Suppliment - Proprjeta', Kostruzzjoni u Infrastruttura

Page 1

PROPRJETÀ, Kostruzzjoni U infrastruttura


Insurance? You need someone Professional | You need someone Reliable | You need someone To Trust | You need LAFERLA

BUSINESS INSURANCE A flexible and customisable package to cover virtually all aspects of your business, including: Property, Stock & Trade Contents | Public and Products Liability | Employers Liability | Loss of Income | Money | Personal Accident (single or group) | Equipment Breakdown | Annual Travel Cover | 24/7 Emergency Assistance Services | Group Health Insurance | Group Life Insurance |

Contact us for a free consultation Call E-mail Visit Agents for:

+356 2124 0828 | info@laferla.com.mt | www.laferla.com.mt |

Laferla Insurance Agency Ltd.

204A, Vincenti Buildings, Old Bakery Street, Valletta VLT1453. Laferla Insurance Agency Ltd. is enrolled under the Insurance Intermediares Act, 2006, to act as an Insurance Agent for Mapfre Middlesea plc (MMS). MMS is authorised by the Malta Financial Services Authority to carry on both Long Term and General Business under the Insurance Business Act, 1998. Both entities are regulated by the MFSA.


Insaħħu r-regolamenti u l-infurzar Fl-aħħar jiem f’pajjiżna qamet diskussjoni sħiħa fuq l-industrija tal-kostruzzjoni. Tispikka d-diskussjoni fil-midja soċjali, ħafna drabi mimlija ineżattezzi u dikjarazzjonijiet żbaljati għal kollox. Intefa’ kulħadd f’keffa waħda. Għal ħafna l-iżviluppaturi huma kollha ħżiena. Il-kuntratturi ġabuhom kollha kemm huma spekulaturi li ma jimpurtahom minn xejn. Ir-realtà hi ħafna u ħafna bogħod minn hekk. Illum, jgħidu x’jgħidu, għandna industrija tal-kostruzzjoni li hi ferm u ferm aktar regolata. Industrija li llum għandha regoli ħafna aktar ċari u dettaljati minn kif kienu ftit snin ilu. Ngħidu bla tlaqlieq li dan ma jfissirx li hu biżżejjed. Wara traġedja bħal dik ta’ Santa Venera fejn omm tilfet ħajjitha wara li ġġarfet darha stess, juri li hemm passi oħra li għandhom jittieħdu. Ewlenin fost dawn irreġistrazzjoni tal-kuntratturi. Kemm se ndumu ntawlu biex din issir. Nafu li kien hemm diskussjonijiet. Imma fejn waslu dawn? X’qed iżomm milli din titwettaq? Sfortunatament kien hawn min allega li f’pajjiżna ma jeżistux regoli

marbutin mal-iskavar. Irridu ngħidu li dan mhux minnu u hemm liġijiet speċifiċi dwar l-iskavar. Mhux hekk biss imma waqt li sa ftit snin ilu meta tkun se tħaffer ħdejn terzi kien rikjest li wieħed jinvestiga l-art jekk it-tħaffir ikun ta’ aktar minn tlett metri, issa meta jsir tħaffir u hemm persuni terzi, trid issir investigazzjoni ta’ dak it-terren. Għalhekk mhux minnu li tneħħiet dik il-parti li ssir investigazzjoni fl-art. Ma’ dawn tajjeb wieħed isemmi li llum hemm bżonn isiru dawk li jissejħu ‘method statements’ tax-xogħol. Dawn illum iridu jsiru b’dettalji ferm aktar minn kif kien isir ftit żmien ilu. Nemmnu ukoll li r-regolamenti u ż-żieda fl-infurzar mhumiex biżżejjed biex jindirizzaw ċerti nuqqasijiet. Nemmnu ukoll li fis-suq hemm ħaddiema li forsi mhux imħarrġin biżżejjed u dan l-aktar ma’ dawk il-ftit kuntratturi imsejħin ‘cowboys’. Hemm bżonn ta’ riforma fil-mod kif jaħdmu n-nies f’din l-industrija. Mingħajr aktar

Editur: Victor Vella

telf ta’ żmien hemm bżonn li min

vvella@unionprint.com.mt

jagħmel xogħol f’dan il-qasam ikun ikkonfermat li għandu l-ħila li kapaċi

Disinn: Ryan Bezzina

jagħmlu.

design@unionprint.com.mt

Nittamaw li r-riforma f’dan is-settur tkompli.

Ritratti: Roger Azzopardi Alan Saliba

3


Bżonn ta’ bidla fil-liġijiet, fit-taħriġ u fit-tagħmir Fl-ewwel edizzjoni tal-Polz, niddiskutu s-settur tal-Kostruzzjoni

Matul il-ġimgħa li għaddiet, il-ġurnalisti tal-Union Print ospitaw l-ewwel inizjattiva bl-isem il-Polz, fejn numru ta’ esponenti differenti jiddiskutu, kif ukoll jipproponu, miżuri ġodda fuq suġġett topiku għad-diskussjoni. L-għan ta’ din l-inizjattiva hija li inħallu spazju liberu għal trasmissjoni ta’ ideat u punti differenti b’mod ħolistiku fuq suġġetti u temi li huma topiċi fil-ħin u l-mument. L-ewwel edizzjoni ta’ din l-inizjattiva nediet diskussjoni fuq is-suġġett tal-bini, u s-settur tal-kostruzzjoni, settur importanti għall-ekonomija pajjiżna li spiċċa taħt skrutinju ikbar wara t-traġedja ta’ iktar kmieni dan ix-xahar f’Santa Venera, li wasslet għall-qtil ta’ Miriam Pace fid-dar tagħha stess. Għal din id-diskussjoni, kien hemm preżenti is-Segretarju Parlamentari Chris Agius; is-Segretarju għat-Taqsima tal-Metall u l-Kostruzzjoni fi ħdan il-General Workers’ Union Jesmond Marshall; il-kelliema tal-Oppożizzjoni Jason Azzopardi u Toni Bezzina; l-avukat u perit Robert Musumeci; ic-Chairman Konsultattiv tal-BICC Charles Buhagiar is-Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni tal-Aġenti tal-Propjeta Simon Debono, u d-Direttriċi ta’ Sensara Malta, Janice Azzopardi.

4


Id-Deputat Parlamentari,

JASON AZZOPARDI

Is-Segretarju Parlamentari,

Chris Agius

Dak li għamilna kien l-ewwel bidla importanti u serja fis-settur tal-kostruzzjoni f’diversi snin

Fl-intervent tiegħu, s-Segretarju Parlamentari għall-Artijiet u l-Kostruzzjoni, Chris Agius, tenna li s-settur tal-kostruzzjoni f’Malta għandu jħares il-quddiem “għal proċess tant bżonnjuż ta’ riforma, kemm fil-liġijiet li jingħaddu, fit-taħriġ ipprovdut kif ukoll fl-għodda li jintużaw waqt ix-xogħolijiet diversi.” Agius sostna kif, “matul dawn l-aħħar snin, pajjiżna għadda minn tkabbir ekonomiku li qatt ma rajna bħalu, liema tkabbir inħass f’kull settur ekonomiku ta’ pajjiżna. L-effett prinċipali ta’ dan it-tkabbir, pero kien riflless ukoll fiż-żieda tad-domanda għall-akkomodazzjoni, li kibret minħabba l-influss ta’ ħaddiema ġodda, fosthom dawk barranin. Żdiedet it-talba, u għalhekk kien imniedi numru ta’ proġetti ta’ bini ġodda.” “Huwa f’dan l-ambitu li x-xogħol qiegħed isir biex il-proposta elettorali tal-Partit Laburista, dik li jkun hemm regolatur speċifiku għas-settur tal-industrija, ssir realtà. Din l-idea ma ġietx mill-arja, ma ħalaqhiex il-Gvern f’paniku bħala riżultat ta’ dak li ġara. Il-Gvern qiegħed jaħdem b’mod qatigħ fuq din il-proposta, u mistennija naraw ir-riżultati konkreti fix-xhur li ġej.” “Fis-sajf li għadda, pajjiżna għadda minn tlett inċidenti, fejn twaqqgħu id-djar ta' persuni terzi li kienu viċin sit ta’ kostruzzjoni wkoll. Il-Gvern dakinhar ħass li s-settur kollu kellu jieqaf jopera sakemm eżaminajna s-sitwazzjoni, u wara perjodu ta’ konsultazzjoni, wara xogħol ta’ diversi siegħat u ġranet sħaħ, ħriġna l-avviż legali. L-avviż legali kien ippreżentat quddiem il-Kamra tar-Rappreżentanti, fejn ma ġiex sfidat mill-kelliema tal-Oppożizzjoni, u għadda wkoll.” “Ma jfissirx li għax sar ix-xogħol, m’għandniex nistħarrġu kif għandna nimxu iktar il-quddiem. Anzi, sfortunatament jidher li minkejja l-ħidma, xi ħaġa falliet. Sfortunatament, tlifna persuna, u llum ninsabu fi sitwazzjoni fejn irridu nerġgħu neżaminaw is-sitwazzjoni preżenti, u nħarsu l-quddiem.”

Jekk l-applikazzjonijiet għall-permessi żdiedu bi tlett darbiet, għalfejn ma ġarax l-istess bir-riżorsi tal-BRO?

Intant, id-Deputat Jason Azzopardi saħaq li l-mewt ta’ Pace kienet “traġedja evitabbli. L-avviż legali li nieda l-Gvern huwa pass lura, u mhix quddiem, u dan ġie sostnut minn diversi esperti differenti fl-industrija, fosthom il-Kamra tal-Periti, kif ukoll dawk tal-Inġiniera. Kif jista qatt ikun li hekk imsejħa riforma ħolistika, li kellha tħares lejn l-aspetti kollha tal-bini u l-iskavar, tkun kompluta meta l-perjodu ta’ konsultazzjoni kien biss ta’ 5 ijiem?” “Inħarsu ftit lejn iċ-ċifri: Bejn l-2013 u l-2018, l-ammont ta’ permessi approvati mill-Awtorita tal-Ippjanar żied, minn 3000 għall-perjodu ekwivalenti, għal xejn inqas minn 10,000 permess. Iġifieri żieda ta’ b’iktar minn tlett darbiet. Mistoqsija: Ir-riżorsi tal-Uffiċju Regolatorju tal-Bini (BRO) żdiedu bi tlett darbiet, jew naqsu? U dawk tal-OHSA, kelllhom żieda ekwivalenti, jew baqgħu bl-istess riżorsi?” Azzopardi saħaq kif il-baġit annwali tal-uffiċċju regolatorju jilħaq il-€150,000 fis-sena: “Bħala paragun, l-aħħar kampanja pubbliċitarja li nefaq il-Gvern fuq it-trasport pubbliku swiet mal-mitejn elf. Dan sfortunatament huwa sinjal ċar li l-flus ġew qabel in-nies, u hemm risponsabbilita politika li għandha bżonn tinżamm.” “Apparti hekk, il-Ministru Borg kien, f’wegħda bil-miktub li kienet ppubblikata iktar tard, fejn f’Awwissu li għadda, huwa kien wiegħed lill-Kamra tal-Periti li ser issir riforma komprensiva fis-settur tal-industrija, li kienu ser isiru l-emendi fl-Att dwar il-Periit, kif ukoll li jsiru l-emendi fuq l-Avviż Legali 216 biex nassiguraw standards ogħla. Sallum il-ġurnata, l-ebda waħda minn dawn it-tlett wegħdiet ma saru, u l-ittra li bagħat Borg spiċċat ma tiswiex il-karta fuq xiex hija miktuba.” “Jekk nammettu li hemm bżonn standards ogħla fl-Avviż Legali li l-Gvern ippreżenta f’Awwissu li għadda, mela nista nsaqsi x’tip ta’ riforma saret dakinhar? Din is-suppost liġi li kellna hija qassata: “its a tragedy waiting to happen”. F’demokrazija normali, jekk dak li kien imwiegħed ma sarx, u ma ngħatat l-ebda reazzjoni pubblika għalfejn ma sarx, dawn iċ-ċirkostanzi kellhom iwasslu għar-riżenja tal-Ministru risponsabbli f’demokrazija normali.”

5


L-Avukat,

robert musumeci

Id-Deputat Parlamentari,

TOni bezzina

Grazzi għall-bidliet legali, għandna sitwazzjoni fejn kulħadd irid jerfa' r-responsabbilità tiegħu

Hemm bżonn provvedimenti ġodda, biex min sofra, jingħata l-għajnuna bi dritt

Il-Perit Bezzina saħaq li fuq il-bord tal-BRO għandu jkun hemm rappreżentant għaċ-ċittadin komuni, speċjalment “dak li kapaċi jintlaqat mill-proġett li qiegħed jiġi eżaminat.” “Fl-istess ħin, nappella biex ikun hemm provvedimenti legali li jassiguraw, li f’każ ta’ inċident, il-vittma tingħata l-għajnuna neċessarja bid-dritt, u mhix wara li titħalla għal senduqha u jkollha titkarrab pubblikament. Għalfejn, min isofri danni minħabba terzi, irid jistenna s-snin biex jieħu kumpens ta’ dak li tilef? Għalfejn hemm bżonn lill-Prim Ministru jintervjeni biex jinstab kompromess?” “Inkwetani naqra dak li qal is-Segretarju Parlamentari, aħna lill-liġi kkritikajniha u urejna fejn ma naqblux, tant li ħriġna bil-proposti tagħna. Fost l-oħrajn, ġbidna l-attenzjoni fuq in-nuqqas ta’ osservar ta’ proċeduri, li hemm bżonn reġistru trasparenti u pubbliku tal-kuntratturi, u ta’ kwalunkwe persuna involut f’dan is-settur. Fl-aħħar mill-aħħar, ma ninsewx ukoll li min ikun qiegħed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni, dawn għandhom id-dritt li jaqilgħu il-ħobża ta’ kuljum, u għalhekk il-liġi trid tipproteġi lil dawk kollha li joperaw b’mod korrett, u li jaħdmu fil-parametri tal-liġi.” “Ma kienx il-Partit Nazzjonalista biss li ddeskriva dan l-avviż legali bħala qassata: Il-Kamra tal-Periti ħarġet kontra dawn l-emendi, u anke l-Ministru stess, għax kieku ma wgħedx li kien sejjer jaħdem biex isiru iktar bidliet.” Il-Perit Bezzina appella wkoll biex il-bidliet fl-Atti li jirregola lill-Periti jinkludi wkoll il-mandat legali li kull perit għandu jkollu assigurazzjoni, u li titnieda sistema biex tassigura li kull perit f’Malta jingħata t-taħriġ neċessarju, u mhix jibqa jadopera b’mentalita ta’ diċennji qabel u ma jirrikonoxxix it-tnedija ta’ teknoloġiji ġodda li qegħdin jiġu użati fis-settur, u l-effetti li dawn għandhom fil-proprjetà maġenb is-sit. Fl-aħħar mill-aħħar, jekk hawn professjoni li l-unika għan tagħha hija li tassigura l-ħajja u s-sigurta' tal-persuni risponsabbli, huwa l-perit. Għalhekk huwa fl-interess tagħhom li jittieħdu ċertu provvedimenti.”

