Hejju-t-Triq

Page 1

ĦEJJU T-TRIQ GĦALL-MULEJ 2009

ISBN 978-99957-0-430-8

ĦEJJU T-TRIQ GĦALL-MULEJ ID-DISKORSI TA’ MONS. ARĊISQOF PAWLU CREMONA o.p. FIS-SENA 2009



ĦEJJU T-TRIQ GĦALL-MULEJ ID-DISKORSI TA’ MONS. ARĊISQOF PAWLU CREMONA o.p. FIS-SENA 2009


27.11.09 Żjara Pastorali fil-Gudja Skola Primarja

Żjara Pastorali Skola Primarja Ħal-Qormi

30.10.09 Żjara Pastorali f’San Pawl il-Baħar Laqgħa Soċjetà Civili


06.11.09 Żjara Pastorali f’San Pawl il-Baħar Skola Primarja

29.11.09 Żjara Pastorali f’Marsaxlokk Quddiesa tal-ftuħ


08.11.09 Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal Gdid Sitt seminaristi u Agostinjan ordnati djakni

27.11.09 Knisja Parrokkjali, Floriana Ħames seminaristi jingħataw il-ministeru tal-Akkolitat

14.11.09 Tħabbira tal-Viżta tal-Papa f’pajjiżna Kungress Kateketiku, Ħ'Attard -


10.12.09 Żjara Pastorali f’Birżebbuġa Skola Primarja

24.10.09 Żjara Pastorali f’San Pawl il-Baħar


Kardinal Ennio Antonelli f'Malta f'għeluq is-Sena Pawlina f’Ġunju 2009



30.10.09 Żjara lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni

05.12.09 Żjara Pastorali f’Birżebbuġa Quddiesa tal-ftuħ


10.12.09 Zjara Pastorali f’Birżebbuġa Skola Primarja

20.11.09 Centesimus Annus Pro Pontifice seminar on Caritas in Veritate

15.12.09 Laqgħa mal-istudenti Għawdxin li jattendu l-Università


17.12.09 Inawgurata statwa ġdida ta' San Ġorġ Preca Knisja Parrokkjali ta' San Gejtanu, Ħamrun

02.12.09 Kampanja RTK Familji fil-Bżonn L-Università ta’ Malta


07.11.09 Żjara Pastorali fiż-Żejtun Quddiesa tal-Ftuħ

22.11.09 Kristu Re 2009 Parrocca tas-Swatar

14.11.09 Kungress Kateketiku Nazzjonali 2009 Ċentru Parrokkjali Ħ'Attard

27, South Street, Valletta VLT 1102 Telephone: 2123 6723/ 2700 6723 Email: info@photocitymalta.com

www.photocitymalta.com


15.11.09 Żjara Pastorali fiż-Żejtun Quddiesa tal-Ftuħ

09.12.09 Laqgħa Ekumenika L-Università ta’ Malta


24.12.09 Quddiesa ta' Nofsillejl Katidral tal-Imdina

02.12.09 Quddiesa għall-Persuni b’Diżabilità Knisja Parrokkjali tal-Qawra


01.12.09 Żjara Pastorali f’Marsaxlokk Skola Primarja

19.12.09 Milied Flimkien fil-bitħa tal-Palazz tal-President Il-Belt Valletta


11.11.09 Ftuħ Uffiċjali ta' Dar Jean Vanier Żejtun

19.12.09 Milied Flimkien fil-bitħa tal-Palazz tal-President Il-Belt Valletta

20.12.09 Party tat-tfal organizzat minn Radju RTK



ĦEJJU T-TRIQ GĦALL-MULEJ ID-DISKORSI TA’ MONS. ARĊISQOF PAWLU CREMONA o.p. FIS-SENA 2009


ĦEJJU T-TRIQ GĦALL-MULEJ

ID-DISKORSI TA’ MONS. ARĊISQOF PAWLU CREMONA o.p. FIS-SENA 2009 It-traskrizzjoni tal-omeliji u d-diskorsi ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. saret mill-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Kurja tal-Arċisqof.

www.maltadiocese.org

Ħajr lil Sr Stephanie Grech O.P. li għamlet it-traskrizzjoni, lil Stefan Cachia li ħa ħsieb ir-redazzjoni, lil Kevin Papagiorcopulo li kkordina x-xogħol, lil George D’Amato u Fr Michael Bellizzi għall-kollaborazzjoni tagħhom kif ukoll lil Bertram Portelli u Kurt Slattery għall-qari tal-provi.

Produzzjoni u Grafika

Alan Bonello www.designedbyal.com Ritratti

Photocity, Valletta Stampa

Veritas Press, Ħaż-Żabbar ISBN 978-99957-0-430-8


– WERREJ –

Daħla .

.

.

.

.

.

.

.

.

.

.

.

.

. vii

L-għajxien tal-identità .

.

.

.

.

.

.

.

.

.

3

Is-sejħa taż-żwieġ .

.

.

.

.

.

.

.

.

.

9

.

It-tagħlim ta’ San Pawl lir-Rumani .

.

.

.

.

.

.

16

Aħna ċ-ċentru tal-ħajja ta’ Ġesù .

.

.

.

.

.

.

. 20

Festi fl-ispirtu ta’ San Ġorġ Preca .

.

.

.

.

.

.

. 25

Il-valuri taż-żwieġ u l-familja stabbli .

.

.

.

.

.

. 30

Sejħa biex nersqu iktar lejn il-Mulej .

.

.

.

.

.

. 33

.

.

.

.

.

. 38

Biex lajk jagħmel il-mixja kollha .

.

Missjoni ta’ edukazzjoni u infurzar .

.

.

.

.

.

.

43

Lejn festi iktar insara .

.

.

.

.

.

.

47

.

.

.

Sentejn fit-tmexxija tal-Knisja f ’Malta . Il-Festi, San Ġwann u ħwejjeġ oħra .

. .

. .

. .

. .

Bżonn ta’ bidla mill-qiegħ fil-ħajja nisranija tagħna .

. .

.

. 49 .

.

55 . 60

Stabbilità tal-familja, ħin għat-Tfal, u r-rwol tal-Mara .

.

.

66

Nersqu iktar lejn Alla .

.

.

70

.

.

.

Nagħmlu lil Ġesù ċ-ċentru ta’ ħajjitna .

.

. .

. .

. .

.

.

. 75


Il-bluha tas-salib .

.

Don fundamentali .

. .

. .

. .

. .

.

Ix-xhieda tal-komunità parrokkjali . Pellegrinaġġ f ’Efesu .

.

.

. .

.

. .

.

. .

.

. .

.

82 . 84

.

.

89

.

.

.

.

.

.

.

.

98

Responsabbilità fl-użu tal-vot .

.

.

.

.

.

.

.

99

Immigranti – biex pajjiżna ikun leader fil-valuri etiċi .

.

.

101

Messaġġ mill-Isqfijiet dwar il-logħob tal-azzard .

.

.

117

Biex il-Knisja tisma’ lit-tfal . Sejħulhom Kristjani .

.

.

.

.

.

.

Il-wiċċ karitattevoli tal-Knisja .

.

. .

. .

. .

.

. .

.

. .

. 125

. .

. .

127 .

133

Żmien biex niċċelebraw il-fedeltà ta’ Alla .

.

.

.

.

. 135

Ġesù twieled bħala missjunarju .

.

.

.

.

.

.

. 137

Il-presepju mill-għajnejn tal-fidi .

.

.

.

.

.

.

. 139

Ġrajja komuni li biddlet l-istorja .

.

.

.

.

.

.

. 141

Infasslu s-sena l-ġdida fid-dawl tal-fidi .

.

.

.

.

.

146

Indiċi .

.

.

.

.

.

153

.

.

.

.

.

.

iv

.




– DAĦLA –

Fis-sena 2009 il-ħidma pastorali ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. kienet mmarkata miż-żjajjar pastorali fil-parroċċi. L-Arċisqof esprima x-xewqa li jżur il-parroċċi kollha tal-Arċidjoċesi u dan qiegħed jagħmlu fuq perjodu ta’ ħames snin. L-iskop u d-dinamika ta’ dawn iż-żjajjar tfisser minn Mons. Arċisqof fil-bidu tal-ewwel żjara postarali li saret fil-parroċċa ta’ Ħ’Atttard. Ilżjara pastorali sservi “biex nerġgħu neżaminaw l-identità tal-komunità Nisranija u kif qed tingħex f ’kull parroċċa”. Ir-raġuni wara kull komunità Nisranija tinsab fil-Misteru ta’ Ġesù. Il-komunità Nisranija twettaq fi żmien partikulari u f ’post partikulari dak li għallem u għamel Ġesù. Irridu naraw jekk il-komunitajiet Insara fil-parroċċi tagħna humiex qed jgħixu kif ried u fassal Ġesù. Kif Ġesù ħalla lill-Ispirtu s-Santu jmexxih, għax kien l-istess Spirtu li kkonsagrah għall-missjoni tiegħu, hekk aħna fil-komunitajiet tagħna għandna nħallu lill-Ispirtu s-Santu jdawwalna u jmexxina. Għalhekk, jisħaq Mons Arċsiqof, jeħtieġ li nitolbu ħafna lillIspirtu s-Santu. Avveniment ieħor ta’ importanza partikulari f ’dik is-sena kien ilpellegrinaġġ f ’Ruma fl-okkazjoni tas-Sena Pawlina li Mons. Arċisqof għamel ma’ numru sabiħ ta’ saċerdoti. Fl-omelija waqt il-quddiesa fuq il-qabar ta’ San Pietru, l-Arċisqof għamel riflessjoni fuq it-tagħlim ta’ San Pawl, l-ewwel nett, il-fatt li Kristu għal San Pawl hu l-bidu u

vii


t-tmiem ta’ kollox. San Pawl għaraf li kull qawwa ġejja minn Alla, anzi din il-qawwa tidher fl-aħjar tagħha fid-dgħufija tiegħu; it-tieni, dwar il-ħtieġa li napprezzaw u ngħixu l-magħmudija tagħna. “Niftakru,” qal l-Arċisqof, “li hawn f ’Ruma kienu ħafna dawk li mietu martri biex jgħixu l-magħmudija tagħhom.” It-tielet ħsieb tal-Arċisqof kien dwar l-għażla tat-tajjeb kif jipproponih San Pawl, li jrid jidher fil-ħajja tan-Nisrani l-aktar fl-imħabba ta’ xulxin bħal aħwa. Fl-2009, l-Arċisqof għamel ukoll serje ta’ diskorsi dwar iż-żwieġ u l-familja, kif ukoll dwar it-tfal fi ħdan il-familja. Huwa saħaq fuq iż-żwieġ bħala vokazzjoni speċjali, sejħa li Alla jagħmel lil żewġ maħbubin Insara. Iżżwieġ Nisrani, għalhekk huwa patt issiġillat quddiem Alla bis-sagrament taż-żwieġ. Il-miżżewġin Insara għandhom jingħarfu u jintgħażlu millmiżżewġin l-oħra li mhumiex Insara billi jħobbu lil xulxin bħalma jħobb Ġesù. Ġesù jirrispetta d-dinjità u l-libeertà ta’ min iħobb; ma jħobbx bħalma wieħed iħobb għasfur ġo gaġġa. Ġesù jaħfer għax iħobb, għaliex mingħajr maħfra l-imħabba mhijiex sostenibbli. Ġesù, meta jħobb, jagħti lilu nnifsu kompletament, mingħajr ma jżomm xejn għalih. Il-persuna li jiena nħobb fiż-żwieġ trid tiġi l-ewwel u qabel kollox: qabel il-karriera tiegħi, qabel il-ħbieb tiegħi, qabel il-passatempi tiegħi. L-Arċisqof insista li hi l-missjoni tal-Knisja li tħares iż-żwieġ u l-familja bil-valuri Nsara li dawn iġibu magħhom. Huwa tkellem dwar ‘l-ekoloġija taż-żwieġ’ u l-familja fi sfond ta’ riflessjoni li għamel il-Papa Benedettu XVI, u qal li kif qed nieħdu ħsieb l-ambjent b’tant kura u attenzjoni biex ma nitilfuhx, hekk jeħtieġ li nieħdu ħsieb taż-żwieġ u tal-familja, għax jekk tonqos issaħħa tagħhom issir ħafna ħsara lill-umanità. L-Arċisqof tkellem ukoll fuq il-bżonn tal-bilanċ bejn il-familja u x-xogħol u qal li dawn iż-żewġ realtajiet, xi darba kienu ħaġa waħda, għax ilħidma għall-għajxien kienet issir fi ħdan il-familja. Illum, dawn infirdu. Għalhekk, bħala soċjetà, għandna l-isfida li lill-familja u x-xogħol mhux biss nagħtuhom parti ċentrali fis-soċjetà, iżda niżguraw li ma jfixklux lil xulxin. F’dan il-proċess irridu nżommu quddiem għajnejna l-interess u l-ġid tat-tfal li għalihom il-familja hija indispensabbli. viii


Matul is-sena 2009, il-Parlament Malti ħatar lil Dr. George Abela bħala president ġdid għall-pajjiżna, u għall-ewwel darba, l-insedjament tiegħu ġie mmarkat b’quddiesa. L-Arċisqof wera l-apprezzament tiegħu li saret quddiesa għal din l-okkazjoni, għaliex “ħajja Nisranija vera tidħol f ’mixja li tħalli lil Alla jidħol f ’kull mument tal-ħajja biex idawwalha bil-preżenza, l-għajnuna u l-kelma tiegħu”. Fl-aħħar nett huma ta’ interess ġenerali l-interventi li kien għamel l-Arċisqof dwar iċ-ċelebrazzjoni tal-festi f ’pajjiżna. L-Arċisqof qal li l-evalwazzjoni tal-festi trid issir fid-dawl tal-pastorali. Il-pastorali tfisser li għandek komunità Nisranija li trid tagħti xhieda ta’ Kristu, ħalli min hemm barra minnha, ikun jista’ jitħajjar jimxi warajH hu wkoll. L-Arċisqof jagħmel proposta lil dawk li jorganizzaw il-festi biex huma stess jagħmlu l-mistoqsija dwar jekk kif qed issir il-festa hux qed isservi biex jintlaħaq l-għan pastorali. Fr Charles Tabone o.p. Delegat tal-Arċisqof għall-Mezzi tal-Komunikazzjoni Soċjali

ix



ID-DISKORSI TA’ MONS. ARĊISQOF

PAWLU CREMONA o.p. FIS-SENA 2009



L-omelija ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. F'quddiesa fil-bidu tal-Viżta Pastorali fil-Parroċċi – it-8 ta’ Jannar 2009

L-għajxien tal-identità tal-komunità Kristjana Qed nagħmlu din il-laqgħa bħala tħejjija, talba, għal dak li aħna se nibdew ftit ġranet oħra, li hija l-Viżta Pastorali fil-parroċċi differenti talgżira tagħna u li permezz tagħha l-poplu tagħna jista’ jduq dak li hu ta’ Kristu, dak li jippretendi minna l-Mulej. F’dawn il-ġranet tal-Viżta Pastorali rridu nerġgħu nagħmlu riflessjoni, jiena magħkom u intom miegħi, biex nerġgħu naraw l-identità tal-komunità Kristjana u kif qed tingħax fil-parroċċi differenti, l-ewwel nett biex infaħħru lil Alla għall-ġid kollu li jsir u wkoll biex naraw il-Mulej xi jkun qed iqanqalna biex inżidu, biex nagħmlu aħjar fil-komunitajiet differenti. Il-Misteru ta’ Ġesù Tafu li r-raġuni prinċipali ta’ kull komunità Nisranija nistgħu ngħiduha fi ftit kliem, u dan huwa l-misteru ta’ Ġesù, l-Iben ta’ Alla li sar bniedem. Kulma għamel Sidna Ġesù Kristu elfejn sena ilu, kellu żewġ tifsiriet differenti. L-ewwel tifsira ġejja mill-fatt li kien l-Iben ta’ Alla li qed jgħix dawk il-misteri: jiġifieri, jekk narawh qed jitwieled, jekk narawh imut fuq is-salib, jekk narawh qed iqum, nirriflettu fuq ġrajjiet li għandhom 3


saħħa universali għal kull żmien u għal kull post. Imbagħad, it-tieni aspett fil-ħajja ta’ Ġesù kien li biex dawn jiġu mogħtijin b’mod anke uman, kien hemm bżonn li Sidna Ġesù Kristu jiġi f’post u fi żmien, filPalestina elfejn sena ilu. Hawn aħna għandna l-applikazzjoni ta’ din ilqawwa universali ta’ Sidna Ġesù Kristu proprju f’kull post. Aħna qegħdin hawnhekk, il-komunità Nisranija, biex naqdu din it-tieni parti tal-missjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu. Aħna lkoll il-medjaturi ta’ dak li ġara elfejn sena ilu, imma din id-darba aħna rridu napplikawh fiż-żmien u l-post li aħna qed ngħixu fihom, inkella ma jkunx uman u jkun biss divin. Isir uman għaliex permezz tagħna dan kollu jgħaddi biex in-nies li aħna qegħdin naqdu f’dan il-post u f’dan iż-żmien, permezz tagħna tgħaddilhom ukoll din il-qawwa divina u universali tal-misteri kollha li għex il-Mulej Ġesù għal kull wieħed u waħda minna. Din hija r-responsabbiltà li l-Mulej qed jafda lil kull komunità – parrokkjali, djoċesana, universali. Din hija r-realtà tal-missjoni tagħna. Jekk aħna ngħidu, bi dritt, li Sidna Ġesù Kristu lilna jippreferina, Ġesù lilna jippreferina minħabba l-oħrajn li jridu jirċievu mingħandna – biex insejħilha hekk – l-inkarnazzjoni ġdida ta’ dak kollu li għamel il-Mulej Ġesù għaliex tidher fina u titqassam permezz tagħna. Dan hu l-misteru li aħna qed niċċelebraw proprju llum bħala komunità djoċesana imma mqassma f’diversi parroċċi. Allura jekk il-Mulej fdalna din ir-responsabbiltà kbira, aħna rridu kontinwament nagħmlu paragun ma’ Dak li għex din ir-realtà qabel ma għexnieha aħna, li huwa Sidna Ġesù Kristu. In-Nisrani – operaturi pastorali, isqof, saċerdot, hu min hu – qatt ma jista’ jasal biex jivvinta minn moħħu dak li għandu jagħmel, imma jrid jara x’għamel il-Mulej Ġesù, jagħmel paragun u jipprova jgħixu.

4


Il-qawwa tal-Ispirtu s-Santu Naħseb li llum, f’din il-ġurnata, Alla l-Imbierek kien ġeneruż ħafna magħna. Kien ġeneruż għaliex fil-Vanġelu ta’ llum (Lq 4, 14-22), li ma għażilniehx aħna imma huwa l-qari ta’ din il-ġurnata, il-Mulej tana l-mission statement ta’ min kien Ġesù biex aħna nimxu fuqu. L-ewwel fatt: Ġesù mqanqal mill-qawwa tal-Ispirtu, meta jagħmel dan il-mission statement ġewwa Nażaret jgħid: “l-Ispirtu tal-Mulej fuqi”, imbagħad “ikkonsagrani”. L-ewwel riflessjoni: Sidna Ġesù Kristu ippermetta li fl-umanità tiegħu jkun immexxi mill-Ispirtu s-Santu. Dak li qegħdin ngħidu: fl-umanità, mhux fid-divinità. Allura l-ewwel riflessjoni li rridu nagħmlu hija din: U l-Ispirtu s-Santu fina? L-Ispirtu s-Santu li jrid ikun fuqi u li jien irrid niftaħlu beraħ dak kollu li jiena biex niġi mmarkat mill-Ispirtu. U l-qawwa tal-Ispirtu li kellu Ġesù u li l-Mulej irid jagħtihielna llum; għax aħna l-Ġisem Mistiku tiegħu? Aħna rridu kontinwament nitolbu għaliha. Din hija l-ewwel xewqa li xtaqt li naqsam magħkom: ejjew, bi preparazzjoni għal din il-Viżta Pastorali, nitolbu lill-Ispirtu s-Santu jinżel fuqna b’qawwa bħalma qed jinżel f’diversi postijiet fid-dinja fejn l-Insara qed jgħixu taħt it-theddida tal-mewt, imma ma jibżgħux jgħixu l-ħajja Nisranija tagħhom. Konsagrazzjoni It-tieni kelma li juża l-Mulej Ġesù meta jgħid “l-Ispirtu tal-Mulej fuqi” hi “hu kkonsagrani”. Il-kelma hija ‘konsagrazzjoni’. Aħna rridu nerġgħu naħsbu fuqha din il-kelma, ‘ikkonsagrati’. Aħna, meta rċevejna l-magħmudija ġejna kkonsagrati lil Alla l-Imbierek: aħna tiegħu. Minn hemm trid tibda r-riflessjoni proprja tagħna. Mhux għaliex int saċerdot inti kkonsagrat, imma qabel ma tkun ikkonsagrat bħala saċerdot aħna, ilkoll flimkien ġejna kkonsagrati biex inkunu tal-Mulej, l-ewwel permezz

5


tal-magħmudija u mbagħad wara permezz tal-konsagrazzjoni tal-Ispirtu s-Santu fil-Griżma tal-Isqof, jew kif ngħidulha llum, il-Konfermazzjoni. Mela t-tieni kelma hija din: tikkonsagra tfisser li tkun tal-Mulej; tagħraf li l-prinċipju li minnu rridu noħorġu huwa li aħna tal-Mulej. Imbagħad tgħix il-ħajja tiegħek ta’ miżżewweġ, saċerdotali, ta’ qdusija – għax aħna diġà kkonsagrati lill-Mulej permezz tal-magħmudija tagħna. Katekeżi, Liturġija, Djakonija Imbagħad rajna x’kien dan il-mission statement li għamel il-Mulej Ġesù. Jiena ħassejt li f’din is-silta donnu li Ġesù Kristu qed isemmi t-tliet elementi tal-missjoni kbira li għandha kull komunità, li huma l-katekeżi, il-liturġija u d-djakonija. Se nsemmihom wara xulxin: “Hu kien jgħallem fost it-tifħir ta’ kulħadd” u “kienu mistagħġbin għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu”. Din hi l-missjoni tagħna ta’ katekeżi, tal-evanġelizzazzjoni, tat-twassil tal-Kelma. Aħna ġejna magħżulin ma’ Kristu biex inwasslu l-Kelma kullimkien. Xtaqt nagħmel enfasi fuq il-kelma ‘ħlewwa’. Il-kelma ta’ Ġesù kienet qawwija, imma dejjem kienet ħelwa għaliex kienet ħierġa mill-qalb mimlija mħabba għal dawk li kien jippritkalhom. Aħna ma nistgħux inkunu differenti. Allaħares, il-Kelma ta’ Alla, nagħtu l-idea li aħna qed nimponuha. Allaħares, il-Kelma ta’ Alla nippritkawha meta jien mimli rabja għal dak li ma jogħġobnix, għaliex dik il-qawwa, ‘mimlija ħlewwa’ inkunu tlifnieha kollha. Dwar il-liturġija, jiena ħadtha hekk: “Inniedi s-sena tal-grazzja tal-Mulej”. Kemm hi sabiħa! Is-sena li hija mimlija bil-grazzja tal-Mulej! M’hix illiturġija? Il-liturġija mhux għalhekk tiswielna? Il-liturgija mhux biex tfakkarna li kuljum għandna l-preżenza tal-Mulej Ġesù, il-Mulej Ġesù li miexi magħna, il-grazzja tal-Mulej, u tagħti togħma għal dak kollu uman li aħna rridu nagħmlu bilfors? Allura: inniedu s-sena tal-grazzja tal-Mulej.

