Easter in Gozo 2022

Page 1

ARTI | FIDI | TRADIZZJONI 18 Mar – 17 Apr 2022

L-Aħħar Nifs – Artist: Joseph Cauchi, acrylic on canvas

L-GĦID F’GĦAWDEX


Kull organizzatur huwa responsabbli li josserva d-direttivi, li jinħarġu minn żmien għal żmien, kif mitluba millAwtoritajiet tas-Saħħa. Il-parteċipanti u l-udjenza huma mitluba jkunu responsabbli billi josservaw ir-regolamenti tal-avveniment u dawk maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, kif ukoll li l-maskra għandha tintlibes f’kull ħin. Minħabba s-sitwazzjoni preżenti jista’ jkun li ċerti avvenimenti jitħassru, għalhekk nixtiequ navżawkom biex iżżuru l-paġna tagħna ta’ Facebook: Easter in Gozo jew visitgozo.com għal aktar aġġornamenti. Every organiser is responsible for the observance and adherance to the measures issued by the Health Authorities, which are constantly being updated. The participants and audience are kindly asked to be responsible and abide to the regulations of these events and of those issued by the Health Authorities, as well as to keep their masks on at all times. Due to the current situation, some events might be cancelled. We kindly urge you to visit our Facebook page: Easter in Gozo or visitgozo.com to keep up to date.


L-Għid il-Kbir u l-festi marbuta malMewt u l-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu huma żminijiet u ċelebrazzjonijiet għeżież għalina lkoll. Huma ġrajjiet li jġegħluna nirriflettu u nieħdu pawża mill-ħajja mgħaġġla li aħna mdorrijin biha. Il-Knisja Kattolika tilgħab irwol importanti f’din l-ikbar ġrajja talumanità, u l-kult abbinat malGħid Imqaddes baqa’ ħaj frott iddevozzjoni tal-komunitajiet Insara. Il-Ministeru għal Għawdex ser jibqa’ impenjat li jkompli jrawwem dawn it-tradizzjonijiet fil-bosta forom tagħhom, kemm artistiċi, reliġjużi u soċjali. Hu ta’ pjaċir għalija, bħala Ministru għal Għawdex, li nara dan l-impenn jiġi trasmess f’numru kbir ta’ voluntiera li bid-dedikazzjoni tagħhom, iżommu ħajjin dawn it-tradizzjonijiet.

As a community, with deep rooted traditions, Holy Week and Easter are dear to us all since we consider this period, a highly devotional one. These are dates within which our community usually slows down, and takes a break from the fast-paced life we are accustomed to. Over the years, the Catholic Church played an important role in keeping alive the devotion, customs and traditions associated with Easter through its teachings, and the observance of Christian communities. The Ministry for Gozo is committed to continue fostering these traditions in their many forms, whether artistic, religious or social. It is my pleasure, as Minister for Gozo, to see this commitment transmitted from one generation of volunteers to the other, who, through their dedication and passion, keep these traditions alive.

Il-Ministeru għal Għawdex qed iniedi programm ta’ attivitajiet biex jitfakkru dawn il-jiem imqaddsa talGħid il-Kbir, li ser ikopru diversi aspetti inkluż kunċerti, esibizzjonijiet ta’ statwi tal-Ġimgħa l-Kbira, pageants u drive-throughs, fost oħrajn. Dawn l-attivitajiet kollha se jittellgħu skont id-direttivi maħruġa mill-Awtoritajiet tasSaħħa.

The Ministry for Gozo is launching a programme of activities which will commemorate the Holy Week and Easter and will cover various aspects, including but not limited, to concerts, exhibitions of Good Friday statues, pageants and drivethroughs. All activities will be organised in accordance to the directives issued by the Health Authorities.

Inħeġġiġkom sabiex iżżommu ruħkom aġġornati bl-aħħar żviluppi billi ssegwu l-paġna ta’ Facebook: Easter in Gozo.

I encourage you all to keep yourselves updated with the latest news by following the Facebook page - Easter in Gozo.

F’ismi u f’isem il-familja tiegħi nixtieq nawguralkom l-Għid it-tajjeb!

My family and I wish you all a Happy Easter!

Clint Camilleri Ministru għal Għawdex

Clint Camilleri Minister for Gozo

1


2


FRIDAY 18 MARCH – SUNDAY 17 APRIL Il-Golgota

Wirja ta’ statwetti tal-Ġimgħa Mqaddsa magħmula mill-fuħħar fuq stil tradizzjonali Malti. An exhibition of traditional terracotta Good Friday statuettes.

POST (VENUE): VICTORY BAND CLUB, IX-XAGĦRA

Ħinijiet tal-Ftuħ (Opening Hours): Monday to Sunday

8:30am – 1:00pm 5:00pm – 9:00pm

FRIDAY 18 MARCH – MONDAY 18 APRIL

Minjatura minn Eżekjel Grima li turi ġrajjiet ewlenin tal-aħħar tlett ijiem tal-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu. Din tikkonsisti f’sittin figurin maħduma fit-tafal mill-artist Għawdxi Manuel Gauci. An exhibition by Eżekiel Grima displaying sixty figurines by local artist Manuel Gauci that depict salient moments of the last three days of the Passion of Jesus Christ.

FRIDAY 18 MARCH – MONDAY 18 APRIL

Richard England – Architect as Artist POST (VENUE): IL-ĦAĠAR MUSEUM, VICTORIA

Ħinijiet tal-Ftuħ (Opening Hours): Monday to Sunday

Esibizzjoni ta' Richard England li tiffoka fuq xogħlijiet oriġinali tiegħu ta' postijiet f’Malta, Għawdex, kif ukoll bosta pajjiżi oħrajn.

Good Friday Exhibition POST (VENUE): IL-ĦAĠAR MUSEUM, VICTORIA

Ħinijiet tal-Ftuħ (Opening Hours): Monday to Sunday

9:00am – 5:00pm

9:00am – 5:00pm

An exhibition featuring Richard England’s original renderings of his works in Malta and Gozo, as well as other countries.

3


FRIDAY 18 MARCH – WEDNESDAY 20 APRIL

Septem Verba POST (VENUE): BASILICA OF THE NATIVITY OF OUR LADY, IXXAGĦRA

Kunċert tal-Oratorio: The Last Seven Words of Christ, organizzat mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra u miktub mill-kompożitur Franċiż Theodore Dubois bis-sehem tal-Kor Chorus Urbanus, taħt iddirezzjoni ta’ Mro John Galea. Id-dħul huwa b’xejn. A concert of the Oratorio: The Last Seven Words of Christ, organised by the Xagħra Local Council and written by French composer Theodore Dubois, featuring the Chorus Urbanus Choir under the direction of Mro John Galea. Free entrance.