6

L-Avukat Robert Musumeci saħaq li, qabel it-tnedija tal-avviżi legali, kien hemm sitwazzjoni “fejn il-ħmar iwaħħal f’denbu: Il-perit jgħid li tort tal-iżviluppatur; l-iżviluppatur iwaħħal fil-kuntrattur, u dawra durella. Issa, r-risponsabbilitajiet ta’ kull uffiċjal ġew elenkati u kristallizzati b’tali mod li titneħħa kull element ta’ dubju.” Fost il-bidliet legali, Musumeci semma l-irwol tal-Manager tas-Sit, kif ukoll dik tad-dikjarazzjoni tal-metodu: “Kellna sitwazzjoni fejn dan il-famuż Manager tas-Sit (Site Manager), seta jkun min ikun, ma kienx hemm l-ebda idea kriterji fuq il-kwalifiki tiegħu. Kellna persuni inkarigati bħala Site Manager li ma kellhomx idea kif jinterpretaw pjanta mill-karta għar-realta, u bl-ebda mod ma seta jasserixxi ruħu fuq ilpost. Minn dan il-lat, il-bidla prinċipali kienet il-fatt li l-persuna inkarigata kellha tkun persuna kwalifikata. Aktar minn hekk, kellna sitwazzjoni fejn il-perit jagħmel dikjarazzjoni tal-metodu (method statement), pero dan id-dokument ħadd ma kellu aċċess għalih, lanqas il-persuni li setgħu kellhom interess dirett f’dan il-proġett, ngħidu aħna r-residenti tad-dar biswit is-sit. Minn Ġunju li għadda, din id-dikarazzjoni riedet tkun disponibbli għall-pubbliku kollu online.” “Qabel kellna sitwazzjoni fejn il-liġi ma kinitx tindika il-mod kif ir-rapport kundizzjonali (conditional reports) kellu jsir mill-Perit. Kien ikolllna sitwazzjoni tipika fejn perit imur fuq is-sit, jieħu żewġ ritratti, jgħid li ma sab xejn, u jimxi. Illum, is-sitwazzjoni m’għadheix biss teħid


Is-Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni tal-Aġenti tal-Proprjetà,

SIMON DEBONO

Il-vittmi ta’ dawn it-traġedji jridu jkunu iċ-ċentru tad-diskussjoni fuq l-liġijiet l-ġodda

tar-ritratti u daqshekk. Il-Perit irid jifhem, u jindika biċ-ċar fir-rapport tiegħu x’eżamijiet għamel fuq kif l-istrutturi tal-bini sejrin jaħdmu, kif il-piżijiet kollha sejrin jiġu ddistribwiti, kif ukoll l-element ta’ ridistribuzzjoni tal-piż f’każijiet ta’ interventi oħra fuq il-bini. Dan l-avviż legali ġdid jagħraf ukoll ir-realta li l-persuna jittanta jixtri arja, u jgħabbi l-bini preżenti: Bil-liġi, din kienet siekta fuq l-limiti relatati. L-avviż legali ta’ Ġunju issa jgħid li qabel jiżdiedu s-sulari, jridu jagħmlu studju xjentifiku, u jaċċerta ruħu li dan il-pedimenti jiflaħ.” “Sfortunatament, kwalunkwe kritika li hemm fuq dan l-abbozz ma daħlitx fil-meritu ta’ dawn il-provvedimenti legali kollha. Ħadd għadu ma qal x’hemm bżonn jitneħħa jew jiżdied: Minkejja l-kritika kollha li kien hemm, m’hu jingħad xejn fis-sustanza. Ħadd għadu ma qal liema provvedimenti rridu nbiddlu. Jekk qegħdin ngħidu din il-kritika kollha biss biex nirbħu punti politiċi, mħaniex sejrin nixmu. M’hemm xejn ħażin li naraw x;hemm u x’ nistgħu ntejbu fil-provvedimenti legali, pero għadni ma smajt lil xi ħadd jinċita x’emendi legali għandhom jinbidlu.” “Jekk persuna jagħti struzzjoni li hija ħażina, għax mhix kompetenti f’xogħol, jew għax filwaqt li jaqra l-liġi, m’għandux l-għarfien tekniku u ġeoloġiku fuq il-blat, mela ħa jkun risponsabbli hu. Il-kuntrattur irrid jaċċerta li jaffetwa dak li jgħid il-perit, u li kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed kontra d-direttiva tal-perit, irid ikun risponsabbli tagħha. L-Uffiċjal Tekniku fuq is-Sit (STO) għandu jkun il-pulizija tal-Kuntrattur: Irid jara li dak li jgħid il-Perit fil-method statement huwa korrett, u li dan jiġi attwat mill-Kuntrattur. Jekk dan ma jsirx, għandu obbligu li jwaqqfu.”

Debono appella biex l-Avviż Legali imniedi bil-Gvern “ikun revokat u jitneħħew kompletament. Irridu nerġgħu lura għall-istatus quo, għaliex taħt dan ir-reġim legali ġdid, kellna l-ewwel mewt ta’ persuna fid-dar tagħha stess.” “U meta jkun hemm ir-riformi fil-liġijiet, jekk ma jkunx hemm siġġu ddedikat għall-vittmi, jew għall-qraba tagħhom, li jkunu batew taħt ir-regolamenti l-antiku, xejn mhu ħa jinbidel.” Debono saħaq ukoll li uħud mill-għodda li qegħdin jintużaw f’siti ta’ skavar, fosthom it-trencher u s-sega, “m’għandhomx jintużaw filmaġġur parti ta’ siti ta’ skavar f’Malta. Dawk il-makkinarji ma jistgħux jintużaw f’siti fejn hemm il-propjeta domestika maġenbhom.

7


Ic-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini,

CHARLES BUHAGIAR

Mingħajr taħriġ, l-effetti mixtieqa mill-bidliet legali mhux ser jaslu

Is-Segretarju għat-Taqsima tal-Metall u l-Kostruzzjoni fi ħdan il-GWU,

JESMOND MARSHALL

Iċ-Chairman tal-BICC, Charles Buhagiar, saħaq li ir-regolamenti weħidhom “mhumiex sejrin isolvu l-problemi kollha. L-ikbar ostaklu għas-settur tal-kostruzzjoni huwa t-tagħmir użat fejn jidħol l-iskavar tal-blat u l-makkinarju użat li frankament m’għadux tajjeb.” “Ir-regolamenti jwassluk sa’ punt: Mingħajr it-tagħlim u t-taħriġ neċessarju pero, l-effetti mixtieqa ma jaslux. Irridu naċċertaw li n-nies li jkunu qegħdin jaħdmu u jkunu risponsabbli mis-sit, huma nies kompetenti. M’għadux iż-żmien fejn jekk persuna għandu gaffa, u jaf iħaddimha, mela awtomatikament huwa kompetenti li jaħdem f’sit tal-kostruzzjoni.” Fid-dawl ta’ dan, Buhagiar semma kif il-BICC kellha tirrikorri għal persuni minn barra, biex jimpurtaw it-tagħlim u l-expertise tagħhom f’ċertu każi. “Huwa biss jekk ikollna l-persuni mħarrġa li bħala industrija nistgħu nimxu l-quddiem.” Buhagiar semma kif il-method statements, li tagħhom huwa risponsabblil l-perit, għandhom jkollhom magħhom obbligu ta’ osservanza min-naħa tal-istat, biex “nassiguraw d-drittijiet ta’ terzi, u nevitaw inċidenti fatali oħra fis-settur tal-kostruzzjoni. Billi jkun hemm sistema ta’ spot checks spontanji, ċarament li dan mnhux biżżejjed. Hemm bżonn li bħala stat, u bħal awtoritajiet regolatorji, kull każ u kull sit għandu jiġi eżaminat, biex verament nassiguraw s-sigurta ta’ terzi.”

8

Dejjem moħħna f’min huwa risponsabbli, pero mhix fuq kif sejrin insolvu l-problema. U ta’ dan, il-ħaddiem dejjem qiegħed ibati

Intant, is-Sur Jesmond Marshall saħaq li l-inċidenti fuq is-siti tal-kostruzzjoni, speċjalment dawk tal-ħaddiema, “tant saru komuni li qas għadhom jiġu rrapurtati bl-istess xokk ta’ qabel. Inkjesta fuq inkjesta, bil-proċeduri tal-Qorti jieħdu s-snin, sakemm mhix id-diċennji biex jkunu riżolti, pero safrattant, il-vittmi li jbagħtu minn dawn l-inċidenti jibqgħu ta’ fuqhom senduqhom.” “F’Malta, qegħdin f’sitwazzjoni fejn kull persuna li għandu pala u karretta jista jissejjaħ u jaħdem bħala kuntrattur. Din trid tispiċċa, lllum qabel għada. Irridu li jkun hemm definizzjoni, kif ukoll klassifikazzjoni abbażi ta’ kwalita, ta’ kuntrattur f’Malta. Ma jfissirx li għax persuna ġab il-liċenzja biex jaħdem fuq bini bħala perit għexieren ta’ snin ilu, ħa jkun awtomatikament imħarreġ biżżejjed biex jaħdem fuq bini għoli.” Marshall saħaq li hemm bżonn aġġornament ukoll tal-Avviż fuq ir-Regolmanetazzjoni tal-Ħaddiema tax-xogħol. “Biex intikom eżempju: Legalment, ħaddiem tal-kostruzzjoni, fl-ewwel sena tiegħu, jekk joħroġ bil-leave tal-mard, ma jitħallasx.” “Irridu nibdew mill-qiegħ nett: Irridu l-ewwel nieħdu ħsieb lilll-ħaddiema tagħna, li jingħataw l-opportunitajiet tat-taħriġ u l-paga diċenti għax-xogħol tagħhom, u li jkollna qafas legali attraenti biex iktar nies ta’ kwalita jibdew jaħdmu f’din l-industrija. Riforma ta’ din ma tistax ssir bl-għaġla: Anke jekk nieħdu x-xhur u s-snin, pero kwalunkwe riforma li hemm bżonn f’dan is-settur, trid tibda mill-livelli l-iktar bażiċi.” Marshall appella biex jerġgħu jitniedu l-iskejjel tas-snajja: “Kien żball li dawn l-iskejjel ingħalqu taħt Amministrazzjonijiet preċedenti, u l-konsegwenzi ta’ dan qegħdin narawh llum.”


Intant, Azzopardi saħqet li l-industrija talkostruzzjoni rat “ammont zżejjed ta’ nies mejtin, jew inkella nies bilqegħda fuq siġġu tar-roti jew jgħixu ħajjithom fuq sodda minħabba li kellhom inċident.” “Huwa vera li kien hemm bidla kbira fiddomanda għall-propjeta: Bejn l-2009 u l-2013, is-settur tagħna kien wieħed staġnat, kważi kważi ffrizat. X’ġara pero? Li mill-2013, id-domanda għall-propjeta qabżet, u iktar ma kien hemm għatx fl-industrija iktar kien hemm inċidenti. Pero, qegħdin naqbdu inwaħħlu fil-kuntratturi, meta l-ewwel ħaġa hija li rridu nassiguraw li t-taħriġ u l-korsijiet risponsabbli, li fl-aħħar jassiguraw s-saħħa ta’ kull wieħed u waħda minnha, mhumiex hemm u mhix disponibbli. Minn hawn irridu nibdew, imbagħad naraw li l-liġijiet huma korretti.” “Kuntrattur, minħabba n-natura tiegħu bħala negozjant, sejjer jipprova jaħdem bic-cheap labour: iżomm il-prezz għoli, u jagħmel iktar qliegħ għan-negozju tiegħu. Pero jekk hemm ittaħriġ neċessarju, u l-pożizzjoni legali tiegħu tkun iktar ċċarata, il-kuntrattur se jkun kostrett jmur għal persuni ta’ kwalita ogħla biex jaħdmu fis-siti tiegħu, għax ser ikun jaf bir-risponsabbilitajiet legali, u finanzjarji, li huwa ser jiffaċċja.”