6


Dwar id-djakonija: irridu nagħtu l-Bxara t-Tajba lil dawk li huma fqar; il-ħelsien, id-dawl mill-ġdid lill-għomja. Dawk kollha li għandhom xi preżenza tal-Mulej, faraġ – jista’ jkun fejqan – u li hu nieqes, hemm hu l-post tagħna bħala komunità. Hemm hu l-post fejn il-Mulej iridna jekk se nkomplu dak li għamel il-Mulej Ġesù. Irridu nfittxu. Inkella nkunu ’l bogħod minn dan il-mission statement. Kredibilità Imbagħad hemm l-aħħar kelma li jgħid Sidna Ġesù Kristu. Wara li jaqra l-ktieb, il-predikazzjoni tiegħu kienet waħda, u naħseb li kienet importanti għaliex turi l-kredibilità tiegħu. Qal hekk: “din il-kelma seħħet illum intom u tisimgħu”. Meta nsemmu l-Kelma aħna nistgħu ngħidu, “ara, ħares lejja, ħares lejn il-komunità tiegħi biex tara kif dan kollu qed isir”. Araw li aħna mhux nippritkaw biss, imma li tassew il-Kelma sseħħ illum ‘intom u qegħdin tisimgħuna u tarawna, biex taraw li l-Kelma għamlet differenza ġewwa fina!’ Dan kollu rridu narawh fl-Ewwel Lezzjoni tal-lum (1 Ġw 5, 4). Se nikkwota biss il-konklużjoni: “din hija r-rebħa li rebħet id-dinja, it-twemmin tagħna. Fit-twemmin tagħna m’hemm xejn uman jew materjali li jista’ jegħlibna”. U jgħidilna x’inhu t-twemmin tagħna: “kull min jemmen f’Ġesù l-Messija, hu mwieled minn Alla”. Ġesù huwa l-qofol ta’ kull riflessjoni Nisranija. Jgħidilna li min iħobb lil Alla, irid iħobb ukoll lilu, għaliex qalbna ma tistax tkun iebsa għall-ebda raġuni li mingħalina nkunu ġġustifikati. Bniedem li jkun appostlu ma jista’ qatt ikollu qalbu iebsa għax ma jistax iwassal il-Kelma. Jgħidilna li dawn huma dawk li jgħixu l-kmandamenti tal-Mulej. Minn fomm San Pawl Xtaqt nagħlaq billi nissellef il-kliem li San Pawl kiteb lill-Filippin meta kien fil-ħabs. Nixtieq li dan ikun l-ispirtu tiegħi u intom tirċevuh bħala l-ispirtu tiegħi f’fomm San Pawl. Jgħid hekk: “Pawlu u Timotju, qaddejja ta’ Kristu Ġesù, lill-qaddisin kollha fi Kristu Ġesù, flimkien mal-isqfijiet 7


tagħhom u d-djakni li jinsabu fil-belt ta’ Filippi. Il-grazzja lilkom u s-sliem mingħand Alla Missierna u mingħand il-Mulej Ġesù Kristu.” “Niżżi ħajr lil Alla tiegħi kull meta niftakar fikom, u nitlob dejjem ferħan fit-talb tiegħi għalikom, minħabba s-sehem li intom ħadtu fix-xandir talEvenġelju, mill-ewwel jiem sal-lum. Jiena żgur minn dan: li dak li beda din l-opra tajba fikom, iwassalha għat-tmiem tagħha sa ma jasal il-jum ta’ Kristu Ġesù. Ħaġa sewwa li jiena naħseb hekk fikom ilkoll, għaliex jiena nġibkom f’qalbi, lilkom ilkoll, li qsamtu miegħi l-grazzja li għandi, kemm issa li jien marbut bil-ktajjen, u kemm meta kont niddefendi u nwettaq il-Vanġelju. Iva, jixhidli Alla kemm jien miġbud lejkom bil-qalb ta’ Kristu Ġesù! U jiena dan nitlob: li l-imħabba tagħkom tikber u toktor dejjem iżjed bl-għerf u b’kull dehen, biex tistgħu tagħrfu tagħżlu l-aħjar, u mbagħad tkunu safja u bla ebda ħtija fil-jum ta’ Kristu, mimlijin bilfrott tal-ġustizzja li ġejja permezz ta’ Ġesù Kristu, għall-glorja u l-foħrija ta’ Alla”. Il-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl, L-Imdina

8


L-omelija ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. F'quddiesa għall-Miżżewġin Ġodda tas-Sena 2008 – is-17 ta’ Jannar 2009

Is-sejħa taż-żwieġ L-ewwel nett, nieħu din l-okkażjoni biex nifirħilkom għal dan isSagrament taż-Żwieġ li l-Mulej għażilkom għalih. Nixtieq nirringrazzjakom għal żewġ raġunijiet. L-ewwel raġuni hija għaliex intom ridtu li l-imħabba tagħkom tkunu tistgħu tissiġillawha b’patt. Dak huwa l-ewwel pass; ma tibqax xi ħaġa leġġera li tmur u tiġi, imma tiġi patt bejn tnejn, bejn raġel u mara. Nirringrazzjakom ukoll għaliex dan il-patt intom ridtu li ma jibqax biss ċivili, imma jkun patt quddiem Alla l-Imbierek; ridtu li intom tissiġillawh bis-Sagrament taż-Żwieġ. It-tieni raġuni għaliex jiena nixtieq nirringrazzjakom hija għaliex ġejtu hawn illum. Għalija, dan il-jum ifisser li aħna flimkien qed nagħtu xhieda quddiem id-dinja tal-pjan ta’ Alla fil-bidu, li naqraw fil-Ġenesi: Alla ħalaqhom raġel u mara; ried li jsiru ġisem wieħed. Dan kien ilpjan li Alla l-Imbierek għażel biex bnedmin oħra jiġu fid-dinja u jgħixu mdawrin bl-imħabba. Intom illum qegħdin tagħtu xhieda ta’ dan ilpjan. Nirringrazzjaw lill-Mulej għal dan il-pjan daqshekk sabiħ li ta lillumanità.

9


Mixja mal-komunità Nisranija Jiena xtaqt naqsam magħkom dak li smajna fil-Lezzjonijiet ta’ llum. Il-Lezzjonijiet tal-lum mhux jien għażilthom. Kull min qed jisma’ l-quddiesa llum jew għada (is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd) se jisma’ l-istess Lezzjonijiet. Araw kif dawn il-Lezzjonijiet jgħoddu biex jgħinukom ħalli tagħmlu l-mixja tagħkom fiż-żwieġ; x’kontu titilfu kieku intom illum ma ġejtux hawn. Il-parir tiegħi huwa parir ta’ xi ħadd li għandu ħafna għal qalbu l-mixja tagħkom. Jekk kull nhar ta’ Ħadd, intom tmorru l-quddiesa, mhux għax ngħid ‘ta’ bilfors’, imma għax jiena kull nhar ta’ Ħadd irrid nisma’ x’se jgħidilna Alla biex aħna nimxu ’l quddiem f’dak li wegħidna tul din is-sena. Il-parir tiegħi huwa li l-mixja ma tagħmluhiex waħedkom; il-mixja tagħmluha b’mod speċjali Ħadd wara l-ieħor flimkien mal-komunità Nisranija. Agħżlu fejn tmorru l-quddiesa, dak kollu li hu tajjeb għalikom, biex tħallu ’l-Mulej jagħtikom il-pariri tiegħu, ġurnata wara l-oħra. Araw ftit dawn il-Lezzjonijiet li smajna llum kemm jistgħu jgħinukom biex tkomplu tagħmlu l-mixja. Vokazzjoni Xi smajna fil-Lezzjonijiet ta’ llum? L-ewwel ħaġa li smajna llum, fil-Vanġelju (Ġw 1, 35-42), hija li s-sejħa taż-żwieġ hija vokazzjoni. Vokazzjoni tfisser li l-Mulej sejħilkom. Fil-Vanġelu smajna dwar dixxipli, nies li kienu qed jisimgħu lil San Ġwann il-Battista, li semgħu kelma, “dan hu l-Messija”, u marru warajh; sejħilhom għal warajh. Intom qegħdin hawn illum għaliex il-Mulej, lil kull wieħed u waħda minnkom u lil kull koppja, sejħilkom biex intom tidħlu fis-Sagrament taż-Żwieġ. Imma hemm xi ħaġa diffiċli. Diffiċli għaliex? Kultant ma nifhmux li s-Sagrament taż-Żwieġ huwa sejħa daqs dik li kelli jien biex 10


dħalt saċerdot. Hi l-istess, għax f’isem il-Mulej. Id-differenza x’inhi? Meta wieħed jidħol saċerdot iktar tifhmu malajr, għax fin-natura m’għandiekx saċerdoti – jew tidħol bħala Kristjan jew ma tidħolx. Id-diffikultà fil-każ tagħkom, taż-żwieġ, ġejja mill-fatt li hemm min ma jħosshiex bħala sejħa u xorta jiżżewweġ. Allura intom illum tridu tkunu konxji quddiem Alla l-Imbierek u tgħidulu: “Mulej, jiena mhux għax kumbinazzjoni ħassejt li għandi niżżewweġ, imbagħad għażilt li jkolli quddiesa u waqaft hemm.” F’xi mument, il-koppja, flimkien u waħedkom għidu: “Mulej, grazzi talli sejjaħtli. Mulej, naf li din hija sejħa minnek”. Għaliex? Iktar ’il quddiem se tgħaddu minn mumenti li kultant ikunu ta’ ferħ u kultant ikunu ta’ challenge, ta’ sfidi. Ikollkom tilwima? Dik hija sfida biex tħobbu iktar. F’dak il-mument terġa’ tiftakar mhux biss fl-uman, imma inti tiftakar: “Mulej, inti darba sejjaħtli u jien se nitolbok tgħinni ħalli din id-diffikultà ta’ dan il-mument negħlibha”. Xi wħud minnkom naħseb li ilhom xi xhur miżżewġin. Kemm-il darba ftakartu, meta jkollkom xi tilwima: “bilħaqq, jien għandi ż-żwieġ Nisrani. Jien għandi l-għajnuna tal-Mulej. Mulej, għinni. Għinna, ħalli din il-ħaġa negħlbuha u nsiru aħjar”. Jekk iż-żwieġ hu Sagrament, tridu tibdew tużaw l-għajnuna ta’ Alla. L-ewwel kellkom ġibda għal xulxin, inkella ma kontux tkellmu lil xulxin. Tafu meta dik il-ġibda saret Sagrament? Meta fuq l-altar l-għarus ħa lill-għarusa tiegħu minn idejn Alla l-Imbierek. U l-għarusa ħadet l-għarus tagħha meta qalet lil Alla l-Imbierek: “se nieħu lil ibnek biex ikun ir-raġel tiegħi”. Se ngħid ċajta, imma naħseb li hija valida: ftakru li intom, meta żżewwiġtu, ħadtu tliet kunjati: barra l-kunjati li jidhru, hemm kunjatu ieħor li lilek se jistaqsik: “il-mara tiegħek kif qed tittrattaha, għax dik hija binti?”jew “ir-raġel tiegħek kif qed tittrattah, għax dak huwa ibni?” Alla huwa kunjatu wkoll; aħsbu fih! 11


Il-kelma ta’ Alla Fl-Ewwel Lezzjoni (1 Sam 3, 3b-10.19) smajna dwar is-sejħa ħelwa ta’ Samwel. Dan kien tfajjel. F’daqqa waħda, il-Mulej jibda jsejjaħlu. Ittfajjel ma jindunax li l-Mulej jista’ jsejjaħlu. Kien hemm wieħed li qed jieħu ħsiebu, kien jismu Eli, kien il-Qassis il-Kbir, li Samwel staqsieh jekk kienx hu li qed isejjaħlu. Eli qallu li ma kienx hu. Eli qal ukoll lil Samwel biex jgħid lill-Mulej: “jien il-qaddej tiegħek, qiegħed nisma’’. L-aħħar kliem kien dan: “Wara s-sejħa ma ħalla l-ebda kelma li qal tmur fix-xejn”; jiġifieri Samwel ma ħalla l-ebda kelma li ħarġet minn fomm Alla tmur fix-xejn. Nista’ nagħmlilkom it-tieni suġġeriment? Ejjew isimgħu lil Alla l-Imbierek. Mhux għalhekk tiġu hawnhekk? Tħallu l-ebda kelma li toħroġ minn fommu tmur fix-xejn. Tiġu hawnhekk tisimgħu l-kelma, forsi wkoll taqrawha d-dar: tħalluhiex tisfa fix-xejn. Ara taħsbu li dak li tkunu se tisimgħu mingħand Alla l-Imbierek se tisimgħuh f’xi reklam tatteleviżjoni! Mhux dak jgħidulkom, imma x’tixtru. Dawn ir-reklami talMulej hawn se ssibuhom u m’għandkomx tħalluhom jgħaddu. Imħabba u maħfra Araw x’jgħidilna l-Mulej: raġel jew mara – hekk għandna miktub filĠenesi: “iħallu lil missierhom u ’l ommhom, jiġu flimkien u jsiru ġisem wieħed”. Il-Mulej se jgħidlek: “qed tħalli xi ħaġa warajk; xi ħaġa li inti trabbejt fiha, bħal fil-karattru tiegħek, biex inti tiltaqa’ għall-inqas finnofs ma’ min hemm ħdejk?” Jew min hemm ħdejk bilfors irid jagħmel dak li inti mdorri bih? Allura x’se jkun hemm ġdid? Xi ħadd irid iċedi kollox? Ma tistax! It-tnejn tridu ċċedu, ħalli tkun esperjenza ġdida. Se tisimgħu: “minn hemm jagħrfukom li intom dixxipli tiegħi, jekk tħobbu lil xulxin” – mhux kif ifettlilkom, imma – “kif ħabbejtkom jien”. Għan-Nisrani din il-kelma tfisser rabta. Ġieli ltqajt ma’ każi fejn dak li jkun mingħalih kien kollox tajjeb. Jgħidlek li hu kien iħobbha lill-mara tiegħu, imma ssib li kien iħobbha bħalma wieħed iħobb għasfur ġo gaġġa mingħajr ma jagħtiha d-dinjità tagħha. 12


Hawnhekk il-Mulej qed jgħidlek: ‘għandek mudell’. Nistqsi lill-mara tiegħi, lir-raġel tiegħi qiegħed inħobbu kif qalilna l-Mulej? Tħalluhiex tgħaddi dik il-kelma, qisha ma teżistix. Il-Mulej jgħidilna: “tridu taħfru, bħalma naħfer jien”. U l-Mulej kien għaqli. Min jaf, sfortunatament, kemm hemm żwiġijiet li bdew jitfixklu għaliex kelma li xi ħadd qal forsi ma kenitx f’postha u ma kienx hemm maħfra! U jgħaddu sena, sentejn, għaxar snin... u tibqa’ tikber u tkisser. Dan kollu għaliex dak il-ħin insejt dak li qalilna l-Mulej. Ta’ ħdejk ma tafx li, xejn ma jiswa daqs kemm tiswa int? Ma tafx li dak li għandek ħdejk jista’ jgħid kelma mhux f’postha? Ma tafx li l-persuna li għandek ħdejk jista’ jkun li qamet mhux f’postha u qalet kelma mhux f’postha? Allura jien nibqa’ nżommha ġewwa qalbi, u hija tibqa’ tkisser, tkisser, tkisser. Meta tisma’ l-kelma tal-Mulej, hu jkun qed ifakkrek: “u ħalliha tgħaddi”. Daqskemm nagħmlu żbalji f’affarijiet żgħar! Għażel li tħobb u tibqa’ miexi ’l quddiem. “Intom m’intomx tagħkom infuskom” It-tielet ħaġa li qrajna, fit-Tieni Lezzjoni, kienet mill-Ewwel Ittra ta’ San Pawl lill-Korintin (1 Kor 6, 13-15a, 17-20). Qal hekk: “Min jingħaqad ma’ Kristu hu spirtu wieħed ma’ Alla”. U hemm miktub: “Intom m’intomx tagħkom infuskom”. Qisha magħmula għalikom! Intom m’intomx tagħkom infuskom. Meta żżewwiġt, jiena, lil min hemm ħdejja, għidtlu: “jiena se ningħata lilek”. Mhux ‘se nieħdok’, għax dik faċli imma, “jien mil-lum ’il quddiem se ngħix għalik”. Imbagħad, San Pawl, li kien jifhem, ikompli jgħidilna: “imma oqogħdu attenti!” Hu jitkellem miż-żina, imma ż-żina se neħodha f’sens wiesgħa. Ma jista’ jkun hemm xejn xi jfixkilkom milli tkunu qalb waħda. Ħalli nfakkar xi affarijiet: Ma jistax ikollok hobby li inti ma tistax tikkontrollah. Ma tistax tingħata jekk inti ma tpoġġihx f’kuntest ta’ żwieġ; issa m’għadiekx ġuvni jew xebba. Issa miżżewġin, tridu tgħixu 13


flimkien. Ma jistax ikollkom ix-xogħol li jkun iktar qawwi millesperjenza li għandkom bejnietkom. Jekk dak se jkun iktar qawwi, iseħħ dak li qed jgħidilna San Pawl: il-materjal, li hu jsejjaħlu żina, jirbaħ u l-Ispirtu ma jkunx hemm. F’daqqa waħda tindunaw li permezz taxxogħol ħdimtu għal xulxin, imma m’intomx ħaġa waħda. Pereżempju l-ġibdiet. Ma jistax ikolli memorji ta’ ġibdiet qabel, li nġorrhom miegħi fiż-żwieġ – ngħidu aħna persuna li kont inkellem qabel bħal għarus jew għarusa, kienet x’kienet. F’mumenti bħal dawn irrid ngħid: “Mulej, lil din il-persuna biss għandi u xejn iktar”. Inkella f’xi mument terġa’ tispunta u tfixkilni. U taf meta jfeġġ dan il-mument ta’ dgħufija? Ifeġġ meta jien inkun imdejjaq... f’daqqa waħda tiġi l-memorja li jien żammejt ġewwa moħħi... żammejtha fil-ġenb, imma ġewwa moħħi. Ma’ dik il-kelma ‘żina’ jiena kont inpoġġi wkoll il-karattru tiegħi. Jekk jiena, pereżempju, għandi karattru dominanti, jekk jiena mhux se nagħraf li jiena karattru dominanti, x’se jiġri? Trid tagħraf inti min int, il-karattru tiegħek, ħalli jkun f’idejk u toffrih għal min hemm ħdejk u mhux tħallih imexxik hu. Inħobb lil Alla fiha Darba kien hemm koppja li kienu ilhom xi ħames snin miżżewġin. Ġie r-raġel għandi u qalli hekk: “jiena, lill-mara tiegħi, la ħadtha għalija, la ħadtha għaliha, imma ħadtha biex inħobb lil Alla fiha”. Dan ir-raġel spjegali: jien lil marti “ma ħadthiex għalija għax illum għandi wiċċha u għada għandi wiċċ ħaddieħor, għax kollox hu egoiżmu. Ħadtha biex nissodisfa lili nnifsi u f’xi mument se ddur għal xi ħaġa oħra... “Ma ħadthiex għaliha, għax illum b’saħħitha imma għadha tista’ timradli. Ma ħadthiex għas-sbuħija. U għada tista’ tikber fl-età u xorta nibqa’ nħobbha... lil marti ħadtha biex inħobb lil Alla fiha. U qabel ma mmur norqod, lill-Mulej mhux ngħidlu jekk tlabtx – kien bniedem li 14


jitlob – imma mmur quddiemu u ngħidlu, Mulej jekk illum jien ħabbejt lill-mara tiegħi ħabbejt lilek, jekk illum ma ttrattajtx tajjeb lill-mara tiegħi ma ħabbejtekx”. Jalla l-Mulej jagħtikom li dak li bdejtu tkomplu tgħixuh ġurnata wara l-oħra, bl-isforz u bil-grazzja ta’ Alla, bl-isbaħ mod li tistgħu tgħixuh flimħabba ta’ bejnietkom. Il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, Valletta

