GĦALL-ANZJANI
PROGRAMM TA’ ATTIVITAJIET U SERVIZZI
Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar huwa impenjat bissħiħ biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-anzjani tagħna. Nifhmu l-bżonnijiet differenti taċ-ċittadini kollha u mhux b’inqas talanzjani resident f’Għawdex. Għaldaqstant, il-Ministeru joffri firxa komprensiva ta’ servizzi mfassla biex jippromwovu s-saħħa, il-benesseri, u l-attività fiżika, filwaqt li jiżguraw li l-individwi jżommu l-indipendenza u d-dinjità tagħhom.
Fil-qalba tas-servizzi offruti mill-Ministeru, insibu s-servizz ta’ kura residenzjali. Dan is-servizz huwa provdut f’diversi faċilitajiet li nsibu f’Għawdex li huma intiżi speċifikament għal dan il-għan fejn tingħata priorità lill-kumdità u s-sikurezza tal-klijent. Nassiguraw li kull faċilità għandha ħaddiema mħarrġa apposta, inkluż fil-kura medika. L-għan huwa li jinħoloq ambjent sagħan fejn ir-residenti jkunu jistgħu jgawdu kwalità ta’ ħajja għolja. Il-Ministeru jiżgura li dawn iddjar huma akkoljenti, fejn jitrawwem sens ta’ appartenenza u dik ta’ komunità.
Għal dawk li jippreferu jibqgħu fi djarhom stess, il-Ministeru, permezz tad-Direttorat tas-Servizzi għal Għawdex, joffri servizzi estensivi ta’ kura fid-dar. Dawn is-servizzi jinkludu assistenza f’attivitajiet ta’ kuljum inkluż t-tindif tad-dar. Barra minn hekk, noffru wkoll sostenn ta’ professjonisti fosthom dak ta’ fiżjoterapisti u social workers. Dan is-servizz
jippermetti lill-anzjani jżommu l-indipendenza u l-kumdità tagħhom filwaqt li jirċievu l-assistenza meħtieġa biex jibqgħu b’saħħithom u sikuri fi djarom stess.
Iċ-ċentri tal-Anzjanità Attiva jipprovdu servizz vitali ieħor. Dawn iċ-ċentri joffru firxa wiesgħa ta’ attivitajiet u programmi mfassla apposta għall-interessi u l-kapaċitajiet talparteċipanti anzjani. Minn klassijiet ta’ eżerċizzju fiżiku u arti u snajja’, għal avvenimenti soċjali u workshops edukattivi, iċċentri ta’ kura matul il-jum huma ċentri vibranti mimlija ħajja u attività. Dawn għandhom irwol kruċjali fil-promozzjoni tal-benesseri mentali u fiżiku permezz tal-interazzjoni u l-involviment soċjali ta’ min jipparteċipa u jattendi dawn iċċentri.
Il-Ministeru joffri wkoll korsijiet edukattivi għall-anzjani, għajnuna teknoloġika f’każ ta’ emerġenzi (Telecare+), għajnuna teknoloġika maħsuba għal persuni li jbatu middimensja (Telecare On The Move), servizzi ta’ handyman, servizzi ta’ ġardinara, servizzi ta’ hairdressing u aktar.
Dan kollu hu xhieda tal-impenn u d-dedikazzjoni tagħna biex nipprovdu firxa wiesgħa ta’ servizzi kompassjonali u komprensivi għall-anzjani. L-għan aħħari dejjem jibqa’ wieħed, dak li nħallu l-maħbubin tagħna jkomplu jgħixu ħajja indipendenti fil-qalba tal-komunitajiet rispettivi tagħna, hemm fejn trabbew, kibru u għexu. Madankollu meta anzjan ma jkunx jista’ jibqa’ jgħix b’mod indipendenti, aħna nagħmlu ħilitna biex nipprovdu l-faċilitajiet meħtieġa f’forma ta’ day centres, night shelters u residenzi għall-anzjani. Tabilħaqq, l-anzjani tagħna jistħoqqilhom l-aqwa kura.
Dan il-ktejjeb jipprovdi dettalji tal-attivitajiet iddisinjati għallanzjani, qrabathom u l-komunità. Nistedinkom tattendu u tieħdu gost. Barra minn hekk, dan il-ktejjeb jagħti wkoll ħarsa aktar dettaljata lejn is-servizzi offruti mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar.
Clint Camilleri
Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar
PROGRAMM TA’ ATTIVITAJIET GĦALL-ANZJANI
mħejji mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar għal matul ix-xahar ta’ Ottubru 2024
ta’ Ottubru
Dar San Ġużepp Open Day
Ingħaqad magħna għal Open Day f’Dar San Ġużepp f’Għajnsielem biex tesplora l-faċilitajiet tal-post, issir taf dwar is-servizzi li noffru, u tiltaqa’ mat-tim iddedikat tagħna. Kulħadd mistieden! Għal aktar informazzjoni kkuntattja fuq 2317 4500.
