il-manwal SENA KATEKETIKA 2014 – 2015
ISMIJIET
1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28
GĦELUQ IS-SNIN
ONOMASTIKU
il-manwal g침ajnuniet
attendenza
kalendarju
noti
Il-vera għan tal-katekeżi
L-għan tal-katekeżi mhux li nikbru fit-tagħlim tar-reliġjon iżda fi kliem San Pawl: “tagħrfu sewwa r-rieda ta’ Alla bl-għerf kollu u d-dehen spiritwali. Hekk tkunu tistgħu tgħixu sewwa kif jixraq lill-Mulej u togħġbuh f’kollox bil-frott ta’ kull opra tajba, u tikbru fl-għarfien ta’ Alla, titwettqu bil-qawwa kollha li tiġi mill-qawwa tal-glorja tiegħu, biex tkunu tifilħu ġġarrbu kollox bis-sabar.”1 Il-katekeżi trid twassal biex dak li nitgħallmu nibdluh f’azzjoni – filmod li ngħixu. “L-għan definittiv tal-katekeżi hu li tqiegħed lin-nies mhux biss f’kuntatt, imma wkoll f’komunjoni, f’intimità ma’ Ġesù Kristu.”2 Il-katekeżi allura mhix edukazzjoni, fuq il-livell tal-moħħ biss, imma anke formazzjoni li tmiss il-qalb. Il-katekeżi għalhekk titlob: fehim u bidla. Jien kuljum irrid nieħu d-deċiżjoni li rrid ninbidel biex nimxi wara Ġesù u l-katekeżi tgħinni biex nagħmel dan. Irrid inħalli warajja dak li drajt nagħmel, dak li forsi hu komdu għalija. Chiara Luce Badano tgħid hekk: “Ġesù jekk int tridha, jien irridha ukoll.” Aħna l-katekisti rridu nkunu bħall-mara Samaritana li kienet tafha sew l-Iskrittura, iżda nbidlet meta ltaqgħet ma’ Ġesù. Hi mbagħad issir katekista f’qasir żmien! Tant wasslet il-messaġġ b’mod konvinċenti li ħafna kienu li telqu biex jiltaqgħu ma’ Ġesù. L-ewwel kienet il-mara li wasslet il-messaġġ u n-nies kemm bi kliemha, kif ukoll bil-ħeġġa tagħha u l-bidla fiha, tħajru jiltaqgħu ma’ dan Ġesù. Imma emmnu għax semgħu lilu mhux lilha.3 Il-konverżjoni jagħmilha Ġesù mhux il-katekist. Aħna rridu nagħmlu l-introduzzjoni, irridu nagħmluha ta’ ħuttaba u nlaqqgħu lit-tfal ma’ Ġesù. 1 Kolossin 1, 9-11 2 Catechesi Tradendae, 5 3 Ġwanni 4, 42
ABBONAMENTI
Kurt Miceli gwida@sdcmuseum.org
DISINN
Alan Bonello www.designedbyal.com
STAMPA
Veritas Press Ħaż-Żabbar
1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28
Ottubru 2015 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30 31
l-erbgħa
S. Tereża ta’ Lisieux
il-ħamis
L-Anġli Kustodji
il-ġimgħa is-sibt
S. Franġisk ta’ Assisi
il-ħadd
Is-Sebgħa u Għoxrin Ħadd tas-Sena
it-tnejn it-tlieta
Il-Madonna tar-Rużarju
l-erbgħa il-ħamis
B. John Henry Newman
il-ġimgħa S. Danjel Comboni is-sibt il-ħadd
It-Tmienja u Għoxrin Ħadd tas-Sena
it-tnejn it-tlieta l-erbgħa
S. Tereża ta’ Avila
il-ħamis il-ġimgħa is-sibt
S. Luqa, evanġelista
il-ħadd
Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd tas-Sena
it-tnejn it-tlieta l-erbgħa il-ħamis il-ġimgħa is-sibt il-ħadd
It-Tletin Ħadd tas-Sena
it-tnejn it-tlieta
S. Xmun u S. Ġuda, appostli
l-erbgħa
B. Mikiel Rua
il-ħamis il-ġimgħa
Is-sitt oqsma tal-katekeżi Id-Direttorju Ġenerali għall-Katekeżi, jitkellem dwar ‘l-oqsma tal-katekeżi’.4 Kull katekist għandu jara li jinkludi dawn fil-laqgħat minħabba li huma dawn flimkien li jgħinu biex iwasslu lil kull wieħed u waħda minna, u għalhekk anke lit-tfal, sabiex isiru dixxipli ta’ Kristu. Dawn l-oqsma jibnu u jsostnu lil xulxin, u għalkemm jista’ jkun li ma nenfassizawx is-sitta li huma f’kull laqgħa, ma nistgħux nagħżlu li nħallu barra xi waħda jew aktar minnhom, inkella l-fidi ma tasalx għal żvilupp sħiħ.5 Skont id-Direttorju dawn huma kollha neċessarji.6 Dawn is-sitt aspetti huma “ispirati mill-mod ta’ kif Ġesù rawwem lid-dixxipli tiegħu.”7 Lid-dixxipli Ġesù urihom id-dimensjonijiet differenti tas-Saltna ta’ Alla,8 għallimhom jitolbu,9 ħarriġhom f’attitudnijiet evanġeliċi 10 u ppreparahom għall-missjoni.11 Min-natura tagħha l-fidi nisranija titlob li tkun “magħrufa, iċċelebrata, mgħejxa u mibdula f’talba.”12 Il-fidi hija mgħejxa f’komunità nisranija u hija wkoll fidi pproklamata (missjunarja).13 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13
Direttorju Ġenerali għall-Katekeżi, 84-87 Direttorju Ġenerali għall-Katekeżi, 87 Direttorju Ġenerali għall-Katekeżi, 87 Direttorju Ġenerali għall-Katekeżi, 84 Mattew 13, 11 Luqa 11,2 Mattew 11, 29 Luqa 10, 1 Ibid. Ibid.