15


L-omelija ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. F'quddiesa waqt Pellegrinaġġ tas-Sena Pawlina f’Ruma – il-21 ta’ Jannar 2009

It-Tagħlim ta’ San Pawl lir-Rumani F’dan il-pellegrinaġġ qegħdin nippruvaw ngħixu mhux il-ħajja kollha ta’ San Pawl, imma dak il-mument li fih San Pawl kellu x’jaqsam ma’ din il-belt ta’ Ruma. Meta qrajna dwar il-miġja ta’ San Pawl f’Ruma, smajna dan il-kliem – jikteb San Luqa, fl-Atti tal-Appostli: “l-aħwa ta’ din il-belt li semgħu bina, ġew sal-Forum ta’ Appju u sat-Tliet Tvieren biex jilqgħuna. Malli rahom, Pawlu radd il-ħajr lil Alla u qawwa qalbu”. Ma kienx San Pawl li beda din il-Knisja ġewwa Ruma; kienet minn qabel. Erba’ snin qabel ma wasal hawn, San Pawl kiteb, minn Korintu, lill-komunità ġewwa Ruma. Jiena nittama li f’dan il-pellegrinaġġ, jew wara l-pellegrinaġġ, ikollkom ċans taqraw l-Ittra ta’ San Pawl lir-Rumani, ħalli tagħrfu għaliex kien hemm dan il-ferħ ta’ San Pawl meta ltaqa’ mar-Rumani u din il-ħeġġa tar-Rumani li jmorru jiltaqgħu ma’ San Pawl. Fil-fatt, fl-aħħar ta’ din l-Ittra, San Pawl jgħidilhom biex isellulu għal diversi persuni. Kien hemm ħafna li San Pawl, b’xi mod jew ieħor, kien diġà ltaqa’ magħhom. 16


Il-bidu u t-tmiem ta’ kollox Illum, li xtaqt li naqsam magħkom huma tliet siltiet mill-Ittra ta’ San Pawl lir-Rumani. Inħalluhom ikunu dawl għalina f’dawn il-ġranet. L-ewwel ħsieb huwa dwar meta San Pawl jgħid li Ġesù huwa l-bidu u t-tmiem ta’ kollox. Tafu li, San Pawl, darba qal li huwa kien imfixkel minn dik li jsejjaħ bħala xewka li kellu f’ġismu, li ma nafux x’inhi. San Pawl, l-ewwel jgħid lill-Mulej biex ineħħihielu. Il-Mulej jgħidlu: “le ma nneħħihilekx għax il-grazzja tiegħi hi biżżejjed”. U San Pawl ibiddel il-ħsieb tiegħu: “jiena qawwi meta jiena dgħajjef. Għax meta nkun qawwi bħala bniedem, nafda fija nnifsi. Meta nirrikonoxxi li jiena dgħajjef, hemmhekk nista’ ndur lejn il-Mulej Ġesù u nkun b’saħħti verament, għax is-saħħa vera tinsab fil-Mulej Ġesù”. Ħalli naraw silta mill-Ittra lir-Rumani li tispjegalna dan. Jgħid hekk: “mela, meta aħna konna bla saħħa, Kristu, meta wasal iżżmien, miet għall-ħżiena”. Ma tistax tkun dgħajjef iktar milli jkollok iddnub ġewwa fik. “Bilkemm wieħed imut għal wieħed tajjeb: għad li wieħed għandu mnejn jagħmel il-qalb u jmut għal wieħed ġeneruż. Iżda Alla wriena l-imħabba tiegħu meta Kristu miet għalina, aħna li konna għadna midinbin. Kemm aktar u aktar issa, li aħna ġustifikati b’demmu, insalvaw permezz tiegħu mill-korla ta’ Alla. Jekk meta konna għadna għedewwa ta’ Alla tħabbibna miegħu bis-saħħa tal-mewt ta’ Ibnu, kemm aktar issa, li aħna ħbieb miegħu, insalvaw permezz tal-ħajja tiegħu? Mhux hekk biss, imma niftaħru wkoll f’Alla b’Sidna Ġesù Kristu li permezz tiegħu ksibna – u din hija kelma qawwija – din il-ħbiberija” (Rum 5, 6-11). Il-magħmudija It-tieni ħsieb li xtaqt li naqsam magħkom huwa dwar il-magħmudija. San Pawl għex il-magħmudija tiegħu meta huwa fehem li kollox huwa ‘knis’ jekk mhux għall-fatt li jikseb lill-Mulej Ġesù. Għall-bniedem li 17


huwa mgħammed, il-ħajja flimkien ma’ Kristu li jmut u Kristu li jerġa’ jqum għal ħajja tkun differenti minn tal-oħrajn. Jiġifieri l-qawwa talmagħmudija tagħna mhix biss biex aħna nakkwistaw dak li ġej fil-ħajja l-oħra, imma anki f’din il-ħajja. San Pawl, f’din is-silta, isejħilna biex inġeddu l-magħmudija tagħna llum: “ma tafux li aħna lkoll li tgħammidna fi Kristu Ġesù, tgħammidna fil-mewt tiegħu? Indfinna miegħu fil-mewt permezz tal-magħmudija sabiex kif Kristu kien imqajjem mill-imwiet permezz tal-qawwa glorjuża tal-Missier, hekk aħna ngħixu ħajja ġdida. Jekk aħna sirna ħaġa waħda miegħu f’mewt tixbah lil tiegħu, hekk ningħaqdu miegħu fil-qawmien tiegħu mill-mewt. Dan nafu: li l-bniedem il-qadim tagħna ssallab miegħu, biex jinqered dan il-ġisem tad-dnub, sabiex ma nkunux aktar ilsiera tad-dnub” (Rum 6, 3-6). Aħna, hawnhekk, f’Ruma, qegħdin fil-post tal-martri. Tafu li l-martri huma martri mhux għax ikollhom kuraġġ bħas-suldati? Il-martri huma martri għaliex fil-fidi tagħhom, Ġesù kien iktar prezzjuż mill-ħajja: ma kinux lesti li jitilfu lil Ġesù biex ikollhom il-ħajja ta’ din id-dinja. Min jaf dan il-kliem ta’ Pawlu kemm ħeġġeġ lill-martri ta’ dan il-post! Għażla tat-tajjeb Niġu għat-tielet ħsieb. Darba San Pawl qal: “jiena ngħodd kollox bħala knis”, f’li nirbaħ lill-Mulej Ġesù. Qal ukoll: “ngħix, imma mhux jien, jgħix Kristu fija”. X’inhi l-interpretazzjoni ta’ dan? Il-bniedem jinsab f’konflitt miegħu nnfisu; jagħmel it-tajjeb iżda jkollu t-tentazzjoni tal-ħażin. San Pawl kien ċert, li dak li għamel, għamlu bħalma kien jagħmlu l-Mulej Ġesù. Allura meta San Pawl kien qed ikellem lill-Insara ta’ Ruma jgħidilhom kliem li japplika ħafna għal-lum. Huwa jgħid hekk: “qisu li l-imħabba tagħkom ma tkunx wiċċ b’ieħor; taħmlux il-ħażen; żommu mat-tajjeb. Ħobbu lil xulxin bħal aħwa; fittxu li tistmaw lil xulxin. Tħallux il18


ħrara tagħkom tibred, tħeġġu fl-ispirtu, aqdu lill-Mulej. Ifirħu bittama, stabru fl-hemm, itolbu bla waqfien. Aqsmu ġidkom mal-qaddisin li jinsabu fil-bżonn; ilqgħu f’darkom lill-barranin. Bierku lil dawk li jippersegwitawkom; bierku, u la tistħu lil ħadd. Ifirħu ma’ min jifraħ, ibku ma’ min jibki” (Rum 12, 9-15). Din kienet il-ħajja li San Pawl ippropona fi Kristu lir-Rumani u li llum aħna qed nieħdu għalina f’dan il-pellegrinaġġ. Glorja lil Alla Fi tmiem l-Ittra lir-Rumani nsibu silta li turi l-imħabba li kellu Pawlu lejn dawn l-Insara li ħafna minnhom ma kienx jafhom: “għalhekk dejjem kien hemm xi jżommni li niġi għandkom. Issa, billi f’dawn l-inħawi m’għandix post ieħor fejn immur u billi minn ħafna snin ’il hawn kelli x-xewqa li niġi sa għandkom, nittama li meta nkun fi triqti lejn Spanja, ngħaddi narakom, jiena u għaddej minn hemm; u nieħu mingħandkom li jkolli bżonn għall-vjaġġ, wara li nkun gawdejt il-kumpanija tagħkom għal xi ftit żmien… Jiena naf li meta nasal għandkom, il-miġja tiegħi tkun mimlija bil-barka ta’ Kristu… Imbagħad, jekk Alla jrid, niġi għandkom ferħan u jkolli ftit tal-mistrieħ għandkom. Alla tas-sliem ikun magħkom ilkoll. Ammen”. (Rum 15, 22-24; 29; 32-33). Dan hu kif San Pawl jagħlaq l-Ittra tiegħu. Imbagħad, jagħmel talba li llum nagħmluha tagħna: “lil Alla li għandu l-qawwa li jwettaqkom fl-Vanġelju li nħabbar jien, jien u nxandar lil Ġesù Kristu skont irrivelazzjoni tal-misteru li kien moħbi fis-skiet tal-eternità; Lil dan Alla li issa rrivelalna dan il-misteru, u għarrfu lill-ġnus bil-Kitba tal-Profeti, skont l-ordni tiegħu, Alla ta’ dejjem, biex iwassalhom għall-ubbidjenza tal-fidi. Lil dan Alla, waħdu fl-għerf, il-glorja għal dejjem b’Ġesù Kristu. Amen”. (Rum 16, 25-27). Il-Qabar ta’ San Pietru fil-Bażilika ta’ San Pietru, il-Belt tal-Vatikan

19


L-omelija ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. Fl-okkażjoni taċ-ċelebrazzjoni tal-Kandlora – it-2 ta’ Frar 2009

Aħna ċ-ċentru tal-ħajja ta’ Ġesù Ġejna hawnhekk biex niċċelebraw il-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej. Kull darba li aħna niltaqgħu bħala komunità Nisranija, ir-realtà li aħna niltaqgħu madwar l-Iben ta’ Alla li sar bniedem, iġġegħilna min-naħa waħda nidħlu f’dak li hu lil hinn minna fil-misteru kbir ta’ min hu Alla, u t-tieni li permezz tal-Kelma ta’ Alla aħna nidħlu fil-profond tal-eżistenza tagħna għaliex din l-eżistenza ġiet immarkata bil-preżenza tad-divinità ta’ Sidna Ġesù Kristu. Dawn il-Lezzjonijiet li għadna kemm qrajna llum (Mal 3, 1-4; Lhud 2, 14-18; Lq 2, 22-40) jgħinuna biex aħna ngħixu din ir-realtà fil-misteru. It-Trinità Qaddisa L-ewwel riflessjoni li aħna nagħmlu hija li permezz ta’ din il-ġrajja aħna dħalna fil-profond ta’ dak li n-Nisrani jemmen min hu Alla. Il-profond ta’ dan it-twemmin tagħna huwa li Alla huwa Trinità Qaddisa... Dan huwa dak li hu speċifiku fir-reliġjon Nisranija: Alla huwa Trinità Qaddisa. Kull darba li fil-Vanġelu naraw lil Sidna Ġesù Kristu jippreżenta lilu nnifsu jew jiġi ppreżentat, dejjem jippreżenta lilu nnifsu fid-dawl tatTrinità Qaddisa: li hemm Missier, hemm Iben u hemm Spirtu Santu. Fil-ġranet tal-Milied rajna kif il-Madonna, flimkien mal-għarfien ta’ 20


Ġesù li kellha twelled, iddaħħlet, permezz tal-Anġlu Gabriel, fil-misteru tat-Trinità Qaddisa. Rajna lil Ġesù, meta jiġi ppreżentat quddiem il-poplu minn Ġwanni l-Battista, jippreżenta lilu nnifsu bħala l-Iben ta’ Alla, jinstema’ leħen, u jidher l-Ispirtu s-Santu taħt forma ta’ ħamiema biex Kristu jfehimna li huwa parti sħiħa minn dik li hija t-Trinità Qaddisa. Meta aħna niċċelebraw il-misteru kbir tal-Ewkaristija u nidħlu għalih permezz tad-diskorsi li Ġesù għamel fl-Aħħar Ċena, naraw lil Ġesù jkellem lill-appostli, mhux fuqu biss, imma fuqu bħala l-Iben tal-Missier u fuqu bħala dak li se jibgħat ’l-Ispirtu s-Santu. L-ebda Nisrani ma jkollu l-fidi tiegħu sħiħa, jekk kull darba li jisma’ l-kelma ta’ Ġesù ma jidħolx ukoll fil-misteru tat-Trinità Qaddisa. Fil-Vanġelu aħna rajna r-rivelazzjoni ta’ din it-Trinità Qaddisa. L-ewwel rajna fuq Alla l-Missier. U fl-aħħar tal-Vanġelu, meta qiegħed jitkellem fuq Alla li sar bniedem, smajna dawn il-kelmiet: “il-grazzja ta’ Alla kienet fuqu. Il-grazzja ta’ Alla l-Missier kienet timla lil Ġesù propju – ħa ngħidulha dan il-kliem – fl-avventura umana tiegħu: dejjem kien imdawwar mill-preżenza ta’ Alla l-Missier. Il-misteru tal-Ispirtu s-Santu Imbagħad, il-Vanġelu jdaħħalna fil-misteru tal-Ispirtu s-Santu. LillAppostli, [l-Ispirtu s-Santu] ngħatalhom f’Pentekoste. Imma qabel ilPentekoste, il-Madonna u dawk li kienu qed jgħixu r-realtà ta’ Ġesù – il-Madonna, Eliżabetta u llum rajna lil Xmun – kollha kienu mnebbħin mill-Ispirtu s-Santu: irċevew l-Ispirtu s-Santu qabel l-Appostli. Illum, lill-Ispirtu s-Santu rajnieh tliet darbiet. Jissemma fuq Xmun, li kien dak li ppreżenta lil Sidna Ġesù Kristu: l-Ispirtu s-Santu kien fuqu, imdawwar bih; kien imnebbaħ mill-Ispirtu s-Santu li mhux se jara l-mewt qabel ma jara lil Ġesù; ġie fit-tempju mqanqal mill-Ispirtu s-Santu.

21


Kollox idur madwar dan il-misteru kbir tat-Trinità Qaddisa; jgħollilna ’l fuq l-eżistenza tagħna biex aħna ngħixuha fid-dawl ta’ dak li hemm lil hinn, li hu Alla l-Imbierek fil-misteru tiegħu, li aħna niċċelebraw. Fit-tieni riflessjoni li jagħmel in-Nisrani – u din hija tal-Insara għaliex hu fir-reliġjon tagħna biss li Alla jsir bniedem – naraw kif Alla l-Imbierek, permezz ta’ Sidna Ġesù Kristu, idaħħalna fil-profond ta’ dak kollu li hu uman. X’għamel Sidna Ġesù Kristu – ħlief id-dnub – li aħna ma ngħaddux minnu? X’hemm li aħna ngħaddu minnu – ħlief id-dnub – li Sidna Ġesù Kristu ma għaddiex minnu qabilna? Il-misteru tat-tisfija tagħna Naraw ftit il-Lezzjonijiet ta’ llum. L-ewwel nett, Sidna Ġesù Kristu daħal ukoll fil-misteru tat-tisfija tagħna. Tafu li llum qed niċċelebraw il-preżentazzjoni tal-Mulej. Flimkien miegħu kienu jagħmlu offerta bħala tisfija lil Alla f’isem it-tarbija li kienet titwieled. U Sidna Ġesù Kristu, li ma kellux bżonn jgħaddi minn din it-tisfija, bħalma ma kellux bżonn jgħaddi mill-magħmudija talindiema ta’ Ġwanni, ried li jgħaddi wkoll minnha. F’dan il-passaġġ li aħna nagħmlu tat-tisfija kemm-il darba f’ħajjitna – tisfija spiritwali – m’aħniex waħedna, għaliex Ġesù għadda wkoll flimkien magħna. Ir-reliġjon Nisranija hija r-reliġjon fejn il-bniedem jinsab fil-qofol tal‑misteru ta’ Alla. Jista’ jkun, f’xi reliġjon oħra, li wieħed iħares lejn Alla u jibqa’ jħares lejn Alla. Imma fil-każ tan-Nisrani, jekk iħares lejn Alla, Alla se jimbuttah biex iħares lejn il-bniedem. Ir-raġuni hi għaliex Alla sar bniedem. Ma nistgħux nifirduhom: huma l-istess ħaġa. Tiftakru x’kelma qawwija kellna fit-Tieni Lezzjoni ta’ llum? Alla ma bagħatx lil Ibnu biex jifdi lill-anġli, imma lil ulied Abraham, lilna: aħna ċ-ċentru tal-ħajja ta’ Sidna Ġesù Kristu.

22


Dan, lin-Nisrani, jimlieh bil-ferħ, bil-kuraġġ, bil-qawwa biex huwa jkun jista’ jgħix il-ħajja tiegħu fuq din l-art. Inbatu ma’ Ġesù Naraw ftit dak li kellna fit-Tieni Lezzjoni ta’ llum. Jgħid hekk: “bata u kien imġarrab. Jaf jgħin lil dawk li huma fit-tiġrib”. Alla tagħna mhux Alla bogħod; Alla tagħna hu Alla qrib. Jiena, jekk ngħaddi mill-misteru tat-tbatija, ngħaddih jiena. Imma fil-każ ta’ Sidna Ġesù Kristu, l-Iben ta’ Alla li sar bniedem, il-misteru tat-tbatija għexu bħala tbatija universali: irid jidħol fit-tbatija tiegħi u tiegħek, għax għalhekk ġie fid-dinja. Aħna qegħdin fid-dinja: bilfors li nbatu. Hu ġie proprju biex jaqsam magħna t-tbatija tagħna. Hekk tgħid l-Ittra lil-Lhud. Din hija l-ewwel riflessjoni: għan-Nisrani li jemmen, qatt mhu qiegħed ibati waħdu. Għan-Nisrani li jemmen, it-tbatija tiegħu hija magħquda mat‑tbatija ta’ Sidna Ġesù Kristu. Min jaf – qed nitkellem b’mod speċjali għan-nies tal-Hospice Movement – kemm kien hemm persuni li ltqajtu magħhom li fil-mument tat-tbatija, il‑ħsieb li Kristu qiegħed magħhom, tahom ħafna qawwa, ħafna faraġ, ħafna konsolazzjoni f’dik li hija l-iżolazzjoni tat-tbatija ta’ persuna. Għalhekk irridu nagħtu lil Kristu anki lil dawk li qegħdin ibatu. It-tieni ħaġa li rajna fl-Ittra lil-Lhud, kienet hekk: “b’mewtu jeqred is‑setgħa tal-mewt u jeħles mill-biża’ tal-mewt”. Il-mewt hija l-passaġġ li kull wieħed u waħda minna jeħtieġ li jgħaddi minnu – għada, fi żmien sena, fi żmien għaxar snin, fi żmien għoxrin sena jew tletin sena. Imma Kristu jurina li n-Nisrani, dan il-passaġġ, ma jagħmlux waħdu. Dan ifisser li anki meta jaħseb fuq il-mewt, jekk jaħseb fuq Ġesù ma jaħsibx biss fuq il‑mewt imma f’mewt li permezz tagħha jgħaddi għall-ħajja ta dejjem. Għalhekk in-Nisrani ħieles mill-biża’. Mhux li ma jibżax mill-mewt, imma li jaf li l-mewt mhix l-aħħar kelma.

23


Il-mewt issir ħajja Din tgħodd għalina lkoll: Ġesù huwa dak li l-mewt għamilha ħajja. Ġesù huwa dak li għadda mill-mewt f’isimna lkoll, biex il-mewt tagħna ssir ħajja. Din hija l-missjoni ta’ min jipprietka lil Ġesù. Xmun qal li Ġesù huwa sinjal li jmeruh. Ejjew inkunu dawk li ma mmerux ’il-Mulej Ġesù. Ġesù kien jaf li meta jiġi fid-dinja, lid-dinja se jaqsamha, għalkemm mhux għax xtaq. Kien jaf li se jkun hemm dawk li jaċċettawh u dawk li ma jaċċettawhx u allura jinqasmu quddiem din l-offerta ta’ Ġesù. Jalla nkunu dawk li ma mmerux lill-Mulej Ġesù, naċċettawh u nimxu warajh. Il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, Valletta NOTA: Għall-Quddiesa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej kienu preżenti d-diriġenti, il-membri u l-voluntiera tal-Hospice Movement. Dan seħħ fl-okkażjoni tal-20 anniversarju tal-Moviment.

