclerc fejn sostnew li huma kellhom iċċans li jaraw il-karozza qabel u setgħu jinnotaw id-differenzi li fiha minn dik tas-sena l-oħra. It-team Ferrari spiċċa fit-tieni post wara dak talMercedes f ’dawn l-aħħar tliet staġuni u minkejja li kien hemm sfida kbira fl-istaġun 2017-18, dawn ma komplewx ikunu evidenti fis-snin ta’ wara tant li kisbu biss tliet rebħiet kontra l-15-il suċċess tarrivali tagħhom. Il-kap eżekuttiv tal-Ferrari, Louis Camilleri, qal li bħala team huma jinsabu konxji li quddiemhom għandhom responsabbiltajiet kbar u jinsabu lesti biex jilħqu l-għanijiet tagħhom, jiġifieri li jirbħu. Camilleri sostna li t-team għandu sewwieqa ta’ talent u jekk kulħadd jingħaqad flimkien, dan issuċċess kapaċi jasal. Il-Kap Eżekuttiv tal-Ferrari qal li din is-sena hemm stennija kbira u qed jaħdmu biex ikun

hemm is-suċċess li tant ilhom jaħdmu għalih. Binotto se jibda t-tieni staġun tiegħu ma’ dan it-team u stqarr li ħadmu ħafna mil-lat amministrattiv sabiex ikun hemm aktar kon­ sistenza u eventwalment jegħlbu l-isfida tal-Mer­ cedes. Huwa saħaq li tiġih nostalġija kbira tażżminijiet glorjużi ta’ Michael Schumacher fil-bidu tas-snin 2000. L-aħħar titlu mondjali li rebħu l-Ferrari kien dak tal-kostrutturi lura għas-sena 2008 filwaqt li s-sewwieq Kimi Raikkonen kien champion taddinja fis-sena 2007. Il-karozza bl-isem ta’ SF1000 għandha sinifikat speċjali minħabba li l-Ferrari se jilħqu n-numru ta’ 1000 Grand Prix tal-Formula 1 waqt l-istaġun li ġej. Sadanittant kemm Leclerc kif ukoll Vettel se jkunu qed jibdew it-tieni staġun tagħhom bħala kollegi. Bħal daż-żmien sena, huma kienu f ’pożizzjoni ferm differenti minn dik li jinsabu fiha issa. Leclerc huwa għaxar snin iżgħar minn Vettel għalkemm kellu debutt ferm tajjeb f ’Maranello tant li spiċċa s-sena 2019 bl-aħjar poles, rebħiet u punti. Ir-riżultati tas-sewwieq ta’ 22 sena kienu rikonoxxuti matul din ix-xitwa meta kien hemm tiġdid fil-kuntratt li jorbtu sas-sena 2024. Is-sewwieq Franċiż qal li issa dara l-ambjent tat-team u għalhekk kapaċi joffri ħafna aktar potenzjal u fuq kollox jisfida għall-unuri finali. Min-naħa ta’ Sebastian Vettel, is-sena 2020 tista’ tkun sfida akbar minħabba li l-futur tiegħu għadu mhux ċert filwaqt li jinsab f ’salib it-toroq f ’karriera li għalkemm offriet ħafna mumenti pożittivi, esperjenza wkoll dawk negattivi. Huwa għalhekk li ħafna segwaċi tal-Formula Wieħed qed jgħidu li Vettel u Leclerc se jkunu qed jissieltu għas-supremazija assoluta f ’dan itteam filwaqt li jagħtu daqqa t’id biex l-obbjettivi tal-Ferrari jsiru realtá.


DR

SPORTIV

ĦIDMA SFIEQA KONTRA L-KORRUZZJONI FIL-FOOTBALL LOKALI

HERMAN MULA A T S I V R E INT

D

r Herman Mula - l-’Integrity Officer’ ilġdid tal-MFA li diġà beda jaħdem qatigħ fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-football lokali. Kien Spettur tal-Pulizija fejn fost oħrajn ħadem fi ġlieda oħra - dik kontra d-droga, waqt li matul is-sena li għaddiet iggradwa bħala avukat.

Kif beda l-interess tiegħek fil-football? Il-football ħabbejtu minn tfuliti. Jien it-tfulija tiegħi kienet fis-snin 90 meta fix-xena lokali kellna dominju kbir ta’ Valletta u fix-xena Ewropea it-team ta’ AC Milan tat-trio Olandiż. Jien kont nilgħab il-football ukoll fejn għamilt snin fin-nursery ta’ Balzan fejn anke lgħabt fid-diviżjonijiet inferjuri tal-football Malti. Waqaft mil-football meta dħalt fil-pulizija ta’ 19-il sena, u min kellu jgħidli li proprju 19-il sena wara kont ser nieqaf mill-pulizija biex nirritorna fid-dinja talfootball. It-team favorit tiegħi bħal ma jafu ħafna huwa dak ta’ Liverpool u bħalissa qegħdin ngħixu era ġdida li qed tagħtini pjaċir. Lokalment qatt ma kont involut u ma nsegwi l-ebda club. Kemm jgħinek il-fatt li int għamilt żmien twil bħala Spettur tal-Pulizija fix-xogħol il-ġdid tiegħek fi ħdan l-MFA? Bla dubju jgħin ħafna. Fil-Pulizija għamilt mijiet ta’ investigazzjonijiet li diversi minnhom kienu ta’ portata kbira. L-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni filqrati ta’ każijiet maġġuri jiffurmaw fik intuwizzjoni li meta tiltaqa’ ma’ każ ġdid tiskatta b’mod awtomatiku. Apparti minn hekk jien avukat ukoll, tagħlim li jiswa mitqlu deheb meta inti tkun qiegħed tiġbor l-evidenza biex tipprova l-elementi ta’ reat partikolari. Però, madanakollu inħoss xorta waħda li d-dinja tal-football toffri diversi xenarji li jien irrid iż-żmien, taħriġ u paċenzja sabiex nifhimhom sew. Ngħaddu issa għad-diskussjoni prinċipali li tinvolvi lilek bħala l-’Integrity Officer’ tal-MFA. Taħseb li teżisti l-korruzzjoni fil-football Malti? Ir-risposta għal din il-mistoqsija hija pjuttost skontata. Li kieku ma teżisti l-ebda korruzzjoni li kieku l-assoċjazzjonijiet tal-football lokali u internazzjonali ma ffurmawx units ta’ integritá fi ħdanhom. Però, nemmen ukoll li wieħed ma jistax iħares lejn din ilproblema bil-mod kif jirraġuna l-popolin u cioè li meta jara żball ta’ player waqt partita awtomatikament jattribwih mal-korruzzjoni. Il-kwistjoni hija ferm iktar fina minn hekk u żgur li mhux skontata u kbira daqs kemm jaħsbu ċerti nies. Bosta jistaqsuni jekk Herman Mula hux se jkun qed jiġġieled ‘battalja mitlufa’ kemm għax il-korruzzjoni fil-football permezz tal-betting illum infirxet wisq madwar id-dinja kollha u anki għaliex int bħala ‘Integrity Officer’ tal-MFA, qiegħed waħdek. Xi twieġeb għal dan? Meta kont spettur tal-Pulizija u ġejt stazzjonat fliskwadra kontra d-droga mingħajr ma tlabt, kont għidt l-istess ħaġa lis-superjur tiegħi li ma xtaqtx niġġieled battalja mitlufa. Ir-risposta tiegħu li baqgħet stampata ġo moħħi kienet: “Jien inħares lejn uliedi, u l-persuni affettwati minn din il-problema nimmaġinahom li kienu uliedi, jekk b’dak li nagħmel inkun imqar salvajt persuna waħda, għalija l-battalja ma tkun qatt mitlufa”. 11


SPORTIV

I N T E R V I S T A 12

U jien ser inwieġbek bl-istess mod, jekk inwasslu l-messaġġ u nedukaw liż-żgħażagħ tagħna biex ma jaqgħux f ’din in-nasba tant qerrieda, u iktar minn hekk nikkonvinċuhom sabiex jitkellmu u jikxfu meta jiltaqgħu ma’ avvanzi ta’ dan it-tip, allura l-battalja nkunu qegħdin nirbħuha. Fuq il-fattur li qiegħed waħdi, dan huwa biss temporanju, u dan għaliex il-pjan fit-tul talassoċjazzjoni huwa li wara li npoġġi pedament sod f ’dan il-qasam, fis-snin li ġejjin l-‘Integrity Unit’ ikompli jikber fir-riżorsi umani. Xi wħud jistaqsu dwar l-irwol ta’ dawk il-persuni li jkunu qed jagħmlu xogħol fl-istadia relatat ma’ monitoraġġ ta’ logħbiet għall-kumpaniji internazzjonali bħal Sports Radar. Spjegalna fi ftit kliem x’inhu l-irwol eżatt ta’ kumpaniji bħal Sports Radar? Meta wieħed iqis li l-‘match-fixing’ evolva bilfenomenu tal-betting, kumpaniji bħal Sports Radar tagħtina l-għodda neċessarja sabiex inkunu f ’pożizzjoni li nanalizzaw aħjar fejn jista’ jkun hemm logħob li jqanqlu suspetti u jekk naslu sabiex immexxu kontra persuni nvoluti, ir-rapporti ta’ Sport Radar u aġenziji simili iservu bħala prova kollaborattiva biex min jiżbalja jieħu dak li jkun ħaqqu.