Noti
1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28
Novembru 2014 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30
is-sibt
Il-Qaddisin Kollha
il-ħadd
Il-Wieħed u Tletin Ħadd tas-Sena
it-tnejn
S. Martin de Porres
it-tlieta
S. Karlu Borromeo
l-erbgħa
S. Eliżabetta u S. Żakkarija
il-ħamis il-ġimgħa is-sibt il-ħadd
It-Tnejn u Tletin Ħadd tas-Sena
it-tnejn it-tlieta
S. Martin ta’ Tours
l-erbgħa il-ħamis il-ġimgħa is-sibt
S. Albert il-Kbir, Isqof u Duttur tal-Knisja
il-ħadd
It-Tlieta u Tletin Ħadd tas-Sena
it-tnejn it-tlieta l-erbgħa il-ħamis il-ġimgħa Preżentazzjoni ta’ Marija Verġni is-sibt il-ħadd
Solennità ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien Kollu
it-tnejn it-tlieta
S. Katerina ta’ Lixandra
l-erbgħa il-ħamis il-ġimgħa is-sibt il-ħadd
L-Ewwel Ħadd tal-Avvent
Formazzjoni u Edukazzjoni fil-Fidi Il-katekeżi trid twassal għal-laqgħa ma’ Ġesù. Id-Direttorju jiddeskrivi din il-ħidma b’mod illustrattiv – l-imħabba bejn tnejn minn nies. Meta tnejn isiru jinħabbu, ikunu jridu jsiru jafu aktar lil xulxin, ikunu jridu jqattgħu aktar ħin flimkien, isiru importanti ħafna fil-ħajja ta’ xulxin. Bl-istess mod meta persuna tiltaqa’ ma’ Ġesù u ssir tħobbu, ir-relazzjoni ssir intima u personali u x-xewqa li ssir tafu aħjar tikber. Għalhekk f’dan ir-rigward irridu ninkludu l-evanġelji fil-laqgħat tagħna, minħabba li f’dawn insibu l-istedina ta’ Ġesù sabiex insiru nafuh aħjar. It-trawwim tal-fidi jinkludi wkoll edukazzjoni u informazzjoni dwar dak li nemmnu fih bħala nsara, għalhekk l-importanza tal-fehim tal-Kredu. Fuq kollox, il-Bibbja għandha tieħu post ċentrali fillaqgħat tagħna, it-tfal anke minn età żgħira għandhom isiru familjari magħha, iqallbu fiha, ifittxu fiha u jaqraw siltiet u ġrajjiet b’mod regolari. Issa anke bil-Malti għandna Bibbja jew siltiet u ġrajjiet partikolari magħmula f’kotba attraenti u addattati skont l-etajiet.
Noti
1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28
Diċembru 2014 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30 31
it-tnejn it-tlieta l-erbgħa
S. Franġisk Saverju
il-ħamis il-ġimgħa is-sibt
S. Nikola ta’ Mira
il-ħadd
It-Tieni Ħadd tal-Avvent
it-tnejn
It-Tnissil bla tebgħa tal-Verġni Marija
it-tlieta l-erbgħa il-ħamis il-ġimgħa Il-Madonna ta’ Guadalupe is-sibt
Jum ir-Repubblika
il-ħadd
It-Tielet Ħadd tal-Avvent
it-tnejn it-tlieta l-erbgħa il-ħamis il-ġimgħa is-sibt
Il-Patrijarki Abraham, Iżakk u Ġakobb
il-ħadd
Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent
it-tnejn it-tlieta l-erbgħa il-ħamis
Il-Milied – Twelid ta’ Ġesù Kristu
il-ġimgħa S. Stiefnu, l-ewwel martri is-sibt
S. Ġwann, appostlu u evanġelista
il-ħadd
Il-Familja Mqaddsa ta’ Nazaret
it-tnejn
S. Tumas Becket, Isqof u Martri
it-tlieta l-erbgħa
Noti
1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28
Jannar 2015 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30 31
il-ħamis
Solennità ta’ Marija Omm Alla. Jum il-Paċi
il-ġimgħa S. Bażilju l-Kbir u S. Girgor Nazjanzenu is-sibt il-ħadd
Solennità tal-Epifanija tal-Mulej
it-tnejn
B. John Neumann
it-tlieta l-erbgħa
S. Rajmond ta’ Peñafort