THURSDAY 24 MARCH – 7:30PM Is-Salib, Ġesù u Int POST (VENUE): OUR LADY OF LORETO SQUARE, GĦAJNSIELEM

Installazzjoni f’nofs il-Pjazza relatata ma’ żmien l-Għid, magħmula minn materjal irriċiklat. An Easter-themed installation made from recycled material placed in the middle of the Square.

SUNDAY 20 MARCH – 8:00PM

‘Ħamis ix-Xirka: relazzjoni intima’ POST (VENUE): IL-ĦAĠAR MUSEUM, VICTORIA

Tnedija tal-ktieb miktub minn Francois Mauraic u tradott għallMalti minn Rev Geoffrey G Attard. Book launch of Francois Mauraic’s publication which has been translated by Rev Geoffrey G Attard. 4


WEDNESDAY 30 MARCH – 7:30PM

FRIDAY 1 APRIL – 6:30PM

Sacred Concert

Purċissjoni bir-Redentur Procession of the Redeemer

POST (VENUE): BASILICA OF THE NATIVITY OF OUR LADY, IXXAGĦRA

Kunċert ta’ marċi funebri bis-sehem tal-Banda Filarmonika Victory taħt id-direzzjoni ta’ Mro Joe Galea. A sacred music concert by the Victory Philharmonic Band, under the direction of Mro Joe Galea.

POST (VENUE): SACRED HEART PARISH CHURCH, IL-FONTANA

Purċissjoni bir-relikwa tas-Salib Imqaddes, u bl-istatwi ta’ Kristu fflaġellat, Kristu mgħobbi s-Salib, u bis-sehem ta’ personaġġi Bibbliċi. A procession with the Relic of the Holy Cross, the statues of the Flagellation of Christ and Christ the Redeemer, along with reenactors in period costumes depicting the Passion of the Christ. 5



FRIDAY 1 APRIL – SUNDAY 17 APRIL

FRIDAY 1 APRIL – FRIDAY 29 APRIL

Good Friday Exhibition POST (VENUE): VICTORY BAND CLUB, IX-XAGĦRA

Ħinijiet tal-Ftuħ (Opening Hours): Monday to Sunday

8:30am – 1:00pm 5:00pm – 9:00pm

Esibizzjoni ta’ statwi artistiċi tal-Ġimgħa l-Kbira li ġew maħduma f’Lecce. An exhibition of artistic Good Friday statues made in Lecce.

FRIDAY 1 APRIL – SUNDAY 17 APRIL I Fiori della Passione POST (VENUE): SACRED HEART PARISH PARVIS, IL-FONTANA

Salib iffurmat minn bosta pjanti u magħmul mill-Għaqda Armar Fontana. A religious cross formed out of vegetation created by Għaqda Armar Fontana.

Unbound POST (VENUE): ART..E GALLERY, 1 LIBRARY STREET, VICTORIA

Ħinijiet tal-Ftuħ (Opening Hours): Monday to Sunday

9:30am – 12:15pm

Wirja ta’ pittura fejn l-artista Maria Cassar tħalli l-kulur jiddomina, jinfirex u jintiseġ madwar il-konfini tat-tila. Il-kwadri m'għandhom bżonn l-ebda spjegazzjoni imma wieħed għandu bżonn jirrifletti fuqhom biex ikunu apprezzati fil-milja tagħhom. An exhibition by Maria Cassar where her abstract pictorial language stands out, in which colour dominates and intertwines across the boundary areas of the canvas. The paintings need no explanation, but one must seek silence and meditation in order to appreciate them. 7


SUNDAY 3 APRIL – SUNDAY 17 APRIL

MONDAY 4 APRIL – WEDNESDAY 13 APRIL

Nostalġija Sagra POST (VENUE): ORATORY OF THE BASILICA OF OUR LADY OF VICTORY, IX-XAGĦRA

Ħinijiet tal-Ftuħ (Opening Hours): Monday to Sunday

Ħtija Tiegħi POST (VENUE): ST AUGUSTINE CONVENT, VICTORIA

Ħinijiet tal-Ftuħ (Opening Hours): Wednesday 6 – Saturday 9 April Sunday 10 April (Palm Sunday) Monday 11 – Wednesday 13 April Thursday 14 April (Maundy Thursday) Friday 15 April (Good Friday) Saturday 16 April Sunday 17 April (Easter Sunday)

5:00pm – 9:00pm 9:30am – 12:00pm 5:30pm – 9:00pm 5:00pm – 9:00pm 5:00pm – 11:30pm 9:30am – 12:00pm 5:30pm – 10:30pm 9:30am – 12:00pm 5:30pm – 9:00pm 9:30am – 12:00pm

Wirja mtellgħa mill-Għaqda Dilettanti Ġimgħa l-Kbira Għawdex li tikkonsisti fi skultura, pittura u oġġetti oħra ta’ arti sagra, magħmula minn bosta artisti lokali. A sacred art exhibition by Għaqda Dilettanti Ġimgħa l-Kbira consisting of sculptures, paintings and other items created by various local artists.

8

9:00am – 11:45am 4:00pm – 6:30pm

George Apap huwa iben ix-Xagħra, għalliem tal-arti li llum huwa rtirat. George huwa magħruf għall-pittura li turi xenarju tipiku Malti flimkien ma’ kappelli. Tella’ diversi esibizzjonijiet li huma mfittxija minn ħafna nies. Din l-esibizzjoni hija ffokkata fuq niċeċ li jinsabu fix-Xagħra flimkien ma’ xeni tipiċi mill-ħajja talimgħoddi. Fl-istess Oratorju se jkunu esibiti sett ta’ sitt statwi tal-Ġimgħa l-Kbira tal-artist Antonio Apap magħruf bħala Ninu li jiġi ħu George. L-istatwi li huma miżbugħa minn Ġanni Attard u Carmel Theuma ġew regalati lill-Knisja u jintużaw waqt ilPurċissjoni Paegent tal-Ġimgħa l-Kbira tat-tfal li tittella’ nhar Ħadd il-Palm. George Apap a retired Gozitan art teacher who shows a penchant for painting typical Maltese scenarios such as countryside chapels, but not only. He shows his enchantment for the religious niches that used to and some still enhance the streets of his native village. In his works, the artist also captures traditions that were part of everyday life in his childhood years, but are no more. An exhibition of six papier-mâché statues depicting the various stages of the Passion of the Lord made by the late artist Antonio Apap, the brother of George Apap. These statues were painted by John Attard and Carmel Theuma and form part of the children’s Good Friday procession.