Dar San Ġużepp, Triq l-Imġarr, Għajnsielem
Żomm
ta’ Ottubru
Il-Ħamis 9:00 am - 11:00 am
Attiv: Eżerċizzji Sempliċi għall-Anzjani
Ingħaqad magħna għal taħdita minn fiżjoterapista, fejn se jiġi spjegat l-importanza tal-attività fiżika u l-aħjar rispons f’każ ta’ inċident. Din l-attività se tkun ukoll iffukata fuq eżerċizzji sempliċi maħsuba biex jgħinu lill-anzjani jibqgħu attivi u f’saħħithom. Ejja u isma’ dwar suġġerimenti u tekniki prattiċi li jistgħu jiġu inkorporati faċilment fir-rutina ta’ kuljum biex itejbu l-mobbiltà u l-benesseri ġenerali.
Xewkija Active Ageing Centre, Triq Santa Katerina, Ix-Xewkija
ta’ Ottubru
Il-Ġimgħa 10:00 am
Quddiesa Interġenerazzjonali: Ċelebrazzjoni għat-Tfal u l-Anzjani
Quddiesa li se ssir Ta’ Pinu, akkumpanjata b’kor ta’ tfal mill-Iskola Primarja Ta’ Sannat li se jkunu qed ikantaw flimkien mal-anzjani. Din iċ-ċelebrazzjoni interġenerazzjonali tgħaqqad ġenerazzjonijiet differenti fi spirtu ta’ għaqda u komunità. L-anzjani kollha huma mistiedna jattendu.
Trasport se jkun provdut minn kull pjazza tar-raħal u tluq mill-meeting points tas-soltu fid-9:15 am. Għal trasport ta’ persuni fuq siġġu tar-roti, jekk jogħġbok ikkuntattja fuq 2215 6628.
Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu, Triq Ta’ Pinu, L-Għarb It-Tlieta 10:00 am - 3:00 pm
ta’ Ottubru
Il-Ħamis 9:30 am - 10:30 am
Taħdita minn Nutar Pubbliku
Taħdita ta’ interess partikolari għall-anzjani mingħand nutar pubbliku. Ejjew, isimgħu u staqsu l-mistoqsijiet tagħkom waqt din is-sessjoni interessanti.
Xewkija Active Ageing Centre, Triq Santa Katerina, Ix-Xewkija
ta’ Ottubru
Kuluri u Tifkiriet
Is-Sibt 4:30 pm
Kuluri u Tifkiriet jgħaqqad flimkien l-arti, il-memorja kollettiva, u l-psikoterapija sabiex tiġi offruta esperjenza multisensorjali. Permezz tal-użu tas-sensi - li tmiss, li tara, li xxomm, u l-moviment - jiġu esplorati tifkiriet u emozzjonijiet. Bl-integrazzjoni ta’ dawn is-sensi, l-għan hu li jissaħħu r-relazzjonijiet u li tinbena komunità anke f’ambjent residenzjali.
Imfassal għal persuni li jgħixu bid-dimensja u l-persuni li jieħdu ħsiebhom, Kuluri u Tifkiriet joffri opportunità biex ilparteċipanti jikkomunikaw flimkien permezz tal-kreattività. Jinħolqu wkoll mumenti ta’ memorja kollettiva, kif ukoll jinkoraġġixxu spazji sikuri, rispettabbli, u li jsebbħu l-emozzjonijiet għal kull min jipparteċipa. Dan l-avveniment qed isir b’kollaborazzjoni mal-Malta Dementia Society.
Biex tirriserva post għal din is-sessjoni, ċempel fuq 2155 1000 jew ibgħat email fuq info@icare.com.mt.
Casa Amalia, 81, Pjazzetta Patri Akkursju Xerri, Victoria
ta’ Ottubru
L-Erbgħa 6:30 pm - 9:00 pm
Ġesù Nazzarenu Night Shelter Open Day
Żur Ġesù Nazzarenu Night Shelter waqt l-Open Day biex issir taf dwar is-servizzi tagħna u tara kif ngħinu lil dawk li huma fil-bżonn. Iltaqa’ mat-tim iddedikat, esplora l-faċilitajiet tal-post, u skopri d-differenza li nagħmlu filkomunità. Kulħadd huwa mistieden! Għal aktar informazzjoni kkuntattja fuq 2156 6157.
Dar Nazzarenu, Triq Ġnien Xibla, Ix-Xagħra
ta’ Ottubru
Il-Ħamis 9:00 am - 2:00 pm
Casa Amalia Open Day
Żur Casa Amalia Day Care and Night Shelter ġewwa l-Belt Victoria waqt l-Open Day fejn tista’ żżur il-faċilitajiet moderni tagħna, issir taf dwar is-servizzi komprensivi li noffru, u tiltaqa’ ma’ tim iddedikat. Nistednuk biex tingħaqad magħna u tara kif qed nagħmlu differenza fil-komunità. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 2155 1000 jew ibgħat email fuq info@icare.com.mt.
Casa Amalia, 81, Pjazzetta Patri Akkursju Xerri, Victoria
ta’ Ottubru
Tir Tajra Tir
10:00 am
Ingħaqad magħna f’din il-ġurnata fejn tfal u anzjani se jitgħallmu kif jagħmlu u jtajru t-tajr, jaqsmu stejjer u rakkonti, u joħolqu tifkiriet. Dan l-avveniment huwa opportunità sabiħa għal ġenerazzjonijiet differenti biex jingħaqdu flimkien u jitgħallmu minn xulxin, waqt attività tassew pjaċevoli. L-avveniment qed isir b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Għarb. Għal aktar informazzjoni kkuntattja fuq 2210 0152.