24


L-omelija ta’ Mons. Arċisqof Pawlu cremona O.P. F'quddiesa għall-organizzaturi tal-festi fil-parroċċi – il-5 ta’ Frar 2009

Festi fl-ispirtu ta’ San Ġorġ Preca L-ewwel nett, nirringrazzjakom li ġejtu hawn, flimkien, biex il-bidu talistaġun tal-festi niċċelebrawh flimkien bħala komunità Nisranija. Meta niltaqgħu hawnhekk, aħna, bħalma nagħmlu s-soltu, nirringrazzjaw lill-Mulej għal dak kollu li jagħmel magħna biex dak li għandna f’qalbna jkun jista’ jseħħ. Imma niltaqgħu hawnhekk ukoll biex aħna nkunu nistgħu nidħlu aktar fil-profond ta’ dak li hemm fiċ-ċelebrazzjoni talfesti tagħna. Tafu li l-missjoni tiegħi bħala Isqof hija dejjem li ma’ kull min niltaqa’ jiena nipprova nagħtih jew nagħtihom l-aspett spiritwali ta’ dak li qed jgħixu, anki meta fiha nfisha jkun hemm realtà li mhix spiritwali. Pereżempju, fit-2 ta’ Frar aħna ċċelebrajna l-Kandlora u dakinhar ġew mistednin b’mod speċjali l-Hospice Movement li, kif tafu, huwa grupp li jagħmel ħafna ġid u ħafna tajjeb ma’ dawk il-persuni li, b’xi mod jew ieħor, ikunu għaddejjin minn mard terminali. Jiena, meta kont qed inkellimhom, ma bqajtx biss fuq il-mard u t-tbatija tagħhom, u l-mewt li ħafna minnhom ikunu qegħdin jiffaċċjaw, imma dħalt fil-Misteru tal-Għid. Għidtilhom li n-Nisrani ma jistax jgħix it-tbatija tiegħu u l-biża’ tal-mewt jekk mhux fi Kristu, għaliex Kristu huwa dak li għadda minnhom qabilna. 25


Din il-ġimgħa, fil-Viżta Pastorali li jiena qed nagħmel fil-Parroċċa ta’ San Duminku, il-Belt, jiena kelli wkoll iċ-ċans immur fl-iskola primarja ta’ Sant’ Iermu. Hemmhekk kelli laqgħat mal-ġenituri, minbarra mattfal. Kelli wkoll laqgħat mal-għalliema. Jiena, bl-istess mod, ma bqajtx biss fuq dak li huwa tagħlim – dak hu xi ħaġa sabiħa – imma ħassejt li għandi nagħti wkoll togħma spiritwali. Allura fakkarthom li dawn it-tfal huma don mingħand Alla l-Imbierek, li jiġu mogħtijin lilna biex nieħdu ħsiebhom. L-aspett reliġjuż tal-festi Allura anki llum, aħna li ltqajna flimkien hawnhekk, jiena nħoss li nista’ naqsam magħkom ukoll riflessjoni spiritwali. Hemm ħafna realtajiet talfesta – kulturali, mużikali, ta’ ferħ. Imma hawnhekk, l-iktar li nkun nixtieq hu li naqsam magħkom l-aspett reliġjuż ta’ fidi li hemm fil-festi tagħna. Jiena nixtieq nirringrazzjakom għal kemm-il darba tħallu dan l-element reliġjuż fil-formazzjoni tal-membri tagħkom. Nixtieq nirringrazzjakom ħafna għal min iħoss il-bżonn li jistieden lil xi wħud biex jagħmlu riflessjoni pereżempju fuq il-qaddis, ħalli nidħlu mhux biss fil-qima tiegħu imma wkoll fl-ispiritwalità tiegħu. Nixtieq nirringrazzja lil dawk minnkom li matul is-sena, anki b’sagrifiċċju kbir, jagħtu biċċa mill-ħin tagħhom biex jgħinu lill-oħrajn anki permezz ta’ għajnuna fil-ġbir tal-flus. Dan kollu hu l-parti spiritwali li l-Mulej qiegħed jirringrazzjakom dwaru anki permezz tiegħi. Il-quċċata Jiena nikkunsidra l-festa bħala l-quċċata tal-ħajja tal-parroċċa fejn l-iktar li tiltaqa’ ma’ Alla l-Imbierek permezz tal-qima, tal-ferħ li tkun qed tagħti lill-qaddis jew qaddisa tagħna. Imma jekk hija l-quċċata, dan ifisser li matul is-sena wkoll irid ikun hemm xi ħaġa li qed tibni. Ilquċċata għandha diversi stadji tagħha. Kemm hu sabiħ li jkollok ħafna nies fil-baned li jagħtu s-sehem tagħhom anki matul is-sena biex dak kollu li hija l-mixja spiritwali tal-parroċċa tkun tagħhom ukoll. Il-festa 26


tant tkun mimlija – din ir-riflessjoni għamiltha waqt il-Viżta Pastorali fil-parroċċi – imbagħad, meta niġu biex nagħmlu l-liturġija ta’ matul is-sena, kultant insibu faqar f’dawk li jivvolontarjaw biex jagħtu wkoll is-sehem tagħhom. Jiena nistedinkom li l-imħabba lejn il-parroċċa u lejn il-patrun tkun tista’ tesprimi ruħha wkoll matul is-sena, pereżempju fil-quddiesa tal-Ħdud, billi jkun hemm ħafna iktar li jgħinu biex din il-liturġija ta’ matul issena tkun sabiħa u mbagħad tisponta fil-mument li tiġi ċċelebrata l-festa tal-post fejn aħna ngħixu. Ġemgħa ferrieħa Jiena xtaqt li nagħmlu riflessjoni fuq il-festa. Iż-żewg Lezzjonijiet li smajna llum – li ma ntagħżlux minni jew xi ħaddieħor, imma huma l-Lezzjonijiet li semagħhom kull min sema’ l-quddies illum – huma r-rigal li l-Mulej tana llum biex aħna nirriflettu fuqhom. L-ewwel Lezzjoni (Lhud 12, 18-19, 21-24) tal-lum turina ma’ min inkunu qegħdin niltaqgħu meta niltaqgħu mal-Mulej, bħalma nagħmlu fil-festi jew kull darba li niltaqgħu hawnhekk fil-knisja. Nisrani ma jistax jgħid li jiltaqa’ mal-Mulej jekk ma jagħmilx din ir-riflessjoni, li l-Mulej tahielna f’din l-Ittra lil-Lhud, u jistaqsu: “liema huma verament l-elementi li jagħmlu komunità Nisranija li qed tifraħ?” Ħa niftakru xi smajna: “aħna niltaqgħu ma’ eluf ta’ anġli f’ġemgħa ferrieħa”. Kemm hu sabiħ li aħna, il-festa tagħna, ma nagħlquhiex għal dak li huwa materjali, imma niftakru li trid tirrifletti l-kwalità ta’ ferħ li hemm fis-sema: l-anġli madwar il-Mulej; ferħ li l-Mulej ikun il-qofol tagħhom; ferħ għaliex huma totalment tal-Mulej; ferħ li jfisser il-paċi li jagħti l-Mulej. Ma nistax niċċelebra liturġija, hi x’inhi, jekk ma nistaqsux: qiegħda tixbah dak li hemm fis-sema? L-Ittra lil-Lhud tgħid: “qegħdin niltaqgħu ma’ ġemgħa ta’ wlied ewlenin li isimhom hu miktub fis-sema”. Aħna, meta niġu hawnhekk, qegħdin 27


niltaqgħu – araw x’dinjità tana – ma’ xulxin mhux biss bħala dilettanti tal-festa, imma qed niltaqgħu flimkien għaliex aħna lkoll għandna isimna miktub fis-sema, għax aħna wlied ewlenin. X’ma tħarisx lejn ilMissier u tgħidlu: “Missier, jekk jien nagħmel kollox f’ismek, aħseb u ara l-festa reliġjuża kemm nixtieq li nagħmilha f’ismek!” San Ġorġ Preca Fl-Ewwel Lezzjoni tal-lum l-awtur tal-ittra lil-Lhud jgħidilna wkoll: “lejn l-erwieħ ta’ nies qaddisa, magħmula perfetti”. Jiena meta niġi għall-quddiesa, inġib dan is-salib. Inħoss obbligu li nġibu. Kienu tawhuli tas-Soċjetà tal-MUSEUM. Fih hemm relikwa, li hija xagħar ta’ San Ġorġ Preca. Kull darba li jiena nilbes dan is-salib nagħmel dan bi skop, għaliex meta nitkellmu fuq qaddisin, aħna għandna lil San Ġorġ Preca; għandna dak kollu li huwa kien jagħmel biex jiffesteġġja lil Alla l-Imbierek. Meta aħna nkunu qed nippreperaw għall-festi, nistgħu naħsbu wkoll, pereżempju, fl-ispirtu ta’ San Ġorġ Preca, fit-tagħlim u flimħabba li kellu lejn il-qaddisin, u nippruvaw nimxu lejhom? L-Ittra lil-Lhud tkompli tgħidilna: “meta niltaqgħu flimkien, aħna lejn min qed nersqu?” Huwa lil hinn mill-istatwi. Jgħid hekk: “lejn Alla, l-Imħallef ta’ kulħadd”. Naħseb li dak li jrid ifisser hu li Alla l-Imbierek kapaċi jagħraf bejn dak li hu tajjeb u dak li hu ħazin – dak li tfisser ‘imħallef’. Allura meta nkunu qed nagħmlu ċelebrazzjoni, tkun liema tkun, irridu nagħrfu dak li hu tajjeb u dak li mhux tajjeb, għax aħna qed nersqu lejn Alla li hu kapaċi jagħżel dak li hu skont Alla l-Imbierek u dak li mhux. L-Ittra lil-Lhud tkompli żżid id-doża. Tgħid hekk: “lejn Ġesù, il-medjatur ta’ patt ġdid u lejn id-demm imraxxax tiegħu”. L-ebda ċelebrazzjoni ma tista’ ssir jekk f’qalbna ma jkollniex il-fatt li d-demm tal-Mulej ġie mraxxax biex ikollna l-Ewkaristija. Il-Papa Ġwanni Pawlu II qalilna li l-Ewkarisatija hija l-għajn – jibda minn hemm – u l-quċċata ta’ kull ċelebrazzjoni: anki taċ-ċelebrazzjoni tal-festi l-kbar li nagħmlu f’pajjiżna. 28


Missjoni Fil-Vanġelu tal-lum (Mk 6, 7-13), Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: morru wasslu l-Kelma ta’ Alla, b’mod speċjali biex il-bnedmin jersqu lejja, b’mod speċjali biex ikunu jafuni. Nista’ nagħtikom din il-missjoni? Araw intom kif, għax il-Mulej jagħtina tant kreattività. Tistgħu, il-ħidma tagħkom filfesti, tgħodduha wkoll bħala parti mill-missjoni totali tal-Knisja? Kif se nwasslu lil Kristu? Nagħmlu dan anki permezz tal-qaddis, permezz ta’ dak li nagħmlu. Kif se nressqu l-bnedmin lejn il-Mulej? Nagħmlu dan permezz ta’ kif niċċelebraw dawn il-festi. Naħseb li l-Mulej hawnhekk ikun qed jibgħatna bħalma bagħat lill-ewwel Appostli: biex inwasslu lil Kristu. L-aħħar ħaġa: is-Salm Responsorjali tal-lum (Slm 47, 2-4.9-11) kien sabiħ ukoll. Jgħid x’għandha tkun din il-festa. Jibda minn ħaġa li aħna nifhmuha: “kbir il-Mulej, ta’ min ifaħħru ħafna”. Naħseb li din il-kelma nistgħu nagħmluha fil-festi tagħna, għaliex bil-mod kif norganizzawhom qegħdin nagħtu idea ta’ kemm hu kbir il-Mulej – ta’ min ifaħħru ħafna. Imma s-Salmista jżid ukoll żewġ kelmiet li nixtieq li aħna ma ninsewhomx. Jgħid hekk: “naħsbu fuq it-tjieba tiegħu”. Mela wara li jsemmi t-tifħir tal-glorja ta’ Alla, jgħidilna naħsbu fuq it-tjieba tiegħu. Il-festi tagħna jridu jkunu mmarkati wkoll bit-tjieba tiegħu. Ittjieba tal-Mulej trid tidher kullimkien. Allura anki fil-festi tagħna, irridu naraw li din it-tjieba tidher. L-aħħar kelma li jgħid is-Salmista hi li l-leminija tiegħu fis-sema hi mimlija verità, mimlija sewwa. Dan is-sewwa huwa propju biex dak kollu li huwa talMulej ikun jidher fil-mod kif nesprimu l-imħabba tagħna lejn il-qaddisin patruni tagħna. Jalla l-Mulej ibierek lilkom u s-sagrifiċċji kollha li se tagħmlu biex tagħmlu l-festi. Jalla l-Mulej ibierek lin-nies li se jiġu għall-festi ħalli jieħdu mill-entusjażmu tagħkom lejn il-qaddis u lejn il-Mulej. Jalla l-Mulej jagħmel li l-festi tagħna jgħaddu ferħ kbir u ħadd ma jkollu, allaħaresqatt, joħroġ mill-festi b’xi ħaġa li ma tkunx għall-ġid tiegħu. Il-Knisja Parrokkjali, in-Naxxar

29


Id-diskors tal-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. Waqt il-Konferenza Nazzjonali dwar il-Ġejjieni taż-Żwieġ – is-7 ta’ Frar 2009

Il-valuri ta’ żwieġ u familja stabbli Nixtieq nirringrazzja l-ewwel nett lil ProgettImpenn, imwaqqaf millMoviment ta’ Kana, il-Caritas, u l-Kummissjoni Djoċesana Familja li organizza din il-Konferenza Nazzjonali. L-importanza ta’ din illaqgħa, minbarra r-riflessjonijiet u t-tagħlim li qed nisimgħu, hi anki għaliex qegħdin jiġu involvuti persuni mid-dinja soċjali, anzi mid-dinja politika. Nixtieq nirringrazzja lill-Membri Parlamentari Edwin Vassallo u Dr Justyne Caruana li ħadu sehem f’din il-Konferenza. Il-preżenza tagħkom għalina tfisser it-tħassib, iżda wkoll l-impenn tal-Istat u talpartiti politiċi lejn żwieġ u familja Stabbli. Irridu nifhmu li llum qegħdin ngħixu f’sitwazzjoni differenti minn ta’ dahri, u għalhekk l-impenn favur żwieġ stabbli, jew valuri oħra, b’mod speċjali lejn il-ħajja u l-persuna, irid jieħu xejra differenti. Kien hemm żmien meta l-Knisja kellha qawwa morali kbira, hekk li meta kienet titkellem, kulħadd kien jisma’. Hija kienet il-pilastru li fuqu kienet toqgħod, rigward valuri, u mġieba, is-soċjetà Maltija kollha. Illum ir-realtà hija differenti. Il-Knisja qed tiġi kwestjonata u kkritikata fuq il-valuri morali li hija tipprietka u twassal. Dan huwa r-riskju li l-Knisja dejjem trid tieħu jekk trid tkompli twassal il-Kelma ta’ Alla. Din 30


mhix l-ewwel darba! F’diversi mumenti tal-Istorja tagħha l-Knisja ġiet attakkata fuq il-valuri morali tagħha. Bħalma ġara fl-ewwel żminijiet, jeħtieġ li l-Knisja tidħol iktar fl-għeruq Kristjani u ta’ fidi f’dak li tgħallem, biex issaħħaħ it-tagħlim tagħha fost dawk li jibqgħu jħarsu lejha bħala l-għajn tal-valuri tagħhom. Meta jiġri dan, il-Knisja trid tieħu s-sura ta’ moviment. Waqt li tagħraf li t-tagħlim tagħha mhux aċċettat minn kulħadd, trid taħdem iktar biex il-messaġġ tagħha tinterjorizzah, tgħixu u xxandru, biex takkwistah dejjem iktar fis-socjetà. Din kienet il-Knisja fil-bidu tagħha, quddiem soċjetà bbażata fuq prinċipji differenti ħafna minn tagħha. Dan ifisser li l-membri tal-Knisja li jkunu ħadu deċiżjoni personali li jimxu lejn Kristu mdawlin mill-Knisja jkunu attivi fit-tixrid u d-difiża ta’ dawn il-valuri. Meta wieħed jibqa’ passiv, f’din il-kultura, ma jfissirx li kollox se jibqa’ l-istess, iżda jibdew deħlin ideat oħra li jdgħajfu l-valuri. U sadanittant, iż-żwiġijiet qegħdin iktar u iktar jitfarrku, u qegħdin jitwieldu iktar u iktar tfal mhux imdawrin minn koppja stabbli li tieħu ħsiebhom. U dan ifisser tbatija fost il-koppja stess, fost it-tfal li jiġu mċaħħdin minn trobbija stabbli, u soċjetà li ssir iktar inċerta. Iżda waqt li l-Knisja qed tiġi attakkata, ikun hemm it-tentazzjoni li jibqa’ vacuum fil-valuri, għaliex xi darbi jiġu identifikati mal-Knisja biss u mhux mas-soċjetà li trid tagħżel u għandha għal qalbha dawn ilvaluri. Id-dibattitu soċjali mhuwiex u m’għandux ikun favur jew kontra l-Knisja, iżda favur jew kontra l-valuri tas-soċjetà. Hemm bżonn li dan il-vacuum jimtela, u jrid jimtela mid-deċiżjonijiet li jagħmlu s-soċjetà u l-membri tagħha. Għalhekk inħoss li din il-laqgħa tista’ tiftaħ orizzonti ġodda fejn il-valuri ta’ żwieġ u familja stabbli jiġu proposti u addottati mis-soċjetà Maltija nnfisha. Nirringrazzjakom ħafna u nittama li jkun hemm iktar seminars u konferenzi bħal din, fejn Knisja u soċjetà jingħaqdu flimkien biex jissodaw il-valuri, partikolarment taż-żwieġ u l-familja, u tal-persuna umana fil-valur fundamentali tagħha. 31


L-ekoloġija taż-żwieġ u tal-familja Nagħmel riflessjoni fuq dak li qal il-Papa Benedittu XVI fuq il-kelma ‘valur’. Il-Papa tkellem fuq l-ekoloġija ta’ żwieġ stabbli u tal-familja. B’dan ried ifisser tliet affarijiet. L-ewwel nett, għaliex fl-istabbilità jew it-tkissir tal-familja hemm tant ferħ u tant tbatija, daqskemm hemm anki fl-ekoloġija tal-ambjent. It-tieni, għaliex huwa għamel paragun ma’ dak li huwa d-dibattitu llum tant importanti fuq l-ekoloġija tal-ambjent. Hemmhekk għandna valur ċar, għaliex is-soċjetà qed tippromovi l-ekoloġija tal-ambjent; qed tagħmel kampanji favur l-ekoloġija tal-ambjent; qed titkellem fuq l-ekoloġija tal-ambjent. Min-naħa l-oħra, peress li huwa valur aċċettat, tiddefendih, tgħidu u tfissru bħalma tagħmel pereżempju fuq l-enerġija f’dak li qed naraw dan iż-żmien. Il-mistoqsija tiegħi hija din: nistgħu xi darba jkollna l-ħolma li aħna nistgħu nitkellmu fuq l-ekoloġija taż-żwieġ u tal-familja bħalma llum is-soċjetà kollha Maltija qed titkellem fuq l-ekoloġija tal-ambjent? Is-Sala tal-Kulleġġ Sant’ Agata, ir-Rabat

NOTA: Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. għamel dan id-diskors fl-għeluq ta’ Konferenza Nazzjonali dwar il-ġejjieni taż-żwieġ li saret fis-7 ta’ Frar 2009 fis-sala tal-Kulleġġ ta’ Sant Agata fir-Rabat. L-inizjattiva kienet parti mill-ProġettImpenn – Task Force tal-Kummissjoni Djoċesana Familja, il‑Moviment ta’ Kana u l-Caritas, li qed twettaq ħidma fis-soċjetà Maltija b’risq żwieġ b’saħħtu. Il‑kelliema ewlenin kienu Dun Pawl Galea, lecturer fil-Psikoloġija Pastorali, mill-Fakultà tat-Teoloġija tal-Università ta’ Malta, u Harry Benson, fundatur tal-Bristol Community Family Trust tar-Renju Unit. Tkellmu wkoll il‑Membri Parlamentari s-Sur Edwin Vassallo u Dr Justyne Caruana. 32


L-omelija ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. F'quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum Dinji tal-Morda – il-11 ta’ Frar 2009

Sejħa biex nersqu iktar lejn il-Mulej Niżżuħajr lil Alla li anki din is-sena, permezz tal-Għaqda Maltija għatTrasport tal-Morda f’Lourdes, aħna erġajna ltqajna flimkien ma’ Sidtna Marija biex indawru l-ħsibijiet tagħna lejn Alla l-Imbierek, fl-imħabba tiegħu lejna. Matul is-sena aħna niċċelebraw diversi forom ta’ qima lil Sidtna Marija. Niċċelebraw fost l-oħrajn il-misteri ta’ Sidtna Marija b’dak li profondament għandu x’jaqsam mal-Mulej Ġesù, bħalma huma l-Milied u t-tlugħ tagħha fis-sema. Għandna wkoll mumenti fejn aħna niċċelebraw lil Sidtna Marija taħt diversi titli li, tul is-snin, il-komunità ekkleżjali ħasset li għandha tagħti lil Sidtna Marija. Pereżempju, niċċelebraw il-festa tal-Madonna tar-Rużarju, il-Madonna tal-Bon Kunsill, il-Madonna tal-Karmelu u ħafna oħrajn. Imbagħad, matul is-sena, aħna niċċelebraw ukoll lil Sidtna Marija fid-dehriet tagħha fl-istorja tal-bniedem bħad-dehriet f’Fatima u f’Lourdes. Ġesù kien qalilna li hu se jibqa’ magħna tul iż-żmien. L-istorja wrietna li l-mod, biex ngħidu hekk speċjali, li bih Sidna Ġesù Kristu għamel dan, fost l-oħrajn, kien permezz tad-dehriet li tana, billi jibgħat lil Sidtna Marija bħala messaġġiera: kull darba tagħtina messaġġ biex nersqu iktar lejn il-Mulej Ġesù. 33


Illum aħna qegħdin niċċelebraw waħda minn dawn il-festi: id-dehriet ta’ Sidtna Marija f’Lourdes. Aħna qegħdin niċċelebrawha billi nerġgħu mmorru lura fiż-żmien. Naraw ftit x’kien il-messaġġ ta’ Marija f'Lourdes, ħalli noħorġu minn hawnhekk iktar għonja għax inkunu erġajna ftakarna x’riedet tgħidilna Sidtna Marija. Messaġġ biex nikbru fil-fidi L-ewwel kelma li xtaqt li naqsam magħkom hija li d-dehriet ta’ Sidtna Marija f’Lourdes kellhom il-messaġġ biex aħna nikbru fil-fidi tagħna. B’mod speċjali, aħna nagħmlu dan permezz ta’ Marija, fl-imħabba ta’ Alla l-Missier. Għandna t-titlu, ta’ Sidtna Marija, li huwa magħqud ħafna mad-dehriet f’Lourdes. Erba’ snin qabel, fl-1854, il-Knisja kienet iddikjarat bħala domma, il-Kunċizzjoni Immakulata, jiġifieri t-tnissil bla tebgħa ta’ Sidtna Marija. Dak il-miraklu tat-tnissil bla tebgħa ta’ Sidtna Marija kien mogħti lillbnedmin kollha biex aħna nkunu nistgħu nilqgħu lill-Mulej Ġesù, meta jiġi fostna, b’mod xieraq. Dak ma kienx don ta’ Sidtna Marija biss, għax Sidtna Marija kienet qed tirrappreżenta lilna lkoll. Alla l-Imbierek għenha, permezz tal-Kunċizzjoni Immakulata tagħha, biex l-ewwel kuntatt li Sidna Ġesù Kristu kellu fil-ġuf ta ommu, jiġifieri ma’ ommu, kien ma’ ġuf li fih ma kien hemm ebda tebgħa – la tad-dnub oriġinali u lanqas ta’ xi dnub ieħor. Dan jurina liema kwalità ta’ relazzjoni Alla l-Imbierek irid jibni ma’ kull wieħed u waħda minna. Allura l-messaġġ ta’ Sidtna Marija huwa messaġġ ta’ fidi: ħallu l-Mulej jibqa’ qrib tagħkom. Pellegrinaġġi u t-talba tar-Rużarju F’dawn id-dehriet, Marija riedet żewġ affarijiet li aħna, b’mod jew ieħor, irridu nrodduhomlha lura.