MONDAY 4 APRIL – WEDNESDAY 13 APRIL

TUESDAY 5 APRIL – 7:00PM

7 Kelmiet POST (VENUE): SACRED HEART PARISH CHURCH, IL-FONTANA

Iuxta Crucem Lacrymosa POST (VENUE): SACRISTY OF THE BASILICA OF OUR LADY OF VICTORY, IX-XAGĦRA

Ħinijiet tal-Ftuħ (Opening Hours): Monday to Sunday

9:00am – 11:45am 4:00pm – 6:30pm

Serata mużikali b’riflessjonijiet fuq l-aħħar Seba’ Kelmiet ta’ Kristu organizzata mill-Kummissjoni Żgħażagħ Fontana, bilkollaborazzjoni tal-Parroċċa tal-Qalb ta’ Ġesù. Jieħdu sehem ukoll il-Chorus Urbanus taħt id-direzzjoni ta’ Mro Dr John Galea. Id-dħul huwa b’xejn. A musical evening recalling the last 7 words of Christ, organised by the Kummissjoni Żgħażagħ Fontana, in collaboration with the Sacred Heart Parish. The concert will feature Chorus Urbanus, under the direction of Mro John Galea. Free entrance.

Wirja ta’ statwi u pitturi marbuta mad-Duluri kif deskritta millevanġelista San Ġwann. An exhibition of statues and paintings of Our Lady of Sorrows as recounted by the evangelist Saint John. 9


WEDNESDAY 6 APRIL – 8:00PM

Wirja-Kappella “Ave Crux, Spes Unica” – Sliem għalik, o Salib, Tama tagħna (A.D. 2012) POST (VENUE): 24, ‘KENN L-ASSUNTA’, TRIQ SANTA MARIJA, VICTORIA

Sacred Music Concert POST (VENUE): BASILICA OF ST PETER & ST PAUL, IN-NADUR

Kunċert b’soloisti u kantanti lokali taħt id-direzzjoni ta’ Mro Dr Joseph Grech u bl-akkumpanjament tal-Banda Mnarja. Waqt il-kunċert se jindaqqu xogħlijiet klassiċi kif ukoll marċi funebri komposti mid-direttur mużikali residenti għall-eks-membri talbanda. A concert featuring resident soloists and established singers accompanied by Mnarja Band under the direction of Mro Dr Joseph Grech. Classical masterpieces and funeral marches commissioned for Mnarja Band ex-members will be performed.

WEDNESDAY 6 APRIL – FRIDAY 15 APRIL

10

Ħinijiet tal-Ftuħ (Opening Hours): Wednesday 6 – Thursday 7 April Friday 8 April Saturday 9 April Sunday 10 April (Palm Sunday) Monday 11 – Wednesday 13 April Thursday 14 April (Maundy Thursday) Friday 15 April (Good Friday)

6:30pm - 9:00pm 9:30am - 1:00pm 9:30am - 1:00pm 6:00pm - 7:30pm 10:30am - 2:00pm 10:00am - 2:00pm 7:00pm - 9:00pm 10:00am - 1:00pm 7:00pm – 12:00am 8:00am - 1:00pm 5:30pm - 9:00pm

Din is-sena l-wirja-kappella qiegħda timmarka l-10 anniversarju mill-ftuħ uffiċjali tagħha, kappella ddedikata lill-Wiċċ imqaddes ta’ Kristu meqjum fis-sitt stazzjon tal-Via Crucis. Wirja armata f’ambjent tipiku li fiha nsibu xbieha tal-Wiċċ ta’ Ġesù, xogħol li jmur lura għat-tieni nofs tas-seklu 19, flimkien ma’ sett vari talpassjoni maħduma mill-artist Rabti Manuel Buhagiar, u żewġ vari tal-Kurċifiss u l-Addolorata - xogħol antik maħdum f’Lecce. Għal aktar informazzjoni kkuntattja lill-esibitur George Mercieca fuq 9927 0558. A sacred art exhibition marking 10 years from its official opening showcasing a chapel dedicated to the Holy face of Christ adorned in the sixth station of the Via Crucis. This exhibition created in a typical Lent ambience will also feature a set of statues by Manuel Buhagiar depicting the Passion of the Christ, two crucifix statues and a statue of Our Lady of Sorrows (made in Lecce). For more information, contact George Mercieca on 9927 0558.


THURSDAY 7 APRIL - 8:00PM

FRIDAY 8 APRIL – 6:30PM

In Memoriam POST (VENUE): ST MARGARET PARISH CHURCH, TA’ SANNAT

Kunċert ta’ mużika sagra u marċi funebri ppreżentat mis-Soċjetà Mużikali Santa Margerita V.M., bis-sehem tal-Banda Santa Margerita, u taħt id-direzzjoni tas-surmast direttur Mro George Apap. A concert of sacred music and funeral marches organised by the St Margaret Philharmonic Society, with the participation of St Margaret Band under the direction of Mro George Apap.

FRIDAY 8 APRIL – SUNDAY 17 APRIL Via Dolorosa POST (VENUE): VISITATION SQUARE, L-GĦARB

Wirja fil-miftuħ ta’ installazzjonijiet li jirrappreżentaw il-Via Sagra mtellgħa mill-Kunsill Lokali tal-Għarb.

Quddiesa Djoċesana u Purċissjoni bil-Madonna tad-Duluri Our Lady of Sorrows Diocesan Mass and Procession POST (VENUE): INDEPENDENCE SQUARE, VICTORIA

Tinżamm ċelebrazzjoni bl-Ewkaristija barra l-Knisja ta’ San Ġakbu fi Pjazza Indipendenza. Wara ssir il-purċissjoni bl-istatwa tad-Duluri. Eucharistic celebration held outside St James Church, at Independence Square. The outdoor Mass will be followed by a procession accompanied by the statue of Our Lady of Sorrows.

An open air exhibition of installations representing the Via Crucis, organised by the Għarb Local Council. 11


FRIDAY 8 APRIL Purċissjonijiet bil-Madonna tad-Duluri Processions of Our Lady of Sorrows

12

Żebbuġ

5:30pm

Xagħra

6:00pm

Qala

6:00pm

Nadur

6:00pm

Fontana

6:30pm

Għarb

7:00pm

Kerċem

7:00pm

San Lawrenz

7:00pm


FRIDAY 8 APRIL – FRIDAY 15 APRIL

FRIDAY 8 APRIL – SATURDAY 16 APRIL Hebdomada Sancta POST (VENUE): ST GREGORY SQUARE, TA’ KERĊEM

Via Crucis magħmula minn erbatax-il salib b’daqs ta’ ħames metri li se jiġu mixgħula kuljum bejn il-5pm u d-9pm b’akkumpanjament ta’ mużika sagra matul il-pjazza kollha. A Via Crucis, made of fourteen 5-metre crucifixes which will be lit daily by candles from 5pm until 9pm, whilst accompanied by sacred music.