il-ħamis il-ġimgħa is-sibt il-ħadd
Il-Magħmudija tal-Mulej
it-tnejn it-tlieta
S. Ilarju
l-erbgħa il-ħamis il-ġimgħa is-sibt
S. Anton Abbati
il-ħadd
It-Tieni Ħadd tas-Sena
it-tnejn it-tlieta l-erbgħa il-ħamis
S. Publju
il-ġimgħa is-sibt
S. Franġisk ta’ Sales
il-ħadd
It-Tielet Ħadd tas-Sena
it-tnejn it-tlieta l-erbgħa
S. Tumas ta’ Akwinu
il-ħamis il-ġimgħa is-sibt
S. Ġwann Bosco
Formazzjoni Liturġika “Il-katekeżi għandha rabta sħiħa u intima mal-ħidma liturġika u sagramentali, għaliex hu fis-sagramenti, u l-aktar fl-Ewkaristija, li Kristu Ġesù jaħdem bilmilja kollha tiegħu ħa jbiddel il-bniedem”.14 Hemm konnessjoni intima bejn il-katekeżi u l-liturġija li trid issir parti mill-istil ta’ ħajja li ngħixu. Il-qsim tal-ħobż fil-quddiesa jitkompla meta lil Kristu narawh f’dawk li naqsmu magħhom minn dak li għandna – ħin, oġġetti materjali, kliem ta’ faraġ, talenti – u f’dawk li naħfrulhom għal xi weġgħa li jkunu kkawżawlna. Fil-kotba tas-sena li nkunu qegħdin ngħallmu mhux bilfors ser insibu sezzjonijiet dwar is-sagramenti u l-liturġija. Iżda jekk ma ninkludux it-tifsir tas-sagramenti u taċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi, lit-tfal inkunu qegħdin inċaħħduhom milli japprezzaw, jiċċelebraw u jifhmu dawn l-okkażjonijiet li bla dubju huma ferm importanti fil-ħajja nisranija. Huma dawn li jgħinuna lkoll biex l-ewwel nifhmu x’inhi l-grazzja ta’ Alla u mbagħad naslu sabiex nilqgħuha. Meta l-liturġija tkun mifhuma, din issir parteċipattiva u ħajja u dan iwassal biex wieħed jiltaqa’ ma’ Ġesù u jagħmel esperjenza ta’ Knisja-komunità – magħquda biex tfaħħar lil Alla. Ovvjament, bħal kull ħaġa oħra, l-ispjegazzjonijiet iridu jkunu addattati skont l-età tat-tfal. Jekk it-tfal ma jifhmux, allura s-sagramenti u l-liturġija jibqgħu sempliċement rutina, xi drabi bla sens u bla skop ta’ xejn. F’dan irrigward huwa importanti wkoll li ninkludu s-sena liturġika fit-tagħlim tagħna. Għalhekk huwa importanti li aħna nkunu nafu sew u ppjanajna minn qabel it-tqassim tal-laqgħat tas-sena, biex ninkludu dawn l-ispjegazzjonijiet skont fejn u kif hemm bżonn biex isiru parti integrali mill-programm tas-sena.
14
Catechesi Tradendae, 23
Noti
1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28
Frar 2015 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28
il-ħadd
Ir-Raba’ Ħadd tas-Sena
it-tnejn
Il-Preżentazzjoni tal-Mulej
it-tlieta l-erbgħa il-ħamis
S. Agata
il-ġimgħa S. Pawl Miki u Sħabu is-sibt il-ħadd
Il-Ħames Ħadd tas-Sena
it-tnejn it-tlieta
Nawfraġju ta’ San Pawl
l-erbgħa
Il-Madonna ta’ Lourdes
il-ħamis il-ġimgħa B. Ġordan tas-Sassonja is-sibt
S. Ċirillu u S. Metodju
il-ħadd
Is-Sitt Ħadd tas-Sena
it-tnejn it-tlieta l-erbgħa
L-Erbgħa tal-Irmied
il-ħamis il-ġimgħa is-sibt il-ħadd
L-Ewwel Ħadd tar-Randan
it-tnejn it-tlieta l-erbgħa
B. Marija Adeodata Pisani
il-ħamis il-ġimgħa S. Gabrijel tal-Addolorata is-sibt