Spjegalna fid-dettall x’inhu l-irwol u x’jinvolvi eżatt ix-xogħol tiegħek bħala ‘Integrity Officer’ tal-MFA. Apparti dak li semmejt qabel li se nkun qiegħed nistudja l-intriċċi ta’ wara l-kwinti tal-football, l-MFA għandha pjan strateġiku li kien rifless fil-manifest tal-president Bjorn Vassallo. Fejn jidħol is-settur tiegħi se nkun qiegħed infassal pjan strateġiku li jikkumplimenta l-pjan ħolistiku tal-assoċjazzjoni li jistrieħ fuq tliet pilastri: 1. Inizjattivi ta’ integrità fejn partikolarment se nkun qiegħed infassal pjan ta’ azzjoni bil-miktub u kif ukoll nistabilixxi sistema adekwata fejn il-persuni, speċjalment il-players ikunu jistgħu jirrappurtaw meta jiġu avviċinati jew ikunu jafu b’xi logħba affettwata minn korruzzjoni. 2. Prevenzjoni u Edukazzjoni: Dan fl-opinjoni tiegħi huwa l-pilastru prinċipali li rrid ninvesti l-aktar fih. L-MFA għadha kif bagħtitni kors intensiv ilUEFA fejn inħoss li kien utli mmens sabiex nibda nattwa l-pjani tieghi f ’dan il-qasam. Bażikament ser inkun qiegħed neduka kemm lill-kollegi tiegħi fi ħdan l-MFA u kif ukoll l-entitajiet kollha li b’xi mod imissu mal-football u l-problema tal-‘match fixing’. L-aħħar u l-iktar importanti ser inkun qiegħed infassal, bl-għajnuna tal-UEFA u tal-FIFA, ‘Integrity Tour’ fejn indur il-clubs ta’ Malta kollha


SPORTIV

bi preżentazzjonijiet immirati partikolarment lejn il-players żgħażagħ li huma l-futur tal-football Malti. Hawnekk ser inkun qiegħed nippromwovi is-sistema ta’ rappurtaġġ li nkunu żviluppajna. Tajjeb li nsemmi li l-predeċessur tiegħi, is-Sur Franz Tabone kien il-pijunier f ’dan il-qasam u jien ser inkompli nibni fuq il-pedament sod li ħalla warajh is-Sur Tabone.

joperaw organizzazzjonijiet poli-kriminali madwar id-dinja. Fil-fatt dan il-fatt huwa rikonoxxut kemm mill-EUROPOL kif ukoll mill-INTERPOL.

3. Investigazzjonijiet preliminari: F’dan il-qasam permezz tal-esperjenza vasta tiegħi se nkun qiegħed infassal stil investigattiv li jagħti garanzija ta’ kontabbiltá kontinwitá u l-iktar importanti stil li jiggarantixxi proċess ta’ ġbir ta’ provi li jissodisfa bordijiet ta’ dixxiplina sportiva bħal dak tal MFA, Bordijiet ta’ Dixxiplina tal-UEFA, Qrati ta’ dixxiplina sportiva bħall-Qorti Internazzjonali talArbitraġġ tal-Isport (CAS), u ovvjament il-Qrati ta’ Ġudikartura Kriminali ta’ Malta.

Il-‘match fixing’ huwa reat kriminali li permezz tas-swieq tal-‘betting’ evolva minn reat tradizzjonali għal reat mingħajr fruntieri fejn persuni nvoluti jistgħu jinfluwenzaw logħbiet ġewwa pajjiżi u anke kontinenti differenti. Dan huwa rikonoxxut millkommunità dinjija tal-infurzar tal-liġi u mill-għaqdiet u assoċjazzjonijiet kollha tal-isport.

Issib għajnuna mill-Pulizija ta’ Malta fil-ġlieda bla heda tiegħek kontra l-korruzzjoni fil-football Malti? Mal-Pulizija għandi relazzjoni eċċellenti. Huma jifhmu lili u jien ovvjament se nkun qiegħed nifhem lilhom tajjeb hafna. Filwaqt li nifhem li l-Pulizija għandhom il-prijoritaiet tagħhom, napprezza li qegħdin jirrikonoxxu li din il-problema tal-‘match fixing’ hija qasam wieħed minn dawk li fihom

Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, Herman Mula, kif qed iħares lejn il-futur ta’ din il-battalja kontra l-kankru tal-match-fixing fil-football lokali u anke dak internazzjonali?

Dan qiegħed iwassal biex ikun hemm kolla­ borazzjonijiet kruċjali bejn dawn l-entitajiet kollha sabiex tintlaħaq l-aħjar formula biex tkun affrontata din il-problema. Però, il-ġlieda kontra l-match fixing fiha diffikultajiet kbar. L-ewwelnett li min hu nvolut fil-kummissjoni ta’ dan ir-reat ikollu fondi limitati biex jilħaq l-għan tiegħu, u kif ukoll il-fatt li dan huwa reat li ħafna drabi, sabiex tinġieb evidenza diretta, irid ikun hemm persuni li jitkellmu u jagħtu testimonjanza tagħhom fil-Qorti, xi ħaġa li mhux faċli biex issir u hawnhekk fejn nenfasizza li l-iktar approċċ importanti huwa dak edukattiv. 13


SPORTIV

IL-KALENDARJU SPORTIV INTERNAZZJONALI GĦAS-SENA 2020

JISPIKKAW L-OLIMPJADI F’TOKJO U L-FINALI TAL-KAMPJONAT EWROPEW TAL-FUTBOL

K A L E N D A R J U 14


SPORTIV

I

s-sena 2020 se terġa’ toffri żewġ avvenimenti kbar - l-Olimpjadi tasSajf f’ Tokjo u l-finali tal-Kampjonat Ewropew tal-Futbol Euro 2020 li din is-sena se tintlgħab madwar l-Ewropa.

Il-kalendarju sportiv internazzjonali joffri għadd ta’ kampjonati tad-dinja f ’diversi dixxiplini sportivi. L-Olimpjadi tas-Sajf se jsiru f ’Tokjo filĠappun bejn l-24 ta’ Lulju u d-9 ta’ Awwissu. Se tkun it-tieni darba li f ’Tokjo se jsiru l-Olimpjadi wara li kien organizza l-edizzjoni tal-1964, Tokjo se jospita wkoll il-Para-Olimpjadi li se jsiru bejn il-25 ta’ Awissu u s-6 ta’ Settembru. Il-finali talEuro 2020 tal-futbol din is-sena se jsiru madwar l-Ewropa bejn it-12 ta’ Ġunju u t-12 ta’ Lulju bissemi-finali u l-final se jintlagħbu fl-istadium ta’ Wembley f ’Londra. Il-logħba tal-ftuħ se tintlagħab fl-Olimpico ta’ Ruma, bejn l-Italja u t-Turkija. Logħbiet oħra mill-finali se jintlagħbu f ’Amsterdam l-Olanda, f ’Baku l-Azerbaijan, f ’Bilbao fi Spanja, f ’Bucharest fir-Rumanija, f ’Budapest fl-Ungerija, f ’Dublin fl-Irlanda, fi Glasgow fl-Iskozja, fi Munich fil-Ġermanja u f ’Saint Petersburg fir-Russja. Il-gruppi għall-finali huma dawn: Grupp A Turkija, Italja, Wales, Żvizzera Grupp B Danimarka, Fillandja, Belġju, Russja Grupp C Olanda, Ukrajna, Awstrija u r-rebbieħ Play Off D Grupp D Ingilterra, Kroazja, rebbieħ Play Off C, Rep. Ċeka Grupp E Spanja, Żvezja, Polonja. Rebbieħ ta’ Play-Off B Grupp F Rebbieħ Play-Off A, Portugall, Franza, Ġermanja Il-finali tal-Euro 2020, se jintlagħbu wara li jkunu ntlagħbu l-finali tal-UEFA Europa League li se tintlagħab fi Gdansk fil-Polonja fis-27 ta’ Mejju u l-UEFA Champions League li se tintlagħab fit30 ta’ Mejju f ’Istanbul. Bejn it-12 ta’ Ġunju u t-12 ta’ Lulju meta tintlagħab il-final tal-Euro 2020 se jintlagħbu l-finali tas-47 edizzjoni tal-Copa America li se jintlagħbu fl-Arġentina u l-Kolombja. Minbarra l-10 nazzjonijiet Sud-Amerikani ġew mistiedna jieħdu sehem l-Awstralja u l-Qatar. Ittnax-il tim se jkunu maqsuma f ’żewġ gruppi. Grupp A Arġentina, Awstralja, Bolivja, Urugwaj, Ċile, Paragwaj Grupp B Kolombja, Brażil, Qatar, Venezwela, Ekwador, Peru