Id-Direttriċi ta' Sensara Malta,

Janice Azzopardi

Ma jistax ikun hemm iktar imwiet u traġedji f’siti tal-kostruzzjoni

9



L-industrija tal-bini trid tiġi regolata b’mod rigoruż Is-Segretarju Æenerali tal-GWU

Josef Bugeja

F

l-indirizz tiegħu s-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union Josef Bugeja beda billi ta l-kondoljanzi tiegħu lill-familja Pace u qal li din kienet mewta żejda li qatt ma kella sseħħ. Mistoqsi dwar il-fehma tiegħu dwar is-settur tal-kostruzzjoni, is-Segretarju Ġenerali osserva li l-industrija tal-kostruzzjoni trid tħares lejha minn diversi angoli u jħoss li hemm bżonn urġenti li ssir riforma ħolistika. Bugeja qal li filwaqt li kulħadd għandu dritt jiżviluppa proprjetà tiegħu, ħaddiehor għandu dritt sagrosant igawdi l-proprjetà tiegħu mingħajr ebda biża’.

sezzjoni tal-infurzar armata sew biex b’mod kontinwu jduru kull post fejn issir xogħol. Diversi drabi naraw ħaddiema jew inġenji jaħdmu meta mhux suppost – Ħdud jew tard filgħaxija. Immaġina tkun qiegħed id-dar il-Ħadd u jkollok xogħol għaddej. Ma tkunx tista’ tistrieħ. U dan mhux ġurnata. Diversi drabi dan ix-xogħol minn meta jibdew sa kemm jispiċċaw minn kollox idum iżjed minn sena,” qal Bugeja. Huwa żied jgħid li għandu jinħoloq fond mill-kuntratturi biex fejn ikun hemm ħsara fil-bini ta’ maġenb sit ta’ kostruzzjoni dan jiġi irranġat b’mod immedjat. Bħala proposti fuq dan ir-rigward, Bugeja qal li fejn il-ħsara tkun kbira għandu jinstab post alternattiv fejn joqgħodu. Huwa żied jgħid li jekk ser isir xogħol ta’ skavar, għandu jkun hemm sorveljanza kontinwa sakemm jitlesta kollox u li għandu ukoll jingħata kumpens talli dawn in-nies ikollhom

Is-Segretarju Ġenerali qal, “Ħadd m’għandu jibża’ jgħix f’daru. L-Istat għandu obbligu li jipproteġi ċ-ċittadini tiegħu. Allura għandha tittieħed

il-ħajja tagħhom imfixkla. Is-Segretarju Ġenerali qal, “Għandu jsir studju biex jiġi żgurat li m’hemm

azzjoni drastika kontra kull min jikser il-liġi. L-azzjoni għandha tkun waħ-

l-ebda periklu għall-postijiet biswit fejn qed isir skavar. Kellna wisq inċidenti

da proporzjonata skont il-ksur. Jekk il-ksur ikun gravi, għandha tittieħed

kull fejn kien hemm skavar. Huwa dan li qed iwassal biex jiġġarfu postijiet

il-liċenzja tal-kuntrattur.”

biswit is-sit? Jekk l-istudju juri li hu hekk allura ma jibqax jsir skavar.”

Is-Segretarju Ġenerali jħeġġeġ li l-ħaddiema jridu jiġu mħarrġin b’mod

Apparti minn hekk, Bugeja jemmen li għandu jkun hemm qorti appos-

professjonali u jkollhom l-iskills card. Fil-fatt il-GWU ħadmet ħafna fuq din

ta għal dawn l-inċidenti biex kawżi bħal dawn jinstemgħu b’mod effiċjenti

l-iskills card iżda tinnota li l-ħruġ tagħha qed idum wisq. Bugeja jemmen

filwaqt li żied jgħid li mhux ġust li kawżi jdumu u jiehdu snin twal u li wieħed

li biex ħaddiem ikun jista’ jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni għandu bilfors ikollu

għandu jżomm f’moħħu li dawk affettwati jkunu tilfu kollox.

din l-iskills card. Barra min hekk, żied jgħid Bugeja, biex ħaddiem ikun jista’

Is-Segretarju Ġenerali żied jgħid li,“Kull permess li joħroġ għandu

jħaddem inġenji jrid ikollu liċenzja apposta għax mhux kulħadd kapaċi

jikkumplimenta l-kumplament ta’ triq jew raħal. Xbajna naraw bini ikrah li

jħaddem inġenji kbar tal-bini. Huwa osserva li wieħed jista’ jkollu liċenzja ta’

jistona mal-kumplament tal-binjiet viċin. Inżommu f’moħħna li l-ambjent li

sewqan iżda dan ma jfissirx li wieħed ikun kapaċi li jsuq gaffa jew hymac.

ngħixu fih huwa parti mill-kwalità tal-ħajja tagħna. Qed jinbnew blokki ta’

Ħaġa oħra li s-Segretarju Ġenerali jemmen li hija importanti hija li l-awtorità dwar ir-regolamenti tal-bini għandha tingħata poteri biex tkun tista’ twaqqaf kuntratturi milli jkomplu joperaw jekk jikser il-liġi. Huwa spjega li

appartamenti li ta’ taħt żgur ma jarax dawl ta’ xemx. Toroq kollha fuq żewġ sulari u f’daqqa waħda tara binja b’sitt sulari f’nofshom.” Huwa għalhekk li kif il-GWU qalet fl-istqarrija, jeħtieġ azzjoni drastika u

din l-awtorità għandha tingħata riżorsi kemm finanzjarji, kif ukoll umani biex

ħarxa. “Il-prezz ta’ dan l-iżvilupp huwa wisq għoli. Malta qed titlef il-karat-

tkun tista’ topera b’mod effiċjenti. “Meta qed ngħid li twaqqaf mhux biss

teristiċi tagħha. Bħall kull industrija oħra, l-industrija tal-bini trid tiġi regolata

ix-xogħol fis-sit imma twaqqaf il-kuntrattur milli jkompli jaħdem f’kull sit.

b’mod rigoruż u minn jikser il-liġi jġorr responsabbilità. Ħadd m’għandu

Kulħadd irid iġorr ir-responsabbilità tal-azzjonijiet tiegħu. Dan għandu jservi

jkun ‘il fuq mil-liġi. Nemmen li hawn ħafna li jaħdmu bil-galbu iżda dawk li

ta’ deterrent biex kulħadd jobdi l-liġi. Barra minn hekk għandha jkollha

jabbużaw għandhom iħallsu ta’ għemilhom,” temm jgħid Bugeja.

11


Aktar kwalità fl-infrastruttura fit-toroq u fi xtutna Tas-Sliema u Marsamxett u bejn il-Port il-Kbir u l-Kottonera. Bħalma sar is-sena l-oħra, se jkunu qed jitlestew ukoll ħafna toroq residenzjali oħrajn u għalhekk ħafna aktar familji se jibdew igawdu minn ambjent isbaħ u aktar komdu fejn joqogħdu. Sadattant, għaddejjin bis-Central Link Project, investiment li se jagħti benefiċċji kbar lil eluf ta’ persuni li jgħixu jew jaħdmu f’dawn l-inħawi.

Inġ. Fredrick Azzopardi, Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta jispjega x’sar s’issa u x’se jsir dalwaqt biex pajjiżna jkollu infrastruttura pubblika aħjar fis-snin li ġejjin. Infrastructure Malta hi aġenzija li għandha proġetti kbar f’idejha imma forsi n-nies mhux daqstant konxji ta’ x’sar fl-aħħar xhur. X’kienet il-ħidma tagħkom matul is-sena 2019? Fl-ewwel sena u nofs minn meta twaqqafna wettaqna ħidma bla preċedent u nemmen li bil-mod il-mod qed nagħmlu differenza għall-aħjar fil-kwalità tal-ħajja f’Malta. Il-miri tagħna f’kull proġett huma li t-toroq nagħmluhom aċċessibbli u aktar siguri għal kulħadd, billi nnaqqsu r-riskji t’aċċidenti u l-ħin fl-ivvjaġġar, waqt li nkomplu nżidu l-faċilitajiet għal mezzi ta’ trasport alternattivi u aktar sostenibbli, fosthom il-mixi, it-trasport pubbliku u r-roti. Fit-toroq arterjali biss, fl-2019 għamilna investiment ta’ €64 miljun f’aktar minn 14il proġett. Tnejn minnhom huma l-Marsa Junction Project fejn qed nibnu seba’ flyovers u l-mini ta’ Santa Luċija. Dawn iżżewġ proġetti se jkunu lesti sal-aħħar tassena. Għamilna wkoll xogħlijiet kbar f’arterji prinċipali oħrajn. Bnejna mill-ġdid Triq Tal-Balal, it-Triq taċ-Ċawsli, Triq Ħal Luqa, Triq Reġjonali, Vjal il-Labour u Triq Buqana. Fil-jiem li ġejjin se nlestu r-rotta prinċipali bejn Ħal Qormi u Ħal Luqa, u dalwaqt inlestu wkoll iż-żewġ pontijiet għall-mixi u r-roti li qed nibnu fi Blata l-Bajda u fi Vjal l-Avjazzjoni. Għamilna dan kollu filwaqt li bdejna l-investiment ta’ €700 miljun biex f’seba’

12

snin intejbu l-kwalità tat-toroq residenzjali. Fl-ewwel sena bnejna mill-ġdid mal-130 triq residenzjali u bħalissa għaddejjin b’xogħlijiet f’madwar 50 triq oħra. Tejjibna wkoll ħafna toroq rurali u wettaqna tiswijiet f’toroq oħrajn, xi ħaġa li nagħmlu b’mod kontinwu. Intom responsabbli wkoll mill-infrastruttura marittima, x’qed isir f’dan il-qasam? Fejn tidħol l-infrastruttura marittima qed nibnu breakwater ġdid fil-Ponta talQrejten, Marsaxlokk wara li erġajna bnejna l-għaxar skali ewlenin li jużaw is-sajjieda Xlukkajri. Waqt li f’Għawdex ukoll qed intejbu l-faċilitajiet għas-sajjieda fil-Menqa tal-Port tal-Imġarr, għamilna l-ewwel fażi ta’ proġett fil-bajja ta’ Mġarr ix-Xini u anke saru xogħlijiet simili fuq il-moll tal-Bajja ta’ Santa Marija, f’Kemmuna. Fil-port ta’ Marsamxett għamilna faċilitajiet ġodda għat-trasport bil-lanċa bejn il-Belt Valletta u Tas-Sliema, u bħalissa qed nagħmlu oħrajn bħalhom f’Tas-Sliema u Bormla.

Hemm proġetti oħrajn li qed tippjanaw biex jinbdew? Bħalissa qed nippjanaw il-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project li jinkludi l-bini ta’ żewġ mini ġodda u flyover fil-junction tal-Gudja, Msida Creek Project li bih se nkunu qed nibnu żewġ flyovers oħra, il-PembrokeSt Julian’s Connections u l-bini ta’ pont ieħor għall-mixi u r-roti fi Triq Triq Dom Mintoff, li nafuha bħala t-Telgħa ta’ Kordin. Għaddejjin ukoll bit-tħejjijiet għall-Grand Harbour Clean Air Project biex innaqqsu drastikament ittniġġis tal-arja mill-vapuri tal-passiġġieri fil-Port il-Kbir. Proġetti oħrajn ta’ titjib fl-infrastruttura madwar il-kosta li hemm ippjanati li jsiru jinkludu l-bdil tal-puntuni tas-sajjieda fl-inħawi tal-Magħluq, f’Marsaxlokk, bini ta’ prominad ġdid fit-Toqba tal-Birgu (Sally Port) u diversi proġetti ta’ titjib fil-Port il-Kbir, biex ikun aktar protett mill-maltemp u biex ikun aċċessibbli għal aktar vapuri. Qed javvanza wkoll ixxogħol ta’ ppjanar għall-mina bejn Malta u Għawdex.

Matul is-sena 2020, liema huma dawk il-proġetti li mistennija jitlestew u jibdew jitgawdew mill-pubbliku inġenerali?

Bħala aġenzija kuntenti bil-livell ta’ xogħol tal-kuntratturi Maltin? Ix-xogħlijiet li għaddejjin qegħdin isiru fiż-żmien stipulat u ppjanat?

Kif diġà rrimarkajt, sal-aħħar tal-2020 nkunu lestejna minn kollox il-Marsa Junction Project u ż-żewġ mini ta’ Santa Luċija. Dalwaqt inlestu t-tieni fażi tal-proġett tal-

Fis-sejħiet għall-offerti, lill-kuntratturi qed nitolbuhom jikkonfermaw li għandhom ir-riżorsi u l-kapaċità teknika meħtieġa sabiex iwettqu x-xogħol mitlub fil-ħin u skont

Marsa Ħamrun Bypass. Proġetti oħrajn kbar li mistennija jitlestew din is-sena huma dawk tal-breakwater fil-Qrejten, tal-Port tal-Imġarr u dak tal-faċilitajiet għall-passiġġieri li jagħmlu użu mis-servizz tal-lanċa biex jaqsmu bejn

l-istandards stabbiliti ta’ kwalità u sigurtà. Barra minn hekk, it-tim ta’ ħaddiema tagħna mbagħad isegwu mill-qrib ix-xogħlijiet kollha li jkunu għaddejjin biex niżguraw li dawn isiru kif suppost u jitlestew fil-ħin.