Formazzjoni Morali Il-katekeżi trid twassal għall-konverżjoni, jiġifieri impenn li ngħixu fuq il-passi ta’ Ġesù, skont it-tagħlim tiegħu. Iżda qabel ma nagħmel dak li għamel Ġesù, irrid bilfors l-ewwel insir naf kif għex Ġesù. Għalhekk l-importanza li l-ewwel nimmiraw għal-laqgħa u relazzjoni ma’ Ġesù. Bl-istess mod ma nistgħux inwasslu biss informazzjoni impersonali, iżda minflok irridu naslu biex ngħinu lit-tfal sabiex dak li nwasslulhom mhux biss jifhmuh iżda wkoll jagħmlu mill-aħjar biex jgħixuh. Din hi l-formazzjoni morali – li ngħinuhom biex jibnu karattru nisrani. Jgħixu dak li tgħallmu: l-opri tal-ħniena.15 B’mod partikolari hawnhekk jidħol is-sagrament tar-rikonċiljazzjoni. Għalfejn il-penitenza? Id-dnub tiegħi mhux xi ħaġa personali. Meta jien nagħżel li nagħmel xi ħaġa li mhix sew, qed inħalli impatt fuq l-oħrajn. Għalhekk ilpenitenza, għaliex jien b’dak li jien għamilt, jew ma għamiltx, affettwajt ħażin lil ħaddieħor. Id-dnub fih aspett soċjali, jaffettwa l-Ġisem ta’ Kristu. Ma rridux nieqfu fuq l-aspett tad-dnub iżda nkomplu dwar il-qawwa tal-grazzja ta’ Alla, dwar il-maħfra u l-imħabba tiegħu. 15 Mattew 25, 35-36
Noti
1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28
Marzu 2015 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30 31
il-ħadd
It-Tieni Ħadd tar-Randan
it-tnejn it-tlieta l-erbgħa il-ħamis il-ġimgħa is-sibt
S. Perpetwa u S. Feliċita
il-ħadd
It-Tielet Ħadd tar-Randan
it-tnejn it-tlieta l-erbgħa il-ħamis il-ġimgħa is-sibt il-ħadd
Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan
it-tnejn it-tlieta
S. Patrizju
l-erbgħa
S. Ċirillu ta’ Ġerusalemm
il-ħamis
Solennità ta’ S. Ġużepp
il-ġimgħa is-sibt il-ħadd
Il-Ħames Ħadd tar-Randan
it-tnejn it-tlieta
Jum ta’ talb għall-missjunarji martri
l-erbgħa
Solennità tat-Tħabbira tal-Mulej
il-ħamis il-ġimgħa is-sibt il-ħadd
Ħadd il-Palm
it-tnejn it-tlieta
Jum il-Ħelsien
Formazzjoni fit-Talb Ġesù kien jitlob ħafna, u kien jitlob lill-Missier. U fuq dan l-eżempju aħna rridu nwasslu lit-tfal biex jitolbu kif kien jitlob hu lill-Missier. Tajjeb li nevalwaw ftit it-talb fil-laqgħat tagħna. X’attitudni għandna għat-talb? X’xejra jieħu t-talb fil-laqgħat tagħna? Jekk waqt il-laqgħat aħna ma nagħtux ħin, ma noħolqux ambjent, isir mingħajr preparazzjoni u rabta ma’ dak li għaddejjin minnu, ma’ dak li tkellimna fuqu, ikun talb impersonali, ma nistgħux inwasslu lit-tfal biex jiffurmaw ruħhom f’dan il-qasam hekk importanti. Fil-laqgħat, kemmil darba nirrepetu li t-talb għandu jkun bħal djalogu ma’ Ġesù? Imma aħna x’eżempju qegħdin nagħtu? It-talb bl-amment huwa ferm importanti, iżda aktar importanti huwa li t-tfal jifhmu dak li qegħdin jgħidu. Għalhekk skont l-età rridu nirreferu għat-talb li huma tgħallmuh bl-amment anke jekk talb bħal Missierna nagħmluh fl-ewwel sena tal-katekeżi, u nispjegawh skont il-fehim tagħhom matul is-snin. Importanti li nużaw modi differenti ta’ talb, fejn l-Iskrittura hija ċentrali, ninkludu talb bl-amment, spontanju, ta’ ringrazzjament, ta’ maħfra, ta’ petizzjoni, ta’ tifħir. Nużaw il-Bibbja fit-talb tagħna, b’mod speċjali s-salmi li jitkellmu b’mod dirett dwar ir-relazzjoni tagħna ma’ Alla. Nippruvaw ukoll, indarru lit-tfal dwar l-importanza tas-silenzju ... it-talb huwa djalogu, allura mhux nitkellem jiena biss, irid ikun hemm ħin li jien nisma’, ħin li jien nirrifletti.