TENNIS Fit-Tennis jerġgħu jispikkaw il-Grand Slams fost mijiet ta’ tournaments oħrajn li jintlgħabu mad-dinja kollha. L-ewwel Grand Slam jintlgħab f ’Melbourne fl-Awstralja bejn l-20 ta’ Jannar u t-3 ta’ Frar. Wara jintlgħabu l-French Open bejn is-16 ta’ Mejju u s-6 ta’ Ġunju. Wimbledon f ’Londra bejn id-29 ta’ Ġunju u s-6 ta’ Lulju u l-US Open bejn il-31 ta’ Awissu u t-13 ta’ Settembru.

FORMULA WIEĦED Il-Formula 1 terġa’ tiddomina l-isport talkarrozzi fejn għal darb’oħra Lewis Hamilton jiddefendi t-titlu li rebaħ fl-2019 mal-Mercedes. B’kollox hemm programmati 22 tiġrija mifruxa mal-erba’ kontinenti bl-ewwel waħda tibda f ’Melbourne fl-Awstralja bejn it-13 u l-15 ta’ Marzu u l-aħħar GP isir f ’Abu Dhabi, fl-Emirati bejn is-27 u d-29 ta’ Novembru. Għall-ewwel darba fit-toroq tal-Belt ta’ Hanoi se jsir il-GP tal-Vietnam bejn it-3 u l-5 ta’ April. It-tiġrija tradizzjonali fit-toroq ta’ Montecarlo għall-GP ta’ Monaco se ssir bejn il-21 u l-24 ta’ Mejju. Il-GP’s ta’ l-Ingilterra u l-Italja f ’ Silverstone u Monza se jsiru bejn is-17 u d-19 ta’ Lulju u bejn l-4 u s-6 ta’ Settembru rispettivament.

TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL Barra l-famuża Grand Prix d’Amerique għal żwiemel tat-trott li saret fl-aħħar tax-xahar li għadda fil-korsa ta’ Vincennes f ’Pariġi fi Franza, it-tliet tiġrijiet klassiċi tal-galopp, li huma l-Grand National f ’Aintree f ’Liverpool, il-Kentucky Derby u l-Melbourne Cup huma programmati għall-4 ta’ April, it-2 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Novembru rispettivament. Id-Dubai World Cup issir fl-aħħar tax-xahar id-dieħel.

AVVENIMENTI OĦRAJN Bejn l-1 ta’ Frar u l-14 ta’ Marzu jintlagħab isSix Nations tar-Rugby, bis-sehem tal-Ingilterra, Wales, Skozja, l-Irlanda, Franza u l-Italja. F’Berlin fil-Ġermanja, se jsiru l-Kampjonati tadDinja taċ-Ċikliżmu bejn is-26 ta’ Frar u l-1 ta’ Marzu. Il-Giro d’Italia din is-sena se ssir bejn il-11 ta’ Mejju u t-2 ta’ Ġunju, it-Tour de France bejn is-27 ta’ Ġunju u d-19 ta’ Lulju u l-Vuelta ta’ Spanja bejn l-24 t’ Awwissu u l-15 ta’ Lulju. F’Nanjang fiċ-Ċina bejn it-13 u l-15 ta’ Marzu se jsiru l-Kampjonati tad-Dinja Indoor tal-Atletika. Bejn it-18 ta’ April u l-4 ta’ Mejju fil-Crucible f ’Sheffield se jintlagħab il-Kampjonat tad-Dinja tas-Snooker. F’Lake Bled fis-Slovenja, bejn is-16 u t-23 ta’ Awwissu se jsiru l-Kampjonati tadDinja tal-Qdif. 15


RODNEY GATT SPORTIV

għal darba oħra l-aħjar sewwieq tal-istaġun

Mingħajr dubju dan hu riżultat

ta’ ħidma kbira u ta’ sagrifiċji kontinwi.

Nieħu l-opportunita’ biex nirringrazzja lis-sidien kollha

li sena wara sena jafdawli ż-żwiemel tagħhom.

Ħajr ukoll imur lejn il-familjari tiegħi

u l-ħbieb li nsibhom dejjem tal-appoġġ.

16

Mingħajr dubju l-aktar suċċessi importanti li kellu Rodney Gatt matul l-istaġun li għadda waslu permezz tan-Norveġiż Stormbringer G.R. propjetà tas-Sur Sammy Attard. Dan iż-żiemel fost l-oħrajn rebaħ il-finali tatTazza tal-President, il-Patrick Cachia Bookmakers Grand Final u l-finali tal-kampjonat tas-Sette Giugno. Mitlub jikkummenta dwar dan l-istaġun u s-suċċessi li kellu, issewwieq minn Ħal Tarxien tenna li kien ta’ unur għalih li għal staġun ieħor irnexxilu jispiċċa l-aħjar wieħed tassena. Ta’ min wieħed jinnota wkoll li Stormbringer GR temm l-aktar wieħed konsistenti tal-istaġun fejn mit-tlettax -il tiġrija li ħa sehem fihom, rebaħ disgħa minnhom, temm it-tieni darbtejn u t-tielet darba biss biex kellu total ta’ 73 punt. Hu kien segwit mill-Franċiż Up And Go b’65 punt u l-Isvediż Hallas Judex u l-Franċiża Demeter Tege b’61 punt.


SPORTIV

G

ħat-tielet sena nfila, is-sewwieq żagħżugħ Rodney Gatt reġa spiċċa l-aħjar sewwieq tal-Malta Racing Club. Dan wara li għalaq l-istaġun 2019 b’total ta’ 984 punt. Warajh temm Charles Camilleri b’689 punt u Noel Baldacchino b’558 punt. Is-sena li għaddiet Rodney Gatt ħa sehem f ’402 tiġrijiet. Minn dawn hu rebaħ 89 tiġrija, temm it-tieni 63 darba, it-tielet 40 darba u r-raba’ 92 darba.

JASON ZAHRA

Għall-ewwel darba, Jason Zahra rebaħ l-unur tal-aħjar sewwieq taħt il-25 sena. Hu ħa sehem f ’59 tiġrija fejn rebaħ sitta minnhom, temm it-tieni tnax -il darba, ittielet ħames darbiet u r-raba’ ħdax -il darba. B’hekk tella’ total ta’ 111 -il punt. Warajh sibna lil Kirsten Axisa b’mitt punt u Kerstin Galea bi 83 punt. Lejn l-aħħar parti talistaġun l-aħjar riżultati Zahra akkwistahom bi Diego JYL u Global Taxevation. 17


SPORTIV

FACE TIME BOURBON

que

ri e m A l q u f u inaqqax ism

18

d’Amerique

tiġbed kull sena lejn Pariġi

eluf ta’ dilettanti minn madwar id-dinja

Z W I E M E L

Il-Grand Prix

u l-ewwel edizzjoni tagħha kienet saret mitt sena ilu.

Q

uddiem folla ta’ aktar minn 40000 spettatur, fosthom mijiet ta’ Maltin, fil-korsa ta’ Vincennes f’Pariġi fi Franza, fl-aħħar Ħadd ta’ Jannar saret it-tiġrija famuża Grand Prix d’Amerique, ikkunsidrata l-aktar tiġrija importanti filkalendarju tat-trott mondjali. Din kienet, fuq distanza ta’ 2700m, kellha bidu bilwaqqaf, u b’kollox tmintax–il ziemel bdew serkin ma’ serkin. Kien il-Franċiż Face Time Bourbon li temm rebbieħ meta kien misjuq mill-Isvediż Bjorn Goop.