34


L-ewwel waħda li riedet – u din qalitha fit-2 ta’ Marzu tal-1885 – kienet li l-Madonna qalet: “għid lis-saċerdoti jiġu hawnhekk u f’dan il-post jagħmluli kappella”. Min jaf l-Iskrittura jaf li Abraham, kull darba li kien jiltaqa’ mal-Mulej kien jagħmel artal, biex l-esperjenza ma tkunx xi ħaġa li tgħaddi imma tkun xi ħaġa li tibqa’ – bħal meta nagħmlu monument. Allura f’dak l-istess post li dehret Sidtna Marija għandna monument fejn ħafna minna – u għalhekk hija mwaqqfa din l-Għaqda – nistgħu mmorru fih biex niltaqgħu ma’ Alla l-Imbierek: fil-post fejn Sidtna Marija dehret lil Bernadetta Subirou. Dan nagħmluh f’pellegrinaġġ – ‘mixja lejn’. Imma l-Madonna qaltilna: “mhux billi tmorru hemmhekk biss”. Tatna wkoll, u reġgħet tatna u fakkritna, fit-talba tar-Rużarju. Ir-rużarju huwa l-mod kif il-Madonna twassalna biex niltaqgħu ma’ Ġesù. Nixtieq li nkunu ċari: fir-rużarju, il-ferħ tal-Madonna hu li meta wieħed ikun qed jitlob ir-rużarju, hija tkun qed twasslu fil-mixjiet kollha li hi u l-Appostli għamlu mal-Mulej Ġesù. F’erbat ijiem nkunu rriflettejna fuq il-ħajja kollha ta’ Ġesù: nkun sirna nafuh aħjar. Mela t-tieni ħaġa hija r-rużarju: irridu noħorġu minn hawnhekk iktar qrib ir-rużarju ta’ Sidtna Marija. L-esperjenza tat-tbatija It-tieni kelma importanti wara ‘fidi’ hija l-kelma ‘tbatija’. Wieħed mittimbri kbar li hemm f’dawn id-dehriet ta’ Sidtna Marija f’Lourdes hija l-esperjenza tat-tbatija: il-Madonna dehret f’Lourdes biex tgħidilna li fittbatijiet m’aħniex waħedna. Ejjew niftakru x’kienu t-tbatijiet differenti. L-ewwel tbatija li ssemmiet hija t-tbatija ta’ min ikun qed jgħix it-toqol tad-dnub. Lil Bernadetta, il-Madonna qaltilha: “mur, bus l-art, biex tpatti għall-midinbin; biex tinterċedi għall-midinbin”. Bernadetta ma għexitx id-dnub ta’ ħaddieħor barra minnha, imma għexitu ġewwa fiha, bit-tbatija kollha. Tant hu veru, li qabel ma mietet, lil ta’ madwarha, Bernadetta qaltilhom: “itolbu għalija, għax jiena midinba”. It-toqol tad-dnub ħaditu fuq spallejha wkoll, għax il-Mulej hekk jagħmel lil min jersaq lejh.

35


It-tieni forma ta’ tbatija – li forsi b’mod speċjali aħna qed infakkru llum, waqt li qed infakkru l-Jum Dinji tal-Morda – huwa s-sinjal li l-Madonna riedet li jkun hemm biex jibdew jemmnu iktar fil-messaġġ tagħha. Niftakru li kien hemm wieħed, li kien jismu Pierre, li kien għama minn għajn waħda f’aċċident f’minjiera. F’daqqa waħda beda jara. Insibu miktub: “il-Mulej jagħtikom li tatu l-messaġġ, u jiena nsieħeb il-messaġġ bis-sinjali”. Mela l-miraklu li sar ma’ Pierre kien ir-raġuni biex iktar tissaħħaħ il-kelma li l-Madonna tat permezz ta’ Bernadetta Subirou. F’Lourdes, jiena nħoss żewġ qawwiet kbar. L-ewwel qawwa hi ‘preżenza’: tħoss il-preżenza tal-Madonna. It-tieni qawwa hi ‘l-fidi’, ‘s-solidarjetà’, u ‘l-imħabba’ kollha li l-morda li jmorru hemm għandhom lejn il-Mulej. Dan għalija dejjem isaħħaħli l-fidi. L-istess morda li jmorru f’Lourdes isiru għajn ta’ fidi għal min imur hemm f’pellegrinaġġ. Hekk riedet ilMadonna u hekk sar. It-tielet forma ta’ tbatija li l-Madonna riedet li Bernadetta tieħu sehem fiha hija t-tbatija kkawżata minn ħaddieħor. Min jaf kemm hemm minna li jiftakru kemm dak jew dik weġġgħuna. U aħna ma niftakrux, imma hija realtà wkoll: min jaf kemm jien weġġajt lil ħaddieħor! Bernadetta saret taf din it-tbatija għaliex il-Prefett ta’ dak il-post sa heddidha biex hi ma tibqax tgħid li rat lill-Madonna. Hemmhekk, lil Bernadetta Subirou, il-Madonna tatha ċ-ċans li tkun ħaġa waħda ma’ dawk li qed isofru ħtija ta’ ħaddieħor. Mela t-tieni (kelma importanti) hija t-tbatija mgħixha fid-dawl tal-Mulej Ġesù, qatt ’il bogħod mill-Mulej Ġesù. Alla jagħżel liż-żgħar It-tielet ħsieb li xtaqt li naqsam magħkom huwa kif Alla l-Imbierek, l-affarijiet l-aktar importanti dejjem jafda lil persuni żgħar: lil persuni li l-ebda immaġinazzjoni umana ma kienet tagħżilhom biex iwasslu messaġġ daqshekk importanti. Alla dejjem jimxi bl-istess mod fl-istorja. L-iktar li niftakru hu f’Sidtna Marija. Fejn sabha l-Mulej Ġesù? Kienet 36


tfajla li ma kien jaf biha ħadd, f’Nazaret li ħadd ma kien jaf bih: assolutament xejn. Kienet persuna li ma kienet xejn. U mix-xejn ħarġet it-tħabbira tat-twelid tal-Mulej Ġesù. Hekk ġara ukoll fil-ġrajja ta’ Lourdes. Bernadetta Subirou kienet marida, għal diversi drabi, meta kienet żgħira. Kienet ukoll fuq ix-xifer tal-mewt; saħansitra kienu għamlulha l-Griżma. Bernadetta lanqas ilkatekiżmu ma kienet taf, għaliex kienet persuna li minħabba l-mard ma tantx setgħet tikteb jew tagħmel ħwejjeġ simili. Bernadetta ġiet minn Massabielle – min qatt sema’ b’Massabielle? Lanqas b’Lourdes ma kienu jisimgħu n-nies, aħseb u ara b’Massabielle! Il-Mulej ma għażilx xi belt kbira, fejn naħsbu li hemm affarijiet kbar; għażel proprju xi ħaġa żgħira. Il-Mulej għażel il-fqajra Berdanetta Subirou, li kellha togħma saħansitra tal-ħabs – minħabba li missierha kien midjun u allura kien spiċċa l-ħabs, bħalma kienet id-drawwa dak iż-żmien. Għażel lilha biex twassal ilmessaġġ. Dgħufija u qawwa It-tielet kelma: ejjew inħarsu lejna nfusna u lejn dawk ta’ madwarna millgħajnejn tal-Mulej. L-għajnejn tal-Mulej huma li fejn hemm iż-żgħir, hemm il-kbir. Fejn hemm dawk li huma dgħajfa, hemm il-qawwa ta’ Alla. Ejjew nibdew nirraġunaw differenti mid-dinja ta’ min ma jemminx: kif iħares Alla l-Imbierek lejn ir-realtà tagħna, li fl-umiltà, fix-xejn, il-Mulej ikun kapaċi jidher ħafna iktar. Jalla, aħna lkoll, dawk minna li forsi se jagħmlu l-pellegrinaġġ f’Lourdes din is-sena, u anki dawk li le, ningħaqdu fi spirtu wieħed... li l-Madonna ta’ Lourdes timliena bil-faraġ, biex nagħtuh lil ħaddieħor, lil dawk li għandhom bżonn il-faraġ u l-għajnuna, u lil dawk li se jagħtu l-għajnuna. Jalla lkoll ngħixu dan, fid-dawl tal-Mulej Ġesù, kif urithulna Sidtna Marija. Il-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid

37


Id-Diskors ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. F’laqgħa mal-lajċi impenjati fl-okkażjoni ta’ Jum il-Lajċi Nsara 2009 – it-13 ta’ Frar 2009

Biex lajk jagħmel il-mixja kollha Nixtieq nuri l-apprezzament tiegħi għal din is-serata li għamilna flimkien għaliex fiha, b’diversi modi, bit-talb u bir-riflessjoni aħna stajna niġu iktar qrib ta’ dak li aħna: persuni mgħammdin fis-servizz tal-Mulej. Jien għamilt mistoqsija: kif ikun lajk komplut, li jagħmel il-mixja kollha? Ħriġt ħames punti. Se nsemmihom wara xulxin biex imbagħad tkunu tistgħu tirriflettu fuqhom fid-diversi realtajiet tagħkom. Il-magħmudija u l-presuppost tal-ġenituri L-ewwel pass, fil-każ ta’ Malta, għax f’pajjiżi oħra jista’ jkun differenti, huwa l-magħmudija. Għandek il-presuppost tal-ġenituri: magħmudija vera li permezz tagħha l-ġenituri jieħdu r-responsabbiltà fuq spallejhom li huma jrabbu, għall-inqas fl-ewwel snin, lil uliedhom. Din hija importanti għal żewġ raġunijiet. Fl-aħħar Sinodu tal-Isqfijiet, kien hemm Isqof minn pajjiż li għadda minn perijodu ta’ persekuzzjoni li qal li meta neħħewlhom kollox, u ma kien baqgħalhom la knejjes u lanqas saċerdoti, l-unika ħaġa li kien għad fadlilhom kienu l-istejjer żgħar mill-Iskrittura u t-talbiet li kienu jgħallmuhom il-ġenituri; xejn iktar. B’dak żammew il-fidi. 38


Qed ngħid dan b’mod speċjali għal-lajċi f’familja. It-tieni ħaġa, jista’ jiġrilna bħall-Iben il-Ħali. Min jitbiegħed, jista’ jgħaddi mill-istess esperjenza li għadda hu meta rrifletta: “kemm kont tajjeb; kemm kelli esperjenza sabiħa meta kont ma’ missieri!” Hemm il-presuppost ta’ dak li tkun ħadt, li jerġa’ jiġi meta inti titbiegħed minnu u tħoss il-vojt; u għandek il-presuppost fuq xiex tagħmel din il-mixja. Laqgħa personali ma’ Ġesù It-tieni punt – qed nitkellem fuq x’naħseb li huma l-punti prinċipali fillajk Nisrani – hija laqgħa personali ma’ Ġesù. Illum trid tkun taf lil Ġesù u mhux tkun taf fuq Ġesù. Fil-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna hemm mument – li jien ngħidlu il-mument tattrasfigurazzjoni – li fih dak li jkun jiltaqa’ mal-Mulej Ġesù. Qiegħed jew qiegħda hawn għaliex kellek mument qawwi li fih iltqajt ma’ Ġesù u ridt tkompli fil-mixi tiegħu. Allura b’dan il-mod tkun qed tgħix dak li għex Indri meta qal: “sibna l-Messija”. Imbagħad tkun tista’ titkellem. Indri qal ‘sibna’, mhux ‘smajna’... sibna l-Messija jiġifieri kellu laqgħa personali ma’ Ġesù. Nimxi wara Ġesù It-tielet hija d-deċiżjoni li nimxi wara Ġesù. Huwa ċar li fis-soċjetà tallum, din hija challenge bħalma kienet dejjem. In-Nisrani ma jibżax, u din trid tkun deċiżjoni konxja. Ma nistax nibqa’ nserraħ rasi għaliex darba tgħammidt. Min ma ħax deċiżjoni personali, konxja, li jimxi wara Ġesù, x’aktarx li f’xi mument se jsib lilu nnifsu vojt. U d-deċiżjoni li timxi wara Ġesù trid tkun iċċentrata fuq il-Kelma ta’ Alla. Ħaġa oħra li rriflettejna dwarha matul is-Sinodu tal-Isqfijiet kienet li aħna m’aħniex persuni tal-‘ktieb’, imma aħna persuni tal-‘Kelma’. Dan għaliex mhux il-ktieb ġie l-ewwel, mhux il-Bibbja! L-ewwel kien Ġesù. jiġifieri kien hemm il-Kelma... meta Ġesù beda jitkellem. Imbagħad, din il-Kelma, inkitbet. L-Ispirtu s-Santu kien jaf li aħna nitfixklu bittradizzjoni biss. Allura nkitbet, biex imbagħad terġa’ ssir Kelma fina. 39


Dan iwassalna għal punt ieħor: “ejja warajja... ejja u ara”. Din is-sejħa hi ċċentrata fil-kelma. F’xi mument aħna rridu nibdew nirraġunaw bħal Ġesù. Jekk ma nafx il-kelma, kif se nirraġuna bħal Ġesù? Pereżempju, kif se naraw lin-nies ta’ madwarna. Jekk ma qrajtx il-kelma, nasal biex ngħid li ma narax ix-xbieha ta’ Alla f’dik il-persuna, hi x’inhi – antipatika, kontra l-Knisja, tippersegwita l-Knisja – l-aħħar kelma tiegħi ma tkunx bħal dik ta’ Ġesù. Il-kelma ta’ Ġesù hija li dik il-persuna, minkejja kollox, hi bint Alla, xorta hija xbiegħa tiegħu. Din il-kapaċità tista’ tasal għaliha biss permezz tal-kelma. Ftakru li Ġesù dam tliet snin, bil-paċenzja, jipprova jbiddel il-mod ta’ ħsieb tal-Appostli! Inklużjoni fil-komunità tal-Knisja Ir-raba’ punt hu l-inklużjoni fil-komunità tal-Knisja. Illum, ir-realtà tagħna hija li rridu nħarsu barra minna u nistennew ilmument fejn ħaddieħor jitlobna, wara li jkun sab lil Ġesù, biex jerġa’ jinkludi ruħu fil-komunità tal-Knisja. Xi tfisser din l-inklużjoni fil-komunità tal-Knisja? Naħseb li tfisser tliet affarijiet. L-ewwel nett, il-bniedem ikun wasal biex ma jiddejjaqx jintgħaraf. Hemm komunità biex tifred – mhux fis-sens ikrah tal-kelma – biex tifred lil dawk li hemm barra minn dawk li hemm ġewwa. Fil-każ tagħna, tiddistingwi biex ikollok iżjed x’tagħti; ma tistax tifred għax ‘huma inqas minna’. Hi kwistjoni ta’ identità, li tibda tintgħaraf. Meta persuna ħasset li trid tinkludi ruħha fil-komunità, trid li jkollha identità fi ħdan il-komunità. It-tieni, huwa importanti, f’dan il-kuntest, li l-komunità parrokkjali tipprepara kif se tilqa’ u tagħti esperjenza ta’ komunità [lil persuni li hemm barra]. Din hija waħda miċ-challenges kbar tagħna. Hemm bżonn li naraw kif nippreparaw lilna nfusna biex dawk li se jirritornaw – jekk il-Bambin irid – u jitolbuna biex jerġgħu jidħlu fil-komunità, 40


mhux ngħidulhom: “u iva, inti mur il-quddies fil-massa”. Le; aħna rridu nagħtuhom esperjenza ta’ komunità. Nibnuhom fil-parroċċi; jgħinuna l-movimenti. Dan mhux bħala movimenti, imma bħala qaddejja talKnisja kollha. Mela mhux għalihom, imma biex lill-oħrajn iwassluhom biex ikollhom esperjenza ta’ komunità. It-tielet: f’dik il-komunità li jkollhom esperjenza fiha, jeħtieġ ikollhom riskoperta tas-sagramenti, din id-darba b’mod adult; skoperta ta’ x’jiġifieri tirċievi l-Ispirtu s-Santu fil-Griżma. Tiftakru li fil-Vġili ta’ Pentekoste tas-sena l-oħra aħna lqajna b’ferħ persuni li reġgħu sabu l-Ispirtu li qed ikellimhom: riskoperta tas-Sagrament tal-Penitenza, riskoperta tal-quddiesa bl-Ewkaristija. F’dan il-punt, naħseb li jkunu skoprew dak li l-Mulej Ġesù qal fl-Aħħar Ċena. Il-Mulej Ġesù ħallieha għall-aħħar, għal meta tahom l-Ewkaristija: “minn dan jagħrfukhom li intom dixxipli tiegħi, jekk tħobbu lil xulxin bħalma ħabbejtkom jien.” Hemmhekk issir riskoperta tal-komunità bħala komunità ta’ mħabba. Parti mill-missjoni tal-Knisja L-aħħar pass huwa li ssir parti mill-missjoni tal-Knisja. F’dan il-kuntest, tkun skoprejt dak li Ġesù verament ħalla għall-aħħar nett: l-Axxensjoni. Meta kien se jitla’ s-sema, lill-Appostli qalilhom: “morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-Tajba.” Fil-fatt, kellhom jiskopruha fil-Pentekoste, imma l-aħħar kelma kienet din. Allura l-ħames punt huwa meta inti tiskopri l-Axxensjoni tal-Mulej: tela’ s-sema, li jfisser issa f’idejna. Fis-Sinodu Djoċesan issemma x’inhu r-rwol tal-lajċi: il-lajċi huma l-Knisja f’nofs is-soċjetà – hekk hemm miktub – u s-soċjetà f’nofs ilKnisja permezz tal-lajci, li għandhom sejħa partikolari. F’dan il-kuntest, naħseb li nkunu qegħdin nagħmlu dak li qalilna l-Konċilju Vatikan II: li l-istorja tagħna trid tkun ingastata mal-istorja tad-dinja. Qabel il-Konċilju Vatikan II, qisu konna nifirduhom: id-dinja 41


miexja u l-Knisja miexja. Il-Konċilju qalilna li mhux hekk. Ovvjament, il-Konċilju ma bbażax it-tagħlim tiegħu fuq xi ħaġa fl-ajru, għax Ġesù ġie fid-dinja. L-istorja tiegħu bħala bniedem għamilha ħaġa waħda mad-dinja. Kif nistgħu aħna ngħixu l-ħajja għalina waħedna u ma nagħmluhiex ħaġa waħda ma dik li hija d-dinja? Jekk nagħmlu dan, inkunu wasalna li nifhmu x’jiġifieri l-ġisem ta’ Ġesù li ġie biex jgħammar fostna. Nistedinkom biex dawn il-ħames punti nippruvaw nirriflettu fuqhom fid-diversi realtajiet tagħna. Is-Sala tas-Soċjetà tad-Dutrina Nisranija (MUSEUM), il-Blata l-Bajda

42


Id-Diskors tal-għeluq minn Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. f’seminar dwar iċ-ċelebrazzjoni tal-festi esterni – l-14 ta’ Frar 2009

Missjoni ta’ Edukazzjoni u Infurzar L-ewwel nett, nirringrazzja lill-Kulleġġ tal-Kappillani li organizza dan is-seminar. Nirringrazzja wkoll lill-entitajiet kollha li aċċettaw l-istedina biex jiġu għal dan is-seminar u ġew jagħtu l-kontribut tagħhom. Nistgħu ngħidu li l-ideat ġenerali huma komuni. Naħseb li l-festi għandhom tliet aspetti differenti: l-aspett kulturali, l-aspett soċjali u l-aspett reliġjuż. L-aspett kulturali Dwar l-aspett kulturali naħseb li s-soċjetà Maltija, u anki l-Knisja, għandhom ħafna x’jirringrazzjaw lil dawk kollha li jagħtu sehem filfesti. Għandna, pereżempju, it-tiżjin, fejn l-arti hija xi ħaġa tal-għaġeb. Għandna l-mużika, fejn min jaf kemm hemm bandisti li bdew idoqqu l-mużika għaliex kienu jingħataw il-lezzjonijiet b’xejn. Għandna l-logħob tan-nar, fejn smajna li x-xogħol ġie rikonoxxut anki barra minn Malta. Dan kollu huwa għall-vantaġġ ta’ Malta. Ninvestu ħafna enerġija fuq ilparti kulturali.