Noti
1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28
April 2015 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30
l-erbgħa il-ħamis
Ħamis ix-Xirka
il-ġimgħa Il-Ġimgħa l-Kbira is-sibt
Sibt il-Għid
il-ħadd
Solennità tal-Għid il-Kbir
it-tnejn it-tlieta
S. Ġwann Battista de la Salle
l-erbgħa il-ħamis il-ġimgħa is-sibt
S. Stanislaw ta’ Krakovja
il-ħadd
It-Tieni Ħadd tal-Għid - Festa tal-Ħniena Divina
it-tnejn it-tlieta l-erbgħa il-ħamis il-ġimgħa is-sibt il-ħadd
It-Tielet Ħadd tal-Għid
it-tnejn it-tlieta
S. Anselmu
l-erbgħa il-ħamis il-ġimgħa is-sibt
S. Mark, evanġelista.
l-ħadd
Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid
it-tnejn it-tlieta
S. Gianna Beretta Molla
l-erbgħa
S. Katerina ta’ Siena
il-ħamis
Formazzjoni Komunitarja Ilkoll ngħixu f’familja. Nafu sew li l-familja mhix sempliċement numru ta’ nies jgħixu flimkien taħt saqaf wieħed, iżda hija sforz minn kull membru, kbir jew żgħir sabiex ikun hemm imħabba, rispett u għaqda bejn il-membri kollha. Bl-istess mod il-komunità nisranija ma taqax mis-sema. Kull wieħed u waħda minna rridu nimpenjaw ruħna biex inkunu parti ħajja u attiva fil-komunità nisranija. Imbagħad għandna d-dmir li ngħinu lit-tfal sabiex jintegraw f’din il-familja. Irridu nkunu aħna sabiex fejn nistgħu ngħinu sabiex huma jkunu milqugħin ukoll fil-ħajja talparroċċa, fejn huma jħossuhom parti integrali. Hekk kif fil-familja żgħira tagħna kulħadd għandu karattru, ħsibijiet, ideat, xewqat u bżonnijiet differenti, aktar u aktar dawn id-differenzi ser jinħassu f’komunità akbar. Għalhekk irridu nedukaw lit-tfal, l-aċċettazzjoni tad-diversità, tal-imħabba bejnietna, tal-bżonn li naħfru u li naċċettaw li nkunu maħfura, li lkoll importanti u għandna x’noffru. Ġesù tana l-kmand sabiex inħobbu lil xulxin bħalma ħabbna hu.16 Għalhekk hemm il-liturġija ċċelebrata flimkien, bħala familja waħda, fejn aħna nitolbu għal xulxin u għal oħrajn li għal raġunijiet diversi mhumiex jew ma jistgħux ikunu magħna. Kelma tal-aħħar f’dan ir-rigward, il-laqgħat tagħna wkoll huma komunitajiet żgħar. Għalhekk nibdew minna l-katekisti li naraw li waqt il-laqgħa aħna nimxu mat-tfal b’rispett u mħabba, b’attitudni nisranija u nikkoreġu fejn hemm bżonn iżda dan nagħmluh b’imħabba u mhux b’rabja. Xi kultant naħseb taqbżilna wkoll, nitolbu skuża, nagħtu raġuni, imma qatt ma għandna nħallu kollox għaddej qisu xejn mhu xejn. Anke d-dixxiplina tgħin fil-maturazzjoni tal-fidi! Fuq kollox minna huma qegħdin jieħdu l-eżempju ta’ kif għandhom jgħixu u jġibu ruħhom mal-oħrajn. 16 Ġwann 13, 34
Noti
1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28
Mejju 2015 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30 31
il-ġimgħa S. Ġużepp Ħaddiem is-sibt
S. Atanasju
il-ħadd
Il-Ħames Ħadd tal-Għid
it-tnejn it-tlieta l-erbgħa
S. Duminku Savio
il-ħamis il-ġimgħa Il-Madonna ta’ Pompej is-sibt
S. Ġorġ Preca
il-ħadd
Is-Sitt Ħadd tal-Għid
it-tnejn it-tlieta l-erbgħa
Il-Madonna ta’ Fatima
il-ħamis
S. Mattija, appostlu
il-ġimgħa is-sibt il-ħadd
Il-Ħames Ħadd tal-Għid
it-tnejn it-tlieta l-erbgħa il-ħamis il-ġimgħa S. Rita ta’ Cascia is-sibt il-ħadd
Għid il-Ħamsin
it-tnejn it-tlieta
S. Filippu Neri
l-erbgħa
S. Wistin ta’ Canterbury
il-ħamis il-ġimgħa is-sibt
S. Ġovanna d’Arco
il-ħadd
It-Trinità Qaddisa
Formazzjoni għall-ħidma appostolika u missjunarja “Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha.”17 Minn dawk li nisimgħu l-Kelma ta’ Alla, irridu nsiru dawk li ngħixuha u nwassluha; u rridu ngħinu littfal biex jagħmlu hekk huma wkoll. Fil-Knisja hemm ħafna ministeri differenti u t-tfal iridu jsiru jafu dawn x’inhuma u nħajruhom biex huma jagħtu sehemhom ukoll. F’dan ir-rigward irridu wkoll ninfurmaw u niffurmawhom sabiex meta jikbru jkunu jistgħu jagħżlu, bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu, il-vokazzjoni tagħhom. Inħajruhom jitolbu wkoll għal dawk li diġà għamlu jew qegħdin jagħmlu l-għażla tal-vokazzjoni tagħhom ... saċerdoti, reliġjużi, Soċji talMUSEUM, miżżewġin. Il-ħajja missjunarja tlaqqagħna ma’ nies ta’ reliġjonijiet u fehmiet differenti minn tagħna. Lit-tfal irridu nfiehmuhom dwar dawn id-differenzi, nuru wkoll issabiħ ta’ reliġjonijiet oħra, għalkemm il-verità hija waħda. Biex inwasslu lit-tfal li jsaħħu u jimmaturaw fil-fidi, bħalna huma jridu jkunu jafu dwar it-twemmin nisrani, iridu jiċċelebraw u jgħixu dak li jemmnu, u jgħixu wkoll ħajja ta’ talb. Nitolbu li matul din is-sena kateketika nipprattikaw aktar dak li kienu jagħmlu l-ewwel insara: “kienu jżommu sħiħ fit-tagħlim tal-appostli u fl-għaqda ta’ bejniethom, fil-qsim tal-ħobż u fit-talb.”18 17 Mattew 28, 19 18 Atti 2, 42