Il-Gran Prix d’Amerique tiġbed kull sena lejn Pariġi eluf ta’ dilettanti minn madwar id-dinja u l-ewwel edizzjoni tagħha kienet saret mitt sena ilu. Matul id-distanza l-ewwel pożizzjoni alternat bejn numru ta’ żwiemel sakemm 500m mit-tmiem kien it-Taljan Vivid Wise As (Yoann Lebourgeois) li mar fl-ewwel post. Madankollu meta l-ewwel żwiemel daru biex jaffrontaw iddritta finali dan it-Taljan deher inaqqas mill-pass biex it-tiġrija żviluppat f ’taqtiegħa bejn numru ta’ żwiemel. Eventwalment kien Face Time Bourbon ta’ Goop li mar quddiem u li qasam il-linja finali l-ewwel. Dan mill-favorit Davidson Du Pont (Franck Ouvrie) u r-rebbieħa tal-edizzjoni tassena l-oħra Bellina Josselyn (Jean Michel Bazire).


SPORTIV

Chica Des Joudes (Alain Laurent) daħlet fir-raba’ pożizzjoni. Intant ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.11.5” fil-kilomteru, ftit il-bogħod mirrekord tat-tiġrija, li hu ta’ 1.11.2” imwaqqaf minn Bold Eagle fl-2017 u milħuq minn Readly Express sentejn ilu. Visibilment emozzjonat għal Bjorn Goop dan kien it-tieni

suċċess tiegħu fl-Amerique wara r-rebħa b’Readly Express. Face Time Bourbon għandu ħames snin, jiġi iben l-istaljun popolari Ready Cash u hu propjeta’ Taljana tal-Iskuderija Bivans SRL. Ready Cash hu wkoll missier Bold Eagle u Readly Express, rebbieħa passati ta’ din it-tiġrija.

Jason Zahra jiddebutta fix-xena internazzjonali

J

um qabel ma saret il-Grand Prix d’Amerique kien is-sewwieq Malti Jason Zahra li ddebutta fix-xena internazzjonali f ’tiġrija li saret ukoll f ’Vincennes. Zahra ħa sehem fit-Tazza Ewropea ghal sewwieqa dilettanti fuq distanza ta’ 2140m u bil-bidu bil-karozza tat-tluq. Hu temm fil-ħames post permezz tat-Taljana Terribile Gso. It-tigrija ntrebħet minn Jet Voice misjuq minn Johan Preining JR. Fir-ritratt jidher iż-żagħżugħ Jason Zahra waqt it-tiġrija.

Ritratti: Michael Balzan

19


MARIO GRECH

SPORTIV

U

TARA ABDILLA

joħorġu rebbieħa tal-Malta International Challenge Marathon

A T L E T I K A 20


SPORTIV

Nieħu

l-opportunità

biex nirringrazzja lill-organizzaturi u lit-tim

għad-dedikazzjoni

I

ċ-Challenge Marathon, tikkonsisti f ’maratona (42km) mifruxa fuq tlett ijiiem - 16.094km (10 mili) fl-ewwel ġurnata, 5 km fit-tieni ġurnata u nofs maratona fit-tielet ġurnata.

Matul it-tlett ijiem ta’ din it-tellieqa unika, kienu Mario Grech u Philip Vella li ddominaw ilkategorija tal-irġiel. Grech rebaħ l-ewwel tellieqa u Philip Vella rebaħ it-tieni u t-tielet tappa. Minkejja ż-żewġ rebħiet ta’ Vella, kien Mario Grech li spiċċa rebbieħ tat-titlu overall. Dan kien minħabba iddistakk li hu kiseb fuq Vella fl-ewwel tellieqa li fiha kiseb vantaġġ ta’ kważi erbà minuti. Ben Moussa żamm it-tielet post. “Kienet esperjenza mill-aktar pożittiva u nħossni sodisfatt b’dan ir-riżultat, speċjalment meta wieħed iqis li dan huwa wieħed millaktar avvenimenti prestiġjużi fil-long distance running f ’Malta. Nikkonsidra l-ewwel tellieqa taċ-Challenge bħala dik li tiddetermina r-riżultat finali. Jien tajt il-mija fil-mija tiegħi. It-tieni u tielet tappa qassamthom b’mod tattiku biex nipprova naċċerta r-riżultat li xtaqt! Dan irriżultat huwa sforz it-taħriġ li jsir, sforz li mhux kulħadd neċessarjament jifhem. Ngħid prosit lil Philip Vella għal prestazzjoni tiegħu, u grazzi lillfamilja, il- kowċ tiegħi Jesmond Bonnici, lit-team u fl-aħħar u mhux l-inqas lil Birkirkara St. Joseph Sports Club bħala organizzaturi tat-tellieqa.” Mario Grech, Rebbieħ tal-Malta International Challenge Marathon. “Meta wieħed itellaq, 42km mifruxa fuq tlett ijiem fuq toroq Maltin, ġlieda kontra rwiefen rjieħ qawwija u maltempati, din definittivament hija sfida interessanti. Għalija dawk kollha li ħadu sehem huma r-rebbieħa!” Philip Vella, Rebbieħ tat-tieni u tielet tappa Fit-taqsima tan-nisa Tara Abdilla (La Salle Athletics Club) rreġistrat it-tielet rebħa tagħha meta spiċċat in-nofs maratona f ’ħin ta’ siegħa, 34 minuta u 40 sekonda. Hi ġiet segwita, ħames minuti wara minn Tiziana Bonnici u Michelle Rolfe. Bonnici kella distakk ta’ għoxrin sekonda fuq Rolfe. Filklassifika finali, kienu Tara Abdilla, Caroline

Ciappara u Michelle Rolfe li ħadu posthom fuq il-podju. Din kienet it-tieni rebħa ta’ Abdilla wara li rebħet l-edizzjoni tal-2018 “Din kienet it-tieni Challenge tiegħi, li għal darba oħra li kienet l-esperjenza li wieħed kien qed jistenna. Tlett ijiem iffokaw fuq it-tellieqa, u wara titlesta tappa wieħed ikun ħerqan għallistadju li jmiss. Avveniment mimli eċċitament, spirtu ta’ tim u gost! Nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lill-organizzaturi u lit-tim għad-dedikazzjoni tagħhom. Napprezza li avveniment bħal dan jinvolvi ħafna xogħol! ” Tara Abdilla, Rebbieħa 2019 Malta International Challenge Marathon

tagħhom.

Il-Gatorade Relay Team Challenge ġiet mirbuħa minn Team Barry li kien magħmul minn Jonathan Balzan ( l-ewwel Tappa), Matthew Xuereb (it-tieni Tappa) u Aaron Mifsud (it-tielet tappa). Dawn it-tliet atleti kisbu rebħa kull wieħed fit-tliet tapep. Fit-tieni post kienu t-tim ta’ Green Fox Runners, magħmul minn Paul Portelli, Franco Portelli u Claudio Camilleri, filwaqt li fittielet post daħlu t-tim tan-nisa Ladies on the Run li kien magħmul minn Stephanie Smith, Louise Pisani u Marquita Muscat. Euchar Camilleri, Segretarju Ġenerali, Birkirkara St. Joseph Sports Club wera s-soddisfazzjon tiegħu għall-parteċipazzjoni mdaqqsa ta’ din is-sena, partikolarment minn atleti barranin. Hu spjega li l-affiljazzjoni talklabb mal-AIMS (Association of International Marathons and Distance Races) wriet il-frott, b’numru ikbar t’atleti jżuru Malta għal din ittellieqa. Camilleri spiċċa billi rringrazzja lillatleti li minkejja t-temp ħażin huma laqgħu l-isfida u kkompetew fl-aħħar tappa tat-tellieqa. http://www.maltachallengemarathon.com/ Maria Vella Galea

21


SPORTIV

BIRKIRKARA ST. JOSEPH SPORTS CLUB

rt po is flt en im st ve in u ni jo zz va no in , ja or st ’ 45 sena ta

F

l-1974, grupp ta’ żgħażagħ, membri taċ-Ċentru taż-Żgħażagħ fil-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem f ’Birkirkara kellhom ħolma kbira.