Għarb Football Ground, Triq Tumas Cassar, L-Għarb
ta’ Ottubru
Is-Sibt 4:30 pm
Id f’Id: Appoġġ għall-Qraba u Kustodji ta’ Dawk li Jbatu mid-Dimensja
Reaching Hands huwa support group għall-qraba u carers ta’ persuni li jgħixu bid-dimensja. Dan huwa spazju sigur fejn il-membri tal-familja jistgħu jaqsmu l-esperjenzi tagħhom, jisimgħu lil ħaddieħor, u jitgħallmu minn xulxin. Il-grupp ikun immexxi minn psikoterapista li jwieġeb mistoqsijiet skont il-bżonn. Dan l-avveniment se jsir b’kollaborazzjoni mal-Malta Dementia Society.
Biex tirriserva post għal din is-sessjoni, ċempel 2155 1000 jew ibgħat email fuq info@icare.com.mt.
Casa Amalia, 81, Pjazzetta Patri Akkursju Xerri, Victoria
ta’ Ottubru
Il-Ħadd 9:30 am - 1:30 pm
Villa San Lawrenz Open Day
Żur Villa San Lawrenz waqt l-Open Day u skopri dak li għandna x’noffru. Ejja għal tour iggwidat madwar il-faċilitajiet tagħna, iltaqa’ mat-tim professjonali, u ssir taf kif noħolqu ambjent ta’ sostenn għar-residenti tagħna. Nilqgħuk fostna fejn se naqsmu l-istorja tagħna miegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 2156 4645.
Villa San Lawrenz, Triq ta’ Ċangura, San Lawrenz
ta’ Ottubru
It-Tnejn 9:00 am - 11:00 am
Nutrizzjoni u Saħħa
Ingħaqad magħna għal taħdita minn nutrizzjonista, fejn se jingħataw pariri siewja dwar kif iżżomm dieta bilanċjata u ttejjeb saħħtek. Skopri kif nutrizzjoni xierqa tista’ tagħmel impatt pożittiv fuq is-saħħa tiegħek u l-ħajja ta’ kuljum. Din it-taħdita toffri pariri prattiċi, riċetti u tweġibiet għall-mistoqsijiet tiegħek dwar in-nutrizzjoni.
Xewkija Active Ageing Centre, Triq Santa Katerina, Ix-Xewkija
ta’ Ottubru
It-Tlieta 7:00 am
Ħarġa għal Malta għall-Anzjani
Ingħaqad magħna għal ħarġa f’Malta, bi programm imfassal speċifikament għall-anzjani. Din il-ġurnata toffri opportunità biex tesplora l-attrazzjonijiet ewlenin tal-gżira.
Tluq minn ħdejn l-Iskola Primarja tax-Xewkija fis-7:00 am biex nilħqu l-vapur tas-7:30 am.
Biex tirriserva post, ċempel fuq 2215 6625 jew 2215 6620.
24
ta’ Ottubru
Il-Ħamis 9:00 am - 11:00 am
Kun Attiv Fiżikament u Mentalment ma’ Malta Dementia Society (MDS)
Sessjoni ta’ eżerċizzji fejn se taraw l-importanza tal-attività fiżika għas-saħħa li tnaqqas ir-riskju li timrad b’mard bħal dijabete, kankru, dimensja u mard tal-qalb. Segwita b’taħdita minn psikoterapista fejn se tingħata informazzjoni dwar il-benesseri mentali tal-anzjani u dawk li jieħdu ħsiebhom.
Xewkija Active Ageing Centre, Triq Santa Katerina, Ix-Xewkija
26
ta’ Ottubru
Is-Sibt 3:30 pm - 7:00 pm
Ġenerazzjonijiet Flimkien: Wara nofsinhar ta’ Divertiment mal-Victoria Scout Group
Ingħaqad mal-Victoria Scouts Group għal Avventura Interġenerazzjonali fid-Dwejra, fejn se jkunu qed jospitaw avveniment speċjali għan-nanniet u l-anzjani. Din l-attività unika għandha l-għan li tgħaqqad il-ġenerazzjonijiet permezz ta’ sensiela ta’ attivitajiet li jiffokaw fuq in-natura, logħob, u teamwork. Hija opportunità sabiħa għaż-żgħażagħ u l-anzjani biex jingħaqdu, jaqsmu esperjenzi, u jgawdu s-sbuħija tad-Dwejra flimkien. Titlifx din l-opportunità biex tkun parti minn ġurnata memorabbli ta’ divertiment bejn il-ġenerazzjonijiet!
Għal aktar informazzjoni kkuntattja lil GSL Jesmond fuq jesmond@victoriascoutgroup.org.