FRIDAY 8 APRIL – SATURDAY 16 APRIL Crux Fidelis POST (VENUE): VOCATIONAL CENTRE, DUN ĠUŻEPP DIACONO STREET, IX-XAGĦRA

Ħinijiet tal-Ftuħ (Opening Hours): Friday 8 April Saturday 9 April

L-Aħħar Ċena The Last Supper

Sunday 10 April (Palm Sunday)

POST (VENUE): SACRED HEART PARISH CHURCH, IL-FONTANA

Ħinijiet tal-Ftuħ (Opening Hours): Monday till Friday Saturday Sunday

9:00am – 11:30am 4:00pm – 7:00pm 4:00pm – 7:00pm 7:30am – 11:30am 3:30pm – 5:30pm

Monday 11 - Wednesday 13 April Thursday 14 April (Maundy Thursday) Friday 15 April (Good Friday) Saturday 16 April

4:30pm – 8:30pm 9:00am – 12:00pm 4:30pm – 8:30pm 9:00am – 12:00pm 3:00pm – 7:00pm 5:00pm – 8:00pm 9:00am – 12:00pm 5:00pm – 9:00pm 9:00am – 12:00pm 4:00pm – 9:00pm 9:00am – 12:00pm 4:00pm – 8:00pm

Esibizzjoni artistika tal-Mejda tal-Appostli li tikkonsisti fi 13-il statwa ta’ daqs uman, f’ambjent tipiku Lhudi, imtellgħa millGħaqda Armar Fontana, bil-kollaborazzjoni tal-Parroċċa talFontana.

Wirja tal-Golgota u Mejda tal-Appostli mtellgħa mill-Għaqda IlMilied fix-Xagħra, b’kollaborazzjoni taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tax-Xagħra. Din il-wirja ddaħħalna fl-ispirtu tar-Randan u magħmula sabiex nirriflettu aktar fuq dak li għadda minnu Sidna Ġesù fil-Passjoni tiegħu.

An exhibition of the Last Supper featuring 13 life-size statues portrayed in a typical Jewish setting, organised by the Għaqda Armar Fontana in collaboration with the Fontana Parish.

An exhibition of the Golgotha and the Last Supper recounting the Passion of Our Lord Jesus Christ. The exhibition is organised by Milied fix-Xagħra, in collaboration with the Xagħra Vocational Centre. 13


FRIDAY 8 APRIL – SATURDAY 16 APRIL

Thursday 14 April (Maundy Thursday)

Mejda tal-Appostli The Last Supper

Friday 15 April (Good Friday) Saturday 16 April

POST (VENUE): PARISH HALL, TA’ KERĊEM

Ħinijiet tal-Ftuħ (Opening Hours): Monday to Sunday

Sunday 17 April (Easter Sunday) 5:00pm – 9:00pm

8:30am – 12:00pm 4:00pm – 12:00am 8:30am – 12:00pm 2:00pm – 6:00pm 9:00am – 12:00pm 3:00pm – 7:00pm 9:00am – 12:00pm 2:00pm – 5:00pm

Wirja mtellgħa minn Charlon Said u Francesco Caruana li tikkonsisti fi tliet settijiet ta’ statwi li kollha huma maħduma lokalment. Dawn is-settijiet ta’ statwi se jiġu armati fuq bradelli, armati bil-brazzi u l-fjuretti. Se jiġu esibiti wkoll is-Seba’ Kelmiet li Sidna Ġesù Kristu qal minn fuq is-Salib, kif ukoll sett ta’ Simboli. F’din il-wirja se ssibu wkoll il-mixja tal-Passjoni ta’ Ġesù Kristu, li se tkun irrappreżentata minn sittax-il biċċa ta’ 'silhouette' li huma mqassma f’xenarji: mid-daħla ta’ Ġesù f’Ġerusalemm salQawmien mill-Imwiet. Dawn se jkollhom fuqhom diversi effetti ta’ dwal.

Esibizzjoni tal-Mejda tal-Appostli. An exhibition displaying the Last Supper.

FRIDAY 8 APRIL – SUNDAY 17 APRIL

An exhibition by Charlon Said and Francesco Caruana consisting of three sets of statues made locally, the Seven Last Words of our Lord Jesus Christ, and a set of Symbols. This exhibition will also display the Passion of Jesus Christ, which will be represented by sixteen pieces of silhouettes which are allocated into scenarios, from the Entry of Jesus into Jerusalem to the Resurrection. Light effects will compliment this exhibition.

FRIDAY 8 APRIL – FRIDAY 15 APRIL

L-Akbar Ġrajja POST (VENUE): FRANVIC, PARISOT STREET, IX-XAGĦRA

Ħinijiet tal-Ftuħ (Opening Hours): Monday to Saturday Sunday 10 April (Palm Sunday) 14

5:30pm – 9:00pm 9:00am – 12:00pm 3:00pm – 7:00pm


In Meus Via Ad Golgotha POST (VENUE): DURELL STREET, TA’ SANNAT

Ħinijiet tal-Ftuħ (Opening Hours): Friday 8 April (Our Lady of Sorrows) 6:00pm - 8:30pm Saturday, Monday & Tuesday 6:00pm - 8:30pm Sunday 10 April (Palm Sunday) 9:00am - 12:00pm Wednesday 13 April 9:00am - 12:00pm 6:00pm - 8:30pm Thursday 14 April (Maundy Thursday) 9:00am - 12:00pm 6:00pm - 10:30pm Friday 15 April (Good Friday) 9:00am - 12:00pm Wirja ta’ vari artistiċi maħduma mill-iskultur Pierre Bugeja u mtellgħa mill-esibitur George Spiteri. F’din il-wirja se jkun hemm esibita wkoll il-Mejda tal-Appostli. Għal aktar informazzjoni kkuntattja lis-Sur Spiteri fuq 9940 5067.