A T L E T I K A 22

Filwaqt li l-attivitajiet tagħhom kienu bbażati madwar il-logħob tal-futbol organizzat millAssoċjazzjoni Sport Birkirkara, li m’għadiex teżisti llum, l-ambizzjonijiet tagħhom kienu ristretti minħabba r-regolamenti li kellhom, dak iż-żmien, iċ-ċentri taż-żgħażagħ. Kien dakinhar li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġi ffurmat klabb. Wara laqgħa Ġenerali, kien ġie elett l-ewwel kumitat, b’Frans Borg elett bħala president. IlKumitat kien magħmul minn Joseph Farrugia (Segretarju Ġenerali), Euchar Camilleri (Teżorier), Joseph Mallia (Assistent Segretarju Ġenerali), Mario Borg, Vince Pisani u Charles Sciberras. Ħamsa u erbgħin sena wara Euchar Camilleri għandu l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali waqt li Joseph Farrugia jibqa’ membru attiv li jgħin fl-avvenimenti kollha tal-Klabb. Mal-waqfa tal-klabb, wieħed mill-membri fundaturi, Mario Borg, ippropona li l-entità li kienet għadha kif ġiet imwaqqfa tkun imsejħa Birkirkara St Joseph Sports Club - imsemmija f ’ġieħ il-lokalità iżda mhux limitata għal futbol biss. Dan kien fiż-żmien li fil-lokalità kien hemm erbatax-il tim tal-futbol. Il-viżjoni, millbidu nett, kienet ibbażata fuq l-innovazzjoni u li tipprovdi edukazzjoni lill-membri tal-klabb permezz ta’ diversi dixxiplini sportivi. Il-kuluri oriġinali tal-Klabb kienu oranġjo u iswed, għalkemm dawn inbidlu għal isfar u iswed fl-1978 meta tnieda l-logo tal-Klabb. Dawn il-kuluri jibqgħu sinonimi mal-Klabb sallum stess. L-attivitajiet sportivi tal-Klabb evolvew. Għalkemm il-Futbol kien parti mill-klabb

sa mill-bidu tiegħu, bit-timijiet tal-Klabb jipparteċipaw fil-futbol amatorjali u l-futbol taż-żgħażagħ (li rat il-fondazzjoni talBirkirkara Football Youth Nursery), kien ittriathlon li verament poġġa lill-Klabb fix-xena sportiva lokali u internazzjonali. Dan kien segwit mill-Open Water Swimming li għalih il-Klabb huwa meqjus bħala l-pijunier f ’Malta. Il-Klabb għandu wkoll parteċipazzjoni b’saħħitha fiċ-Ċikliżmu u l-Atletika. Il-Klabb ipproduċa riżultati prestiġjużi kemm fil-qasam lokali kif ukoll internazzjonali, bl-atleti tal-Klabb iġibu unur lill-klabb kull fejn imorru. Il-Klabb huwa wkoll entità organizzattiva fih innifsu. Is-Serje Sprint Triathlon, il-Kampjonat 5k tal-Road Running u l-Kampjonati tal-Għawm Open Water huma biss ftit mill-avvenimenti li jorganizza. Biżżejjed ngħidu li l-avvenimenti kollha talKlabb isiru taħt l-awspiċji tal-Federazzjonijiet Nazzjonali relattivi, li magħhom il-Klabb għandu relazzjoni b’saħħitha. Diversi membri tal-Klabb jokkupaw karigi amministrattivi f ’diversi assoċjazzjonijiet nazzjonali, u b’hekk ikomplu jkabbru l-esperjenza tagħhom filqasam organizzattiv. Il-kalendarju tat-tlielaq annwali tal-Klabb jikkonsisti minn għoxrin avveniment. Minbarra dawn l-avvenimenti, il-Klabb huwa assoċjat mal-Ocean Lava Malta Triathlon u l-Kampjonat tal-għawm internazzjonali l-X-Waters Il-Birkirkara St Joseph Sports Club jilqa fi ħdanu mhux biss atleti elite iżda fost ilmembri tiegħu hemm varjetà ta’ membri li ġejjin minn kull qasam tal-ħajja u membri l-ġodda huma dejjem milqugħa - l-uniku kundizzjoni li huma mistennija jilħqu hija dik li jikkompetu skont l-etika tal-klabb, b’mod sportiv u bl-element tal-fair play. Hekk kif il-Klabb qed jiċċelebra ħamsa u erbgħin sena t’attività kontinwa, huwa jkompli


SPORTIV

Membri fundaturi fl-1975

Fl-2020 il-Birkirkara St. Joseph Sports Club ser jiċċelebra l-45 Anniversarju tiegħu. L-ikbar ċelebrazzjoni ser tkun il-fatt li l-ambizzjonijiet stabbiliti mill-grupp ta’ rġiel żgħażagħ fl-1974 ma kienux biss ħolm. https://bkarastjoseph.com/ Maria Vella Galea

Il-Klabb ipproduċa riżultati prestiġjużi kemm fil-qasam lokali kif ukoll internazzjonali, bl-atleti tal-Klabb iġibu unur lill-klabb kull fejn imorru.

bl-għan li jibqa’ fuq quddiem fl-innovazzjoni fejn ikompli jinvesti fit-tagħmir tiegħu biex jipprovdi l-aħjar esperjenza għall-atleti fit-tlielaq organizzati mill-klabb, kif ukoll investiment lejn it-taħriġ tat-tim tal-uffiċjali li jinħarġu minn esperti fl-oqsma rispettivi tagħhom.

23


LIAM DALLY SPORTIV

Tifel Għawdxi jisfida baħar qawwi b’għawma bejn Kemmuna u Għawdex

GS OP ZO OR T 24

L

iam Daly, tifel Għawdxi ta’ tmien snin, ftit tal-ġimgħat ilu sfida l-baħar qawwi meta għamel għawma għal żewġ kilometri sħaħ minn Kemmuna għal Għawdex f ’inqas minn siegħa. Huwa għamel din l-għawma biex iqanqal iktar għarfien dwar il-ħsara tal-plastik lill-baħar u l-ambjent. Minħabba l-kurrenti dak li suppost kellha tkun distanza ta’ 1.3 kilometri inbidlet f ’distanza ta’ 1.81 kilometri bit-tfajjel jagħmel din id-distanza f ’51 minuta. Miegħu kien hemm jgħum Kolombjan professjonali u suldat talAFM jgħum warajh, iżda dan it-tfajjel determinat baqa’ għaddej bla nifs għal 51 minuta mingħajr ma waqaf darba. Maġenbu fuq dgħajsa kien hemm missieru u ommu, Sean u Sandra Daly li barra li kienu qed jagħtuh is-sapport kienu wkoll jieħdu ħsieb l-benessere ta’ binhom li qatt ma ġie bżonnhom.


SPORTIV

Malli tela’ fil-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien, Liam kien milqugħ mill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana u mit-tfal tal-klassi tiegħu li bdew jagħtuh l-appoġġ kontinwu u fuq sidirhom kellhom l-ittri li jgħidu, ‘Liam Gozo is Proud of You’. Filfatt waqt li Liam kien fil-baħar jissielet mal-mewġ, sħabu mill-ħames sena tal-iskola primarja tar-Rabat Għawdex xammru l-kmiem favur il-ħarsien talambjent. Liam Daly deher tiela’ mill-baħar b’saħħtu daqs li kieku kien għadu kif għamel għawma żgħira ta’ ftit metri. Iżda f ’Novembru, f ’baħar Forza 5 u f ’żona magħrufa għallkurrenti qawwija, Liam kienu għadu kif temm distanza ta’ kważi żewġ kilometri bejn Kemunett u Ħondoq irRummien f ’51 minuta. Wara li tela’ mill-bahar, Liam, wara li xorob flixkun ilma mar jiġri jarmi l-flixkun tal-plastic f ’bin apposta għax hu għamel din l-avventura mhux biss biex joħloq rekord ġdid għal Malta u Għawdex iżda wkoll biex joħloq l-għarfien biex ikun hawn baħar nadif mingħajr plastic, ‘Keep the sea plastic Free’. Liam li huwa atleta ta’ Shamrock Star minkejja l-età tenera tiegħu, jinsab determinat li s-sena d-dieħla jipprova jgħum minn Malta għal Għawdex jew viċi-versa. Filbidu ta’ din is-sena kien ingħata l-unur tal-aktar tfajjel dedikat fl-isport taħt it-12-il sena f ’Għawdex. Fil-gżira Għawdxija, Liam diġà huwa kkunsidrat wieħed mill-aktar atleti promettenti tant li jipprattika sitt dixxiplini sportivi Wdifferenti u jispikka fihom ilkoll. B’din l-għawma x’aktarx li waqqaf rekord bħala l-iżgħar persuna li qatt qasmet dan il-fliegu, anke jekk missieru ma tantx kien konvint li se jirnexxilu minħabba l-kundizzjonijiet tal-baħar. Sodisfatt bil-prestazzjoni tiegħu, Liam Daly qal li ma kienetx avventura ħafifa, iżda waħda diffiċli u fl-istess waqt sfida kbira. Missier Liam, Sean Daly qal, “aħna x’ħin inżilna hawn isfel rajna l-baħar kif kien, jien bdejt inħokk rasi u għidt se tkun diffiċli għax telgħa Forza 5, imma b’daqsxejn kuraġġ, morna, sibna ftit kenn fejn Kemmunett, tlaqna, huwa qabeż qisu mhu xejn u wasalna hawn.” L-għawma saret bl-appoġġ tal-kampanja ambjentali ProACT, bilMinistru għal Għawdex Justyne Caruana tgħid li dan ittifel qed jagħti eżempju li tittama li jasal għand ħafna aktar nies. “Bejn il-ħażin u t-tajjeb m’hemmx ħafna, importanti li nagħmlu d-deċiżjonijiet u l-għażliet tagħna tajbin biex ikollna effetti tajbin.” Il-ġenituri ta’ Liam, Sean u Sandra jixtiequ jirringrazzjaw lill-ħbieb u lis-sostenituri kollha tiegħu, speċjalment lil dawk kollha li għenu biex il-ħolma ta’ Liam issir realtà. Huma kellhom tifħir sħiħ għal Ministru Justyne Caruana talli appoġjat din l-inizjattiva u raddew ħajr lil diversi persuni fosthom lill-għawwiema Marvic Mizzi, Ariel Cruz u Carl Newman u l-ekwipaġġ tiegħu għall-kura kbira tagħhom waqt l-għawma ta’ Liam. Huma żiedu jgħidu li dak il-lejl wara l-għawma, waqt li poġġew lil Liam fis-sodda huwa qalilhom li waqt l-għawma ra denfil li rringrazzjah talli għamel din l-għawma. Joe Bajada