Fuq il-lant tax-xogħol, qegħdin nassiguraw li x-xogħlijiet isiru mingħajr ma jkunu kompromessi l-kwalità u s-sigurtà. Fejn ikun hemm dewmien mhux ġustifikat il-kuntratturi qed jiġu mmultati u meta x-xogħlijiet ma jilħqux il-livelli ta’ kwalità rikjesta, l-kuntratturi jkollhom jerġgħu jagħmlu x-xogħol mill-ġdid bi spejjeż tagħhom. Wieħed mill-akbar proġetti tagħkom hu dak li qed isir ħdejn iċ-ċimiterju tal-

Addolorata. Intom qed issejħu għal artisti biex joħolqu xogħlijiet artistiċi kbar biex isebbħu dawn l-inħawi. X’kien li wassalkom toħorġu din is-sejħa? Minbarra l-flyovers, bil-Marsa Junction Project qed nagħmlu riġenerazzjoni talinħawi u noħolqu aktar żoni msebbħin b’siġar u pjanti. Biex insebbħuhom aktar stedinna lill-artisti jew dawk li kapaċi joħorġu b’ideat kreattivi, biex jipproponulna xogħlijiet artistiċi bil-ħsieb li dawn jitpoġġew

fis-sit tal-proġett. Ix-xogħlijiet li jkunu ta’ livell għoli iżda ma jintgħażlux għallMarsa Junction Project, xorta se nkunu qed nikkonsidrawhom għal proġetti oħrajn li diġà qegħdin nagħmlu jew li se nwettqu fiż-żmien li ġej.

Biex iżżomm ruħek aġġornat dwar l-aħħar żviluppi fit-toroq u proġetti oħra ta’ Infrastructure Malta, segwihom permezz ta’ Facebook, Instagram jew Twitter, jew żur www.infrastructuremalta.com.

13


14


Bżonn li l-kuntratturi jkunu reġistrati… …ir-regolamenti tas-sena li għaddiet saħħew il-ħarsien

L

-industrija tal-kostruzzjoni minn żmien għal żmien tkun fuq l-aġenda. Kellna żmien li kienet fuq l-aġenda għax din kienet staġnata. Sitwazzjoni li magħha bata u ġie

affettwat b’mod negattiv il-pajjiż kollu. Kellna żmien meta l-industrija kienet tkun kritikata minħabba l-ammont ta’ inċidenti li kienu jseħħu lill-ħaddiema li jaħdmu fiha. Maż-żmien anki hawnhekk rajna titjib kbir f’dik li hi saħħa u sigurtà. Iddaħħlu aktar regolamenti, żdied l-infurzar, għalkemm xorta waħda baqa’ xi jsir. Fl-aħħar xhur, ġimgħat u jiem din l-industrija kienet fuq fomm ħafna minħabba l-ammont kbir ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni li għaddej filpajjiż. Kemm f’dak li hu bini residenzjali, kif ukoll proġetti maġġuri. Xogħlijiet li wasslu biex illum ħafna kuntratturi huma mgħobbijin bix-xogħol. F’dan kollu kellna diversi każijiet fejn seħħew inċidenti u familji tilfu djarhom. Il-Gvern kien irreaġixxa mill-ewwel għal dan. Kien issospenda x-xogħlijiet mal-pajjiż kollu f’dak li hu twaqqiegħ u skavar u ħareġ regolamenti biex jindirizzaw is-sitwazzjoni. Regolamenti li saħħew bil-kbir id-drittijiet ta’ terzi. Sfortunatament hawn min qisu qed jipprova jnessi dan, jiġifieri li llum għandna regolamenti ferm aktar b’saħħithom minn qabel. Dan ma jfissirx li m’hemmx lok li għandhom jissaħħu. Filfatt illum huma diversi dawk il-kuntratturi li jemmnu li wasal iż-żmien li f’pajjiżna l-kuntratturi jkunu reġistrati. Kuntratturi li tkellmu magħna qalulna li saret ħidma dwar dan, iżda sa issa kollox baqa’ fil-livell ta’ diskussjonijiet. Fi kliemhom stess jittamaw li finalment pajjiżna jasal biex ikollna sistema ta’ reġistrazzjoni għal kuntratturi. Infakkru r-regolamenti li nħarġu f’Ġunju tas-sena 2019 Dawn ir-regolamenti jaraw li f’xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fejn il-perit tal-proġett ma jiċċertifikax li dawn mhux se jaffettwaw proprjetajiet ta’ terzi, għandu jkun hemm is-segwenti;

• Perit irid iħejji method statement li jindika kif se jipproċedu xogħlijiet ta’ demolizzjoni, skavar u bini. Il-perit huwa issa obbligat li jagħmel rapport dettaljat kif provdut fi Skedi 4, 5 u 6 ta’ dawn irregolamenti. Ix-xogħol jista’ jibda ġimagħtejn wara sabiex il-pubbliku jkun jista’ joġġezzjona u jitlob reviżjonijiet; • Perit irid iħejji condition report dettaljat għallproprjetajiet kif provdut fi Skeda 7 ta’ dawn irregolamenti. Ix-xogħol jista’ jibda ġimagħtejn wara sabiex il-pubbliku jkun jista’ joġġezzjona u jitlob reviżjonijiet; • Il-method statements se jkunu disponibbli online tramite l-eapps platform li diġà hi familjari mal-pubbliku; • Se jkunu disponibbli wkoll online tramite l-eapps platform id-dettalji ta’ l-iżviluppatur, il-perit talproġett, il-perit/i li jħejju l-method statement, is-site technical officer/s, il-kuntratturi, is-subkuntratturi, il-health and safety supervisors u s-site manager li jrid jinħatar al fini talEnvironmental Management Construction Site Regulations; • L-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini iżomm iddritt li l-informazzjoni mogħtija f’dikjarazzjoni ta’ metodu u rapport ta’ kundizzjoni tiġi vverifikata minn persuni independenti; • Il-condition reports iridu jintbagħtu mill-perit tal-proġett lil dawk affettwati; • Dak li sal-lum kien jissejjaħ ‘site manager’ u li kien tenut jara li l-method statement jiġi segwit mill-kuntrattur se jibda jissejjaħ “uffiċjal tekniku fuq is-sit” (site technical officer) u għandu jkun perit; • Din il-persuna mhux se tibqa’ tiġi nnominata mill-iżviluppatur iżda mill-kuntrattur blapprovazzjoni tal-perit tal-proġett. Tali persuna hi responsabbli għall-infurzar taddikjarazzjoni tal-metodu għax-xogħlijiet li jkunu responsabilita’ tal-kuntrattur li nnominah. Tali persuna trid tkun preżenti fuq is-sit kull meta jkunu qed jittieħdu deċiżjonijiet li jaffettwaw ir-riskju ta’ ħsara lil proprjetà ta’ terzi persuni jew korriment lil persuni li jistgħu jiġu kkawżati

mix-xogħlijiet. Tali persuna għandha obbligu twaqqaf ix-xogħol u tinforma lill-perit talproġett u lill-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini meta l-method statement ma jkunx qed jigi segwit; • Ir-responsabilità professjonali għaddikjarazzjoni tal-metodu tibqa’ tal-perit li jħejjiha. Ir-responsabilità għall-infurzar taddikjarazzjoni tal-metodu għandha tkun taluffiċjal tekniku fuq is-sit, u l-implimentazzjoni tal-miżuri tad-dikjarazzjoni tal-metodu hija talkuntrattur; • Issa, il-kopertura tal-assigurazzjoni m’għandhiex tkun inqas minn seba’ mija u ħamsin elf euro (€750,000) u għandha tibqa’ tiġi mġedda sa dak iż-żmien meta kull xogħol ta’ demolizzjoni, skavar jew kostruzzjoni jiġu ċertifikati bħala kompluti mill-perit tal-proġett; • Żdiedu il-penali għal min ma josservax iddikjarazzjoni ta’ metodu minn massimu ta’ €500 għal €10,000; • Żdiedu il-penali għal min ma josservax ordni ta’ infurzar: minn massimu ta’ €1,200 għal €50,000. • X’kienu jfissru dawn ir-regolamenti? • Dawn ir-regolamenti u oħrajn kienu jfissru li ddaħħlu regoli li permezz tagħhom għandu jsir studju ta’ kif qed jaħdem il-blat f’kull każ, meta qabel, dan kien isir biss meta it-tfaħħir ikun għal aktar minn tlett metri. • Iddaħħlu regoli fejn il-perit irid juri jekk il-bini tan-nies li se jinbena fuqu jiflahx aktar piż. Dan flimkien mal-fatt li l-perit irid juri jekk il-blat li jżomm il-bini tan-nies jistax jitqatta’ mingħajr ma jkun hemm periklu. Ma’ dawn iddaħħlu regoli fejn il-perit irid jgħid minn qabel x’makkinarju se jintuża. Iddaħħlu regoli li permezz tagħhom qabel jinbeda x-xoghol, jintbagħat condition report lill-ġirien. Ta’ min jgħid li permezz tar-regolamenti li ddaħħlu fl-aħħar xhur, illum f’każi ta’ inċidenti ma bqajniex kif konna qabel fejn kull min kien ikun involut jgħid li mhux responsabbli.

15


COMPANY HISTORY Inofin projects has established itself as a reputable construction and finishes organisation in malta, thanks to its managing director with backing of 25 years experience in this industry, and thanks also to it's clients who during these years have entrusted inofin projects organisation with their projects.

WHO WE ARE? inofin project is a leading contracting organisations. Our diverse portfolio of projects not only have access to a vast array of services under one roof, but they also benefit from an unparalleled passion

16

for details and commitment to deliver the highest specification. Our

OUR SERVICES

organisation offers variety of services to meet your projects needs,

Delivering projects that fulfill and exceed the owners expectations is

to take you from collaborating meetings to it's final finishes and

a process that starts during the conceptual stage with a collaborative

beyond. We believe that every project is unique and can customize

team from design through construction up to finishes as we did in

our approach to fit your particular project. While we are at the

one of our projects. We are in the final walkthrough of a town house

forefront of and specialize in design-build, we are very familiar with

in sliema that we started of demolishing of the existing roof following

number of delivering methods and are confident we can find the

construction of additional floor and turnkey on finishes to the clients

process that will best help you meet your goals.

requirements as per images below.


17


Raf skip hire Clients satisfactory comes first. We garantee best prices and service. Bobcat works with our own staff. Cleaning of appartments , building sites ecc. We enter in narrow roads and alleys. 7925 2959 / 7789 6581 Or visit our page for more info. 18

Our services: 2 yrds skips - 6 yrds skips Hookloader 30 yrds boxes Hookloader 40 yrds container Bulky refuse Collection of scrap metal Transport of demolished building material Transport of sand, gravel, soil


Ma nippolitiċizzawx sitwazzjonijiet bħal dawn Is-Segretarju tat-taqsima GWU Metall u Kostruzzjoni

F

Jesmond Marshall

l-isfond tal-inċident traġiku li seħħ fit-2 ta’ Marzu fejn

hija klassifikazzjoni fejn il-kuntrattur jiġi kklassifikat jekk għandux sengħa

mara ta’ 54 sena tilfet ħajjitha traġikament wara li

biżżejjed. Huwa qal li ma jfissirx li ladarba persuna jkollha l-liċenzja tal-bini

ġġarfet ir-residenza li kienet tgħix fiha, is-suġġett tal-

tista’ tmur tibni blokk appartamenti li din hija tassew kapaċi li tibni din il-

kostruzzjoni reġa’ jinsab fuq nett tad-diskussjonijiet.

B’rabta ma’ dan il-każ, il-General Workers’ Union (GWU)

sostniet li dawk kollha involuti f’dan l-inċident tal-kostruzzjoni għandhom jassumu r-responsabbilità kollha għax kemm ilfamilja tal-vittma kif ukoll il-poplu Malti qed jesiġu ġustizzja.

blokka. “Ukoll peress li f’Malta m’għandniex reġistru tal-kuntratturi, kulħadd bħal donnu sar kuntrattur. Ma jfissirx li għax int mort xtrajt gaffa tassew taf taħdem biha. Anke jekk int kuntrattur li kapaċi tibni d-djar, forsi ma tkunx kapaċi tmur tibni t-toroq u viċi versa. Għalhekk bħala GWU nipproponu li jkun hawn reġistru tal-kuntratturi. ” Apparti minn hekk, is-Segretarju Marshall qal li għandha ssir riforma talliġijiet kollha tal-kostruzzjoni inkluż il-Work Regulation Order tal-ħaddiema

Is-Segretarju tat-taqsima tal-GWU Metall u Kostruzzjoni Jesmond

tal-kostruzzjoni li ilu mis-snin 80. Huwa spjega li, “Ħaġa assurda li hemm fil-

Marshall esprima s-solidarjetà lejn il-familjari ta’ Miriam Pace. Huwa qal li

Work Regulation Order hija li ħaddiem tal-kostruzzjoni fl-ewwel sena tiegħu

diġà hija devastanti li wieħed jitlef membru tal-familja u aktar meta tispiċċa

jekk jieħu s-sick leave dan ma jitħallasx tiegħu. Dawn mhumiex affarijiet li

b’ta’ fuqek senduqek. Għaldaqstant, il-GWU tisħaq fuq azzjoni immedjata,

għandhom isiru fil-ġurnata tal-lum. Sfortunatament sal-ġurnata tal-lum għad

infurzar ta’ regolamenti, effiċjenza fit-twettiq tal-ġustizzja u protezzjoni taċ-

hawn anomaliji li forsi qabel kienu jagħmlu sens imma fil-ġurnata tal-lum le.”