Id-Dwejra, San Lawrenz
27
ta’ Ottubru
Il-Ħadd 9:00 am - 12:00 pm
Connecting Generations
Skopri l-varjetà ta’ servizzi disponibbli għall-anzjani - offruti mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar - waqt dan l-avveniment ta’ divertiment u informazzjoni għall-familji li jinkludi taħditiet interattivi, esibizzjonijiet ta’ artiġjanat, u attivitajiet għal kull età. Ġurnata fejn it-tfal jistgħu jsaħħu r-relazzjoni tagħhom mal-anzjani permezz ta’ logħob divertenti, waqt li tista’ titgħallem dwar riżorsi u servizzi importanti li jgħinu biex tittejjeb il-ħajja tal-anzjani tagħna. Ingħaqad magħna għal sessjonijiet ta’ tagħlim u divertiment!
Il-Ġnien Villa Rundle, Triq ir-Repubblika, Victoria
Għal aktar informazzjoni dwar dawn l-avvenimenti jekk jogħġbok ċempel fuq 2215 6561/2.
Servizzi Offruti mill-Ministeru
għal Għawdex u l-Ippjanar
Permezz tat-Taqsima Anzjani u Persuni bi Bżonnijiet
Speċjali, fi ħdan id-Direttorat tas-Servizzi Għawdex, ilMinisteru għal Għawdex u l-Ippjanar joffri għajnuna qalb il-komunità lill-anzjani kollha kif ukoll lil dawk bi bżonnijiet speċjali.
Hawn taħt sib il-lista ta’ servizzi li l-Ministeru joffri biex jgħin lill-anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali biex jgħixu ħajja b’saħħitha, attiva, u indipendenti:
• Telecare+
• Telecare on the Move
• Social Work
• Servizz ta’ Handyman
• Servizz ta’ Ġardinar
• Assistenza għall-inkontinenza
• Meals on Wheels
• Hairdressing
• Fiżjoterapija
• Home Help Service
• Roħs fuq il-Kera tat-Telefown
• Università tat-Tielet Età
• Day Care Centre f’Għajnsielem
• Ċentri tal-Anzjanità Attiva (Active Ageing Centres)
• Dar tal-Anzjani – Dar San Ġużepp (Għajnsielem)
• Dar tal-Anzjani – Villa San Lawrenz (San Lawrenz)
• Night Shelter – Ġesù Nazzarenu (Xagħra)
• Day Centre u Night Shelter – Casa Amalia (Victoria)
Kif tikkuntattjana?
L-uffiċini tagħna huma miftuħa mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 am u s-2:00 pm u s-Sibt bejn it-8:00 am u l-11:00 am. Ikkuntattjana jew żur l-uffiċċji tagħna fejn wieħed mir-rappreżentanti tagħna jgħinek u jipprovdilek formola tal-applikazzjoni għas-servizzi offruti mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar
Applikazzjonijiet issibhom ukoll onlajn fuq:
• myGozo app
• servizz.gov (fittex: Servizzi tal-anzjani Għawdex)
Aktar dettalji
Taqsima Anzjani u Persuni bi Bżonnijiet Speċjali
Direttorat tas-Servizzi għal Għawdex
Pjazza San Franġisk
Il-Belt Victoria, Għawdex
Tel: 2215 6620 / 2210 0265
email: services.mgp@gov.mt jew elderly.mgp@gov.mt
Aħna noffru s-Servizz tat-Telecare flimkien ma’ Connected Care. It-Telecare jaħdem permezz tattelefown jew kaxxa speċjali mqabbda ma’ linja normali tat-telefown. Jekk ikollok bżonn, tkun tista’ ssejjaħ għall-għajnuna billi tagħfas buttuna li tinsab fuq ilkaxxa jew fuq il-pendent li jiġi provdut mal-kaxxa.
Telecare on the Move
L-għan tas-servizz tat-Telecare on the Move hu li persuni bid-dimensja jgħixu kwalità ta’ ħajja bl-inqas restrizzjonijiet li jitpoġġew fuq il-libertajiet personali tagħhom. B’hekk dan is-servizz li hu bbażat fuq teknoloġija, jgħin persuni bid-dimensja ta’ ’l fuq minn 60 sena biex ikomplu jgħixu f’darhom stess u fil-komunità.
Servizz ta’ Social Worker għall-Anzjani
L-għan prinċipali tas-Servizz ta’ Social Worker fi ħdan ilkura tal-anzjani huwa li jservi ta’ punt ta’ referenza għal individwi ta’ ’l fuq minn 60 sena, li jistgħu jesperjenzaw sfidi diversi f’ħajjithom. Dawn l-isfidi jistgħu jinħolqu gradwalment jew f’daqqa. Hemm diversi diffikultajiet li wieħed jista’ jiltaqa’ magħhom fosthom problemi ta’ saħħa, id-dimensja, id-diżabilità, in-nuqqas ta’ appoġġ informali, it-telfa ta’ xi ħadd maħbub, is-solitudni, forom ta’ abbuż, kwistjonijiet ta’ faqar, u aktar.
L-anzjani jiġu segwiti mill-qrib mis-social worker prinċipalment permezz ta’ żjarat fid-djar. L-assistenza provduta tinkludi appoġġ u gwida emozzjonali, kuntatt kontinwu mal-qraba jew next-of-kin, u anke intervent f’mumenti ta’ kriżi.