Ħinijiet tal-Ftuħ (Opening Hours): Friday 8 April Saturday 9 April Sunday 10 April (Palm Sunday) Monday 11 till Wednesday 13 April Thursday 14 April (Maundy Thursday) Friday 15 April (Good Friday) Saturday 16 April Sunday 17 April (Easter Sunday)

8:00pm – 9:30pm 7:30pm – 9:00pm 9:00am – 12:00pm 7:30pm – 9:00pm 8:00pm – 11:00pm 9:00am – 12:00pm 9:00am – 12:00pm 9:00am – 12:00pm

Wirja tal-Mejda tal-Appostli mħejjija għall-Aħħar Ċena skont iddrawwa Lhudija. A traditional Hebrew representation of the Last Supper.

SATURDAY 9 APRIL – 7:30PM

An artistic exhibition of a variety of statues crafted by Pierre Bugeja and exhibited by George Spiteri. The Last Supper will also be exhibited. For more information contact Mr. Spiteri on 9940 5067.

FRIDAY 8 APRIL – SUNDAY 17 APRIL

Lignum Vitae POST (VENUE): VISITATION PARISH CHURCH, L-GĦARB

Kunċert ta’ mużika sagra organizzat mill-Għaqda Mużikali Viżitazzjoni, bis-sehem tal-organista John Aquilina u l-Banda Viżitazzjoni, taħt id-direzzjoni ta’ Mro Jason Camilleri. Passio Domini POST (VENUE): BEHIND THE PARISH CHURCH, L-GĦARB

A Sacred musical concert organised by the Visitation Musical Group, with the participation of organist John Aquilina, and the Visitation band, under the direction of Mro Jason Camilleri. 15


16


17



SATURDAY 9 APRIL – 8:00PM

SATURDAY 9 APRIL – FRIDAY 15 APRIL

Mejda tal-Appostli The Last Supper POST (VENUE): IL-MAĦŻEN, TA’ KLULA STREET, SANTA LUĊIJA

Ħinijiet tal-Ftuħ (Opening Hours): Saturday 9 April Sunday 10 April (Palm Sunday) Thursday 14 April (Maundy Thursday) Friday 15 April (Good Friday)

6:00pm - 9:00pm 9:00am - 12:00pm 6:00pm - 10:30pm 8:00am - 12:00pm

Wirja tal-Mejda tal-Appostli. A display of the Last Supper.

Sacred Music Concert

SATURDAY 9 APRIL – FRIDAY 15 APRIL

POST (VENUE): CATHEDRAL CHURCH, VICTORIA

Kunċert ta’ mużika sagra u funebri, imżewqa b'riflessjonijiet tematiċi, mill-Banda Ċittadina Leone, taħt id-direzzjoni ta’ Mro Colin Attard, u bil-parteċipazzjoni tal-Aurora Youth Choir. Dħul b’xejn iżda riservazzjoni hi obbligatorja fuq info@leone.org.mt. A concert of sacred music and funeral marches set within an evening of thematic meditation, by the Leone Band, under the direction of Mro Colin Attard, with the participation of the Aurora Youth Choir. Entrance is free but prior reservation is obligatory on info@leone.org.mt. 19


Exhibition

SUNDAY 10 APRIL – 9:15AM

POST (VENUE): ST LUCY’S CHURCH CENTRE, SANTA LUĊIJA

Ħinijiet tal-Ftuħ (Opening Hours): Saturday 9 April Sunday 10 April (Palm Sunday) Thursday 14 April (Maundy Thursday) Friday 15 April (Good Friday)

6:00pm - 9:00pm 9:00am - 12:00pm 6:00pm - 10:30pm 8:00am - 12:00pm

Wirja ta’ varjetà ta’ kurċifissi. A display of various crucifixes.

Purċissjoni ta’ Ħadd il-Palm Palm Sunday Procession

SUNDAY 10 APRIL – 8:00AM

POST (VENUE): CROSSROADS OF CHURCH STREET TO VICTORY SQUARE, IX-XAGĦRA

Il-pubbliku, flimkien ma’ tfal lebsin kostumi Bibbliċi, jinġabar f’salib it-toroq fejn ixejjer palm u friegħi taż-żebbuġ. Minn hemm, l-Arċipriet akkumpanjat mill-kant tal-innijiet ta’ dawk preżenti, imexxi purċissjoni lejn il-knisja li tkun bil-bibien magħluqin. Dawn jinfetħu wara li l-Arċipriet iħabbat tliet darbiet bil-Kurċifiss. The crowd, and children wearing Biblical costumes holding palm and olive branches, gather along the crossroads of Church Street. From there, the Archpriest will lead a procession towards the church accompanied by the singing of the hymns. Upon arrival, the Archpriest knocks on the church doors with the Crucifix and on the third symbolic knock the doors open.

Imut Biex Isalvana POST (VENUE): VISITATION SQUARE, L-GĦARB

Installazzjoni ta’ arti effimera b’disinn relatat mal-Ġimgħa Mqaddsa mill-artist lokali Michael Bajada u magħmula millAssoċjazzjoni Maltija EspressjonArti Għarb. An ephemeral art installation, illustrating the Holy Week, designed by local artist Michael Bajada and assembled by the Assocjazzjoni Maltija EspressjonArti Għarb. 20

SUNDAY 10 APRIL – 9:15AM Festa Hosanna POST (VENUE): CHURCH STREET, IŻ-ŻEBBUĠ

Pageant simboliku fil-beraħ matul it-toroq ewlenin tar-raħal, fejn il-protagonisti ewlenin se jkunu t-tfal tar-raħal lebsin kostumi Bibbliċi huma u jxejru l-palm u friegħi taż-żebbuġ. Dan il-pageant se jkun akkumpanjat b’kant u waqfiet simboliċi li jfakkru d-daħla trijonfali ta’ Ġesù Kristu f’Ġerusalemm. Din ilfesta tagħlaq bit-tberik tal-palm u ż-żebbuġ.


A symbolic pageant which takes place across the streets of the village of Żebbuġ, where the main protagonists are the children of the village dressed in biblical costumes, waving palms and olive branches. This pageant will include symbolic moments and songs commemorating Jesus Christ’s triumphal entrance into Jerusalem. This activity will conclude with the blessings of both palm and olive branches.

SUNDAY 10 APRIL – 9:45AM Purċissjoni ta’ Ħadd il-Palm Palm Sunday Procession

SUNDAY 10 APRIL – 10:15AM Osanna POST (VENUE): ĠNIEN ĊENSU XIBERRAS, TA’ KERĊEM

Manifestazzjoni ta’ Ħadd il-Palm minn Ġnien Ċensu Xiberras sa Pjazza San Girgor, bis-sehem tal-Kor San Girgor akkumpanjati minn daqq ta’ kitarri u tfal lebsin stil Lhudi. A Palm Sunday manifestation starting from Ġnien Ċensu Xiberras leading to St Gregory Square with the participation of children in biblical attire and the St Gregory Choir along with guitar players.