ċittadini kollha. Is-Segretarju Marshall qal li l-isfortuna f’Malta hija li ngħaddu minn ħafna

Is-Segretarju Marshall qal li rridu naraw li min juża ċertu inġenji jkun tassew kapaċi li jużahom u mhux nitgħallmu permezz ta’ “trial and error”.

fażijiet u nibdew nitkellmu dwar xi ħaġa meta jseħħ inċident. Huwa qal li din

Għal dan il-għan, il-GWU tisħaq ħafna fuq l-iskill card imma Marshall qal li

il-“mitoloġija” li bħal donnu dan l-aħħar kien hawn xi boom fil-kostruzzjoni

sfortunatament qed jinnutaw li hemm ċertu dewmien biex dawn l-iskill cards

mhux minnu għax minn dejjem kienet issir il-kostruzzjoni u dawn l-inċidenti,

joħorġu.

mingħajr ma wieħed inaqqas il-valur traġiku tal-aħħar inċident, ma bdewx

Ħaġa oħra li jinnota Marshall hija ċ-ċertu arroganza tan-nies fejn

issa imma ilhom is-snin li jseħħu. Huwa nnota li fejn qabel wieħed kien

mhux l-ewwel darba li wieħed jiltaqa’ ma’ trakk li pparkja f’nofs tat-triq u

jirreferi għal dan is-settur bħala progress, illum il-ġurnata hemm min

ħoloq ostaklu. “Veru li wieħed ikun qed jaħdem imma biex tagħmel dan

jirreferi għalih bħala rigress.

m’għandekx iddejjaq lil kulħadd. Għalfejn m’għandux jieqaf ix-xogħol is-

Is-Segretarju Marshall innota li sfortuna oħra hija li meta jiġru dawn l-aċċidenti, is-sitwazzjoni tinbidel f’ballun politiku u ħadd ma jibda jirraġuna. Huwa għalhekk appella biex wieħed ma jippolitiċizzax sitwazzjonijiet bħal dawn għax tkun fost l-agħar affarijiet li wieħed jista’ jagħmel. Is-Segretarju Marshall huwa tal-fehma li trid tissolva l-problema qabel

Sibt u l-Ħadd? Jew għalfejn għandek tagħmel mit-Tnejn sal-Ġimgħa tqum filgħodu kmieni għax ikun hemm xi ħadd ħdejk li jkun qed iħaffer?” Bħala Segretarju li jirrappreżenta l-ħaddiema li jaħdmu fil-kostruzzjoni, huwa qal li għal dawn il-ħaddiema huwa diffiċli għalihom biex jidħlu f’unjin. Huwa żied jgħid li meta persuna jkollha s-sengħa ma tantx wieħed

ma’ wieħed jara min kien responsabbli. Huwa qal, “Huwa ġust li naraw min

jista’ jabbuża minnha għax il-persuna titlob il-paga hi stess u jekk din ma

hu responsabbli u jieħdu dak li ħaqqhom imma l-problema ma tissolviex

ssirx, allura titlaq. Marshall qal li dan ifisser li ċertu ħaddiema mhux qed

hekk. Wieħed irid l-ewwel jara u jindirizza l-problema. Anke s-sistemi

jiġu abbużati imma sfortunatament jeżistu każijiet fejn qed jiġu abbużati

tagħna, irridu nibdew mill-bidu anke minħabba l-fatt li llum il-ġurnata qed

l-ħaddiema barranin. Huwa żied jgħid li fenomenu ieħor li qed jinnotaw huwa

naħdmu b’metodi ġodda.”

li fejn qabel kienu jħaddmu ħafna mill-Ewropa tal-Lvant, issa qed imorru

Ħaġa oħra li s-Segretarju Marshall jemmen li hemm bżonn li ssir

għall-Asjatiċi, Indjani u Pakistani.

19


L-inkwiet jibda meta min hu responsabbli jonqos minn sehmu

MELVIN FARRUGIA mfarrugia@unionprint.com.mt

Fl-aħħar xhur, is-settur tal-kostruzzjoni kien partikolarment diskuss minħabba li seħħ inċident li wassal għall-mewt ta’ Miriam Pace. Għalhekk, biex nifhmu x’seta’ mar ħażin tkellimna mal-Perit Robert Musumeci li hu Perit u avukat li jagħti l-pariri lill-Gvern.

L-ewwel nett, għalxiex taħseb li f’dawn l-aħħar żminijiet rajna din iż-żieda fl-inċidenti relatati mal-kostruzzjoni? L-industrija tal-konstruzzjoni hi suxxettibli għall-inċidenti. Iżda dik m’għandhiex tkun il-premessa finali. Uħud mill-inċidenti meqjusa gravi huma marbuta ma’ skavar. Dan isegwi mill-fatt li hemm numru ta’ fatturi li jekk dawk involuti ma jkunux diliġenti, jista’ jkollok riżultanzi katastrofiċi. Meta jsir tħaffir ta’ sit, dawn huma sitwazzjonijiet komuni: - Meta jsir tħaffir, l-art li qiegħda terfa’ l-bini appoġġanti tiġi esposta. F’każ li l-blat ikun iffissurat, dan l-istess blat jista’ jiċċaqlaq favur il-gravità u miegħu jista’ jġorr il-bini ta’ fuqu li jappartjeni lill-ġirien; - Meta jsir tħaffir, il-pedament taħt id-diviżorju eżistenti jista’ jkun suxxettibbli li jbiddel il-morfoloġija tiegħu meta dan jiġi espost għall-elementi. Dak hu li per eżempju jiġri fil-każ tat-tafal. It-tafal ibiddel il-volum u miegħu jista’ jġorr il-bini ta’ fuqu li jappartjeni lill-ġirien;

20

- Meta jsir tħaffir, jista’ jkollok ħitan li kienu taħt l-art u li kellhom il-ħamrija fuq żewġ naħat u f’daqqa waħda jispiċċaw iżommu l-ħamrija fuq naħa waħda, bil-konsegwenza li jekk il-ħajt ma jkunx wiesa’ u integru biżżejjed, dawn jistgħu jisparaw; - Meta jsir tħaffir, il-ħitan diviżorji jistgħu jispiċċaw imdgħajfa għax jitilfu millirbit. Is-sitwazzjoni hawn tista’ tiggrava bid-damdim tal-inġenji. Il-mistoqsija hi min irid jilqa’ għal dawn ir-riskji? Bil-liġijiet ta’ Ġunju li għadda, jiġifieri bl-Avviż Legali 136/19, ir-responsabbiltà waqgħet b’mod ċar fuq il-perit li hu liċenzjat u li jrid jissottometti method statement biex jilqa’ għall-isfidi li semmejtlek, flimkien mal-STO li jrid jara li l-kuntrattur isegwi l-method statement u jwaqqfu jekk dan tal-aħħar ma jsegwix l-istatement, flimkien mal-kuntrattur li jrid isegwi l-istatement f’kull ħin u kull mument. Dak hu mudell self-regolatorju fejn kulħadd jerfa’ l-biċċa tiegħu. Inċident jiġri meta xi ħadd minn dawn l-istakeholders ifalli fil-biċċa tiegħu.


li se jinbena fuqu jiflaħx aktar piż; - Il-perit irid juri jekk il-blat li jżomm il-bini tan-nies jistax jitqatta’ mingħajr ma jkun hemm periklu; - Il-perit irid juri kif il-bini tal-ġirien ma jiċċaqlaqx waqt it-tħaffir; - Il-perit irid jgħid minn qabel x’makkinarju se jintuża; - Irid ikun hemm garanzija bankarja li ma tistax tiġi rilaxxata qabel jagħtu kunsens il-ġirien; - Il-kuntrattur irid ikun sorvolat minn STO, li jrid ikun ikkwalifikat, waqt deċiżjonijiet importanti li jittieħdu mill-kuntrattur; - Dan l-STO irid iwaqqaf ix-xogħol meta l-kuntrattur ikun irid iwebbes rasu; - Il-method statements tal-periti jkunu online u l-ġirien jistgħu jattakkawhom; - Qabel jibda x-xogħol, jintbagħat condition report lill-ġirien, liema rapport irid jidħol fil-fond kif il-bini tal-ġirien qed jaħdem strutturalment. L-investitur għandu obbligu li jara li dan il-mudell ikun fis-seħħ. Hu minnu li bħalissa għaddej kaos fl-industrija tal-kostruzzjoni? L-inkwiet jibda meta min hu responsabbli jfalli mir-responsabbiltà li semmejtlek. Dan jista’ jkun minħabba nuqqas ta’ għarfien jew negliġenza. Ilproblema tibqa’ jekk kull min suppost jerfa’ din ir-responsabbiltà huwiex qed jerfagħha u mhux ir-regoli li issa huma ħafna iktar stretti minn kif kienu qabel Ġunju li għadda.

Permezz tal-avviż legali l-ġdid, ma tħossx li l-iżviluppaturi ngħataw aktar libertà u minflok intefgħet aktar responsabbiltà fuq il-perit? Dak li għamel l-Avviż Legali 136/19 hu li ddelinea r-responsabbiltà, u kif diġà spjegajtlek, fil-każ tat-tħaffir, din tikkonsisti fil-mod kif ġej: ir-responsabbiltà taqa’ fuq il-perit li hu liċenzjat u li jrid jissottometti method statement biex jilqa’ għall-isfidi li semmejtlek, flimkien mal-STO li jrid jara li l-kuntrattur isegwi l-method statement u jwaqqfu jekk dan tal-aħħar ma jsegwix l-istatement, flimkien mal-kuntrattur li jrid isegwi l-istatement f’kull ħin u kull mument. Mhux hekk biss, iżda dawn ir-regolamenti daħħlu kunċetti ġodda bħal ngħidu aħna: - Għandu jsir studju ta’ kif qed jaħdem il-blat DEJJEM. Qabel, kien isir biss meta l-ħofra tkun fonda aktar minn tliet metri; - F’każ ta’ bini fejn se jitilgħu aktar sulari, il-perit irid juri jekk il-bini tan-nies

Taħseb li hemm lok fejn isir aktar inforzar tar-regoli biex jiġu evitati ċerta inċidenti? Intenni li din mhix kwistjoni ta’ spettorat. Din hi kwistjoni ta’ jekk min għandu responsabbiltà jafx tassew iwettaq l-obbligi assunti lilu. Il-liġijiet kif emendati f’Ġunju li għadda jgħidulek pass pass xi trid tagħmel. Iżda jekk dawn ir-responsabbiltajiet qegħdinn jintrefgħu minn min ma jiflaħhomx, allura għandna problema kbira. Hemm biżżejjed riżors uman biex dan iseħħ? Kif spjegajtlek, din mhix biss kwistjoni ta’ inforzar u regoli. Fejn hi kwistjoni jekk il-perit jafx x’qed jagħmel, jekk il-perit hux qed jifhem kif jaħdem ħajt strutturali, jekk jagħrafx il-bżonn li qabel jibda t-tħaffir jara li m’hemmx fissuri fil-blat, jekk qabel jibdiex it-tħaffir jara li l-appoġġ għandu fejn iserrah u ma jistax imur, jekk jafx li l-użu ta’ trencher, għax mingħalih se jiffranka d-damdim, xorta jista’ jwassal għall-moviment minħabba fissura moħbija u l-blat jimxi. Allura, kollox jippernja fuq il-method statement li jħejji l-perit wara li jara dan kollu. Din hi kwistjoni wkoll tal-kuntrattur li jsegwi l-istruzzjonijiet fil-method statements mingħajr ma jieħu ‘short cuts’. Kwistjoni wkoll tal-STO li jrid jara li l-kuntrattur isegwi l-method statement u jekk jara li dan mhux qed iseħħ, iwaqqfu. Mela allura, wieħed irid jikkonċentra primarjament x’qed jagħmlu dawn it-tlieta min-nies – dan hu r-riżors uman li għandna bżonn. Il-liġi li għandna tista’ taħdem biss jekk dawk involuti – il-perit, ilkuntrattur u l-STO - jifhmu tassew dak li l-liġi tippreskrivi u kapaċi jwettquh. Jekk le se jibqa’ jkollna t-traġedji.

21


Li wieħed jidħol għall-kostruzzjoni għandha tkun l-għażla tiegħu

B’mod ġenerali fl-aħħar snin u dan anke bil-

Għamilna żewġ inizjattivi. L-ewwel, għedna li

bżonn jaċċessaw is-sit ta’ kostruzzjoni jkollhom

ħidma tal -BICC, rajna titjib fejn tidħol il-livell

kull min irid jidħol fuq sit ta’ kostruzzjoni jrid ikollu

il-card. Ta’ min jgħid li hawn diversi entitajiet

ta’ saħħa u sigurtà fil-qasam tal-kostruzzjoni.

‘health and safety card’. Biex wieħed ikun jista’

oħrajn li jagħmluh dan il-kors. Sa issa għandna

Hemm min jargumenta li għad jonqos xi jsir.

jikseb din il-‘card’, irid jagħmel kors fuq is-saħħa

iktar minn 4,000 ħaddiem li għandhom il-‘health

Kif taraw is-sitwazzjoni intom bħala BICC?

u s-sigurtà, kors bażiku li jagħti informazzjoni

and safety card’.

Fejn konna għaxar snin ilu u fejn qegħdin illum

biżżejjed lill-ħaddiema biex jevalwaw tajjeb ir-

f’dak li hu tibdil?

riskji li jkollhom fuq il-lant tax-xogħol tagħhom.

card hi rikonoxximent tal-ħiliet li għandhom il-

Seba’ snin ilu konna ħadt ‘stock’ tas-

Huwa ġeneriku, japplika għal kull tip ta’

ħaddiema tagħna. Għandna ħafna ħaddiema fil-

sitwazzjoni kif kienet dakinhar. Is-sitwazzjoni

ħaddiem li hemm fuq is-sit ta’ kostruzzjoni. Ma

kostruzzjoni li jafu jagħmlu x-xogħol vera tajjeb

kienet li l-aktar inċidenti fuq il-post tax-xogħol

japplikax għall-professjonisti li għandhom kors

pero’ ma għandhom xejn x’juru għall-kapaċitajiet

kienu jiġru fuq siti ta’ kostruzzjoni. Għedna li

differenti u aktar intensiv ta’ 25 siegħa. Dawn

tagħhom.

dan mhux aċċettabbli, fejn kienu jiġru wkoll

imbagħad iridu wkoll jidħlu f’kwistjonijiet legali.

fatalitajiet, u li trid issir xi ħaġa dwarha. Bdejna naraw x’nistgħu nagħmlu.