Noti
1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28
Ġunju 2015 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30
it-tnejn it-tlieta l-erbgħa
S. Karlu Lwanga u sħabu
il-ħamis il-ġimgħa S. Bonifaċju is-sibt
S. Norbertu
il-ħadd
Il-Ġisem u d-Demm tal-Mulej
it-tnejn it-tlieta l-erbgħa il-ħamis
S. Barnaba, appostlu
il-ġimgħa Il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù is-sibt
Il-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija
il-ħadd
Il-Ħdax-il Ħadd tas-Sena
it-tnejn it-tlieta l-erbgħa il-ħamis il-ġimgħa is-sibt il-ħadd
It-Tnax-il Ħadd tas-Sena
it-tnejn it-tlieta l-erbgħa
Solennità tat-Twelid ta’ S. Ġwann Battista
il-ħamis il-ġimgħa is-sibt il-ħadd
It-Tlettax-il Ħadd tas-Sena
it-tnejn
Solennità ta’ S. Pietru u S. Pawl
it-tlieta
L-Ewwel Martri ta’ Ruma
1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28
Lulju 2015 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30 31
l-erbgħa
B. Injazju Falzon
il-ħamis il-ġimgħa S. Tumas, appostlu is-sibt
S. Eliżabetta tal-Portugal
il-ħadd
L-Erbatax-il Ħadd tas-Sena
it-tnejn it-tlieta l-erbgħa il-ħamis il-ġimgħa is-sibt
S. Benedittu ta’ Norcia
il-ħadd
Il-Ħmistax-il Ħadd tas-Sena
it-tnejn it-tlieta l-erbgħa
S. Bonaventura
il-ħamis
Il-Madonna tal-Karmnu
il-ġimgħa is-sibt il-ħadd
Is-Sittax-il Ħadd tas-Sena
it-tnejn it-tlieta l-erbgħa
S. Marija Maddalena
il-ħamis il-ġimgħa is-sibt
S. Ġakbu l-Kbir, appostlu
il-ħadd
Is-Sbatax-il Ħadd tas-Sena
it-tnejn it-tlieta l-erbgħa
S. Marta ta’ Betanja
il-ħamis
S. Pietru Krisologu
il-ġimgħa S. Injazju ta’ Loyola
1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28
Awwissu 2015 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30 31
is-sibt
S. Alfons M. de Liguori
il-ħadd
It-Tmintax-il Ħadd tas-Sena
it-tnejn it-tlieta
S. Ġwann M. Vianney
l-erbgħa il-ħamis
Trasfigurazzjoni tal-Mulej
il-ġimgħa is-sibt
S. Duminku ta’ Guzman
il-ħadd
Id-Dsatax-il Ħadd tas-Sena
it-tnejn
S. Lawrenz
it-tlieta
S. Klara ta’ Assisi
l-erbgħa il-ħamis il-ġimgħa S. Massimiljanu Kolbe is-sibt
Tlugħ fis-Sema ta’ Marija Santissima
il-ħadd
L-Għoxrin Ħadd tas-Sena
it-tnejn it-tlieta l-erbgħa il-ħamis
S. Bernard
il-ġimgħa S. Piju X is-sibt il-ħadd
Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd tas-Sena
it-tnejn it-tlieta l-erbgħa il-ħamis
S. Monika
il-ġimgħa S. Wistin is-sibt
Martirju ta’ S. Ġwann Battista
il-ħadd
It-Tnejn u Għoxrin Ħadd tas-Sena
it-tnejn
1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28
Settembru 2015 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30
it-tlieta l-erbgħa il-ħamis
S. Girgor il-Kbir
il-ġimgħa is-sibt
B. Tereża ta’ Calcutta
il-ħadd
It-Tlieta u Għoxrin Ħadd tas-Sena
it-tnejn it-tlieta
Twelid tal-Verġni Mbierka Marija
l-erbgħa il-ħamis
S. Nikola ta’ Tolentinu
il-ġimgħa is-sibt
L-Isem ta’ Marija
il-ħadd
L-Erbgħa u Għoxrin Ħadd tas-Sena
it-tnejn it-tlieta l-erbgħa il-ħamis
S. Ildegarda ta’ Bingen
il-ġimgħa S. Ġużepp ta’ Copertino is-sibt il-ħadd
Il-Ħamsa u Għoxrin Ħadd tas-Sena
it-tnejn
Jum l-Indipendenza
it-tlieta
S. Tumas ta’ Villanova
l-erbgħa
S. Piju ta’ Pietrelcina
il-ħamis il-ġimgħa is-sibt il-ħadd
Is-Sitta u Għoxrin Ħadd tas-Sena
it-tnejn it-tlieta
S. Mikiel, S. Rafel u S. Gabrijel, arkanġli.
l-erbgħa
S. Ġirolmu
Din hi l-fidi tagħna Is-Sinjal tas-Salib
Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.
Il-Kredu tal-Appostli
Jiena nemmen f’Alla: il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u l-art. U f’Ġesù Kristu, Ibnu wieħed, Sidna, li kien ikkonċeput mill-Ispirtu s-Santu. Twieled minn Marija Verġni,u bata taħt il-ħaqq ta’ Ponzju Pilatu, sallbuh, miet u difnuh, niżel il-limbu, mat-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, tela’ fis-smewwiet u qiegħed in-naħa tal-lemin ta’ Alla l-Missier li jista’ kollox. Minn hemm għandu jiġi biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin. Nemmen fl-Ispirtu s-Santu, fil-Knisja Mqaddsa Kattolika, fix-xirka tal-qaddisin, fil-maħfra tad-dnubiet, fil-qawma mill-imwiet, u fil-ħajja ta’ dejjem. Ammen.
Is-Seba’ Doni tal-Ispirtu s-Santu Għerf, Fehma, Kunsill, Qawwa, Xjenza, Pjetà, Biża’ ta’ Alla.
