Gozo Pops & Rocks 2025

Page 1


Nilqagħkom għal edizzjoni oħra ta’ Gozo Pops & Rocks 2025. Dan il-programm huwa ċelebrazzjoni kulturali, fejn jispikka t-talent u l-ispirtu artistiku li nsibu fi gżiritna. Mit-23 ta’ Mejju sal-14 ta’ Ġunju, Għawdex se jinbidel f’arena ta’ talent, fejn il-mużika, il-kreattività u l-ispirtu komunitarju jispikkaw u jkunu xhieda li Għawdex verament għandu x’joffri.

L-edizzjoni ta’ din is-sena, bħas-snin preċedenti, ser toffrilna katina ta’ attivitajiet mill-aqwa li jwittu t-triq għall-istaġun tant mistenni tas-sajf. Leone Goes Pop, RockAstra u Big Band Adventures ser joffrulna esperjenzi mużikali indimentikabbli, b’artisti u talenti lokali mill-aqwa.

Il-Festa tal-Għasel, li se ssir fil-Ġonna tal-Villa Rundle, se tkompli tesponi din ir-rabta, bejn Għawdex u l-għasel, industrija li tmur lura sekli sħaħ. Sadanittant, Lejl Imkebbes għal darb’oħra se jibdel iċ-Ċittadella f’wirja ta’ dawl u maġija, u joħloq atmosfera maġika għal kulħadd biex igawdiha.

Dawn l-avvenimenti huma aktar minn sempliċi spettakli; huma turija tar-reżiljenza, tal-kreattività, u tal-ispirtu komunitarju ta’ Għawdex. Fuq kollox jirrappreżentaw l-impenn tagħna li nippreservaw l-identità kulturali tagħna filwaqt li nħaddnu l-innovazzjoni u l-espressjoni artistika.

Nixtieq nesprimi l-gratitudni tiegħi għal dawk kollha li taw sehemhom biex dan il-festival ikun possibbli — l-organizzaturi, l-artisti, il-voluntiera, u ħafna oħrajn li jiddedikaw ħinhom biex dawn l-avvenimenti jittellgħu b’suċċess. Id-dedikazzjoni tagħkom tiżgura li Għawdex jibqa’ jitqies bħala ċentru ta’ kreattività u divertiment.

Nistedinkom biex tingħaqdu magħna f’din iċċelebrazzjoni straordinarja tal-mużika u l-kultura.

Clint Camilleri

Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar

It is with great pleasure that I welcome you to Gozo Pops & Rocks 2025, an annual celebration of our beloved island’s rich culture and artistic spirit. From 23rd May to 14th June, Gozo will transform into a vibrant stage of music, creativity, and community spirit, inviting everyone to experience the unique magic that defines our island.

This year’s edition promises an exciting lineup of events, with Leone Goes Pop, RockAstra, and Big Band Adventures set to deliver unforgettable musical experiences, featuring top local artists and talents. The Honey & Bee Fest, held at Villa Rundle Gardens, will celebrate Gozo’s rich beekeeping heritage, offering a unique blend of tradition, craftsmanship, and local flavours. Meanwhile, Lejl Imkebbes will once again transform the Citadel into a breathtaking display of light and magic, creating an enchanting atmosphere for all to enjoy.

These events are more than just performances; they are a testament to Gozo’s resilience, creativity, and community spirit. They represent our commitment to preserving our cultural identity while embracing innovation and artistic expression.

I extend my heartfelt gratitude to all those who play a part in making these events possible— the organisers, performers, volunteers, and the many others who bring these events to life. Your dedication ensures that Gozo continues to shine as a hub of creativity and entertainment.

I invite you all to join us in this extraordinary celebration of music and culture.

for Gozo and Planning

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.