22

L-inizjattiva l-oħra hija l-iskill card. L-iskill

Għedna li mhux ġust li pereżempju għandek

Ħa nipprovaw li sal-aħħar ta’ din is-sena, jekk

bajjad li ilu f’dan ix-xogħol għal aktar minn 20

jista’ jkun, il-ħaddiema u dawk kollha li jkollhom

sena imbagħad ikollok bajjad ieħor li għadu


- Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini (BICC),

il-Perit Charles Buhagiar minn Claudio Coleiro

skill cards. Diġa’ qbiżna l-1,000 ruħ li għandhom

partikolari, allura jkollok bilfors tirrikorri għall-

l-iskill cards.

barranin.

Biex tingħata din il-card għandek bżonn żewġ affarijiet - iċ-ċertifikat dwar is-saħħa u s-sigurta u ċ-ċertifikat tal-ħiliet tiegħek.

Bi sħubija bejn il-Gvern u s-settur privat, qed jingħataw korsijiet b’xejn ta’ taħriġ għallħaddiema

fil-qasam

tal-kostruzzjoni.

Il-

Xorta jibqa’ l-fatt li madwar il-pajjiż għadek

kors, mifrux fuq 30 siegħa, se jingħata minn

issib dawk li jissejħu ‘cowboys’ li donnu l-aqwa

diversi ċentri fosthom mill-binjiet tal-Kunsilli

li jibnu u tara nuqqas ta’ ħarsien tar-regoli.

Lokali. Bejn wieħed u ieħor kemm attendew

X’jista’ jsir biex dan l-abbuż jiġi kontrollat

ħaddiema għal dan it-taħriġ? Dan kien proġett pilota li sar mill-Ministeru

aktar? L-idea hi kif għedt diġa’ sal-aħħar tas-sena

tal-Infrastruttura, il-BICC u t-TCTC, bl-għan kien

kull min irid jidħol f’sit ta’ kostruzzjoni jkollu bżonn

li nilħqu 120 persuna. Għamilna avviżi ma’ Malta

il-‘health and safety card’. L-infurzar se jsir mill-

kollha. Il-korsijiet saru fil-Kunsilli Lokali u saru

Aġenzija għall-Kostruzzjoni u l-Bini. Bħala BICC

mill-għalliema tat-TCTC.

ma nistgħux ninfurzaw xejn. Ir-rwol tagħna huwa

Kien proġett pilota u rnexxa għax applikaw

li nissuġġerixxu u f’dan il-każ nagħmlu korsijiet

għalih 200 persuna. Nittamaw li dan il-proġett

edukattivi u noħorġu ċ-ċertifikati.

jibqa’ jsir. Fih ingħata taħriġ bażiku mhux biss

Nifhem li hemm nuqqas ta’ infurzar. Naf li

lill-ħaddiema

tal-kostruzzjoni,

imma

wkoll

qed jipprova jiġi indirizzat mill-Gvern pero’ għad

għallimnihom kif jagħmlu kont tax-xogħol li huma

fadal ħafna xi jsir f’dan il-qasam.

jagħmlu jew kif iżommu l-‘accounts’ tagħhom.

Problema li qed isibu l-kuntratturi hi dik

Hawn min qed jgħid li l-industrija tal-

ta’ nuqqas ta’ ħaddiema b’mod partikolari

kostruzzjoni għandha tikkalma u ma tibqax

ħaddiema tas-sengħa. X’qed isir dwar dan?

għaddejja bil-pass li għaddejja bih bħalissa.

Il-problema ta’ nuqqas ta’ ħaddiema fil-

Taqblu ma’ dan?

kostruzzjoni ġejja mill-fatt li ftit huma dawk

Le ma naqblux. L-industrija tal-kostruzzjoni

it-tfal jiġu inkoraġġuti jew imħajra biex jidħlu

taħdem meta jkun hemm ll-iżvilupp li jrid

f’dik l-industrija. Mill-esperjenza tagħna tmur is-

isir. Ħafna drabi jrid isir meta jku hemm id-

sekondarja u tkellem guidance teacher anqas

domanda għalih. Ħadd mhu se jmur jibni blokka

ħadd ma jsemmilek kostruzzjoni imma setturi

ta’ appartamenti imma ma jafx jekk hux se

oħra. Bħala BICC qed nitkellmu magħhom u

jbigħhom. Imma jekk hemm id-domanda għall-

ngħidulhom li x-xogħol tal-kostruzzjoni jista’ jtik

appartamenti, l-iżviluppaturi, l-investituri, se

dħul tajjeb ħafna jekk tkun tajjeb fih.

jmorru u japplikaw biex jibnu ħalli jissodisfaw dik

Ma rridux li tibqa’ dik l-idea tal-passat li jekk

id-domanda.

jibda u jkunu fuq l-istess livell. Għedna li hemm

inti tifel jew żagħżugħ li mintix kapaċi allura tmur

Meta jiġri hekk u allura għandek domanda

bżonn ikun hemm xi tip ta’ ċertifikazzjoni għall-

għall-ġebel. Dik trid tinqata’. Inti tidħol fix-xogħol

qawwija ħafna għall-proprjetà bilfors li l-industrija

ħiliet illi għandhom.

ta’ kostruzzjoni għax hija l-għażla tiegħek.

tal-kostruzzjoni trid tissodisfa dik id-domanda.

Rajna s-sistema ta’ kif taħdem f’pajjiżi oħra.

Apparti hekk qed ngħinu fl-Alternative

Ma narawhiex bil-kontra. Mhux l-industrija tal-

Dawk għandhom livelli differenti ta’ skill card.

Learning Programme+, fejn dawk l-istudenti li

kostruzzjoni tikkalma imma jekk irid jikkalma

Jibdew mill-aktar livell bażiku, ir-‘red card’, ta’

ma jkunux tajbin akkademikament, jitgħallmu

huwa l-iżvilupp biex tikkalma l-industrija.

apprentistat. Imbagħad hemm il-‘blue card’ għal

snajja oħra. Hemm qed ngħinu biex dawn iż-

xi ħadd li jkun daħal fis-sengħa, is-‘silver card’

żgħażagħ jimxu u jieħdu snajja tal-kostruzzjoni.

għal min ikun ilu tliet snin jopera u l-‘gold card’ li jikkonċerna l-livell tekniku. Bl-iskill card qed nagħtu għarfien xieraq lillħiliet tan-nies tagħna fi snajjiet differenti. F’Malta

Kif għedt, l-iżvilupp isir għax ikun hemm id-domanda għalih. L-industrija ma tibnix biss

hi

appartamenti, imma wkoll tibni toroq u mollijiet

l-industrija dan l-aħħar snin kellha domanda

fost oħrajn. Apparti l-bini kif nafuh aħna hemm

kbira fuqha fejn qed isiru ħafna żviluppi u

ukoll il-parti tal-infastruttura u nittama li ħadd

proġetti u bilfors ikollna nimpurtaw minn barra.

mhu jissuġġerixxi li nwaqqfu l-infrastruttura

Fir-rigward

tal-ħaddiema,

ir-realtà

hawn 107 snajjiet u professjonijiet fl-industrija tal-

Apparti dan, f’ċertu snajjiet m’għandniex

kostruzzjoni li qed nipprovaw kollha nagħtuhom

ħaddiema mħarrġa biex jagħmlu dak ix-xogħol

biex tikkalma l-industrija. Naħseb li hemm ħafna affarijiet li jridu jsiru u jibqgħu jsiru.

23


KULL KUNTRATTUR SE JKUN REĠISTRAT SKONT IX-XOGĦOL LI JWETTAQ - IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAL ARTIJIET U KOSTRUZZJONI CHRIS AGIUS

Xi ħaġa li fl-industrija tal-kostruzzjoni f’pajjiżna kien ilu jinħass il-bżonn tagħha, kienet dik li hemm bżonn li l-kuntratturi ikunu reġistrati. Minn żmien għal żmien din kienet titqajjem imma mbagħad donnu kollox jieqaf. Is-Segretarju Parlamentari għall-Artijiet u Kostruzzjoni, Chris Agius meta tkellimna miegħu dwar dan iddikjara li l-awtoritajiet qed jaħdmu biex kull kuntrattur ikun reġistrat għax-xogħol li jwettaq. 24


L-industrija tal-kostruzzjoni matul is-sena 2018 hu stmat li ġġenerat €3 biljuni. Hi industrija importanti ħafna għal pajjiżna. X’tikkummenta dwar il-kritika li saret lejn din l-industrija fl-aħħar jiem? Qabel xejn nixtieq nerġa’ inwassal il-kondoljanzi sinċiera Iill-familja Pace, għalkemm ebda kliem ma’ jista’ jsabbarhom għal din it-telfa. Is-settur tal-kostruzzjoni huwa settur importanti għall-ekonomija ta’ pajjiżna, mutur ewlieni. Malli jkollna tkabbir f’dan is-settur, jikbru miegħu setturi oħra. Malli tieqaf jew tmajna l-kostruzzjoni, magħha jieqfu hħafna setturi u magħhom jeħel ukoll it-tkabbir tal-ekonomija. Matul dawn l-aħħar 5 jew 6 snin, is-settur tal-kostruzzjoni għadda minn tkabbir li qatt ma’ kien esperjenzat qabel. Gawdew miegħu ħafna setturi, u kien wieħed mill-oqsma ewlenin li kienu strumentali għat-tkabbir li kellna fl-ekonomija ta’ pajjiżna sena wara l-ohra. Ovvjament meta jkollok tant lantijiet tax-xogħol miftuħa, xogħol li anke bl-aktar attenzjoni u diliġenza, joħloq inkonvenjent, ikollok kritika u ilmenti li f’ħafna każi, ikunu ġusti. Mill-banda l-oħra jeżistu dawk il-ftit li minħabba n-nuqqas ta’ responsabilità, rispett u serjetà joħolqu problemi u diffikultajiet kbar lill-ġirien. Dan mhux aċċettabbli u qed isir xogħol sabiex din l-industrija tkun tista’ tkompli taħdem

Għaddejjin b’xogħol biex ikollna regolamenti ġodda għal dan is-settur, u ser jinkludi fost oħrajn li kull min jaħdem f’dan li-qasam irid ikollu taħriġ u allura jkollu skill card jew professional card biex ikun jista’ jaħdem.

pero b’rispett, dixxiplina, serjetà u regoli oħrajn sabiex jithħarsu l-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin.

Temmen li din għandha tnaqqas mir-ritmu tagħha? Aħna dejjem nisħqu sabiex ikollna aktar rispett lejn min ikun għaddej minn inkonvenjent u anke biża minħabba bini li jkun qed isir viċin tiegħu. Nisħqu ukoll sabiex inkunu konfeormi u noqogħdu ma’ dak li aħna obbligati bil-liġijiet ta’ pajjiżna. Ma’ inħossx li dan il-fattur waħdu jista’ ikun responsabbli għal tnaqqis li jista’ jesperjenza dan is-settur.

Fl-aħħar xhur saru għadd ta’ regolamenti li permezz tagħhom tjiebet il-protezzjoni lejn terżi. X’tikkummenta dwar dan? Il-manifest elettorali tal-PL jgħid li għandu jkun hemm regolatur għall-industrija tal-kostruzzjoni. Dan ix-xogħol beda numru ta’ xhur ilu u twaqqfet diġa aġenzija responsabbli. Qed isir ħafna xoghol sabiex ikollna regolamenti li jirregolaw is-settur u fost ħafna regolamenti hemm li jkunu definiti aħjar ir-responsabilitajiet. Matul is-sajf li għadda daħħalna fis-seħħ regolamenti fejn daħlu fis-seħħ obbligi u responsabilitajiet ġodda. Dakinhar ħadd ma’ oġġezzjona għal din il-liġi, kif kellu kull dritt jagħmel kull deputat. Fil-passat, meta ressaqna xi liġi u ma’ kienx hemm qbil fuqha, oġġezzjonaw għaliha, u ġiet diskussa fil-Parlament. Meta 2019 aħna ressaqna Avviż Legali dwar it-trasferiment ta’ art agrikola, id-deputati tal-Oppożizzjoni Marthese Portelli, Edwin Vassallo, Toni Bezzina u Ryan Callus ressqu mozzjoni sabiex dawn ir-regolamenti jinbidlu. Meta aktar qabel fl-2016, aħna ressaqna Avviż Legali dwar Billboards u reklami, id-Deputat Jason Azzopardi u d-Deputat Ryan Callus ressqu mozzjoni sabiex jitħassar dan l-Avviż Legali. Fis-sajf li għadda meta ressaqna dan l-Avviż Legali, ħadd ma’ oġġezzjona. Allura dakinhar kulħadd qabel miegħu.

Fatt li xi kuntratturi qed jisħqu li hu importanti hu dak tar-reġistrazzjoni tal-kuntratturi. Hemm xi pjani biex ikun hemm sistema ta’ dan it-tip, fejn kull kuntrattur ikun reġistrat? Kif għidt, aħna għaddejjin b’xogħol biex ikollna regolamenti ġodda għal dan is-settur, u ser jinkludi fost oħrajn li kull min jaħdem f’dan li-qasam irid ikollu taħriġ u allura jkollu skill card jew professional card biex ikun jista’ jaħdem. Ser ikun hemm x’inhuma r-responsabilitajiet ta’ kull min jaħdem fis-settur fosthom li-perit, il-bennej, l-STO, kuntrattur etc. U ma’ dawn ikun hemm ukoll rikjest li kull kuntrattur ikun reġistrat skond ix-xogħol li jwettaq.