Servizz ta’ Handyman
Aħna noffru dan is-servizz permezz ta’ handyman mis-Sezzjoni tagħna. Il-handyman
jista’ jagħmel wieħed jew aktar minn dawn ixxogħlijiet ta’ natura żgħira fuq:
• Xogħol fl-injam
• Tiswija ta’ ħsarat fis-sistema tal-ilma
• Tiswija ta’ ħsarat fis-sistema tad-dawl
• Irranġar fid-dar f’każ fejn wieħed ma
jkunx jista’ jmur min-naħa għal oħra b’kumdità
Servizz ta’ Ġardinar
Dan is-servizz qed jingħata lil dawk il-persuni anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali li minħabba raġunijiet varji ta’ nuqqas ta’ mobbiltà, qed isibuha diffiċli biex jaħdmu u jieħdu ħsieb il-ġnien li jkollhom mad-dar. B’hekk huma jkunu jistgħu jgawdu l-ġardina tagħhom. Dan isservizz hu bla ħlas.
Assistenza lil Persuni bi Problemi ta’
Inkontinenza
Aħna nipprovdu ħrieqi lil persuni bi problemi ta’ inkontinenza permezz ta’ żewġ skemi. Skema A hija għal persuni bi bżonnijiet speċjali. Skema B hija għal persuni anzjani.
Min juża s-servizz permezz ta’ Skema B intitolat/a għal sussidju ta’:
• Ħrieqi - 0.10ċ
• Pads tan-nisa - 0.05ċ
• Pads tal-irġiel - 0.06ċ
• Inco sheets - 0.03ċ
• Pull-ups - 0.15ċ
Il-prezz huwa fuq kull biċċa.
Jekk ikollok karta tal-Identità Speċjali maħruġa millKummissjoni Nazzjonali Persuni b’diżabbilità, inti tieħu għadd limitat ta’ prodotti b’xejn.
Telefown - 2215 6626
Servizz ta’ Platt Sħun (Meals on Wheels)
Tista’ tirċievi kuljum f’darek ikla li aħna nipprovdu blgħajnuna tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar.
L-ikla tikkonsisti fi tliet platti, u l-prezz issussidjat huwa ta’ €2.33.
Tista’ tapplika fl-uffiċċju tagħna billi ċċempel fuq 2215 6237.
Servizz ta’ Hairdresser
Servizz offrut lil nies li huma fis-sodda, f’siġġu tar-roti jew ma joħorġux mid-dar.
Biex tapplika trid iċċempel fuq 2215 6237 u titlobna dan is-servizz. Aħna nikkuntattjaw lill-hairdresser biex tkun tista’ tipprovdilek dan is-servizz.
Dan is-servizz huwa mingħajr ħlas imma shampoo u żebgħa jridu jiġu provduti mill-klijent/a.
Servizz
ta’ Fiżjoterapista
Servizz offrut lil nies li huma fis-sodda, f’siġġu tar-roti jew ma joħorġux mid-dar.
Biex tibbenifika minn dan is-servizz, trid iċċempel fuq 2215 6621/0 u titlobna dan is-servizz. Fl-ewwel viżta jsir assessjar tas-sitwazzjoni. Aħna nikkuntattjaw lillFiżjoterapista biex tkun tista’ tipprovdilek dan is-servizz. Is-servizz huwa bla ħlas.
Servizz ta’ Għajnuna fid-Dar
Aħna noffru dan is-servizz sabiex ngħinukom tkunu aktar indipendenti f’darkom u nagħtukom għajnuna domestika u personali. L-Assistenti Soċjali jgħinukom:
• fil-ħasil tal-art tal-kmamar fejn toqogħdu (kamra tas-sodda, kamra tal-banju, kċina)
• fit-tfarfir tal-għamara ta’ dawn il-kmamar
• u f’servizzi oħra (bħall-qadi, xiri u ġbir ta’ mediċini)
Is-servizz li jiġi approvat hu ta’ bejn sagħtejn sa ħames sigħat fil-ġimgħa.
Infermiera u Social Worker jiddeċiedu I-ammont ta’ sigħat li hemm bżonn jingħataw wara li ssir żjara fid-dar tal-applikant.
Dan is-servizz noffruh lil persuni ’l fuq minn 65 sena, persuni b’diżabbiltà u persuni b’mard terminali. Biex tapplika żur l-uffiċċju tagħna biex tiġbor formola li tinkludi wkoll rapport mediku li jrid jimtela mit-tabib personali tiegħek.
Il-ħlas għal dan is-servizz huwa ta’:
• €2.33 fil-ġimgħa għal persuni weħidhom
• €3.49 fil-ġimgħa għal aktar minn persuna waħda li toqgħod fl-istess dar
Tista’ tapplika billi ċċempel fuq 2215 6620.
Roħs fuq il-Kera tat-Telefown
It-tnaqqis fuq il-kera tat-telefon jipprovdi roħs ta’ kull xahar fuq il-linja diretta tat-telefon tar-residenza talapplikant. Dan is-servizz huwa maħsub biss għallanzjani li jkollhom servizz tat-telefon tal-GO plc. Ma hemm l-ebda skont fuq telefonati li jsiru mill-applikant.