43


Naħseb li llum, dak li ppruvajna ngħidu huwa li rridu nagħtu ħafna enerġija wkoll fuq l-aspett soċjali u reliġjuż tal-festi, għax m’aħniex nagħtu biżżejjed enerġija f’dan ir-rigward. L-aspett soċjali Naħseb li l-aspett soċjali tal-festi jrid jgħaqqad lill-poplu Malti. Naħseb li l-aspett soċjali ta’ kull post, ta’ kull raħal, għandu jgħaqqad u mhux jifred. Allura naħseb li tweġġa’ meta tisma’ li l-festi f’isem il-qaddisin, il-festi reliġjużi, huma l-iktar ħaġa li l-pulizija u l-kappillani jibżgħu minnhom. Naħseb lanqas meta jkollok logħba futbol ma jkollok biża’ daqskemm ikollok f’festa reliġjuża, f’dik li hi l-parti soċjali. Naħseb li l-pulizija lanqas meta jkollhom xi rock festival ma jinkwetaw daqskemm jinkwetaw meta jkun hemm festa reliġjuża, fil-parti soċjali tagħha. Din hija ta’ mistħija għalina: issib piki, tgħajjir u affarijiet oħra negattivi li huma ħwejjeġ antisoċjali. Din mhix kwistjoni li l-festa tkun waħda reliġjuża. Din hija ħaġa li tolqot lil kull festa. Is-soċjetà trid tistħi jekk dawn l-affarijiet għadhom isiru, għax juru li hemm xi ħaġa li fiha rridu nikbru. Ngħid xi ħaġa pożittiva li jiena qed nipproponiha meta mmur f’każini u postijiet simili. Dawk li jaħdmu fil-festi tant għandhom enerġiji, li qed jagħtu sehem fliżvilupp soċjali u uman tal-post fejn qegħdin. Pereżempju tmur f’każin, tiltaqa’ maż-żgħażagħ tal-festi u juruk il-programm kulturali li jkunu ħejjew. Ma jkun hemm xejn ħażin. Biss jien nagħmel il-mistoqsija: “u soċjalment?” Imqar issir attività soċjali darba fis-sena fejn tingħata għajnuna lill-oħrajn. Meta tmur fil-każini, tistagħġeb kemm issib volontarjat. Nipproponi li parti minn dan il-volontarjat jibda jiċċaqlaq daqsxejn biex ikun soċjali fis-sens wiesgħa, mhux għall-festa biss, imma fil-kuntest iktar wiesgħa tal-post fejn qed ngħixu. 44


L-aspett reliġjuż It-tielet aspett ta’ kull festa hu dak reliġjuż: il-mod ta’ kif niċċelebraw il-festa. Jiena darba għamilt daqxejn ta’ paragun. Irridu jew ma rridux, it-togħma tal-festa huwa qaddis jew qaddisa. M’hemmx x’tagħmel: il-festa suppost qed nagħmluha ad unur il-qaddis. Allura jekk inti se tagħmel festa lil xi ħadd, ma tridx tara x’jogħġob lilu u tagħmel festa għalih? Ma tridx tara x’jogħġob lilek! Aħna spustjajna l-fatt minn fejn bdew il-festi, jiġifieri li jagħtu glorja lill-qaddis li jkun qed jiġi ċċelebrat, u bdejna nagħmlu dak li jogħġob lilna. Jiġifieri bdejna mmorru kontra dak li suppost tkun il-festa! Hemm ċerti attitudnijiet li jmorru kontra dak li suppost tkun festa reliġjuża – bħal piki u kliem ħażin – li ma jagħmlux sens, l-iktar fl-isfond ta’ festa reliġjuża. It-tieni ħaġa – li rridu nirriflettu fuqha wkoll bħala Knisja ma’ dawk li jagħmlu l-festi – hija kif se nagħmlu biex il-festi wkoll jidħlu fil-kuntest kollu ta’ dik li hi l-missjoni tal-Knisja. Fi kliem ieħor, rridu naraw kif il-festi jistgħu jgħinu biex il-fidi tikber iktar u biex iċ-ċelebrazzjoni talfesta reliġjuża tkun tassew waħda Nisranija. Irridu naraw kif se nagħmlu biex iż-żgħażagħ fil-gruppi taċ-ċelebrazzjoni tal-festa ngħinuhom jikbru wkoll fil-fidi. Ma nistgħux ma npoġġux il-mistoqsija: ‘kif se jikbru fil-fidi dawn iż-żgħażagħ?’ Lil dawn iż-żgħażagħ nistgħu nrawmuhom ukoll fuq dan, bħalma nrawmuhom fl-aspett kulturali. Għalhekk qed ngħid li l-enerġija rridu nispustjawha daqsxejn anki fuq dawn l-oqsma. Riflessjonijiet-proposti Xtaqt nagħmel ukoll xi riflessjonijiet oħra. L-ewwel nett, nixtieq nistaqsi jekk nistgħux nagħmlu mission statement tal-festi tal-qaddisin: mission statement dwar x’għandha tkun festa li hija festa reliġjuża. 45


It-tieni, naħseb li minna lkoll trid toħroġ stqarrija; minna lkoll li nagħrfu l-valur pożittiv tal-festi. Din l-istqarrija niffirmawha flimkien u nidhru li ninsabu flimkien ħalli hekk ikun hemm ukoll sors [dokument] li jkun komuni. It-tielet ħaġa, dak li jsir irid ikun on-going, billi barra li toħroġ stqarrija jkollna wkoll kummissjoni jew kumitat żgħir li jirrappreżenta lil kulħadd u dan ikompli jimmoniterja dak kollu li jkun qed isir u jgħin lill-kappillani, lil min hu responsabbli li jagħmel il-liġijiet u lill-pulizija fix-xogħol tagħhom. Naħseb li lkoll irridu naħdmu flimkien. Il-missjoni tagħna hija doppja. Parti minn din il-mixja trid tkun proċess ta’ edukazzjoni; jien nemmen ħafna li trid tkun proċess ta’ edukazzjoni. Imma l-edukazzjoni trid tkun imsaħħa wkoll b’infurzar kif meħtieġ, maħsub ukoll biex wieħed jgħallem. Is-Sala Parrokkjali, is-Swatar

46


Intervista ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. Mogħtija lil Radju RTK wara seminar dwar il-Festi – l-14 ta' Frar 2009

Lejn Festi Iktar Insara Eċċellenza, smajna f’din il-laqgħa li l-festi jġibu tensjoni fil-kappillani u b’effett ukoll, konsegwenza fuq il-pastorali. Kif tħares lejn din int? L-ewwel nett irridu naraw x’inhu l-pastorali. Pastorali hija li għandek komunità Nisranija li trid tagħti xhieda ta’ Kristu ħalli minn hemm barra minnha, ikun jista’ jimxi wara Kristu, nimxu lkoll warajh. Il-festi jridu jsibu posthom ukoll f’dan il-kuntest. Hemm xi festi li jsiru b’mod sabiħ. Meta fil-festi joħorġu affarijiet li huma anti-Kristjani, bħal kliem ħażin u tgħajjir lil xulxin, ovvjament dan il-pjan pastorali jiġi mfixkel u l-kappillan ikun jeħtieġ jidħol fil-festa għaliex irid ikun responsabbli. Ovvjament il-kappillan ikollu jidħol bejn il-piki. Din hi kollha enerġija li jista’ jużaha xi mkien ieħor f’dik li hija pastorali ħalli l-missjoni ta’ Kristu timxi aktar ’il quddiem. Il-proposta tiegħi hi l-kontra: dawk li jorganizzaw il-festi, li jħobbu verament il-festi, dawk li għandhom il-fidi biżżejjed biex iħarsu lejn il-festi mill-lenti tal-fidi, dawn iridu jagħmlu l-mistoqsija: aħna kif se ngħinu lill-Knisja taqdi l-missjoni tagħha, filpastorali? Mhux kif ifettilli jien, imma kif suppost taqdiha pastoralment. Suppost li l-festa tkun xi ħaġa li matul is-sena tkun qed tħejji għaliha; mhijiex ħamest ijiem u daqshekk biss. Hija ċelebrazzjoni ta’ Nsara li qed jagħmlu mixja mal-Knisja u f’xi mument qegħdin jiċċelebraw dawn ilfesti. 47


Tqis li dawk il-festi li għandhom element ta’ pika u li ħafna drabi jħarrbtu u ma jagħtux din il-bixra ta’ Nsara, għandhom jibqgħu isiru? Is-seminar għalhekk sar. Aħna għidna li ma tistax timmaġina Knisja li qiegħda fil-Mediterran, Knisja Maltija, li ma tesprimix minn barra dak li qed tħoss ġewwa. Aħna nemmnu li hemm post għall-festi. Aħna li rridu nagħmlu hu li nippurifikaw dak kollu li mhuwiex aċċettabbli. U jien hawnhekk semmejt tliet punti. Kulturalment, niżżuħajr ’l Alla, qed isir ħafna ġid. Irridu nagħtu ħafna iktar enerġija fl-aspett soċjali, allura s-soċjetà Maltija m’hix tibża’ mill-festi anzi tifraħ li hi festa reliġjuża. U rridu nisħqu fuq l-aspett reliġjuż: li dawn il-festi għandhom jikkontribwixxu għal dan l-aspett reliġjuż... inpoġġu ħafna iktar enerġija hemmhekk. Allura mbagħad il-festi nkunu nistgħu nifirħu bihom anki għaliex qed jagħtu dan il-kontribut lis-soċjetà. Fl-aħħar nett. Il-pass li jmiss, wara l-laqgħa tal-lum, x’se jkun mil-lat talawtoritajiet ekkleżjastiċi? Jien ipproponejt tliet affarijiet. Għidt l-ewwel irridu naħdmu biex ikun hemm daqsxejn ta’ mission statement. Waħda mill-mistoqsijiet li saru, kienet: imma x’inhi festa reliġjuża? Għalhekk irridu nagħmlu mission statement: x’naħsbu li hi festa reliġjuża. It-tieni hija li jrid ikun hemm stqarrija mingħand dawk kollha involuti. Aħna llum kellna rappreżentati kważi dawk kollha li għandhom x’jaqsmu mal-festi. Irridu nagħmlu stqarrija flimkien; li tkun ċara li ħierġa minn kulħadd. Waħda mit-tentazzjonijiet hi l-frammentazzjoni: int tgħid tiegħek, jien ngħid tiegħi, u l-ieħor jgħid tiegħu... Allura jrid ikun hemm stqarrija flimkien: il-Knisja u dawk kollha involuti. It-tielet ħaġa hija li trid tkompli. Biex tkompli jien ipproponejt li jkun hemm kummissjoni żgħira li tkun qed tirrappreżenta dan kollu. Tkun kummissjoni li tagħti każ tal-festi u tipproponi x’għandu jsir, imma trid tkun xi ħaġa fejn jiltaqgħu regolarment. 48


Intervista ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. Mogħtija lill-gazzetta Kullħadd (L-1el parti) – it-22 ta’ Frar 2009

Sentejn fit-tmexxija tal-Knisja f ’Malta Eċċellenza issa ilek sentejn fit-tmexxija tal-Knisja f’Malta. Kif tħares lura lejn l-esperjenza ġdida u kif tara l-isfidi ’l quddiem? Ovvjament inħares lejha bħala esperjenza, l-ewwel nett, bħala esperjenza li ma fittixtx jiena; ġejt magħżul minn fuq. Kultant bħala bniedem dejjem tagħmel il-mistoqsija, “għaliex jien?” Imbagħad wara trid tgħid lill-Mulej: “ladarba int għażiltni, allura jiena nagħmel il-parti tiegħi.” Inħares lejn l-ewwel żmien li kelli, l-ewwel xhur, kien żmien li fih kelli nitgħallem ħafna affarijiet, għax jien ma kontx ġej mid-dinja talamminstrazzjoni tal-Knisja, pjuttost mid-dinja pastorali. Fit-tieni fażi ovvjament imbagħad tibda tanalizza dak li tkun tgħallimt, tagħmlu tiegħek anki biex imbagħad tieħu d-deċiżjonijiet li taħseb li jkunu l-aħjar biex il-Knisja taqdi l-missjoni tagħha fis-soċjetà, fil-kultura f’Malta li qed ngħixu llum. Naħseb hemm diversi sfidi. L-ewwel sfida għall-Knisja hija li bħalma dejjem għamlet, tfittex li tidħol iktar fil-fond f’dik li hija l-għajxien talfidi. Minn dan toħroġ l-isfida li jkun hemm distinzjoni ċara bejn il-fidi u dik li ngħidulha r-reliġjon. Ir-reliġjon trid toħroġ mill-fidi tal-bniedem. It-tentazzjoni tkun li matul iż-żmien mingħajr ma nkunu nafu, ir49


reliġjon li hija xi ħaġa li tidher, xi ħaġa li tagħmel, jista’ ma jkollhiex biżżejjed fundament ta’ fidi. Illum ngħidu hemm differenza bejn il-fidi u l-prattika. Naħseb li din hi sfida li teżisti f’kull post u eżistiet f’kull żmien. Fi żmien San Pawl – aħna qegħdin fis-Sena Pawlina – din kienet l-iktar ħaġa li lilu kienet tisfidah, tinkwetah. Naħseb li din hija l-iktar ħaġa li għandna nfittxu: x’inhi l-fidi awtentika? Xi tfisser li jiena Nisrani fi ħdan il-Knisja u l-mod kif inġib ruħi. Imbagħad mit-tweġiba joħroġ il-mod kif se ngħixu l-fidi flimkien... din hija r-reliġjon. Sfida oħra hi l-kontribut li l-Knisja trid tagħti anki fl-etika tagħha lissoċjetà. Nippretendi li llum waħda mill-iktar sfidi kbar hija l-istabbilità fil-familja; L-istabbilità fil-familja għaliex is-soċjetà kollha tbati jekk ma jkunx hemm stabbilità. Stabbilità fil-familja tfisser li rridu ngħinu anki liż-żgħażagħ biex jieħdu deċiżjonijiet tajbin, irridu b’xi mod jew ieħor nagħtu anki l-ħsibijiet ta’ x’inhu li jagħmel stabbilità. Il-familja jrid ikollha l-valuri li wieħed irid jgħix. Naħseb jekk ikollna iktar stabbilità fil-familja, ikollna iktar stabbilità fit-trobbija, fiż-żgħażagħ u anke fissoċjetà. Waħda mill-isfidi hi wkoll fil-mod kif il-Knisja twassal il-messaġġ. tagħha. Kif taraha din l-isfida? U anki, forsi punt żgħir, kien hemm anki t-televiżjoni l-istazzjon UTV li kellu x’ jaqsam ukoll, li b’xi mod jew ieħor ukoll kien jgħin biex il-Knisja forsi twassal il-messaġġ? Huma żewġ affarijiet li huma differenti, mhux hekk! Il-Knisja hi konxja li fid-dinja ta' llum, l-iktar qawwa li għandha l-Knisja hija l-leħen, fissens kif twassal il-leħen. U hija sfida għaliex qed ngħixu f’dinja ta’ ħafna ilħna, qegħdin fil-pluraliżmu; allura rridu nsaħħu l-mod kif nistgħu nwasslu anke dan il-messaġġ. Sfida kbira hi li nippruvaw nidħlu ġewwa l-mezzi ġodda ta’ komunikazzjoni soċjali; allura qegħdin naħsbu kif nistgħu nidħlu fiha. Jien ħtart delegat ġdid tiegħi għal dik li hija l-komunikazzjoni tal-Knisja li huwa Fr Charles Tabone. 50


Naħseb it-tieni sfida, [kif il-Knisja twassal il-messaġġ] m’għandhiex x’taqsam eżatt mal-medja, imma mal-għajxien tal fidi Nisranija. Naħseb li rridu nwasslu lil ħutna l-Insara jagħrfu li filwaqt li bil-magħmudija inti tkun sirt Nisrani, imma ma tkunx Nisrani sħiħ jekk ma tgħix ilmagħmudija tiegħek mhux biss meta tisma’ l-kelma imma meta xxandar il-kelma ta’ Alla. Dan huwa sinjal li aħna nagħtu lil kull Nisrani filmagħmudija. Jeħtieġ li ħafna iktar Insara jkunu konxji li fuq ix-xogħol, u f’dawk il-mezzi li semmejna, iridu jsemmgħu leħinhom b’ħafna mħabba u b’ħafna konvinzjoni... u anki persuna ma’ persuna, għaliex l-iktar kuntatti li jkollna huma mal-ġirien, mal-membri tal-familja, mal-kollegi fuq il-post fejn inti taħdem. In-Nisrani jrid ikun konxju li b’xi mod jew ieħor irid iwassal il-messaġġ. Il-UTV kienet inizjattiva ta’ Dun Ġwann Farrugia; ma kinitx inizjattiva tal-Knisja. Fuq it-televiżjoni, il-Knisja dejjem kellha dubju għandux ikun hemm TV tal-Knisja. L-isfida kbira tagħna hija li nwasslu l-messaġġ mhux għal dawk biss li kapaċi jiftħu meta jafu li hemm TV tal-Knisja, imma anki għal dawk li huma barra. Naraw ftit jekk bit-TV Unit nistgħux inwasslu, anki fuq il-mezzi l-oħrajn tal-komunikazzjoni soċjali li diġà jeżistu, messaġġ pożittiv favur is-soċjetà u ovvjament dak li tgħallem u tixtieq l-Knisja. Kif taraha l-problema li għandek numru ta’ Kattoliċi li ma jmorrux ilquddies u anki li ċerti żgħażagħ li jiddikjaraw ruħhom li: “ jiena Nisrani imma tgħidliex immur il-quddies”. Jiġifieri il-Knisja kif qed tara li forsi dawn tressaqhom ukoll lejn il-Kelma ta’ Alla? Jista’ jkun li dawn jgħixuha però ma jisimgħuhiex? Irridu nwasslu l-kelma li inti, verament, meta titgħammed ma tgħammidtx biss biex tkun tgħammidt, imma biex tkun parti mill-Knisja u tagħmel il-mixja mal-Knisja. Biex tagħmel mixja mal-Knisja trid tkun b’xi mod marbut magħha, timxi magħha. Ma jkunx jagħmel sens li jien għandi klabb tal-futbol u qatt ma ninteressa ruħi mmur il-grawnd. Ikun hemm xi ħaġa li tistona. Irridu nikkonvinċu lill-Insara li dak li jkun jista’ jissejjaħ Nisrani 51


komplut, sħiħ, jekk qed jagħmel mixja fil-Knisja... ikun qed jagħmel mixja wkoll f’dak li huwa l-appostolat, dak li hu t-tixrid tal-kelma ta’ Alla. U naħseb li dan hu li rridu nwasslu permezz tal-kelma tagħna, permezz tależempju tagħna. Naħseb li din hija sfida, biex ngħid hekk. Jiena npoġġiha f’dan id-dawl: f’xi mument in-Nisrani ma jistax jikkuntenta ruħu biss għaliex kulturalment huwa parti mill-Knisja Kattolika, jiġifieri għax ilkultura hija hekk. F’xi mument irid jagħmel għażla personali. Meta jasal għaliha? Jista’ jkun wara kriżi. Jista’ jkun għax f’daqqa waħda skopra xi ħaġa. Biss, in-Nisrani jrid jagħmel għażla konxja. Jgħid dak li rċevejt fil-magħmudija, sar sagrament tiegħi, jiena naċċettah u nibqa’ miexi. Sakemm ma jkunx għamel hekk, forsi jkun fuq il-qoxra tal-Knisja, imma ma jkunx daħal fil-qalba ta’ dik li hija l-missjoni tal-Knisja. Persuna li hija favur id-divorzju, li hija gay friendly u li temmen li l-gays għandhom ikollhom id-drittijiet li għandhom nies oħrajn, u taqbel malkontraċettivi... jiġifieri persuna li taqbel ma’ dawn it-tlieta... din għandha post fil-Knisja li qed tmexxi? Post għandha dejjem u se tibqa’ dejjem maħbuba mill-Knisja. Ħadd mhu se jkeċċiha mill-Knisja. Qed nitkellmu iktar fuq il-persuna fiha nnfisha. Nispjega. Kif jista’ jkollok Nisrani li jaqra x’qal Sidna Ġesù Kristu fuq iż-żwieġ u l-permanenza fiż-żwieġ, imbagħad min-naħa l-oħra jaqbel mad-divorzju? Jiena nsibha ħafna diffiċli. Jiġifieri ara ftit minn xiex irid jgħaddi fil-kuxjenza tiegħu. Jekk għandek wieħed favur l-ambjent, taf li se jivvota favur l-ambjent. Tħossha diffiċli kif bniedem jiġi in terms miegħu nnifsu biex jgħid li jimxi wara l-Mulej u jiġġustifika li hu jaċċetta d-divorzju... tista’ tkun kwalunkwe ħaġa oħra li Ġesù għallem dwarha. Insibha diffiċli ħafna! Inpoġġiha fuq dak il-livell, iktar fuq il-livell talpersuna kif se ssib ġustifikazzjoni… fuq ħafna issues. Dwar dak li hu l-aġir, sesswali, nagħmlu l-istess argument imma filkuntest ta’ dak li tgħallem il-Knisja. U l-Knisja, it-tagħlim tagħha ħaditu mingħand Ġesù, jiġifieri li Alla l-Imbierek ħalaq raġel u mara, u għamilhom xbieha tiegħu. Dan qiegħed fil-Kelma ta’ Alla, u aħna ma nistgħux ma nippritkawhiex; il-Knisja ma tistax ma tippritkax dak li qal 52