X’taħseb li għandu jsir biex jiġu kontrollati aktar dawk il-kuntratturi li qed jabbużaw u li jaħdmu bi prattiċi mhux skont ir-regolamenti? Il-liġi li trid tidħol fis-seħħ irid ikollha b’mod l-aktar ċar u definit ir-responsabilitajiet u d-doveri ta’ kull min jaħdem fis-settur. Ovvjament kull min jonqos minn dak li hu obbligat jagħmel, għandu jkun hemm sanzjonijiet iebsin sabiex nipprevenu min jaħdem bla ma’ jħares il-liġijiet ta’ pajjiżna.

25


Offerti speċjali mill-Bank of Valletta fuq self għad-djar Rati ta' imgħax attraenti ħafna Il-Bank of Valletta nieda offerti speċjali fuq self għad-djar permezz tal-BOV Home Loans. B'rata ta' imgħax fissa ta' 0.25% u APRC ta' 2.686% għall-ewwel sena, li tissellef biex tixtri d-dar tiegħek qatt ma’ kien daqshekk vantaġġjuż. Dawn l-offerti huma validi sal-31 ta' Diċembru 2020.

Dawk li qed ifittxu biex jiffinanzjaw ix-xiri ta’ l-ewwel jew it-tieni

ta llas lura rata taaelf ta''elf ta'nti jgħin lill-klijenti li taer€ 622.09 u

dar tagħhom, jew biex ilestu id-dar residenzjali tagħhom, issa jistgħu

erba’ mija u tmien rata mensili ugwali ta’ €936.59. Is-somma totali li

jieħdu vantaġġ minn rati ta' imgħax baxxi ħafna u kundizzjonijiet ta'

għandha titħallas matul it-terminu tas-self, jekk kemm-il darba r-rata

self aħjar.

varjabli tal-imgħax tibqa' ma tinbidilx, tkun ta' € 390,013.80. Is-somma totali li għandha titħallas matul it-terminu tas-self, jekk ir-rata fissa tal-

Albert Frendo, Chief Credit Officer tal-Bank of Valletta qal, “Bħala

imgħax ma kinitx qed tiġi offruta tkun ta' € 398,071.80. Għaldaqstant

l-ikbar bank lokali taa Malta, il-Bank of Valletta dejjem ifittex metodi

ir-rata fissa tal-imgħax tista' tirriżulta sa € 8,058.00. Ir-rata fissa tal-

ġodda ta’ kif jista’ jgħin lill-klijenti tiegħu biex isiru sidien ta’ djarhom.

imgħax ma tinbidilx matul it-terminu ta' tnax-il xahar u hija disponibbli

Għamilna reviżjoni tal-prodotti ewlenin tagħna tas-self għad-djar biex

għal perjodu limitat ta' żmien. L-ispejjeż applikabbli għal dan is-self

b’hekk niżguraw li min jixtri l-ewwel jew it-tieni propjetà residenzjali

huma kif ġej - € 750 għall-ipproċessar tal-applikazzjoni (jiġu rifużi

ikun qed igawdi minn rati ta' imgħax mill-aktar attraenti. Aħna

wara l-pubblikazzjoni tal-kuntratt); tariffa legali fissa ta' € 200; €

nħossuna kburin li nistgħu nagħmlu parti mill-vjaġġ tal-klijenti tagħna

20 ħlas ta’ aġġornament ta’ tfittxijiet u € 100 ħlas meta jitħallas is-

f'dak li ħafna drabi ikun l-iktar investiment importanti ta’ ħajjithom."

self kollu, filwaqt li l-ħlas għall-ibbukjar tar-rata fissa mhux qed jiġi applikat.

Il-Bank of Valletta joffri wkoll self personali biex jgħin lill-klijenti jimlew jew itejbu d-dar tagħhom jew biex jagħmluha iktar energy efficient.

L-offerta tista’ tagħlaq aktar kmieni skond id-diskrezzjoni talBank. Is-self kollu huwa soġġett għal kriterji normali ta’ self bankarju, approvazzjoni ta’ kreditu mill-Bank u ftehim ta’ kreditu. Jista' tintalab

Għal aktar informazzjoni dwar il-BOV Home Loans, kellem lill-

garanzija li tinkludi garanzija b'ipoteka jew garanzija oħra komparabbli.

ispeċjalisti fuq self tal-BOV. Agħmel appuntament fi kwalunkwe

Is-self għandu jkun iggarantit minn ipoteka tal-ewwel grad u privileġġ

fergħa tal-BOV billi ċċempel fuq 21312020, iżżur l-eqreb fergħa

speċjali fuq il-propjetà li tkun qed tiġi ffinanzjata, pledge tal-ewwel

tiegħek jew il-website tal-Bank fuq www.bov.com. Numru ta' fergħat

grad fuq polza ta' assigurazzjoni tal-ħajja li tkopri l-ammont kollu tas-

tal-BOV qed joffru sigħat ta’ ftuħ itwal kull nhar ta’ Ħamis mit-3.30

self u polza ta' assigurazzjoni tal-bini għall-ispiża ta' sostituzzjoni tal-

sas-6 ta' filgħaxija, għal kull min jixtieq jiddiskuti opportunitajiet ta' self

proprjetà li qed tiġi ffinanzjata. Jekk il-ħlasijiet lura ma jsirux, il-bank

għad-djar.

jista' jieħu passi biex ibiegħ il-propjetà ffinanzjata wara proċeduri legali u min qed jissellef jista' jitlef il-propjetà. Aktar termini u kundizzjonijiet

Eżempju rappreżentattiv tal-prodott HomeFirst ibbażat fuq

26

huma disponibbli minn www.bov.com. Maħruġ mill-Bank of Valletta

ammont ta' self ta' €250,000 lil applikant li qed jixtri l-ewwel

p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta

proprjeta’ b'rata ta' imgħax fissa ta' 0.25% fis-sena għall-ewwel 12-il

p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-

xahar u rata tat imgħax varjabbli tajabbli tfis-sena għall-408 xahar li

MFSA u liċenzjata biex toffri l-kummerċ bankarju f’termini tal-Att dwar

jifdal. L-APRC ikun 2.71% kull sena. Is-self jitħallas lura fuq perjodu

il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta’ Malta).


XPS 50mm: ¢5.25 per sheet 600 x 1250 XPS 30mm: ¢3.25 per sheet 600 x 1250 Mob: 9949 3628

27


Għalfejn tattakawna?

... tafu kemm hawn familji li waqqgħu djarhom biex jibnu għal uliedhom? Jiktbilna kuntrattur

Ma nafx minn fejn se naqbad nibda. Xi jiem ilu kont stinat li ma niktibx. Dehrli li m’għandi nwieġeb lil ħadd, anki lil min kien qed jgħid ċuċata waħda wara l-oħra. Id-dikjarazzjonijiet komplew. Sfortunatament, kulħadd intefa’ f’keffa waħda. Kuntrattur kbir. Kuntrattur żgħir. Wieħed li jaħdem għal rasu jew b’ħaddiem jew tnejn. Għal xi nies dawn kollha saru spekultatiuri. Moħħhom biex jaqilgħu l-flus minn fuq ħaddieħor. Jagħmlu xogħol ta’ ejja u mexxi, basta jaqilgħu l-flus. Din. hi l-impressjoni li ħadt minn kummenti li saru u diskorsi li ingħadu. 28

Kemm hi bogħod mir-realtà. F’pajjiżna l-qasam tal-kostruzzjoni jinqasam f’diversi livelli. Għandek diversi tipi ta’ kuntratturi. Min hu armat u mitfugħ fuq proġetti kbar. Oħrajn fuq proġetti medji jew proġetti żgħar u ħafna kuntratturi oħra jaħdmu fuq proġetti żgħar ta’ residenzi. Xi kritika inġusta saret. Kif nista’ jien, kuntrattur żgħir naċċetta dik il-kritika u dak it-tgħajjir. Dejjem ħdimt u mxejt mar-regolamenti. Il-ftit ħaddiema tiegħi dejjem ħallasthom. Ħallasthom anki meta x-xogħol kien staġnat. Qatt u nerġa’ ngħid qatt ma kelli proġett tiegħi, imma dejjem ħdimt għal min qabbadni. Allura jien qed nisfrutta? Jien qed nibla u naħkem kif qalu. Bħali hawn ħafna oħrajn. Ftakru li meta tara krejn jew żvilupp għaddej, qabel iddaħħlu f’moħħkom li dik hi spekulazzjoni, ikun aktar għaqli li tanalizzaw l-affarijiet. Tafu kemm hawn familji li ddeċidew li jwaqqgħu djarhom u jibnuhom appartamnti għal uliedhom. Ħdimt diversi minn dawn. Jiġu jsaqsuk fuq l-ispiża, li normalment saqaf jiġik xi €33,000. Jagħmlu l-kontijiet u jaraw li jkun jaqblilhom fil-wisa’ li jwaqqgħu d-dar jew jibnu s-sular fuqha. Jgħidulek ma rridux it-tfal jiddejnu għal għomorhom biex jixtru saqaf. Ħafna għażlu li jibnulhom fuq id-dar li qed jgħixu fiha. Din fiha xi ħaġa ħażin? Din fiha x’tikkritika? Għalfejn nattakkaw lil dawn il-familji li qed jaħsbu f’uliedhom? Nammetti li fl-aħħar snin, għax issa x-xogħol qed jikkalma, kien hawn domanda kbira għall-bini. Domanda ġejja minn diversi fatturi.


Barranin li ġew jaħdmu hawn u anki minn Maltin li ħarġu flushom millbanek għax ir-rata ta’ interessi hi baxxa ħafna u nvestew fil-proprjetà. Allura dan hu ħażin ukoll? Problemi fis-settur hemm bħal kull settur ieħor. Hemm ukoll min qed jespekula. L-attakk għandu jkun lejn min jispekula l-art u mhux lejn il-kuntratturi. Jekk l-awtoritajiet iridu jagħmlu xi ħaġa naħseb li hi dik li jaraw kif jikkontrollaw l-ispekulazzjoni. Għandna ukoll ftit kuntratturi, li donnu għalihom ir-regolamenti ma jeżistux. Joħolqu inkonvenjenzi kbar lir-residenti. Lil dan għandna nitrattaw u mhux lil min jaħdem bis-serjetà. L-attakk kellu jkun lejn dawn u mhux lejn l-industrija kollha. Għandna min, tista’ tgħid ftit li xejn għandu għarfien imma dan jixtri gaffa u trakk u jibda jaħdem. Tajjeb dan? Ħa nkun ċar, il-cowboys naqsu. Naqsu bil-kbir, ma’ ħmistax jew għoxrin sena ilu. Imma għad fadal. Ma tistax intik, per eżempju taħdem f’sit ta’ kostruzzjoni, tkisser il-bankina u tħalliha xhur hekk imkissra. Meta inti ma tkunx qed taħdem, in-nies iridu jgħaddu minn fuq dik il-bankina. Illum hemm sistema ta’ x’għandek tagħmel imma hawn min ma josservax. U l-pubbliku? Jilmenta u jgerger. Jgħidlek fejn se ncempel? Ituh xi numru u ħadd ma jwieġeb, jew hekk xi ħadd iwieġeb jgħidulek li se jieħdu azzjoni u ma’ ġara u ma ġarax inti qatt ma tkun taf. Naħseb li wasal iż-żmien li jkun hemm sistema fejn wieħed jilmen-

ta u jkollu sodisfazzjon ta’ x’ġara mill-ilment tiegħu. Jekk kellu raġun tgħidlu kellu raġun u jekk le tinfurmah u ttiħ ir-raġuni. Naħseb li sistema simili għandha tkun ta’ deterrent tajjeb għal kuntratturi, waqt li żżomm lill-awtoritajiet infurmati b’dak li jkun għaddej. Għax ngħiduha kif inhi, illum tant hawn xogħol għaddej li impossibbli ssegwi lil kulħadd. Fin-nuqqas ta’ dan, li ġara hu li issa kulħadda qed jara lilna bħala li ‘nabbużaw’. Li qed nispekulaw. Għax fuq kollox jekk jien ingħatajt biċċa xogħol u kien hemm binja b’ċertu stil u l-pemess hu li din taqa u titla’ binja b’sitt sulari. Jibdew l-ilmenti. Tibda tara r-ritatti jinxterdu. Min jeħel? Il-kuntrattur. Issa l-kuntrattur x’tort għandu għal dan? il-binja iddisinjaha perit u l-permess ħarġitu l-awtorità. Il-kuntrattur qed jesegwixxi biss, dak li hemm fil-permess. L-appell tiegħi hu wieħed. J’alla dak li seħħ ma jerġa’ jiġri qatt. Imwiet bħal dik li kellna dan l-aħħar mhux aċċettabbli. B’dieqa ngħid li l-industrija u x-xogħol hu dak li hu, u allura xi inċidenti se jkun hemm. Xogħol l-awtoritajiet u dawk involuti hu li jaraw li dawn jitnaqqsu kemm jistgħu. Biex nirranġaw u nirriformaw aktar dan is-settur m’hemmx għalfejn inkissruh. Min hu ta’ rieda tajba, jaf fil-fond ta’ qalbu kemm hi importanti din l-industrija għal pajjiżna.