Università tat-Tielet Età
Għall-Università tat-Tielet Età jista’ jattendi kull min għandu aktar minn 60 sena. Matul is-sena akkademika, li tibda f’Ottubru u tispiċċa f’Ġunju, ikun hemm erba’ suġġetti. Is-suġġetti magħżula huma mgħallma minn erba’ letturi differenti. Il-lezzjonijiet li jsiru huma ta’ interess kbir għall-persuni li jattendu. Il-lezzjonijiet isiru nhar ta’ Ġimgħa fil-Kampus ta’ Għawdex fix-Xewkija.
It-trasport huwa bla ħlas u jkopri l-lokalitajiet kollha f’Għawdex.
Tista’ tapplika billi tikkuntattja l-uffiċċji tagħna fuq 2215 6620/7 bejn it-8:00 am u s-2:00 pm.
Tapplika miżata annwali ta’ €12.
Ċentru ta’ Matul il-Jum f’Għajnsielem
Iċ-ċentru ta’ matul il-jum huwa maħsub sabiex int tibqa’ kemm jista’ jkun attiv/a fis-soċjetà. Huwa wkoll mezz sabiex nevitaw kemm jista’ jkun dipendenza fuq ilfamilja tiegħek.
Programm ta’ Attivitajiet
Is-servizzi u l-attivitajiet li nagħtu miċ-ċentru ta’ matul il-jum huma maħsuba biex ngħinuk iżżomm l-interessi tiegħek kif ukoll ninkoraġġuk issib oħrajn ġodda.
Aħna nipprovdu:
• Trasport minn u lejn iċ-ċentru
• Kolazzjon u ikla ta’ nofsinhar
• Diskussjonijiet edukattivi
• Attivitajiet fuq ġewwa u barra, u ħarġiet ta’ rikreazzjoni
Fiċ-ċentru jkun hemm infermiera għal kull bżonn li jista’ jinqala’.
Jekk inti persuna anzjana, ikkuntattjana fuq in-numru 2156 5891 biex tattendi.
Tista’ tapplika wkoll fl-uffiċċju tagħna billi ċċempel fuq 2215 6620/1.
Ir-reġistrazzjoni hija b’xejn iżda għall-attendenza trid tħallas €4 li tinkludi kolazzjon, ikla ta’ nofsinhar u attivitajiet oħra.
Ċentri tal-Anzjanità Attiva
Iċ-Ċentri tal-Anzjanità Attiva jipprovdu spazju u ambjent fejn l-anzjani jistgħu jibqgħu attivi fiżikament, mentalment u soċjalment. Tista’ tiltaqa’ ma’ persuni oħra tal-età tiegħek u tipparteċipa fl-attivitajiet organizzati.
Kull ċentru joffri programm varjat ta’ attivitajiet, fosthom ganutell, bizzilla, pittura u eżerċizzju fiżiku.
Informazzjoni dwar dawn iċ-ċentri:
Ta’ Kerċem -
Be Active
Triq Wenzu Mintoff
Ta’ Kerċem
Ġranet u Ħinijiet tal-ftuħ:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: mit-8:00 am sad-9:00 am
Attivitajiet: Be Active
Ta’ Sannat -
Kunsill Lokali Ta’ Sannat
Triq Ta’ Sannat
Ta’ Sannat
Ġranet u Ħinijiet tal-ftuħ:
It-Tlieta: Keep Fit | 8:30 am – 11:30 am
Il-Ġimgħa: Ħjata | 9:00 am – 12:00 pm
Ix-Xewkija -
Il-Każin tal-Banda tax-Xewkija
Triq Santa Katerina
Ix-Xewkija
Ġranet u Ħinijiet tal-ftuħ:
It-Tnejn: Knitting u Ħjata | 9:00 am – 12:00 pm
It-Tlieta: Line Dancing | 9:00 am – 10:30 am
L-Erbgħa: Keep Fit | 9:00 am – 11:00 am
Il-Ġimgħa: Line Dancing | 9:00 am – 10:30 am
Taċ-Ċawla -
Ċentru Ragħaj it-Tajjeb
Ċentru Parrokkjali
Triq Sir Paul Boffa
Victoria
Ġranet u Ħinijiet tal-ftuħ:
It-Tnejn: Keep Fit | 9:00 am – 10:00 am
It-Tlieta: Knitting | 9:00 am – 12:00 pm
Il-Ħamis: Bizzilla | 9:00 am – 12:00 pm
Il-Ġimgħa: Induratura | 9:00 am – 12:00 pm
Il-Qala -
Kunsill Lokali Qala
Ċentru Ċivili Qala
Triq l-Isqof Mikiel Buttigieg
Il-Qala
Ġranet u Ħinijiet tal-ftuħ:
It-Tlieta: Knitting | 9:00 am – 12:00 pm
Il-Ħamis: Ħjata | 9:00 am – 12:00 pm
Il-Ġimgħa: Keep Fit | 8:45 am – 9:45 am
Iż-Żebbuġ -
Każin tal-Banda Żebbuġ
Triq il-Knisja
Iż-Żebbuġ
Ġranet u Ħinijiet tal-ftuħ:
L-Erbgħa: Ħjata | 9:00 am – 12:00 pm
Il-Ħamis: Keep Fit | 9:00 am – 10:00 am
Persuni ’l fuq minn 60 sena jistgħu japplikaw għal dan is-servizz.