POST (VENUE): VISITATION STREET, L-GĦARB

Tberik tal-palm u ż-żebbuġ fil-bidu ta’ Triq Viżitazzjoni segwit minn purċissjoni lejn il-Bażilika bis-sehem tat-tfal lebsin ħwejjeġ tal-epoka. Fl-10am tibda l-Quddiesa Solenni.

SUNDAY 10 APRIL – 10:15AM

Blessing of palm and olive branches in Visitation Street, followed by a procession towards the Basilica, with the participation of children in Biblical costumes. A Solemn Mass will commence at 10am.

SUNDAY 10 APRIL – 10:00AM Purċissjoni ta’ Ħadd il-Palm Palm Sunday Procession POST (VENUE): MAIN SQUARE, IL-QALA

L-abbatini u l-kleru joħorġu mill-Knisja Arċipretali għall-Kunvent tas-Sorijiet Franġiskani fi Triq il-Kunċizzjoni. Fl-10:15am tibda l-purċissjoni bis-sehem tat-tfal lebsin stil Lhudi jxejru l-palm. Din tintemm fil-pjazza u wara ssir Konċelebrazzjoni Solenni ta’ Ħadd il-Palm fl-10:30am. Altar boys and clergy will make their way from the Parish church to the Franciscan Sisters Convent in Immaculate Conception Street. At 10:15am, a procession starts with the participation of children in traditional Jewish clothing whilst waving palm branches. The Procession, that ends at the Square, is followed by a Solemn Concelebration of Palm Sunday at 10:30am.

Purċissjoni ta’ Ħadd il-Palm Palm Sunday Procession POST (VENUE): ST LAWRENCE PARISH CHURCH, SAN LAWRENZ

Korteo ta’ Ħadd il-Palm minn quddiem iċ-Ċentru Parrokjali fejn isir it-tberik tal-palm u ż-żebbuġ. Mad-daħla fil-knisja ssir ilQuddiesa bir-rakkont tal-Passjoni. A cortege with the blessing of palm and olive branches from outside the Parish Center. A mass with the narration of Christ’s Passion will follow. 21


SUNDAY 10 APRIL – 6:00PM

SUNDAY 10 APRIL – 6:00PM

Ħadd il-Palm Palm Sunday POST (VENUE): CATHEDRAL CHURCH, VICTORIA

Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira mill-Katidral bis-sehem tal-Banda Ċittadina Leone flimkien mar-Rev.mu Kapitlu Katidrali. Good Friday Procession from the Cathedral Church with the collaboration of the Leone Band, together with the Cathedral Chapter. Pageant tal-Passjoni mit-Tfal Children’s Passion Pageant POST (VENUE): VICTORY SQUARE, IX-XAGĦRA

Purċissjoni li tirrapreżenta l-Passjoni ta’ Ġesù Kristu organizzata mill-Grupp tal-Vokazzjonijiet tax-Xagħra. F’din il-purċissjoni - replika fiċ-ċokon tal-pageant magħruf li jsir nhar il-Ġimgħa l-Kbira - jieħdu sehem it-tfal. A children’s pageantry procession representing the Passion of Our Lord Jesus Christ, organised by the Xagħra Vocational Group. This pageant is a replica in miniature of the renowned pageant held on Good Friday.

22

SUNDAY 10 APRIL – 6:30PM


Purċissjoni bl-Istatwa tal-Passjoni tal-Mulej Procession with Statues of the Passion of Our Lord POST (VENUE): MAIN SQUARE, IL-QALA

Purċissjoni bil-vari tal-Ġimgħa l-Kbira akkumpanjata millBanda Ite ad Joseph b’marċi funebri, taħt id-direzzjoni ta’ Mro Mark Gauci.

A representation of the Last Supper in a Jewish setting, along with the Garden of Gethsemane’s alluring atmosphere. Created through lanterns and light effects, it captures the Lord’s agony during His last moments. This exhibition is being organised by Għaqda Briju San Ġużepp in collaboration with the Qala Parish.

SUNDAY 10 APRIL – SUNDAY 17 APRIL

A procession with Good Friday statues, accompanied by the “Ite ad Joseph” Band playing funeral marches, under the direction of Mro Mark Gauci.

SUNDAY 10 APRIL – THURSDAY 14 APRIL

Wirja ta’ Arti Sagra, il-Golgota, u ċ-Ċenaklu Exhibition of Sacred Art, Golgotha & the Cenacle POST (VENUE): DAR DUN FRANĠISK GRIMA, TIĠRIJA STREET, IN-NADUR

Ħinijiet tal-Ftuħ (Opening Hours): Sunday 10 April (Palm Sunday)

In Coena Domini POST (VENUE): DAR DUN MIKIEL, ST FRANCIS STREET, IL-QALA

Ħinijiet tal-Ftuħ (Opening Hours): Sunday 10 April (Palm Sunday) Wednesday 13 April Thursday 14 April (Maundy Thursday)

11:00am - 12:00pm 5:00pm - 7:00pm 6:00pm – 9:00pm 7:00pm - 12:00am

Rappreżentazzjoni tal-Aħħar Ċena tal-Mulej f’ambjent Lhudi u l-Ġnien tal-Ġetsemani f’atmosfera li, permezz ta’ fjakkli u effetti tad-dawl, iddaħħlek fl-ispirtu tal-mumenti tal-agunija ta’ Ġesù. Din l-esibizzjoni qed tiġi mtellgħa mill-Għaqda Briju San Ġużepp b’kollaborazzjoni mal-Parroċċa tal-Qala.

Monday 11 to Wednesday 13 April Thursday 14 April (Maundy Thursday) Friday 15 April (Good Friday) Saturday 16 April Sunday 17 April (Easter Sunday)

10:00am – 12:00pm 6:30pm - 8:00pm 6:30pm - 8:00pm 8:00pm - 11:00pm 10:00am - 12:00pm 6:30pm - 8:30pm 10:00am - 12:00pm 10:00am - 12:00pm

Wirja ta’ arti u oġġetti minn kollezzjonijiet privati li tinkludi wkoll il-Golgota - xogħol ta’ Jean Paul Portelli, kif ukoll iċ-Ċenaklu armat fuq stil Lhudi. An exhibition of religious art from private collections which includes The Golgotha by Jean Paul Portelli, as well as the Last Supper in a Jewish setting. 23


SUNDAY 10 APRIL – SUNDAY 17 APRIL

MONDAY 11 APRIL – 6:00PM

Il-Passjoni POST (VENUE): ST MARY PHILHARMONIC SOCIETY - SANTA MARIJA BAND CLUB, IŻ-ŻEBBUĠ

Ħinijiet tal-Ftuħ (Opening Hours): Monday to Sunday

6:00pm – 9:00pm

Esibizzjoni ta’ statwi artistiċi li jfakkru l-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu. Dawn se jkunu esibiti fit-twieqi u l-entratura tal-Każin tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija. An exhibition of artistic statues commemorating the Passion of our Lord Jesus Christ in the façade windows and entrance of the Band Club.