Il-Frott tal-Ispirtu s-Santu
L-Imħabba, l-hena, is-sliem, il-ħniena, it-tieba, il-paċenzja, il-ħlewwa, il-fedeltà, il-modestja, ir-rażan, il-kastità
Il-Virtujiet Teologali Fidi, Tama, Mħabba
Il-Virtujiet Kardinali
Prudenza, Ġustizzja, Qawwa, Temperanza
Il-Beatitudnijiet
Henjin il-fqar fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa. Henjin ta’ qalbhom ħelwa, għax huma jirtu l-art. Henjin dawk li huma bil-ġuħ u bilgħatx għall-ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħin. Henjin dawk li jħennu, għax huma jsibu ħniena. Henjin dawk li huma safja f’qalbhom, għax huma jaraw ’l Alla. Henjin dawk li jġibu l-paċi, għax huma jissejħu wlied Alla. Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba s-sewwa, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. Henjin intom, meta jgħajrukom u jippersegwitawkom u jgħidu kull xorta ta’ deni fuqkom bil-gideb minħabba fija. Ifirħu u thennew, għax ħlaskom kbir fis-smewwiet.
Is-Seba’ Sagramenti Magħmudija Griżma tal-Isqof (Konfermazzjoni) Qrar (Rikonċiljazzjoni) Tqarbin (Ewkaristija) Griżma tal-Morda (Dilka tal-Morda) Ordni Sagri Żwieġ
L-Opri tal-ħniena li jmissu l-ġisem 1. Itma’ lil min hu bil-ġuħ 2. Isqi lil min hu bil-għatx 3. Libbes lil min hu għeri 4. Ilqa’ lil min hu bla dar 5. Żur il-morda 6. Żur il-ħabsin 7. Idfen lill-mejtin
L-Opri tal-ħniena li jmissu r-ruħ
1. Agħti parir tajjeb lill-ħosbenin 2. Għallem lil min ma jafx 3. Widdeb lill-midinbin 4. Farraġ lill-imnikktin 5. Aħfer il-ħtijiet 6. Ħu sabar b’min idejjaqlek qalbek 7. Itlob ’l Alla għall-ħajjin u għall-mejtin
L-Għaxar Kmandamenti
Jien hu Alla sidek: 1. Ma jkollokx Alla ieħor għajri 2. La ssemmix l-isem t’Alla fil-batal 3. Ħares il-Ħdud u l-btajjel kollha 4. Weġġaħ lil missierek u ’l ommok 5. La toqtolx 6. La tiżnix 7. La tisraqx 8. La tixhidx ħaġa b’oħra 9. La tixtieqx nisa tal-oħrajn 10. La tixtieqx ħwejjeġ tal-oħrajn
Nitolbu flimkien Il-Missierna
Missierna, li inti fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema, hekk ukoll fl-art.
Anġlu ta’ Alla
Anġlu t’Alla, li, fit-tjubija tiegħu, Alla tani biex tħarisni; dawwalli moħħi, ħarisni, żommni u mexxini f’dan il-jum. Ammen.
Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina u la ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda eħlisna mid-deni. Ammen.
Glorja
Glorja lill-Missier, u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu, kif kien fil-bidu, issa u dejjem, u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.
Sliema
Sliem għalik, Marija, bil-grazzja mimlija. Il-Mulej miegħek. Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù.
Talba ta’ qabel l-ikel
Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina, midinbin, issa, u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Ammen.
Talba ta’ wara l-ikel
Berikna Mulej, u bierek dan l-ikel li aħna sejrin nieklu u li għoġbok tipprovdilna, għall-merti ta’ Kristu Sidna. Ammen.
Nirringrazzjawk Mulej li kont fostna waqt li qsamna flimkien l-ikel u l-ħbiberija tagħna, għall-merti ta’ Kristu Sidna. Ammen.
Att ta’ Indiema (Qasira) Att ta’ Indiema (Twila) Mulejja, Alla tiegħi, inti tħobbni ħafna jiddispjaċini talli għidtlek le bi dnubieti mil-lum ’il quddiem bil-għajnuna mqaddsa tiegħek ma nerġax nagħmel dnubiet iżjed u rrid inħobbok fuq kollox.
L-Angelus
L-Anġlu t’Alla ħabbar lil Marija, u hija saret omm mill-Ispirtu s-Santu. Sliem għalik, Marija… Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej, ikun minni skont kelmtek. Sliem għalik, Marija… U l-Iben t’Alla sar bniedem, u għammar fostna. Sliem għalik, Marija… Itlob għalina, qaddisa omm Alla, biex ikun jistħoqqilna dak li wegħedna Kristu. Nitolbu – Xerred nitolbuk, Mulej, fi qlubna l-grazzja tiegħek; biex aħna li bit-tħabbira tal-anġlu għarafna li Kristu Ibnek sar bniedem, bil-passjoni u s-salib tiegħu naslu għas-sebħ tal-qawmien. Bi Kristu Sidna. Ammen. Glorja lill-Missier…
Mulejja, Alla tiegħi, jisgħob bija b’qalbi kollha minn dnubieti ta’ ħajti kollha. Jisgħob bija, Mulejja, għall-ġenna li tlift u għall-infern li rbaħt; imma fuq kollox jisgħob bija għax regħextek u offendejtek kollok tjieba u ħniena. Inħobbok, Mulejja, inħobbok fuq kollox; mil-lum ’il quddiem, bil-għajnuna mqaddsa tiegħek, ma nidneb qatt u qatt iżjed, la mmur fejn dari nidneb, naħrab ukoll dak kollu li dari waqqagħni fid-dnub.