Tista’ tapplika jew fiċ-ċentri jew permezz taluffiċċju tagħna billi ċċempel fuq 2215 6644 jew 2210 0265.
Tixtieq dan is-servizz?
Jekk int jew xi ħadd għażiż għalik tkunu interessati li tissieħbu fil-komunità ta’ Dar San Ġuzepp, nistednuk biex tapplika għal żjara billi ċċempel fuq 2258 4200 jew tikkuntattja lill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar fuq 2215 6237 biex issir taf aktar fuq is-servizzi tagħna.
Dar San Ġużepp
(Għajnsielem)
Dar San Ġużepp (Għajnsielem) hija faċilità ġdida li toffri ambjent familjari għall-anzjani. Il-faċilità tinkludi spazji soċjali u żoni ħodor, li jrawmu atmosfera fejn ir-residenti jistgħu jgħixu ħajja attiva u ta’ sodisfazzjon fil-qalba talkomunità.
Servizzi ta’ infermiera
Infermiera speċjalizzati fil-qasam ikunu preżenti siegħa kuljum biex jieħdu ħsieb il-bżonnijiet mediċi fosthom preparazzjoni tal-kura u mediċini, monitoraġġ, u kuntatt ma’ tobba u speċjalisti tas-saħħa.
Faċilitajiet fil-kamra
Dar San Ġużepp tikkonsisti minn 3 livelli, bi 72 kamra li fihom sodda waħda jew tnejn, u parkeġġ taħt l-art. Ilkmamar huma mgħammra b’kamra tad-doċċa adattata għall-utenti tas-siġġu bir-roti, arja kundizzjonata, servizz b’xejn ta’ konnessjoni tat-televiżjoni, WiFi, telefown, kif ukoll sistema ta’ nurse call.
Ikliet
Ta’ kuljum tiġi servuta kolazzjon fil-kamra tar-resident waqt li l-pranzu u l-ikel ta’ filgħaxija jiġu servuti filkamra tal-ikel. Ir-residenti jistgħu jordnaw minn menù li joffri bosta għażliet nuttritivi mfassla skont il-ħtiġijiet tad-dieta tar-resident.
Bżonnijiet spiritwali
Ta’ kuljum tiġi ċċelebrata Quddiesa kif ukoll jingħad irRużarju, flimkien ma’ servizzi pastorali oħra, fil-kappella moderna ddedikata lil San Ġużepp.
Attivitajiet
Jiġu organizzati attivitajiet varji skont l-interess u l-kapaċitajiet tar-resident. Waqt ħarġiet u attivitajiet, ir-residenti huma akkumpanjati minn ko-ordinatur talattivitajiet u carers biex tiġi mħarsa s-sigurtà tas-saħħa tar-resident.
Ħinijiet tal-viżitaturi
• Bejn l-10:00 am u l-11:30 am u bejn it-3:00 pm u t-8:00 pm
Servizzi oħra:
• Front Office Support
• Servizzi ta’ sigurtà tas-saħħa
• Servizzi ta’ hairdressing
• Speċjalisti tas-saħħa u infermiera
• Ħasil ta’ ħwejjeġ u bjankerija
Villa San Lawrenz
Villa San Lawrenz isservi bħala faċilità residenzjali li toffri ambjent ta’ trawwim għall-anzjani, li tipprovdi kura kemm għal żmien qasir kif ukoll fit-tul, u anke servizzi ta’ respite.
Servizzi offruti:
• Kull resident ikollu kamra personalizzata u jista’ jżomm ħajja indipendenti, b’assistenza disponibbli kull ħin
• Aġġornamenti regolari dwar il-benesseri tar-residenti jingħataw lill-membri talfamilja tagħhom
• L-istaff huwa ddedikat biex jippreserva d-dinjità, l-awtonomija, u l-istima tarresidenti kollha
Eliġibilità:
• Individwi ta’ 60 sena ’l fuq
• Anzjani li jgħixu b’mod indipendenti jew jiddependu ħafna fuq oħrajn
• Anzjani li qed jesperjenzaw diżorjentazzjoni u dimensja
• Anzjani li jeħtieġu kura fit-tul
• Anzjani li ma jistgħux jgħixu fi djarhom stess
• Anzjani li jeħtieġu kura paljattiva
• Anzjani li jeħtieġu kura ta’ respite għal żmien li jvarja, ibbażat fuq il-bżonnijiet tal-familja.