MONDAY 11 APRIL – 6:00PM Purċissjoni bl-istatwa ta’ Ġesù Redentur Procession with the statue of the Redeemer POST (VENUE): PARISH SANCTUARY, TA’ KERĊEM

Pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ Ġesù Redentur mis-Santwarju Parrokjali sa Pjazza Santa Luċija fejn issir quddiesa. Procession with the statue of the Redeemer starting from the Parish Sanctuary to Pjazza Santa Luċija where a liturgical celebration will be held. 24

Via Crucis POST (VENUE): ST MARTIN STREET, IL-FONTANA

Quddiesa fi Triq San Martin, segwita minn Via Sagra bl-istatwa ta’ Kristu fflaġellat tul Triq Santa Dminka u Triq l-Isptar San Ġiljan. An open-air solemn mass celebrated in Triq San Martin, followed by the meditation of the Via Crucis with the statue of the Flagellation of Christ, along Triq Santa Dminka and Triq l-Isptar San Ġiljan.


25


MONDAY 11 APRIL – TUESDAY 19 APRIL

TUESDAY 12 APRIL – 7:30PM

Easter Cross POST (VENUE): ST GREGORY SQUARE, TA’ KERĊEM

Salib tal-metall imżejjen bi fjuri rrakkmati mill-voluntiera ta’ The Gozo Crafty Ladies. A metal-frame cross decorated with flowers crocheted by the Gozo Crafty Ladies.

TUESDAY 12 APRIL – 7:00PM Purċissjoni bir-Redentur Pilgrimage with the Redeemer POST (VENUE): TUMAS CASSAR STREET, L-GĦARB

Pellegrinaġġ penitenzjali aux flambeaux bix-xbieha ta’ Ġesù Redentur li jitlaq mit-tarf ta’ Triq Tumas Cassar, jinżel lejn Triq Feliċ Grech, Triq Dun Alwiġ Mizzi u jintemm fil-pjazza tarraħal. Matul dan il-pellegrinaġġ tingħad il-Via Sagra u wara ssir ċelebrazzjoni penitenzjali bil-qrar fil-Bażilika. A penitential pilgrimage aux flambeaux with the statue of Christ the Redeemer starting from the end of Tumas Cassar Street and passing through Feliċ Grech Street and Dun Alwiġ Mizzi Street towards, Visitation Square. A penitential celebration in the Basilica will follow. 26

Stabat Mater POST (VENUE): GOZO CATHEDRAL, VICTORIA

STABAT MATER ta’ Giovanni Pergolesi imtella’ mill-Classique Foundation bis-sehem tas-sopran Nicola Said, alto Clare Ghigo, u s-sezzjoni tal-istrumenti tal-korda tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, ilkoll taħt id-direzzjoni ta’ Mro Joseph Debrincat. Dħul b’xejn iżda riservazzjoni hi obbligatorja fuq classique. bookings@gmail.com jew 7970 3288. STABAT MATER by Giovanni Pergolesi, presented by The Classique Foundation featuring soprano Nicola Said, alto Clare Ghigo, and the string section of the Malta Philharmonic Orchestra, under the direction of Mro Joseph Debrincat. Free entrance but prior reservation is obligatory on classique.bookings@gmail.com or 7970 3288.


WEDNESDAY 13 APRIL – 7:00PM

Purċissjoni bir-Redentur Procession with the Redeemer POST (VENUE): ST LAWRENCE PARISH CHURCH, SAN LAWRENZ

Quddiesa bil-priedka u wara pellegrinaġġ penitenzjali bixxbieha ta’ Ġesù Redentur li jgħaddi mit-toroq. Matul it-triq tingħad il-Via Sagra. A celebration of the Holy Eucharist followed by a penitential pilgrimage with the statue of the Redeemer with a meditation of the Way of the Cross.

WEDNESDAY 13 APRIL – 7:30PM Via Crucis POST (VENUE): ASSUMPTION OF MARY PARISH CHURCH, IŻŻEBBUĠ

Via Sagra animata taħt id-direzzjoni ta’ Mro Franco Cefai. Ilprogramm jinkludi mużika sagra mżewqa b’riflessjonijiet tematiċi. Dħul b’xejn. An animated Via Crucis under the direction of Mro Franco Cefai. The programme includes sacred music and thematic reflections. Free entrance. The Seven Last Words

WEDNESDAY 13 APRIL – 7:00PM

POST (VENUE): OUR LADY OF POMPEI CHURCH, VICTORIA

Kunċert ta’ mużika sagra organizzat mill-Fondazzjoni Santa Ċeċilja, bis-sehem tal-Oberon Strings Quartet u Jason Camilleri fuq it-trumbetta, fuq kompożizzjoni oriġinali ta’ Joseph Haydn. Il-kunċert jeħodna fuq l-għolja tal-Kalvarju, fl-aħħar mumenti ta’ ħajjet Ġesù, waqt li kien qed ilissen l-aħħar Seba’ Kelmiet ta’ ħajtu, b’laqta moderna li tikkonċerna t-tbatija u s-slaleb talumanità fi żminijietna. A sacred music concert organised by the Santa Ċeċilja Foundation, with the participation of the Oberon Strings Quartet and Jason Camilleri on the trumpet. The original composition of Joseph Haydn will take the audience to Jesus’s last moment whilst he pronounced his Seven Last Words. 27


WEDNESDAY 13 APRIL – 6:30PM

Mixegħla

Sallbu … Sallbu - Tenebrae

POST (VENUE): ST LUCY’S CHURCH, SANTA LUĊIJA

POST (VENUE): ST GREGORY SQUARE, TA' KERĊEM

Iz-zuntier u l-Artal tar-Ripożizzjoni fil-Knisja ta’ Santa Luċija se jkunu mixgħula minn numru kbir ta’ xemgħat.