Ritratti: MGOZ - Terry Camilleri 25


SPORTIV

A UNIFIED VOICE for the Yachting Sector We are here to support initiatives within the industry and to make the most of Malta’s attractiveness as a yachting destination for sports and leisure yachting and super yachts.

the purest

Enjoy the superior quality of H2Only water directly at home or place of work. We deliver our bottles all the way to your dispensers! A wide range of dispensers available both for rental or purchase. Log on www.h2only.com for further information and offers.

Produced and distributed by Island Beverages Co. Ltd. 26

email: care@h2only.com


LE TA’ RIŻULTATI SPORTIVI!

SPORTIV

GĦALL-MANIPULAZZJONI Ħ

afna jiftakru l-iskandlu magħruf bħala Calciopoli, li fl-2006 ra lill-Juventus imċaħħda minn żewġ kampjonati tas-Serie A Taljana. Ftit snin wara, fl-2011, il-futbol fl-Italja din id-darba dak ta’ livelli iktar baxxi, reġa’ kien fil-mira ta’ diversi proċeduri legali li ttieħdu kontra numru ta’ individwi, uħud minnhom b’passat fl-ogħla livelli tal-futbol professjonali.

M E U S A C

Investigazzjoni tal-logħba mill-kampjonat li qabel kien magħruf bħala Lega Pro (l-aħħar livell professjonali tal-futbol fl-Italja) bejn il-klabbs Unione Sportiva Cremonese u Paganese Calcioli li ntlagħbet fl-2010 wasslet għall-arrest tal-plejer Marco Paoloni. L-investigazzjoni kienet ikkonfermat li qabel din il-logħba, Paoloni kien ħallat sustanza fixxorb ta’ sħabu f ’attentat li jaffettwa r-riżultat finali. Ir-raġuni għalfejn Paoloni pprova jimmanipula din il-logħba kellu x’jaqsam ma’ dejn li kien ikkawżat minn ‘logħob fuq l-idejn’. Permezz tal-investigazzjonijiet, beda bil-mod il-mod jinkixef ċirku ħafna ikbar ta’ korruzzjoni bl-involviment ta’ diversi personaġġi magħrufa u li wasslu għal diversi arresti bil-għan li jitnaddaf dan l-aġir manipulattiv li laqat il-futbol Taljan għattieni darba fi ftit snin. Minbarra l-fatt li dan l-aġir huwa illegali, iġib miegħu diversi problemi oħra. Jekk wieħed iqis l-iskandlu Calciopoli mill-ewwel jinnota li fost il-klabbs kollha involuti u li għadhom attivi, kienu biss Juventus F.C. li wara perjodu tranżitorju reġgħu bdew jikkompetu għall-unuri. Il-Klabbs l-oħra, fosthom A.C. Milan, SS Lazio u Reggina 1914 sofrew mhux ftit minn dan kollu. Dan anke minħabba l-fatt li l-futbol Taljan tilef mhux ftit mill-kredibbiltà tiegħu u għaldaqstant b’mod ġenerali sabha diffiċli jattira l-investiment neċessarju biex jerġa’ jibda jirkupra. L-investigazzjonijiet u l-arresti tal2011 komplew iħammġu l-istampa tal-futbol Taljan. Għalkemm f ’dan l-artiklu tkellimt dwar żewġ każijiet partikolari li seħħew fl-Italja, ilkorruzzjoni fl-isport mhux limitata b’konfini.

Investigazzjonijiet simili li wasslu għallarrest ta’ diversi individwi fi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea seħħew mhux darba matul is-snin, xi drabi anke bl-għajnuna tal-Europol (l-aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-infurzar tal-liġi). Skont il-Kummissjoni Ewropea, ilkorruzzjoni fl-isport hija theddida għallintegrità ta’ kull avveniment ta’ din innatura u jtellfu mill-possibiltà li dawn isiru b’mod kemm jista’ jkun ġust. Fl-2011, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat dokument ta’ konsultazzjoni dwar il-logħob tal-azzard onlajn fis-Suq Intern. Din il-konsultazzjoni wasslet għall-pubblikazzjoni ta’ qafas komprensiv għal-logħob tal-azzard onlajn li fih, ilmanipulazzjoni ta’ riżultati sportivi ġiet identifikata bħala waħda mill-prijoritajiet fil-ġlieda kontra l-isfidi li jġib miegħu dan l-aġir. Għaldaqstant il-Kummissjoni Ewropea waqqfet grupp ta’ esperti dwar il-logħob tal-azzard magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, biex jaqsmu esperjenzi u prattiċi tajba u kif ukoll biex jipprovdu pariri u għarfien espert dwar it-tħejjija ta’ inizjattivi talUnjoni Ewropea f ’dan ir-rigward. L-Unjoni Ewropea tagħti wkoll kontribut lil dan il-qasam permezz tal-programm ta’ fondi magħruf bħala Erasmus+. Eżempju ċar u reċenti ta’ użu ta’ fondi minn dan il-programm huwa l-proġett IntegriSport. F’dan il-proġett li beda f ’Jannar tal-2019 u li ser jagħlaq fl-aħħar ta’ din is-sena, rappreżentanti minn numru mdaqqas ta’ Stati Membri tal-Unjoni Ewropea qegħdin u ser ikomplu jiltaqgħu bil-għan li jifhmu aħjar prattiċi illegali fil-qasam tal-manipulazzjoni ta’ riżultati sportivi u kif dawn jistgħu jiġu megħluba. Dan huwa biss eżempju wieħed ta’ impenn, anke finanzjarju li l-Unjoni Ewropea qed tagħmel f ’dan il-qasam. L-isport huwa ta’ kulħadd u għaldaqstant għandu jitgawda minn kulħadd f ’ambjent san u li mhux imtebba’ b’aġir mhux onest. L-Unjoni Ewropea qiegħda tipprovdi assistenza sabiex din il-pjaga tiġi mnaqqsa kemm jista’ jkun.

Neil Portelli, Director, EU Policy and Legislation at MEUSAC 27


SPORTIV

” ja r o k is N a b it K lu “Bil-Qari

MATT OLDFIELD

iżur Malta

B

Q A R I 28

ejn it-22 u l-24 ta’ Jannar 2020, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu ġabet Malta lil Matt Oldfield, awtur Ingliż li kiteb ħafna bijografiji għat-tfal dwar plejers internazzjonali, fosthom Cristinao Ronaldo, Lionel Messi, Mohammed Salah, David De Gea, Eden Hazard, Paul Pogba, Manuel Neuer, Steve Gerrard u Andrés Iniesta. Uħud minn dawn il-kotba jinsabu fil-libreriji tagħna fiċ-ċentri u nużawhom ukoll fis-sessjonijiet talprogramm, “Bil-Qari u l-Kitba Niskorja”. L-awtur iltaqa’ ma’ uħud mill-parteċipanti tal-istess programm, “Bil-Qari u l-Kitba Niskorja” u għamilha ta’ Ambaxxatur talQari fi skejjel primarji madwar Malta.