Karatteristiċi tal-faċilità:
• Ikun hemm servizz ta’ kura tal-infermiera 24 siegħa
• L-aċċess għal-liftijiet huwa disponibbli fi tliet sulari
• Kull kamra tas-sodda hija mgħammra b’doċċa/toilet en-suite
• Lożor tas-sodda u xugamani huma provduti u maħsula mid-dar tal-kura
• Il-ħwejjeġ għandhom ikunu mmarkati bl-isem tarresident għal identifikazzjoni faċli
• Kull sodda f’kull kamra hija mgħammra b’qanpiena biex tissejjaħ infermiera u telefown għal telefonati fissi lokali
• Il-ħinijiet taż-żjarat huma kuljum: 10:00 am – 11:00 am, 3:30 pm – 5:00 pm, 7:00 pm – 7:30 pm
• L-ikliet huma preparati friski fuq il-post u li jakkomodaw il-bżonnijiet speċjali tad-dieta ta’ kull resident
• Jiġu organizzati attivitajiet u ħarġiet regolari għarresidenti
• WiFi huwa aċċessibbli madwar id-dar tal-kura
• Kaxxa tat-TV għall-użu fil-kamra tista’ tiġi provduta mid-dar tal-kura bi ħlas ta’ kull xahar. Is-sett tattelevixin għandu jkun tar-resident/familja
Servizzi oħra: Ir-residenti għandhom aċċess għal servizzi bħal:
• Ġerjatrija fuq il-post
• Fiżjoterapisti li jużaw faċilitajiet ta’ ġinnasju fuq il-post
• Occupational Therapist
• Podjatrija
• Hairdresser
Għal kwalunkwe tip ta’ mistoqsija, residenti, membri tal-familja, jew rappreżentanti maħtura legalment jistgħu jikkuntattjaw lil:
Kap Eżekuttiv tad-Dar fuq 2156 4645 jew ibgħat email lil vsanlawrenz@gmail.com; jew The Elderly & Special Needs Section, Dipartiment tas-Servizzi ta’ Għawdex, Pjazza San Franġisk, il-Belt Victoria, Għawdex fuq 2215 6620. Inkella, jekk jogħġbok ibgħat email lil services.mgp@gov.mt.
Ġesù Nazzarenu
Night Shelter
Iċ-Ċentru Ġesù Nazzarenu fix-Xagħra, Għawdex, huwa post li fih jospita anzjani li normalment ikunu joqogħdu waħedhom u minflok jagħżlu li jorqdu waħedhom, ifittxu l-kenn ta’ dan iċ-ċentru li joffrilhom kumdità u għajnuna għal matul il-lejl.
Iċ-ċentru huwa mmexxi u ffinanzjat mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, u joffri dak kollu li jkun meħtieġ biex dan iċ-ċentru jkun jista’ jgħin lir-residenti li jkunu fih.
Iċ-ċentru huwa mgħammar bil-kumditajiet u għajnuniet kollha li l-anzjan li jagħżel li jiġi jgħaddi l-lejl f’dan il-post jista’ jkollu bżonn: kmamar individwali mgħammra b’arja klimatizzata fejn l-anzjan jibqa’ jżomm ċertu privatezza, sistema li permezz tagħha wieħed jista’ jitlob għajnuna jekk ikollu bżonn matul il-lejl, u kumditajiet oħra.
Dan iċ-ċentru jiftaħ fis-6:30 pm għall-anzjani residenti. Kif jaslu hemm jkunu mgħejjuna mill-carers li jkunu magħhom bl-użu ta’ lift li jwassal għaċ-ċentru. Jekk ikunu jridu, jista’ jingħatalhom te jew kafè skont ix-xewqa tagħhom. Wara jgħaddu ftit ħin mal-carers fejn flimkien jagħmlu attivitajiet rikreattivi, fosthom logħba tombla, xogħol tal-idejn bħalma hu x-xogħol tal-labar jew ganċ, u krafts oħra. L-anzjani jistgħu jgħaddu wkoll ftit ħin jaraw xi programm televiżiv waqt li jirrakkuntaw xi ġrajja tal-passat sakemm isir il-ħin biex jinġabru fil-kmamar tagħhom. Filgħodu meta jqumu jiġu mgħejjuna f’dak kollu li jkollhom bżonn u jibqgħu hemm sas-7:00 am. Imbagħad imorru lura f’darhom biex jgħaddu l-ġurnata f’ambjent familjari.
Casa Amalia Day Centre & Night Shelter
Faċilità olistika li tinsab ġewwa l-Belt Victoria u li toffri s-servizzi tagħha matul il-ġurnata għall-anzjani li jbatu bid-dimensja. Il-ħaddiema professjonali huma konxji bilproblema ta’ tensjoni li tikkawża d-dimensja, sew fuq min ikun qiegħed ibati minnha, kif ukoll dawk li jkunu qegħdin jieħdu ħsieb il-persuna, u għaldaqstant huma mħarrġa apposta biex isolvu kwalunkwe inkonvenjent li jista’ jinqala’. Dan iċ-ċentru huwa wieħed li joffri servizzi ta’ kura matul il-jum u billejl. Din ir-residenza tipprovdi ambjent ta’ familja b’aktar sigurtà, kumdità u kura mill-infermiera fejn l-anzjani jibqgħu parti mill-komunità. Il-klijenti jistgħu jipparteċipaw f’bosta attivitajiet bl-iskop li jiġi mtejjeb ilpotenzjal ta’ kull individwu. L-attivitajiet jinkludu faċendi tad-dar, divertiment bħal tombla u kant, movie nights, xogħol tal-ġnien u artiġjanat. Jiġi provdut ukoll trasport b’xejn għall-anzjani.
Biex tapplika għandek tiġbor formula mill-Uffiċċju talAnzjani, ġewwa l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar. Dan is-servizz huwa bla ħlas.
Jekk tixtieq aktar informazzjoni ċempel fuq 2155 1000 jew ibgħat email fuq info@icare.com.mt.