L-Attijiet il-Qosra
Mulejja, nemmen fik, kollok verità. Mulejja, nittama fik, kollox ħniena. Mulejja, inħobbok fuq kollox, kollok imħabba. Mulejja, nindem għax regħextek u offendejtek, kollox tieba. Mulejja, inqaddes ruħi bis-sagramenti tiegħek, kollok qdusija.
Talba għall-Erwieħ Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi lilhom, jistrieħu fis-sliem. Ammen.
It-Talba tar-Rużarju Alla tagħna isma’ t-talb tagħna: eħlisna, għinna u ibqa’ magħna. Glorja lill-Missier… Marija Santissima, urina li inti ommna, bik jisma’ t-talb tagħna dak li twieled għalina u ried ikun bniedem bħalna. O Ġesù, aħfrilna dnubietna, eħlisna min-nar tal-infern, ħu l-ġenna l-erwieħ kollha, l-aktar dawk li għandhom bżonn tal-ħniena tiegħek.
Il-Misteri tal-Ferħ
1. Meta l-anġlu Gabrijel ħabbar lil Marija li kellha tkun omm Alla. 2. Meta Sidtna Marija marret iżżur lill-qariba tagħha Santa Eliżabetta. 3. Meta Sidna Ġesù Kristu twieled fil-għar ta’ Betlehem. 4. Meta Sidtna Marija ppreżentat lil binha Ġesù fit-tempju. 5. Meta Sidtna Marija tilfet lil binha Ġesù u wara tlett ijiem sabitu fittempju jiddisputa mad-dutturi.
Il-Misteri tad-Dawl
1. Meta Sidna Ġesù Kristu tgħammed fix-Xmara Ġordan. 2. Meta Sidna Ġesù Kristu wera min hu fit-Tieġ ta’ Kana. 3. Meta Sidna Ġesù Kristu ħabbar isSaltna t’Alla u sejjaħ għall-indiema.
4. Meta Sidna Ġesù Kristu tbiddel quddiem l-appostli fuq il-muntanja Tabor. 5. Meta Sidna Ġesù Kristu waqqaf l-Ewkaristija, it-tifkira tal-misteru tal-Għid.
Il-Misteri tat-Tbatija
1. Meta Sidna Ġesù Kristu kien fil-ġnien tal-Ġetsemani u għereq l-għaraq tad-demm 2. Meta Sidna Ġesù Kristu kien marbut ma’ kolonna u fflaġellat. 3. Meta Sidna Ġesù Kristu kien inkurunat b’kuruna tax-xewk. 4. Meta Sidna Ġesù Kristu ġie kkundannat għall-mewt u mgħobbi bis-salib mingħand Pilatu sal-Kalvarju. 5. Meta Sidna Ġesù Kristu kien mislub fuq is-salib u wara tliet sigħat ta’ agunija miet.
Il-Misteri tal-Glorja
1. Meta Sidna Ġesù Kristu qam minn bejn l-imwiet. 2. Meta Sidna Ġesù Kristu tela’ s-sema. 3. Meta Sidna Ġesù Kristu bagħat l-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli. 4. Meta Sidtna Marija ġiet imtellgħa s-sema bir-ruħ u l-ġisem. 5. Meta Sidtna Marija ġiet inkurunata Reġina tas-sema u tal-art.
Memorare
Ftakar, ja l-iżjed Omm ħanina li qatt ma nstema’ li xi ħadd intefa’ taħt il-ħarsien tiegħek, talbek il-għajnuna jew fittex li tidħol għalih u inti ma smajtux. Imqanqal minn dan il-ħsieb għal għandek niġri, ja Verġni Omm tiegħi; għandek niġi, quddiemek noqgħod midneb u niedem, ja Omm l-Iben ta’ Alla magħmul bniedem. La tistmerrx it-talb tiegħi iżda ismagħni u weġibni. Ammen.
Salve Regina
Sliem għalik, Sultana, omm tal-ħniena, ħajja, ħlewwa u tama tagħna, sliem għalik. Lilek ingħajtu, aħna tturufnati, ulied Eva. Lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu f’dan il-wied tad-dmugħ. Ejja, mela, avukata tagħna, dawwar lejna dawk l-għajnejn tiegħek ta’ ħniena, u urina wara dan it-turufnament, lil Ġesù, frott imbierek tal-ġuf tiegħek. O ħanina, o pija, o ħelwa verġni Marija.
Gaude Maria Virgo Ifraħ, o Verġni Marija għax int sibt grazzja quddiem Alla. Inti li emmint għall-kelmiet tal-arkanġlu Gabrijel, filwaqt li bqajt xebba nissilt Alla u bniedem u wara li tajtu lid-dinja bqajt xebba bla mittiefsa Omm Alla itlob għalina.
Talba lil Marija
O Marija, li dħalt fid-dinja mingħajr tebgħa, aqlgħalna l-grazzja li ngħixu fiha u noħorġu minnha mingħajr ħtija.
O Missier tal-Imbierek Ġesù Kristu, Sinjur u Mgħallem wieħed tagħna, agħtina l-Ispirtu s-Santu, biex nitgħallmu nimxu dejjem fit-triq tal-verità u tal-ġustizzja għall-glorja tal-isem tiegħek. Ammen. dun ġorġ preca
Rivista indirizzata għall-katekisti, għall-għalliema u għal dawk interessati fil-kamp edukattiv.
Għal aktar informazzjoni ibagħtulna email fuq gwida@ sdcmuseum.org