X’kellkom imħejji għal Matt Oldfield? Matul il-jumejn li qatta’ f ’pajjiżna, Matt Oldfield pparteċipa f ’diversi attivitajiet ta’ qari u kitba Ambaxxaturi tal-Qari fl-iskejjel primarja talImtarfa, il-Mosta, tal-Pietà, Birkirkara u l-Birgu. Huwa żar ukoll iċ-ċentru ta’ “Bil-Qari u l-Kitba Niskorja” tal-iskola primarja ta’ Birżebbuġa filKulleġġ San Benedittu, fejn lagħab logħba futbol mal-parteċipanti tal-programm kif ukoll irrisponda xi mistoqsijiet li kienu ppreparaw għalih l-istudenti minn qabel. Kull fejn mar Oldfield wera l-imħabba li għandu

għall-qari bħal waqt is-sessjoni speċjali li għamel mal-istudenti li ħadu sehem fl-istess programm issena l-oħra. Matul din is-sessjoni hu qara xi siltiet mill-ktieb tiegħu Ronaldo, mis-serje Ultimate Football Heroes, u ddiskuta mat-tfal xi praspar tat-tfulija tal-istess Cristiano Ronaldo. Din is-serjè tinkludi aktar minn erbgħin ktieb li Matt Oldfield kiteb flimkien ma’ ħuh il-kbir, Tom Oldfield. F’kull okkażjoni it-tfal li ltaqgħu ma’ Oldfield ingħataw ċans jsaqsuh xi mistoqsijiet Oldfield. Ħerqanin irħewlha jistaqsuh dwar ħajtu, l-istejjer tiegħu, il-karattri tal-istejjer u qasmu wkoll miegħu l-ħsibijiet tagħhom dwar ix-xogħlijiet tiegħu, iddelizzji li għandhom, il-qari u l-iskola. Fl-aħħar ta’ kull sessjoni, l-awtur iffirma xi kotba li wħud minn dawk preżenti ħadu magħhom u ħa stessi talokkażjoni. Kif taħsbu li esperjenza bħal din tgħin lit-tfal? Din hija esperjenza unika għat-tfal, speċjalment għal tfal li jħobbu l-futbol jew il-kitba għax ikollhom l-opportunità jitkellmu u jiddiskutu ma’ awtur stabbilit. F’attivitajiet bħal dawn fejn inlaqqgħu kittieba ma’ studenti, it-tfal jisimgħu dwar il-proċess tal-kitba, x’jispira l-awtur, il-karriera tagħhom u l-kotba favoriti tagħhom. Dawn il-mumenti jservu ta’ inspirazzjoni kbira għal tfal li għandhom innamra tal-kitba u għadhom ma sabux il-kuraġġ sabiex jesprimu ħsibijiethom bil-kitba u għal tfal li jaħsbu li l-qari u l-kitba ma għandhomx x’jaqsmu mal-futbol. L-għan tagħna huwa dejjem nressqu littfal lejn id-dinja maġika tal-qari permezz tal-futbol.


SPORTIV

MATT OLDFIELD Nazzjonalità: Ingliż Minn: Southampton Kotba favoriti : Meta kien għadu żgħir, kien iħobb jaqra Fantastic Mr Fox, The Wind in the Willows u serje ta’ kotba Redwall mill-pinna ta’ Brian Jacques . Wind in the Willows jibqa’ l-aktar ktieb għal qalbu minħabba l-karattri tiegħu u għax ifakkru f’ħafna mumenti sbieħ tat-tfulija. Jekk ikollu jkun karattru fi storja,jkun Mr Hoppy mill-istorja Esio Trot, ta’ Roald Dahl. Fil-fatt jixtieq li jkollu fekruna, anke tnejn, u gallerija mimlija qsari. Iħobb jaqra Peppa Pig u Paw Patrol linneputijiet tiegħu , kif ukoll Burglar Bill ta’ Janet u Allan Ahlberg u The Tiger Who Came to Tea ta’ Judith Kerr. Jemmen li l-ġenituri għandhom mhux biss jaqraw imma jiddiskutu l-kotba mat-tfal tagħhom biex jgħinuhom jifhmu l-istejjer aħjar. Il-ġenituri tiegħu nisslu fih in-namra għall-qari u l-kitba. Maria Cremona

The 14th International Taxation Conference: BEPS 2.0: How the Digitalized Economy may challenge International Tax Nexus, Allocation and National Sovereignty 3rd April 2020 For more information contact taxconference@maltamanagement.com Main Sponsors

Silver Sponsors

Bronze Sponsors

29


SPORTIV

STORJA FOOTBALL MALTI

SLIEMA WANDERERS isiru champions għat-18-il darba

ID-DISA’ ĠURNATA 29-01-1966: Sliema Wdrs. FC – Hibernians FC 2-0 H.T 2-0 Referee: Anthony Galea Skurjaw: J. Bonett (S) 32’ u R. Cocks (S) 35’. Sliema Wdrs. FC: Ray Cosby, Lino ‘Il-Fus’ Falzon, Joe Aquilina, Twanny ‘Tal-Manager’ Vassallo (Tony Griffiths 59’), Salvu Bonnici, Leli ‘Tal-Fjuri’ Micallef, Ronnie Cocks, Joe Cini, John Bonett, Edward Aquilina, Vince ‘Tal-Manager’ Vassallo. Hibernians FC: Freddie ‘Il-Pampalun’ Mizzi, Johnnie ‘Il-Ġemel’ Privitera, Freddie ‘Barbettu’ Mallia, Joe Serge, Salvu ‘Karettuni’ Gatt, Victor ‘Palun’ Cassar, Eddie ‘L-Għasfur’ 30

Theobald, Lorry Young (Frankie Pisani 62’), Jimmy Mizzi, Norman Buckle, Tony ‘Il-Koku’ Attard. 1. B’din ir-rebħa Sliema Wanderers saru Champions tal-Kampjonat Malti għat-18-il darba u għat-tielet staġun konsekuttiv 2. Il-Wanderers kienu qed jilghabu minghajr Robbie Buttigieg u Edward Darmanin li t-tnejn kienu jinsabu mat-team tal-football tal-RAF f ’Cipru. Nuqqas ieħor kien tal-goalkeeper Alfred Debono li kien għadu nieqes mit-telfa ta’ 3-1 kontra Valletta fil-Final tal-Cassar Cup. 3. Fl-assenza ta’ Robbie Buttigieg, il-player Joe Cini intgħażel bħala captain ta’ Sliema Wanderers.

4. It-tieni goal tal-Wanderers wasal minn żball tad-difiża Pawlista meta Privitera għadda l-ballun lura lil Freddie Mizzi daħal jiġri bejniethom John Bonett li għadda l-ballun lil Ronnie Cocks li b’lasta vojta ma kellux diffikulta jirdoppja l-iskor. 5. Is-sostitut Tony Griffiths kien ġie akkwistat fis-sajf mingħand Hibernians. 6. Eddie Theobald irritorna fit-team ta’ Hibernians wara li kien tħalla barra fl-aħħar żewġ logħbiet tal-kampjonat u mil-logħob tal-Cassar Cup minħabba li ma kienx qed ikollu wirjiet tajba iżda kellhom nieqes lil Freddie Delia li kien mal-RAF fi Tripli u rritorna Malta f ’dik l-istess ġurnata sagħtejn qabel bdiet il-partita.


SPORTIV

7. Skond It-Torċa u ‘Il-Ħaddiem’ ir-referee tal-partita kien Joseph Galea, skond il-Malta News Anthony Galea u skond Il-Berqa Carmel Galea. 30-01-1966: Valletta FC – Floriana FC 2-1 H.T 1-0 Skurjaw: C. Zammit (V) 15’, L. Borg (F) 54’ u V. Gauci (V) pen. 76’. Attendenza: 1,445 Referee: Ritchie Casha Valletta FC: Ċensu ‘Tal-Morning Star’ Borg Bonaci, Joe Bugeja, Vince ‘Iċ-Ċorma’ Gauci, Charlie Williams, Frankie Zammit, Johnnie Attard, Tony Calleja, Josie Urpani, Charlie ‘Il-Gidi’ Zammit, Joe Galea, Eddie Vella. Floriana FC: Tony Borg, Alfred ‘Il-Paper’ Debono, Alfred Dymond, Anton Camilleri, Joe Grima, Frankie Micallef, Charles Buttigieg (Charles Galea 25’), Lolly Aquilina, Louis Bugeja, Lolly Borg, Hugh Caruana. 1. Valletta kisbu l-goal tar-rebħa b’penalty li seta’ ġie evitat meta d-difensur Alfred Dymond zamm il-ballun b’idejh it-tnejn biex iwaqqaf attakk Belti meta ħaseb li kien qiegħed barra l-penalty area. 2. Valletta kellhom nieqes lil Tony Connor iżda kellhom lura fit-team lil Charlie Williams, Frankie Zammit u Vince Gauci. Dan tal-aħħar wasal lura Malta minn Ċipru fejn kien stazzjonat mal-RAF. 3. Fis-70 minuta header ta’ Joe Galea minn cross ta’ Josie Urpani kien għeleb lill-goalkeeper Tony Borg iżda sab lil Joe Grima jsalva minn fuq il-linja. 4. Għal Floriana din kienet it-tielet telfa konsekuttiva fil-kampjonat. Mill-aħħar ħarġa kontra l-Ispartans huma kienu ħallew barra lill-goalkeeper Charles Zerafa, Nenu Chircop, Salvu Borg u Charles Galea. 05-02-1966: Valletta FC – Ħamrun Sp. FC 1-1 H.T 1-1 Referee: Joseph Agius Skurjaw: T. Calleja (V) 33’ u G. Tonna (H) 43’. Valletta FC: Ċensu ‘Tal-Morning Star’ Borg Bonaci, Louis Pace, Joe Bugeja, Charlie Williams, Vince ‘IċĊorma’ Gauci, Johnnie Attard, Tony Calleja, Josie