29


ĠEBLA ĠDIDA MILL-ISKART TAL-KOSTRUZZJONI

Riċerka li qed issir mill-Università ta’ Malta blappoġġ tal-Malta Industrial Parks (MIP) tista’ twassal għal soluzzjoni għal waħda millakbar sfidi li qed tiffaċċja l-industrija tal-kostruzzjoni f’pajjiżna, dik tarrimi tal-materjal li joħroġ mill-iskavar jew mit-twaqqigħ ta’ binjiet eżistenti. 30

Minbarra li toħloq spiża kbira għalliżviluppatur, din l-isfida għandha ukoll riperkussjonijiet ambjentali hekk kif il-post fejn jista’ jintrema dan il-materjal qiegħed dejjem jonqos. Madankollu, din ir-riċerka qed tħares lejn dan il-materjal minn lenti differenti fejn, minflok jitqies bħala skart li jrid jintrema f’xi miżbla, jibda jitqies bħala riżorsa li minnha tinħoloq ġebla ġdida li tista’ tintuża bħala alternattiva għall-ġebla tal-franka, il-bricks, jew il-konkrit. Dan ikun eżempju ċar ta’ kif tista’ titwettaq l-ekonomija ċirkolari, fejn l-iskart jingħata ħajja ġdida u jerġa’ jintuża minflok jintrema. Il-benefiċċji ta’ inizjattivi bħal dawn huma ħafna, bl-ikbar fosthom ikunu l-fatt li jonqos l-iskart u b’hekk jonqos ukoll il-bżonn ta’ spazju fil-miżbliet, li kull ma jmur qiegħed dejjem jonqos; kif ukoll il-fatt li mistennija

tonqos ukoll it-talba għar-riżorsi naturali peress li l-iskart stess se jkun qed jinbidel f’riżorsa alternattiva. Fil-kuntest tal-ġebla Maltija, huwa fatt magħruf li dak li jista’ joħroġ mill-barrieri bħal, per eżempju, il-kantun tal-franka jew iżżrar taż-żonqor - huwa sors naturali limitat u mistenni li jispiċċa fi ftit tas-snin. Għaldaqstant, anki minn dan l-aspett il-pajjiż irid iħares lejn prodotti differenti bi kwalitajiet simili jew fejn hu possibli anki aħjar. Il-ġebla ġdida magħmula mir-radam skartat mill-industrija tal-kostruzzjoni li qed taħdem fuqha l-Università ta’ Malta – u li bl-għajnuna tal-Malta Industrial Parks ser tiġi kkummerċjalizzata fiż-żmien qarib – għandha propju l-għan li toffri din it-tip ta’ alternattiva. Meta mqabbla mal-ġebla tal-franka jew mal-bricks, din il-ġebla ġdida għandha ħafna iktar vantaġġi. Fil-fatt, skont il-livell ta’


pressa użata meta tkun qed tiġi magħġuna u mqiegħda ġol-forma, din il-ġebla ġdida tista’ saħansitra tkun iktar b’saħħitha u jkollha iktar reżistenza għall-elementi. Tista’ wkoll tingħata forom, qisien, u kuluri differenti minn dawk li mdorrijin naraw. Fil-waqt li n-nefqa diretta biex tinħoloq din il-ġebla ġdida s’issa hija ftit ogħla minn dik għall-materjali l-oħra, il-valur għall-industrija xorta jibqa’ wieħed posittiv ħafna minħabba li se tkun qed titnaqqas drastikament l-ispiża għar-rimi tal-iskart. Barra minn hekk, il-fatt li l-ġebla ġdida tista’ tiġi rfinuta minnha nfisha jista’ ukoll inaqqas l-ispejjeż tat-tikħil.

jinħoloq u jibda jikber bil-mod il-mod. Fosthom, l-MIP se tkun qed tapplika l-kunċett tal-ekonomija ċirkolari fil-proġett tar-riġenerazzjoni tal-miżbla l-antika li tinsab f’Ħal Luqa, biswit iż-żona industrijali talMarsa. L-iskart tal-kostruzzjoni li se jkun qed jinqala’ matul dan il-proġett se jitnaddaf fuq is-sit stess sabiex imbagħad jingħadda bħala riżorsa sekondarja li minnha ssir din il-ġebla. Meta r-riġenerazzjoni tas-sit eventwalment tkun lesta, l-istess ġebla tintuża fil-bini talfaċilitajiet il-ġodda fuq il-post.

Maż-żmien, il-prezz għaliha mistenni jonqos hekk kif it-teknoloġija titjieb u n-nefqa biex issir tinqasam fuq ammonti ikbar.

L-MIP qed tikkunsidra ukoll li fis-sejħiet għall-bini ta’ fabbriki jew faċilitajiet li jinsabu fiżżoni industrijali li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha jiddaħħal l-obbligu li almenu parti millbinja trid issir b’din it-tip ta’ ġebla.

Għal dan il-għan, il-Malta Industrial Parks se tkun qed timplimenta għadd ta’ miżuri jew inizjattivi sabiex is-suq għal din il-ġebla

Għaddejjin ukoll diskussjonijiet sabiex flimkien mal-Malta Enterprise jiġu esplorati xi miżuri jew inċentivi li jistgħu jingħataw sabiex

l-industrija tal-kostruzzjoni ssibha iktar faċli tibda tuża din il-ġebla magħmula mill-iskart li jinħoloq minn din l-istess industrija. Fil-ġimgħat li għaddew, l-MIP bl-għajnuna tal-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar organizzat ukoll business breakfast sabiex tkattar il-kuxjenza dwar kif l-ekonomija ċirkolari qegħda u tista’ tiġi iktar applikata fiż-żoni industrijali u fl-ekonomija b’mod ġenerali, fosthom permezz ta’ din ilġebla magħmula mill-iskart tal-kostruzzjoni. Għal dan il-business breakfast attendew għadd kbir ta’ rappreżentanti tal-partijiet interessati – fosthom rappreżentanti talentitajiet pubbliċi, akkademiċi u riċerkaturi tal-università, kif ukoll rappreżentanti talindustrija u n-negozji li għandhom xi tip ta’ rabta mal-proċess – li b’hekk setgħu ilkoll jieħdu sehem fid-diskussjoni u jgħidu x’jaħsbu li hemm bżonn isir biex dawn l-inizjattivi jirnexxu għall-benefiċċju ta’ kulħadd.

31


Il-kuntratturi għandhom ikunu mgħejjuna l-istess bħal ħaddieħor F’temp ta’ ftit ġimgħat, pajjiżna intlaqat minn żewġ affarijiet li ħallew impatt fuq l-industrija tal-kostruzzjoni. Kien hemm it-traġedja ta’ Miriam Pace li mietet wara li ġġarfet darha u ftit jiem eżatt wara rajna tisplodi l-kwistjoni tal-Coronavirus, fejn anke ġew irreġistrati każi f’pajjiżna. Quddiem dan, il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi (MDA), Sandro Chetcuti jagħmilha ċara li l-MDA se tibqa’ taħdem, kif dejjem għamlet biex tkompli ttejjeb dan is-settur u torganizza din l-industrija.

Ta’ min jgħid li llum hu fatt rikonoxxut, li mindu twaqqfet l-MDA saru żviluppi kbar ‘l quddiem. L-MDA hi għaqda non governattiva li twaqqfet 10 snin ilu. Hi assoċjazzjoni li għamlet ħafna ġid u kien bis-saħħa tagħha li ddaħħlu l-inċentivi tal-‘first time buyers’, ‘second time buyers’, l-inċentivi għal bini fil-qalba tal-irħula, skemi għal min jixtri dar Għawdex u skeni għall-belt. Sandro Chetcuti, meta mistoqsi dwar il-ħidma tal-MDA jgħidilna li “dejjem naraw li inkunu proattivi u nagħtu pariri li huma tajbin għal pajjizż inġenerali. Meta xi ħadd ikunu qed jabbuża u jkun impotenti. ma jfissirx li l-liġi tkun ħażina jew li l-kuntratturi kollha ħżiena. Dak ikun ifisser li dak li jkun ma ħadimx bil-għaqal. Il-liġi hi deterrent u qiegħda hemm biex ma tiksiriex.. Ma jfissirx li se tikkontrolla lil kulħadd, għax kieku jiġri hekk fil-pajjiż m’hawnx serq u kriminalità”.

Wara dak li ġara f’Santa Venera kellna diversi li bdew jitfgħu lil kulħadd f’keffa waħda. Bdejna nisimgħu kliem iebes kontrra kuntratturi. Bdew ipinġu li qisu kulħadd jabbuża. Kulħadd qed jiġi jaqa’ u jqum mir-regolamenti? Hawn ċertu nies li ma jkunux jafu id-differenza bejn żviluppatur u kuntrattur u din anke fit-top level. Hemm distinzjoni bejn ‘developer’ u kuntrattur. Hawn ċertu faxxa ta’ nies li qegħdin jagħmlu minn kollox u għandhom aġenda biex inaqqsu l-attivita mill-kostruzzjoni. Din aġenda li tidher ċara u tonda. Meta ssir xi traġedja bħal ma rajna, flok inkunu responsabbi x’ingħidu nibdew nippuntaw is-swaba. Din hi xi ħaġa ħażina għax toħloq mibegħda. Fil-mumenti difficli, speċjalment issa minħabba l-virus, aktar ma nkunu magħqudin aktar joħroġ ġid. Hemm ‘developers’ li huma membri tal-MDA u oħrajn m’humiex. Min per eżempju irid jibni għat-tfal, dak hu ‘developer’. Imbagħad hemm il-kuntatturi li ħafna minnhom huma mgħammrin għax-xoghol modern tal-lum u hemm oħrajn li mhux iggerjati. F’kull qasam hemm hekk u mhux fil-kostruzzjoni biss. Fil-Catering, servizzi finanzjari u manifattura fost oħrajn. Kellna Imħallfin li tressqu u nstabu ħatja imma ma tfissirx li l-Imħallfin kollha ħżiena. Ikun hemm individwi li bl-aġir tagħhom jagħmlu ħsara lill-kumplament. Rajna protesta kontra l-assocjazzjoni. X’ġħandha x’taqsam l-assoċjazzjoni? Bħala assoċjazzjoni aħna kontra kull tip ta abbuż u qed nagħmlu minn kollox biex norganizzaw l-industrija. Illum l-industrija

32

kibret ħafna. Ma tistax iġġiegħel lil kulħadd jidħol membru miegħek. Mindu twaqqfet l-assoċjazzjoni, dejjem ippruvajna nagħmlu li nistgħu bl-aħjar riżorsi. L-ilmenti kollha li nircievu dejjem ippruvajna nagħmlu mill-aħjar biex nintervjenu u naqdu lin-nies. Kien hemm każi fejn kellimnihom aħna. Dejjem għamilna dak li nistgħu. M’għandna l-ebda poteri u nagħġmluha għax iurridu aħna.

Hemm min qed jgħid li l-industrija għandha tikkalma. X’tikkummenta dwar dan? Awtomatikament b’dak li ġara bil-virus, l-industrija se tikkalma. L-ekonomija qed tbati. Kienet diġa qed tikkalma minħabba restrizzjonijiet fuq l-industrija. Id-domanda bdiet tonqos aħseb u ara issa, fejn issa għandna dawn l-isfidi kbar. Nemmen li meta jieħu daqqa it-turiżmu. jew kostruzzjoni se jkun hawn problemi finanzjarji. Ma jfissirx li aħna konxji li l-kostruzzjoni hi l-mutur ewlieni, allura jfisser li x-xogħol ma jsirx bil-galbu. Il-pożizzjoni tagħna hi li kemm jista’ jkun jaħdmu dawk in-nies galbati. Waqqafna l-MDA Academy u qed nagħtu korsijiet.f. Anki dawk li għandhom esperjenza, qed noffrulhom il-korsijiet. Il-maġġoranza tal-membri, iridu jagħmlu l-korsijiet u jġibu l-iskill cards li hemm bżonn. Qabel konna naħsbu li huma ‘cowboys’, jimma llum ħafna minnhom jixtiequ li jġibu l-liċenzji u skills cards.

Il-prijorita bħalissa x’inhi? Nemmen li l-prijorità bħalissa hi kif il-gvern se jitratta l-kriżi talvirus. Naraw kif inkunu prudenti biex nissapportjaw l-ħaddiema biex ma jintilfux impjiegi. L-industrija tal-kostruzzjoni tħaddem 40,000 ruħ. Importanti li ma jintilfux impjiegi. Anke jekk ikun hemm bżonn, lock down per eżempju, qed nippruvaw naħsbu għaliha. Imma għandna bżonn support lill-ħaddiema. Il-kuntratturi mhumiex ‘developers’ u huma dawk li jipprovdu is-servizz. Il-kuntratturi għandhom operat qawwi xejn inqas mill-manifattura u xejn inqas minn dawk li jaħdmu fis-servizzi finanzjarji. Il-kuntrattur kull ma jbiegħ hu is-servizz. Il-qliegħ tiegħu hu limitat. Hu qed ibiegħ is-servizz u ħafna minnhom ikollhom self u overedrafts fuq l-inġenji u ma jkunux jistgħu jassorbu l-pjagi talħaddiema kollha. Bħala MDA qegħdin nippropona li l-kuntratturi ma jiġux diskriminati. Mhux qed nippretendu xi ħaġa aħjar minn ħaddieħor. Il-kuntratturi għandhom ikunu trattati l-istess bħal ħaddieħor . La inqas u lanqas iżjed.

Meta se ssir ir-reġistrazzjoni tal-kuntratturi? Bħala MDA ħadna inizjattiva ta’ min qed jaħdem fis-suq. Għamilna reġistru volontarju. Għamilja sejħa biex min hu fl-industrija inkunu nafu bih. Xorta hawn persentaġġ li xorta waħda għadna ma nafux bihom. Pero ħafna minnhom ikkoperaw. Aħna se nknunu qed nissuġġerixxu li l-gvern bl-għajnuna tal-Awtorità tagħmel klassifika tal-kuntratturi. Ikun hemm forma ta’ punti, bħal m’hemm fil-licenzji tal-karozzi. Jekk ma timxix mar-regoli titlef il-punti.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.