il-Mulej Ġesù. Inkella, forsi tkun qed tiġbed iktar nies, imma żgur mhux qed tiġbed lill-Mulej Ġesù. Anki fuq kwistjoni ta’ kontraċettivi. Hemm il-mod ta’ kif wieħed jgħixha kuljum, imma hemm ir-raġuni għaliex il-Knisja tara ċertu periklu anki fil-mentalità kontraċettiva. Il-mentalità kontraċettiva tifred kemm, biex ngħid hekk, l-aġir sesswali mill-fatt tar-riproduzzjoni u tifred ukoll irriproduzzjoni mill-imħabba ta’ żewġ persuni. Jiġifieri nkun qed ngħid: “l-aqwa li għandi tarbija, la rrid nagħtiha stabbilità, ma jinterassanix, l-aqwa li jrid ikolli tarbija”. Il-Knisja meta poġġiet dak il-ħsieb, dik irriflessjoni [fittxet li turi rabta bejn żewġ affarijiet]: il-ġibda sesswali li tahielna l-Mulej u li qiegħda ġewwa fina; it-tieni hija xi ħaġa li npoġġiha f’idejk u ssir stabbli anki għaliex nemmen li minn dan irridu joħorġu t-tfal u t-tfal għandhom bżonn stabbilità. Il-Knisja tipproponi dan ilmudell; noqogħdu attenti, ma nifirduhomx. Issib min jgħidlek li l-kwistjoni tal-kontraċettivi tista’ anki forsi tintuża mill-Knisja, biex turi li qed tiġġedded f’argumenti oħra. Pereżempju minħabba l-kwistjoni reali li jista’ jkollok numru ta’ żgħażagħ li jinqabdu pregnant u jkunu għadhom mhumiex miżżewġin, imbagħad tiġi kwistjoni, problema finanzjarja u għall-pajjiż ukoll bħala piż fuq l-istat... Ħa ngħidu hekk. Il-Knisja tagħti l-messaġġ tagħha bħala riflessjoni għaddinja, imma primarjament hu messaġġ li jrid jgħodd għal dawk li huma tagħha. Jiġifieri int diġà qed tgħid: “il-Knisja ma temminx biss li tnejn, ġuvni u xebba, imorru flimkien, imbagħad jużaw il-kontraċettivi biex ma jkollhomx tfal.” Il-Knisja tgħid: “le dik il-ħaġa għandkom tħalluha għal meta tkunu tant ċerti li tistgħu tipprovdu stabbilità, imbagħad it-tfal jiġu wara”. Ma nistax nimmaġina jien li jkollok żagħżugħ ma jimpurtahx mill-Knisja li tgħidlu: “isma s-sess oqgħod attent kif tużah, imbagħad il-kontraċettivi mhux se jużahom għax hekk tgħid il-Knisja! Hija kontradizzjoni, mhux hekk? It-tagħlim tal-Knisja dwar is-sess u l-kontraċettivi hu riflessjoni li tagħmel il-Knisja. Hu messaġġ komplut. Tipproponih lill-membri 53


tagħha, tgħidilhom: “dak hu l-mudell kif għandkom tgħixu”, forsi binnuqqasijiet, imma dak hu l-mudell. Imbagħad, lis-soċjetà biss tgħidilha: “aħsibha wkoll”. Il-Knisja ma tistax timponi fuq is-soċjetà; tista’ tagħti r-riflessjoni tagħha. Liema hu l-aħjar mudell? Nistaqsi. L-aħjar mudell huwa li tgħid liżżgħażagħ: “morru [ma’ xulxin] kemm tridu imbagħad kultant użaw ilkontraċettivi” jew li tgħid: “le dak [is-sess] huwa xi ħaġa li jista’ jistenna, ħalluh jistenna”? Ovvjament, iż-żgħażagħ qegħdin f’dinja li hi diffiċli ħafna għalihom... trid tara liema mudell trid is-soċjetà. Rigward l-omosesswali xi kultant tħoss li qed ikun hemm wisq kritika lejn il-Knisja meta fil-fatt is-saħħa leġislattiva mhix qiegħda f’idejn il-Knisja? Fis-sens li ċerti nies dejjem jikkritikaw ’il-Knisja rigward kwistjonijiet tal-omosesswali meta fil-fatt il-Knisja għandha l-ideat tagħha, imma finalment mhux il-Knisja tiddeċiedi jekk ikunx hemm, pereżempju, drittijiet aħjar għalihom. Dak huwa l-prezz li l-Knisja trid tħallas. Meta l-Knisja qed tipproponi dak li temmen, ovvjament se jkun hemm il-kritika. Id-deċiżjonijiet flaħħar mill-aħħar iridu jittieħdu mis-soċjetà, imma l-Knisja taqlagħha dejjem għaliex tkompli tipprietka dak li temmen, mingħajr ma toqgħod lura. Min-naħa tagħna, jekk ma nippritkawx dak li qalilna l-Mulej, inkunu qegħdin niġbdu iktar nies, imma żgur li ma nkunux qed niġbdu lill-Mulej.

54


Intervista ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. Mogħtija lill-gazzetta Kullħadd (Parti II) – it-28 ta’ Frar 2009

Il-Festi, San Ġwann u ħwejjeġ oħra Dan l-aħħar tkellimt dwar il-festi. Forsi hemm xi pjanijiet jew miżuri biex iżidu jew jissalvagwardjaw ir-reliġjożità tal-festi? Inti ġejt ġurnata kmieni [l-intervista saret nhar it-13 ta’ Frar u ġiet ippubblikata iktar tard fl-istess xahar] għax għada se jkollna seminar fuq il-festi. Qed nippruvaw [nissalvagwardjaw ir-reliġjożità tal-festi]. Il-Knisja se torganizza seminar fejn se jkunu rappreżentati dawk kollha li għandhom x’jaqsmu mal-festi: kemm dawk li jorganizzawhom, kif ukoll dawk li jieħdu sehem fihom: kemm min-naħa tal-Knisja u tal-kappillan, kemm min-naħa ċivili. Se jkun hemm il-pulizija, se jkun hemm ukoll ilMinistru responsabbli... biex naraw kif fil-festi nistgħu nżommu fihom dak li hu sabiħ. Għaliex ma nimmaġinax pajjiż Mediterran bħalma hi Malta, Sqallija, l-Italja t’isfel – nittamaw li tkun il-fidi, mhux biss irreliġjożità, reliġjożità li toħroġ mill-fidi – li ma jesprimux b’xi mod storbjuż! Nimmaġina li dak [l-istorbju] irid ikun hemmhekk. Imma tul iż-żmien kien hemm ċerti eċċessi, kien hemm ċerti piki li aħna rridu nippruvaw inneħħuhom. Kull sena qed ikolli laqgħa, quddiesa ma’ dawk li jorganizzaw il-festi u hekk nipprova ngħidilhom, li ma nistax nimaġina pereżempju ’l-Madonna tieħu gost li jien kont qed niġġieled ma’ ħaddieħor li jżomm ma’ qaddis ieħor. Ma nistax nimmaġinaha. 55


Wieħed mill-ħsibijiet li kont tajthom kien li jekk jiena se nagħmel party għal xi ħadd nara x’jogħġob lil dak ix-xi ħadd mhux x’jogħġob lili. Jiġifieri jekk int tħobb il-mużika klassika, nibbaża fuq il-mużika klassika. Kif nista’ jien qed nagħmel festa lill-Madonna jew lil xi qaddis u ma jimpurtanix x’jogħġob lilu u nagħmel biss dak li jogħġob lili? Jiġifieri issa nistennew l-outcome ta’ għada?... Il-kwistjoni tal-KonKatidral ta’ San Ġwann. Kellek il-laqgħa anke mal-Prim Ministru, dan l-aħħar. Kif żvolġiet? Kellha saħħa l-le tiegħek u l-le ta’ numru ta’ entitajiet oħrajn? Ħa ngħid hekk għax din se toħroġ ukoll fuq il-medja. Aħna xi ġimgħat ilu ktibna lill-Prim Ministru u għidnielu li aħna m’aħniex konvinti li deċiżjoni kbira bħalma hi din, titħalla biss f’idejn il-Fondazzjoni. Hemm iż-żewġ realtajiet: ir-realtà tal-Gvern u r-realtà tal-Knisja u dawn ma jiġux ikkonsultati jekk jixtiqux din il-ħaġa? Konna diġà tkellimna fuqha. Imbagħad kellna ċ-ċans, erġajna tkellimna, imbagħad sar dak li sar. Aħna bbażajna [l-argument tagħna] fuq hekk, li sirna nafu dwar id-deċiżjoni talFondazzjoni wara li fil-fatt il-Fondazzjoni kienet ipproponietha. Aħna tkellimna iktar wiesa’. Hemm Fondazzjoni li qed tagħmel affarijiet sbieħ għax ir-restawr qed isir verament tajjeb. Imma ma jistax ikun li jkollha tant awtonomija fi proġett kbir u li għandu ħafna implikazzjonijiet bħalma hu dan... din il-Fondazzjoni timxi weħidha mingħajr ma tgħid liżżewġ, biex ngħid hekk, stakeholders, li huma l-Gvern u l-Knisja, qisu ma jeżistux. Diġà konna poġġejna din il-mistoqsija f’ittra li konna bgħatna lill-Prim Ministru, dak il-ħin tkellimna. Ovvjament aktar ma beda jgħaddi ż-żmien, iktar kien hemm firda flopinjonijiet u allura ħassejna li jkun aħjar li jitwaqqaf kollox. Kien hemm ftehim bejnietna li l-ħaġa, aħjar titwaqqaf issa. Għoġobni ħafna anki l-istatement li ħareġ wara l-laqgħa mal-Prim Ministru li kwestjoni bħal din m’għandhiex tifred. Naħseb wasalna għall-aħjar konklużjoni. Damet, imma wasalna għall-aħjar konklużjoni. 56


X’sehem għandha l-Knisja f’deċiżjonijiet importanti li jittieħdu fuq livell nazzjonali? Niftakar f’omelija partikolari li kont għamilt, ilu daqsxejn issa, kien fi żmien meta qamet il-kwistjoni tad-divorzju, fejn int tkellimt fuq is-sehem tal-Knisja fuq tlett livelli. Forsi tispjegaha daqsxejn? Jiena dakinhar kont għedt, sa fejn naf jien kienet waqt il-quddiesa talIndipendenza tas-sena l-oħra u dakinhar kont tkellimt fuq dawn it-tlett livelli. Għidt li l-ewwel, il-livell ta’ qabel tittieħed deċiżjoni, hemmhekk fi stat demokratiku jinstemgħu l-ilħna kollha u hemmhekk il-Knisja żżomm id-dritt li hi tidħol f’dan id-dibattitu, tagħti t-tagħlim tagħha bħala offerta lis-soċjetà. It-tieni livell huwa fuq livell tad-deċiżjonijiet u hemmhekk il-Knisja ma tidħolx. Dan mhux tiegħi; dan il-Papa Benedittu XVI f’ittra tiegħu Deus Caritas est, numri 28-29, kien kiteb hekk: “il-kapaċità ta’ ħajja f’soċjetà mhix ir-responsabbiltà tal-Knisja; hija r-responsabbiltà tal-Istat, ta’ kull ċittadin”. Jiġifieri jekk hu ċittadin mmotivat minn prinċipji Nsara, hemmhekk jidħol fid-deċiżjonijiet. Jekk hu mmotivat minn prinċipji oħrajn, jagħmel hu. Imma hemmhekk filmument tad-deċiżjoni, il-Knisja ma tistax tidħol. Il-membri tagħha li huma konvinti f’dak li qed tgħid il-Knisja, se jimxu ma’ dak li tgħid il-Knisja. Imbagħad hemm it-tielet stat meta jkollok l-parti soċjali tannazzjon kollu. Hemmhekk il-Knisja lesta, fuq kull livell bħalma dejjem tat, anzi rridu ngħidu li kienet pijuniera – pijuniera fl-iskejjel, pijuniera fit-tfal, għal dawk li huma anzjani; il-Knisja trid tkompli tagħti s-sehem biex is-soċjetà tagħna tkun dejjem iktar skont il-prinċipji Nsara. Jien l-edukazzjoni nħobbha ħafna. Bħalissa l-Gvern ħabbar ir-riforma fl-edukazzjoni f’dak li għandu x’ jaqsam ma’ streaming eċċ. Il-Knisja għandha l-iskejjel tagħha, kienet għaddejja bl-istudju tagħha wkoll, forsi wasalna xi mkien, hemm xi ħsieb ta’ kif… Aħna konxji tal-istress li qed ikun hemm fuq it-tfal minħabba l-eżamijiet li jidħlu għalihom tfal ta’ 11-il sena ’l fuq u aħna qed nagħmlu mill-aħjar li nistgħu [biex nnaqqsuh]. Fl-iskejjel tal-bniet m’għandniex din ilproblema għax jibdew fi skola minn mindu jkunu żgħar u jibqgħu mexjin fiha sena wara l-oħra. Dik hija xi ħaġa tajba li naqbel magħha. Aħna 57


nixtiequ li dan iseħħ ukoll fl-iskejjel għas-subien u qegħdin naħdmu biex eventwalment, jekk il-Bambin irid, tifel li jidħol fi skola tal-Knisja fil-klassijiet taż-żgħar, jibqa’ mbagħad miexi ’l quddiem. Raġuni oħra għalfejn qegħdin nagħmlu din il-bidla fl-iskejjel tassubien hi biex nirriproduċu s-suċċess ta’ skejjel mixed ability li kellna fl-iskejjel tal-bniet. Meta ttella’ t-tfal bil-polza, ma tkunx taf it-tifel jew tifla x’abbilità għandu jew għandha. Naħseb li din kienet suċċess għax niżżuħajr ’l Alla allavolja mixed ability mill-bidu sal-aħħar, l-iskejjel talbniet tagħna [tal-Knisja] ta’ mixed ability ma jġibux riżultati inqas minn dawk li jkunu streamlined. Jiġifieri dik hi xi ħaġa li diġà għallmitna. Jekk il-Bambin irid, mhux ħafna ’l bogħod, aħna wkoll nkunu nistgħu jkollna sistema mingħajr l-eżamijiet tal-11+. Wasal iż-żmien li naraw aktar involviment tan-nisa fil-Knisja, anke ’l fuq fil-Knisja. Qed nitkellem fuq saċerdoti, fis-sens mhux saċerdot qed iqaddes, imma mara qed tqaddes, jew inkella f’karigi għolja fil-Knisja? Naħseb li hemm differenza bejn it-tnejn. Meta nitkellmu fuq saċerdozju, saċerdozju tan-nisa, anki l-Papa Pawlu VI u l-Papa Beneddittu XVI poġġewha fid-dawl li din hija kwistjoni li rridu nimxu fuq il-mudell ta’ Ġesù li għażel l-irġiel. Dak iż-żmien ma kinetx biss ħaġa kulturali għaliex l-imħabba li wera lejn in-nisa anki lejn dawk li kienu midinbin, kieku ma kienx jiddejjaq jagħmilhom. Mhu qed tnaqqas xejn mill-mara għaliex aħna, fuq kollox, l-iktar ħaġa importanti quddiem Alla l-Imbierek hija l-qdusija u dak li se jwassalna hemmhekk. Għandna nisa qaddisin li ċaqalqu ’l-Knisja kemm-il darba. Meta qed nitkellmu fuq karigi għoljin, jiena nemmen, iva, irridu nsibu iktar nisa. Diġà, qabli, il-Knisja f’Malta kienet għażlet żewġ imħallfin nisa li qegħdin fit-Tribunal Ekkleżjastiku u qegħdin jagħmlu xogħol tajjeb ħafna. Iva, hemm bżonn li barra delegati nisa, jkollna iktar nisa fl‑istruttri tal-Knisja. Qegħdin f’moħħi u f’qalbi biex kif ikollna l-ispazju, din ix‑xewqa nwettquha fil-prattika... għandna bżonn iktar preżenza.

58


Jiġifieri xi ħaġa ta’ kwota se tkun? Le mhux kwistjoni ta’ kwota. Hija kwistjoni ta’ bidla fil-mentalità, li tirrikonoxxi li mara għandha ħafna x’tagħti anki bħala mara. Iktar milli kwota, żgur li rridu nżiduhom. Il-preżenza tal-mara tibbilanċja ħafna. Hemm forsi xi kummenti oħrajn li taħseb li huma importanti f’dan l-istadju? Kif għedt, din l-intervista se tidher mhux il-Ħadd li ġej imma ta’ wara. Inkunu għadna ma dħalniex fir-Randan, imma kif se ngħaqqduh ma’ żmien ir-Randan? Il-messsaġġ tiegħek fid-dawl tas-soċjetà kif inhi llum u anke l-kriżi internazzjonali , x’qed iġib pressjoni fuq is-soċjetà? La qegħdin fil-kuntest tar-Randan, kemm hu importanti li aħna ngħixuh b’mod speċjali, li aħna l-Insara ngħixu l-Misteru tal-Għid. Il-Misteru tal-Għid ifisser li ħajtek titwessa’, tara, temmen li hemm xi ħaġa lil hinn. Ħafna bnedmin, f’daqqa waħda, jiffaċċjaw il-mewt u jkun dak li ħin li jibdew jagħmlu l-question mark. Għan-Nisrani m’hemmx għalfejn. InNisrani jekk hu verament qed jimxi wara Kristu, irid jemmen dak li qal Kristu li hemm ħajja li hija lil hinn. Jekk hemm ħajja li hi lil hinn se tgħina biex ngħixu l-ħajja f’din l-art. Nagħmlu l-għażliet tagħna jekk hemm bżonn għall-għażla ta’ valur li kapaċi nbati għall-imħabba ta’ Kristu, kapaċi fid-dawl tal-Misteru tal-Għid, anki jekk nara xi ħaġa mgħawġa, jiena nkun kapaċi nbiddilha f’xi ħaġa tajba. Jekk ma jimpurtax nispiċċa bi storja. Kemm hemm nies li jgħaddu minn trawma fejn ikollhom lil xi ħadd mit-tfal tagħhom b’ċerta diżabilità, ċerta tbatija u din hija parti mis-salib ta’ Ġesù. Il-parti tal-qawmien ta’ Ġesù hi kif jirnexxilhom, din it-tbatija tagħhom, jbiddluha fi mħabba għax jieħdu sehem f’inizjattivi biex jgħinu tfal oħrajn li mhux tagħhom imma li qed ibatu mill-istess ħaġa. Għalija dan hu l-Misteru tal-Għid fil-prattika. Jalla minn din l-intervista joħorġu ħafna persuni li jemmnu fil-Misteru tal-Għid anki fil-ħajja tagħhom.