Urpani, Tony Connor (Frankie Falzon 81’), Joe Galea, Eddie Vella. Ħamrun Sp. FC: Charles Buttigieg (Lino Micallef 46’), Jimmy Spiteri, Patistu Attard, Karmenu Galea, Martin Attard, John ‘Il-Lolu’ Zarb, Gejtu ‘Iċ-Ċajn’ Zammit (Edward Spiteri 70’), Carmelo ‘Nene’ Grech, Gejtu Briffa, George ‘Ta’ Ġulinu’ Tonna, Albert Calleja. 1. Minn din il-ġurnata il-logħob tal-Ewwel Diviżjoni kien qed jibda fit 3.15 p.m, kwarta tard iktar mis-soltu. 2. Ħamrun Spartans kisbu l-punt li kellhom bzonn biex salvaw mir-relegazzjoni u kkundannaw lil Birkirkara fit-Tieni Diviżjoni. 3. Valletta kienu qed jilgħabu mingħajr Charlie Zammit u mingħajr Frankie Zammit. 4. Skond It-Torċa u l-Malta News il-goal Belti ġie skurjat minn Tony Calleja filwaqt li skond ir-rapporti tas-Sunday Times of Malta u tal-Berqa l-goal Belti ġie skurjat minn Charlie Williams. Fil-fatt mill-cross ta’ Williams il-goalkeeper tal-Ispartans Buttigieg harablu l-ballun bl-attakkant Belti Calleja jidhol għalih flimkien mad-difensur Martin Attard u l-istess goalkeeper Buttigieg bil-ballun b’xi mod jigi mbuttat fix-xibka. 5. Fit-78 minuta Jimmy Spiteri salva punt għallIspartans meta tajjar minn fuq il-linja cross ta’ Connor li kien għeleb lill-goalkeeper Lino Micallef. 6. Matul it-tieni taqsima Valletta attakkaw il-ħin kollu biex jiksbu l-goal tar-rebħa tant li l-goalkeeper Borg Bonaci mess il-ballun darba minn azzjoni ta’ corner. 7. B’dan ir-riżultat Valletta u Ħamrun Spartans żammew miftuħ l-uniku nteress li kien baqa’ fil-kampjonat, dak ta’ min bejniethom ser jispiċċa fir-raba’ post talkampjonat u jikseb id-dritt li jikkompeti fil-Cassar Cup. Klassifika: Sliema Wdrs. FC 16 pti.; Floriana FC 11 pti.; Hibernians FC u Valletta FC 8 pti.; Ħamrun Sp. FC 7 pti.; Birkirkara FC 3 pti. L-Aqwa Skorers: J. Bonett (Sliema Wdrs. FC) 6 goals; R. Cocks (Sliema Wdrs. FC) 5 goals; L. Borg u N. Chircop (Floriana FC) u L. Micallef (Sliema Wdrs. FC) 4 goals. Tonio Farrugia

31


SPOT THE BALL SPORTIV

K O M P E T I Z Z J O N I 32

1

2

u i r ba ħ F l o k k ta’ Juventus

3

4

5 A

B

C

D

TISLIBA

MIMDUDIN

1) L-”Imqareb ta’ Brescia” (5,9)

E

8) Attakkant tal-Peru fil-Fifa WC 1930 (5) 9) Rebbieħa tas-Serie ‘A’ fli staġun 1969/70 (8) 10) Marc-Vivien, miet fil-pitch waqt partita talKamerun fl-2003 (3)

Kull xahar għandek iċ-ċans tirbaħ ma’ Sportiv.

11) “Le .....”, club Franċiż imwaqqaf 147 il-senu ilu (5)

Ibgħat is-Soluzzjoni tiegħek f ’dan l-indirizz sa mhux aktar tard mill-11 ta’ Marzu, 2020.

Soluzzjoni Ħarġa nru. 153

3

4

Ir-Rebbieħa tal-Kompetizzjoni “Spot the Ball” ta’ Ħarġa nru. 153 huwa: Karl Farrugia - Iklin

2) Relegati minn La Liga Spanjola fli staġun li għadda (4,9) 3) Attakkant Irlandiż ta’ Southampton (7) 4) Bobby, left-back ta’ diversi clubs Skoċċiżi 19301950 (6) 5) Jorge, difensur rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja 1978 (6) 6) Scott, goalkeeper li l-aktar li serva lil Liverpool 1921 u 1934 (6) 7) Pablo, ex goalkeeper imlaqqam “The Goalkeeper of the Jungle” (6)

13) Charles, difensur ta’ Swansea Town u Wales

14) Pekonen, 60 partita bħala coach tal-Finlandja

fis-snin 50 u 60 (3)

1981-1989 (3)

15) Anton, ex midfielder ta’ Slavia Praha u

16) u 36) Aleksandar, ex winger Bulgaru ta’

s-Slovakkja (6)

Frosinone u Crotone (5)

21) Giovani .. Celso ta’ Real Betis misluf lil Tottenham (2)

17) “... Bridge”, inawgurat fit-28 ta’ April 1877 (8)

22) Alessandro, ex “Spillo” bi 128 goal Interisti (9)

18) “The Dons” ta’ li Skozja, imwaqqfa 116 il-sena

23) Marcelino, ex centre-back ta’ Mallorca u

ilu (8)

Newcastle (5)

19) Steve, goalkeeper ta’ Manchester City 1957-

25) Mike, 218 partita ma’ Swindon Town u 357 ma’

1961 (5)

Man City (9)

20) Gabriele, ex midfielder ta’ Lazio u Parma (3)

27) Olcay, l-aktar player li lagħab għal Beşiktaş (5)

24) Hartford, midfilelder b’50 partita għal li Skozja

A

31) u 33) “Arena Fonte ....”, stadium ospitanti fil-Fifa

1972-1982 (3)

B

WC 2014 (4)

26) Werner, player tal-Ġermanja tal-Lvant 1954-1964

C

32) Emil, attakkant Ġermaniż b’partita waħda

(5)

fl-1921 (6)

28) Robert, left-winger b’2 partiti għal li Skozja

33) Ara 31 Mimdudin

fl-1929 (4)

34) Marcus, winger attwali ta’ Middlesbrough (6)

29) Overmars, 86 partita u 17 il-goal għall-Olanda (4)

36) Dejan, midfielder b’2 partiti għal Jugoslavja

30) Joel, ex midfielder Niġerjan ta’ Inter u Torino (3)

fl-2001 (9)

35) Ara 16 Weqfin

Flimkien mat-tweġiba tiegħek ikteb l-isem, il-kunjom, l-indirizz u n-numru tat-telefon. Ir-rebbieħ jingħata flokk ta’ Juventus ġentilment mogħti lilna minn Eurosport. 2

1) Il-belt tal-United u tas-City (10)

12) Baines, left-back attwali ta’ Everton (8)

Sportiv Magazine, Kompetizzjoni Spot the Ball, Union Print Co. Ltd. Workers’ Memorial Building, 3rd Floor, South Street, Valletta .

1

WEQFIN

5

D

E

Created by Joseph Pisani - Papillon Services - Malta - Tel: 356 7906 8305 - E-Mail: pisanijoseph@gmail.com

Soluzzjoni - Ħarġa nru 153

Isem u kunjom

Indirizz

E-mail

Rebbieħa Ħarġa nru 153: S. Caruana - Sliema

Kull xahar qed tintrebaħ membership ta’ xahar għand FITNESS STUDIO Ibgħat is-soluzzjoni tiegħek f’dan l-indirizz sa mhux aktar tard mill-11 ta’ Marzu 2020: Sportiv Magazine Kompetizzjoni Tisliba, Union Print Co. Ltd. Workers’ Memorial Building, 3rd Floor, South Street, Valletta


Triq Dun Karm (Birkirkara Bypass), Iklin

TS - Gen adv 190mm x 130mm.indd 1

Psaila Street, Birkirkara

08/08/2018 18:27



Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.