Via Crucis matul Pjazza San Girgor bi ħsibijiet tal-E.T. Anton Teuma, Isqof t’Għawdex, bis-sehem ta’ San Girgor Band Ensemble, familji, u għaqdiet tar-raħal.

The Church parvis and the Altar of Repose inside the Church will be lit up by numerous candles.

Via Crucis in St Gregory Square with meditations by the Bishop of Gozo - H.E. Anton Teuma, with the participation of families, organisations, and the St Gregory Band Ensemble.

THURSDAY 14 APRIL – 7:00PM

THURSDAY 14 APRIL - 7:00PM

Mixegħla POST (VENUE): PARISH CHURCH PARVIS, IL-FONTANA

Il-Kummissjoni Żgħażagħ Fontana b’ammont kbir ta’ xemgħat jiffurmaw immaġini abbinata mal-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu. Din is-sena se tkun edizzjoni speċjali li timmarka l-ħames sena minn meta saret l-ewwel edizzjoni tal-mixegħla tradizzjonali ta’ Ħamis ix-Xirka. Kummissjoni Żgħażagħ Fontana will light the church parvis with candles displaying the passion of the Christ. This year will feature a special edition commemorating five years from the first edition of the annual candlelight. 28


FRIDAY 15 APRIL Purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira Good Friday Processions San Lawrenz

3:00pm

San Ġorġ

5:30pm

Xagħra

6:00pm

Żebbuġ

6:00pm

Nadur

6:00pm

29


THURSDAY 14 APRIL – 7:00PM

SATURDAY 16 APRIL – 10:00PM

Mixegħla POST (VENUE): ST JOSEPH PARISH CHURCH PARVIS, IL-QALA

Installazzjoni bix-xemgħat li l-pubbliku jkun jista’ josserva waqt is-Seba' Visti. A candlelit installation on Maundy Thursday for viewers to enjoy during the Seven Church Visitations.

THURSDAY 14 & FRIDAY 15 APRIL

Irxoxt Firefest POST (VENUE): ST GREGORY SQUARE, TA’ KERĊEM

Esibizzjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa Holy Week Exhibition

Spettaklu tan-nar sinkronizzat mal-mużika mtella’ mill-Għaqda tan-Nar ta’ Kerċem. L-istruttura tal-Irxoxt hi maħduma minn materjal riċiklabbli u xogħol mekkanizzat.

POST (VENUE): PARISH HALL, TA’ SANNAT

A synchronised fireworks show, organised by the Għaqda tan-Nar ta’ Kerċem featuring a mechanical structure of the Resurrection of Christ, built from recyclable material.

Ħinijiet tal-Ftuħ (Opening Hours): Thursday 14 April (Maundy Thursday) Friday 15 April (Good Friday)

8:00pm – 12:00am 8:00am – 12:00pm

Wirja ta’ Mejda tal-Appostli mtellgħa mis-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti Sannat fi ħdan il-Parroċċa ta’ Santa Margerita. An exhibition of the Last Supper organised by Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti Sannat within the St Margaret Parish. 30


SUNDAY 17 APRIL Dimostrazzjonijiet Bl-Istatwa ta’ Kristu Rxoxt Processions With The Statue Of The Risen Christ San Ġorġ

8:45AM

Kerċem

9:15AM

Nadur

10:30AM

Fontana

10:30AM

Qala

11:00AM

Katidral

11:00AM

Żebbuġ

5:00PM

Għarb

6:00PM

Xagħra

6:00PM

31


Hip Hop

FREE EVENT

Hurray FAMILY FUN

ON EASTER DAY

17 APRIL 2022

10:00AM TILL 5:00PM

VILLA RUNDLE GARDENS, VICTORIA Easter Bunny, Arts and Crafts, Fun Games and More For more info follow

EasterinGozo

The organisers of this event will be complying with all the health and safety directives issued by the Health Authorities

32

Cultural Heritage Directorate


Tagħrif/Useful Telephone Numbers Ministeru għal Għawdex Ministry for Gozo 2210 0100 Uffiċċju tal-Kultura f’Għawdex Culture Office 2215 6700 Uffiċċju tal-Informazzjoni għat-Turisti Tourist Information Office 2291 5452/3 Parroċċi f’Għawdex Parishes in Gozo Il-Fontana 2155 6097 / 2156 0233 Għajnsielem 2155 4615 / 2156 1030 L-Għarb 2155 6129 L-Għasri 2156 0137

Il-Munxar 2156 4563 / 2155 3764 / 2156 0845

Ix-Xagħra 2155 1042 / 2155 7881

In-Nadur 2155 1649 / 2156 2284

Ix-Xewkija 2155 6793 / 2156 4608

Il-Qala 2155 6684 / 2155 8552

Iż-Żebbuġ 2155 4882 / 2155 9043

San Lawrenz 2155 6073 Ta’ Kerċem 2155 1355

Tagħrif ieħor Additional information L-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex - Emerġenza Gozo General Hospital - Emergency 112

Ta’ Sannat 2155 1435

L-Għassa tal-Pulizija (Victoria) Police Station 2156 2040

Il-Katidral 2155 4101

Is-Seminarju Maġġuri ta’ Għawdex Gozo Seminary 2155 6479

San Ġorġ 2155 6377 Is-Santwarju Nazzjonali Ta’ Pinu 2155 6187

Il-Kurja tal-Isqof Gozo Curia 2155 1211

Qoxra tal-Ktieb/Front Cover L-Aħħar Nifs – Artist: Joseph Cauchi, acrylic on canvas

Kull organizzatur huwa responsabbli li josserva d-direttivi, li jinħarġu minn żmien għal żmien, kif mitluba mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Il-parteċipanti u l-udjenza huma mitluba jkunu responsabbli billi josservaw ir-regolamenti tal-avveniment u dawk maħruġa millAwtoritajiet tas-Saħħa, kif ukoll li l-maskra għandha tintlibes f’kull ħin. Minħabba s-sitwazzjoni preżenti jista’ jkun li ċerti avvenimenti jitħassru, għalhekk nixtiequ navżawkom biex iżżuru l-paġna tagħna ta’ Facebook: Easter in Gozo jew visitgozo.com għal aktar aġġornamenti. Every organiser is responsible for the observance and adherance to the measures issued by the Health Authorities, which are constantly being updated. The participants and audience are kindly asked to be responsible and to abide to the regulations of these events and of those issued by the Health Authorities, as well as to keep their masks on at all times. Due to the current situation, some events may be cancelled. We kindly urge you to visit our Facebook page: Easter in Gozo or visitgozo.com to keep up to date.

+356 2210 0152

gozoculturalevents@gov.mt

Easter in Gozo



Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.