59


Il-Messaġġ ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Ghawdex L-Ittra Pastorali għar-Randan – it-23 ta’ Frar 2009

Bżonn ta’ Bidla mill-Qiegħ fil-Ħajja Nisranija Tagħna Bħalissa, fil-Knisja ta’ dawn il-gżejjer għeżież tagħna, qed isiru żewġ esperjenzi sbieħ li nistgħu faċilment norbtuhom mas-Sena Pawlina li qed niċċelebraw fil-Knisja Universali. Qegħdin nirreferu għall-viżti pastorali li qed isiru fid-djoċesi ta’ Malta u għall-Missjoni Djoċesana f’Għawdex. Aktar viċin tagħkom Nixtiequ nibdew nitkellmu magħkom fil-bidu tar-Randan Imqaddes b’referenza għal dawn l-esperjenzi li nistgħu ngħidulkom li mill-ewwel ħallew effett sabiħ fina. Lilna, l-Isqfijiet, imlewna b’ferħ kbir u saħħewna fil-fidi tagħna u inkuraġġewna biex nibqgħu naħdmu bis-sħiħ fil-għalqa tal-Mulej għall-ġid ta’ kulħadd. Ċerti li dawn l-esperjenzi ħallew l-istess effett f’ħafna minnkom ukoll. Nissellfu l-kliem tal-Appostlu Missierna San Pawl wara ż-żjara pastorali tiegħu lill-Filippin u ntennu: “niżżi ħajr lil Alla kull meta niftakar fikom, u nitlob dejjem ferħan fit-talb tiegħi għalikom minħabba s-sehem li intom ħadtu fix-xandir tal-Vanġelu millewwel jum sal-lum… Iva, jixhidli Alla kemm jien miġbud lejkom bilqalb ta’ Kristu Ġesù” (Fil 1, 3-5.8). Jekk intom dejjem kontu f’qalbna bħala l-Isqfijiet tagħkom, dak li qed naraw b’għajnejna f’dawn il-viżti pastorali f’Malta u f’din il-Missjoni 60


Djoċesana f’Għawdex, komplew jiġbduna lejkom bil-qalb ta’ Kristu Ġesù. Nużaw il-kliem ta’ San Pawl lill-Filippin: “u jien dan nitlob: li l-imħabba tagħkom tikber u toktor dejjem iżjed bl-għerf u b’kull dehen, biex tistgħu tagħrfu tagħżlu l-aħjar” (Fil 1, 9). Aħna ċerti li se jibqa’ jkollna biex nifirħu u nirringrazzjaw ’l Alla fil-bqija tal-viżti pastorali u fl-iżvilupp tal-Missjoni Djoċesana. Għalhekk, ejjew ninqdew b’dan ir‑Randan biex inkomplu nimtlew b’dan l-entużjażmu qaddis ħalli nikbru fl-għarfien tal-Misteru ta’ Sidna Ġesù Kristu u nissaħħu fil-fidi tagħna. Lilkom Ħutna Nsara B’dan il-ħsieb f’qalbna nixtiequ b’din l-Ittra tagħna nkellmu l-ewwel nett lill-imgħammdin li għandhom f’qalbhom lil Ġesù Kristu u qegħdin il‑ħin kollu jfittxu ġenwinament li jgħixu aktar fil-fond il-fidi Nisranija. In-Nisrani veru ma jikkuntentax ruħu bil-ftit jew bl-inqas, imma jimpenja ruħu bis-sħiħ f’din il-mixja wara Kristu flimkien mal-Knisja. Imma hija x-xewqa tagħna wkoll li xi versi minn din l-ittra jmissu l-qalb ta’ dawk li jinsabu fit-trufijiet tal-komunità Nisranija biex il-grazzja ta’ Alla terġa’ tiġbidhom lejn il-Qalb ta’ Kristu fi ħdan il-Knisja tiegħu, u li għalkemm tbiegħdu xi ftit baqgħet tħobbhom bħala wliedha. Għall‑grazzja ta’ Alla kienu ħafna dawk li dan l-aħħar reġgħu lura lejn Alla fi ħdan il-komunità Nisranija, u fost dawn għadd sabiħ ta’ żgħażagħ li indunaw li ħajjithom tagħmel sens biss jekk ikollhom f’qalbhom lil Kristu. Nieħdu din l-okkażjoni biex niftakru li l-qofol tar-Randan huwa l-Misteru tal-Għid, jiġifieri t-tbatija, il-mewt u l-qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu. Dan il-Misteru niċċelebrawh kull nhar ta’ Ħadd permezz tal-quddiesa. Għalhekk, l-ewwel pass li rridu nagħmlu fir-Randan hu li qabel kollox ma nfallux il-quddiesa tal-Ħadd u nieħdu sehem sħiħ fiha biex dan il‑Misteru ngħixuh fil-komunità Nisranija. Fil-quddiesa rridu nħallu lil Kristu jmissilna qalbna u jibdlilna ħajjitna. Għalhekk, irridu mmorru disposti u ppreparati. Iltqajna ma’ diversi esperjenzi fejn 61


qed isir sforz ġenwin mis-saċerdoti u l-lajċi biex il-quddiesa tal-Ħadd tiġi ċelebrata b’tali mod li tinħass tassew il-preżenza ta’ Alla u tkun esperjenza ta’ fidi. Inħeġġu biex dan ikompli jsir. Il-Misteru tal-Għid fil-ħajja kollha tagħna Fir-Randan nagħmlu ħafna manifestazzjonijiet li jfakkru dan il-Misteru, li hi ħaġa ta’ min ifaħħarha: il-pellegrinaġġi ta’ penitenza, il-via crucis, ilviżti tal-knejjes f’Ħamis ix-Xirka, il-proċessjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira u ta’ Kristu Rxoxt. Barra li nħeġġu biex dawn jibqgħu jsiru bl-akbar devozzjoni, ejjew inħallu dawn il-manifestazzjonijiet jgħinuna biex dan il-Misteru tal-Għid jinżel f’qalbna u jidher fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Aħna li nemmnu fil-Qawmien ta’ Kristu mill-imwiet, għandna l-qawwa li rċevejna fil-magħmudija biex bil-kuraġġ kollu naffrontaw kull tbatija għax nafu li se tiswielna għall-ħajja ta’ dejjem. Lanqas il-mewt ma tbeżżagħna, anzi timlina biż-żelu biex ngħixu ħajja tajba, u nagħmlu ġid kemm nifilħu għax nemmnu li dan kollu jissarraf fis-sema pajjiżna. Aktar fil-profond, imbagħad, il-misteru tal-Mewt u l-Qawmien ta’ Kristu għandhom ifissru għalija li jien irrid immut ma’ Kristu għallħajja l-qadima tiegħi biex inqum ma’ Kristu għal ħajja ġdida tal-Grazzja. Irrid inkun lest li ninbidel jien, nikkonverti, u mhux nistenna li jinbidel Kristu bit-tagħlim tiegħu biex jakkomoda lili skont il-ħajja li fassalt jien għalija nnifsi u skont l-esiġenzi tiegħi. Xi wħud, għalkemm ma telqux il-fidi u r-reliġjon, xorta jħossu li jistgħu jagħżlu minnha: xi jżommu u xi jwarrbu fil-ġenb. Ikunu għadhom ma waslux għall-qabża tal-fidi biex jieħdu lil Kristu sħiħ. Ikunu spustaw ċ-ċentru tal-fidi tagħhom: flok Kristu ċ-ċentru, ikunu huma ċ-ċentru. Għalhekk, fil-Kredu li nirreċitaw kull nhar ta’ Ħadd fil-quddiesa, nistqarru dawn iż-żewġ misteri flimkien b’rabta bejniethom: “Jiena nemmen ... (li) sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet... Jiena nemmen... (li) għandu jerġa’ jiġi fil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin... U nistenna l-qawma mill-imwiet u l-ħajja taż-żmien li ġej”. 62


Jekk ma nkunx għaqqadt fija b’mod qawwi dawn iż-żewġ misteri, ifisser li l-Kristjaneżmu tiegħi la għandu l-aċċettazzjoni tal-Misteru li hu Kristu, u lanqas għandu l-aċċettazzjoni tal-Misteru li hu Kristu fija. Ifisser li l-Kristjaneżmu tiegħi għandu bżonn bidla mill-qiegħ. L-eżempju ta’ San Pawl F’dan ir-Randan, irridu nidħlu aktar fil-fond tat-tifsira ta’ dawn il‑misteri u naraw kif qed jirreflettu ruħhom fil-ħajja tagħna. Nemmen fil-ħajja ta’ dejjem? Ġieli naħseb f’din ir-realtà: kif qed jaffettwali ħajti dan ilMisteru? Missierna San Pawl għamel lil Kristu u ’l-ħajja ta’ dejjem iċ-ċentru ta’ ħajtu. Mela ma baqax hu u l-ħajja tiegħu f’din l-art, iċ-ċentru ta’ ħajtu. Jgħid San Pawl: “għalija l-ħajja hi Kristu, u l-mewt hi rebħ”. Kien lest li jħallas kull prezz biex jikseb lil Kristu u l-ħajja ta’ dejjem. Is-salib ta’ Kristu beda kulma jmur jagħmel sens għalih bħala t-tifsira tal-ħajja personali tiegħu fi Kristu. Ħajjitna llum bħala Nsara wlied San Pawl Mela l-fidi tagħna tkun qawwija meta tinbena fuq dan il-Misteru talGħid. Aħna tgħammidna u għammidna lil uliedna f’dan il-Misteru. Għandna ħafna Nsara ħutna li kkoperaw mal-grazzja ta’ Alla u rnexxielhom jibnu ħajjithom fuq dan il-Misteru. Iltqajna ma’ ħafna, fosthom numru sabiħ ta’ żgħażagħ, li ħadu d-deċiżjoni li jimxu wara l-Mulej u jfasslu ħajjithom fuqu. Xi wħud minnhom għamlu xi żmien ’il bogħod minnu u fil-periferija tal-Knisja, imma llum reġgħu lura fi ħdanu. Illum qed jgħidu bi kliem San Pawl: “x’jista’ jifridni mill‑imħabba ta’ Kristu?” (Rum 8, 35): għax jgħidulek, “qatt ma kelli daqshekk paċi f’qalbi daqs issa li fiha għandi lil Ġesù”. Dawn fi Kristu mietu għall-ħajja ta’ qabel biex jgħixu l-ħajja tal-Grazzja. Xejn ma jiddispjaċihom għal dak kollu li ħallew warajhom, għax ma kienx iħallilhom ħlief vojt kbir, filwaqt li Ġesù mlielhom ħajjithom. Iltqajna ma’ persuni li huma mgħobbija bit-tbatija: jew minħabba mard, jew 63


minħabba problemi fil-familja, jew minħabba diffikultajiet fuq il-post tax-xogħol li qed jimlewhom bi stress. Minkejja li t-tbatija tagħhom hija kbira, għax bnew ħajjithom fuq il-Misteru tas-Salib li bih Kristu ħareġ rebbieħ fuq il-mard u l-mewt u fuq kull tbatija, minn fommhom ma joħroġx ħlief kliem sabiħ ta’ tama fil-Mulej. Huma fiduċjużi li l-Mulej jaf minn xiex għaddejjin u qiegħed dejjem magħhom u qed isostnihom ilħin kollu biex ikunu jistgħu jifilħu għaliha; jemmnu li t-tbatija tagħhom tiswa għas-salvazzjoni tagħhom u tal-oħrajn. Iltqajna ma’ miżżewġin li sejsu ħajjithom fuq Kristu fis-Sagrament tażŻwieġ u baqgħu fidili għal dak li wegħdu fuq l-Altar. Xi wħud minnhom kellhom jgħaddu minn mumenti iebsin fir-relazzjoni matrimonjali jew filħajja tal-familja, imma bl-għajnuna ta’ Alla baqgħu jżommu sħiħ sa ma salvaw lill-familja tagħhom għall-ġid tagħhom infushom u ta’ wliedhom. Stedina lil kulħadd Aħna nistiednu lil kulħadd biex nimxu fuq l-eżempju tal-Appostlu Missierna u fuq it-twissijiet tiegħu biex bil-ħajja tagħna nwasslu messaġġ lill-kultura ta’ żmienna li t-tagħlim ta’ Kristu bil-valuri tiegħu huwa t-triq li twassal għall-ħarsien tassew tal-ġid komuni fejn kulħadd jista’ jasal biex ħajtu jkollha sens sħiħ. Ma għandniex niddejqu u nibżgħu li nkunu differenti minn ħaddieħor, għax għandna messaġġ xi nwasslu għall-ġid ta’ kulħadd: il-messaġġ talVanġelu, il-Misteru tal-Għid. Il-kultura ta’ żmienna jinħtieġ li tifhem li r-relattiviżmu li qed tipproponi mhu se jwassal imkien, mhux se jagħmel lill-bniedem kuntent. Meta l-bniedem jibda jagħmel li jiġih f’moħħu mingħajr kontroll ta’ xejn, joħloq f’ħajtu vojt kbir, għax ma jkollux direzzjoni. Il-bniedem irid xi ħaġa żgura u soda fuqiex jibni ħajtu, u din tagħtihielu l-fidi f’Alla. Hija r-responsabbiltà ta’ kull Nisrani li jgħix dan il-misteru u jwassal dan il-messaġġ bil-kelma, imma iżjed u iżjed bil-mod kif jgħix. Irridu nkunu aħna l-ewwel li nagħtu aktar importanza lill-ħwejjeġ tal-ispirtu 64


milli lill-ħwejjeġ materjali. Irridu nkunu aħna li nuru li l-ferħ tagħna mhux ġej mill-ħwejjeġ tal-art, imma mill-ħwejjeġ tas-sema. Jgħid San Pawl lill-Kolossin: “jekk irxuxtajtu ma’ Kristu fittxu l-ħwejjeġ tassema... mhux dawk tal-art” (Kol 3, 1). Permezz tagħna, Alla jista’ jsalva ħafna minn ħutna u ma jħallihomx jintilfu fir-relattiviżmu tal-kultura kontemporanja. Dan nistgħu nagħmluh jekk inżommu dejjem quddiem għajnejna u f’qalbna l-misteri tal-fidi tagħna. Ħutna fil-fidi, ejjew dan ir-Randan nieħdu deċiżjoni, aħna bħala individwi, aħna bħala familji Nsara, aħna bħala Knisja f’Malta u Għawdex, ulied San Pawl u ngħidu fi kliem Ġożwè quddiem il-Poplu Lhudi fil-Patt tas-Sinaj: “u jekk ma jogħġobkomx taqdu lill-Mulej, għażlu llum lil min tridu taqdu... Imma jiena u dari se naqdu lill-Mulej” (Ġoż 24,15). Inwasslu lilkom ilkoll il-barka tagħna. + PAWLU CREMONA O.P. L-Arċisqof ta’ Malta + MARIO GRECH L-Isqof ta’ Għawdex

65


Id-Diskors tal-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. Waqt is-seminar ‘Ix-Xogħol u l-Familja: Qsim ta’ Responsabbiltajiet’ – l-24 ta’ Frar 2009

Stabbilità tal-Familja, Ħin għat-Tfal, u r-Rwol tal-Mara L-ewwel nett, nixtieq nirringrazzja lill-Kummissjoni Pastorali fid-Dinja tax-Xogħol għaliex is-seminars li qed jagħmlu tassew jistgħu jgħinu kemm lis-soċjetà Maltija kif ukoll lill-Knisja f’Malta biex jirriflettu aħjar dwar ir-realtà tax-xogħol. Fis-seminar tal-lum qed nagħmlu riflessjoni dwar il-familja u x-xogħol. Jiena xtaqt nibda b’riflessjoni spiritwali. Fil-ktieb tal-Ġenesi naqraw li Alla qal lill-ewwel bnedmin biex isiru ġisem wieħed u jimmultiplikaw – referenza ċara għall-familja – u mbagħad hemm miktub li Alla l-Imbierek ħalaq il-bniedem għaliex kien hemm l-art u ħadd ma kien jista’ jaħdimha. Jiġifieri fil-Ġenesi hemm diġà miktub li l-familja u x-xogħol huma żewġ affarijiet li Alla l-Imbierek, bħala l-Ħallieq, bena r-realtà fuqhom. Ninsabu hawn għaliex qed naraw li [x-xogħol u l-familja] aħna fridniehom u qed naraw il-ħtieġa li, min-naħa waħda, immorru għall-isfida l-kbira li nerġgħu nagħtuhom parti ċentrali fis-soċjetà, u min-naħa oħra li naraw li ma jitfixklux ma’ xulxin. Din l-isfida, Kristjanament neħduha mill‑ktieb tal-Ġenesi, imma soċjalment u soċjoloġikament neħduha mill-istudji li jsiru. 66


Fil-ktieb tal-Ġenesi nsibu li, wara d-dnub, kien hemm żewġ irwoli soċjali: fil-każ tal-mara kien hemm it-tbatija fit-tqala tagħha, waqt li filkaż tar-raġel, li allura r-rwol soċjali tiegħu dak iż-żmien kien li jaqla’ l-flus, ikollu t-tbatija proprju hemm. Aħna ġejna hawnhekk biex nagħmlu riflessjonijiet li m’għandhomx jibqgħu biss bejnietna. Ir-relazzjoni bejn xogħol u familja tant hi riflessjoni u preokkupazzjoni importanti, li b’xi mod jew ieħor aħna rridu nwassluha biex tiġi dibattuta mhux minna biss, imma fis-soċjetà Maltija iktar wiesgħa. Il-preokkupazzjoni tagħna li qegħdin hawnhekk, b’xi mod jew ieħor trid tasal. Il-Knisja trid twassalha; imma qed ninisti ħafna li ma nistgħux inħallu l-Knisja waħedha. Erbgħin, ħamsin sena ilu l-Knisja kienet ċentrali u allura kellha ħafna iktar qawwa fil-vuċi tagħha. Imma llum l-Knisja ma tistax tibqa’ waħedha. Min jemmen f’dawn il-valuri nitolbu li jwassalhom hu wkoll. L-istabbilità tal-familja Nagħti ftit ħsibijiet fuq dak li smajna f’dan is-seminar. L-ewwel nett, meta nagħmlu liġijiet fuq ix-xogħol, irridu nħarsu lejn il-familja u naraw li dawn jittrattaw lill-bniedem sħiħ u lill-familja sħiħa. It-tieni, fost il-ħafna diskors importanti li sar, kien hemm id-diskors fuq il-kura tat-tfal. Biss, għidna wkoll li rridu naraw li l-koppja tibqa’ flimkien u tkun stabbli. Għax l-ikbar don li nistgħu nagħtu lit-tfal mhux li naħsbu fihom, imma li naħsbu fuq il-familja li se trabbihom fl-istabbilità. Hu minn hemmhekk li ħafna weġgħat jew ferħat ikunu jistgħu jgħaddu fis-soċjetà. F’din l-isfida, min-naħa waħda għandek ix-xogħol, li għandu valur ekonomiku li jidher, u min-naħa oħra għandek il-familja. X’aktarx li għalhekk se tkun ħafna aktar tqila biex aħna niddefendu l-familja filkuntest tax-xogħol. Jekk taraw il-gazzetti, fuq ix-xogħol naqraw kemm irridu, imma rari naqraw fuq l-istabbilità tal-familja fil-kuntest ta’ dan kollu. Dan juri l-ħtieġa li niktbu u nitkellmu iktar dwar il-familja. 67


Din hija sfida aktar kbira għax mhux kulħadd se jifhimna. Ara x-xogħol, li bih taqla’ l-flus, dak kulħadd jifhmu. Irridu nwasslu l-messaġġ li l-familja – anki ekonomikament qed ngħidu – meta tkun stabbli tkun qed tgħin ’l-ekonomija. Irridu nbiegħuh dan il-messaġġ. It-tielet, hemm ir-rwoli tal-koppja. Fis-soċjetà ta’ dari kellek żewġ jobs: xi ħadd li jmur jaħdem u xi ħadd li jieħu ħsieb il-familja. Illum hemm tliet jobs: jiġifieri l-koppja, it-tnejn għandhom ix-xogħol tagħhom, u mbagħad iridu jaqsmu t-tielet wieħed fil-familja. Allura dan ifisser li fadlilhom inqas ħin għall-affarijiet fejn tkun tista’ toqgħod ma’ min tħobb, toqgħod mat-tfal tiegħek. Dan għaliex anki l-ħin qiegħed jonqos. Lill-koppji jiena ngħidilhom li ma jistgħux iħallu r-relazzjonijiet tagħhom ma’ xulxin u mat-tfal għal dak li jkun baqa’ (left-overs). Ma tistax tagħti lill-familja dak li jkun baqa’: trid tidħol mill-ewwel fil-pjanifikazzjoni ta’ dik li hija r-realtà ġdida tal-lum. Naħseb li rridu naħsbu wkoll fuq il-valuri li qegħdin jingħataw, anke permezz tad-dinja konsumeristika, dwar il-familja. Hemm żewġ realtajiet. Naħseb li waħda minnhom hija li qabel konna ngħidu ‘naħdem biex ngħix’ u mbagħad, bil-mod il-mod, ‘ngħix biex naħdem’. Ma nafx għandniex inżidu t-tielet: ‘naħdem biex ikolli x’nonfoq’. Anke fuq dan hemm xi jsir. Per eżempju fi ħdan il-Caritas qed jinbena grupp biex nippruvaw nagħtu l-messaġġ dwar dak li hu maniġment tal-finanzi filfamilja, għax anki dan jgħin. Il-kontribut tal-mara fil-familja Niġi għall-ħames riflessjoni: Meta konna qed nitkellmu, issemma li n-numru tan-nisa Maltin li jaħdmu huwa ta’ 37 fil-mija. Dan ifisser li għandek 63 fil-mija li ddeċidew li jibqgħu d-dar. U ma nistgħux, jekk qed nitkellmu fuq familja u xogħol u r-relazzjonijiet bejniethom, ma niftakrux f’dawn it-63 fil-mija – qishom ma jeżistux. Allura rridu ngħidu: l-għażla li qed issir – li hija għażla libera u jien ma nindaħalx fiha – vera qed tkun libera meta ħadd mhu qed jaħseb 68


f’persuna li l-ewwel kellha forsi karriera, xogħol li b’sagrifiċċju kbir kellha tħallih għax hekk iddeċidiet? Imma allura m’għandniex nagħrfu li anki dak huwa kontribut li qed tagħti dik il-mara? Jiġifieri jekk inti tibqa’ tieħu ħsieb il-familja, inti mhu se jkollok ebda remunerazzjoni; jekk inti sejra taħdem, se jkollok dawk il-flus. Inpoġġuha bħala mistqsija. Din kien qalha l-Papa Ġwanni Pawlu II: forsi nirriflettu fuqha. L-aħħar ħaġa: qegħdin ngħixu fl-għatba ta’ kriżi ekonomika... tista’ l-Kummissjoni Pastorali fid-Dinja tax-Xogħol, is-seminar li jmiss, torganizzah proprju fuq kif nistgħu nħejju għal din il-kriżi ekonomika – fuq valur ta’ ekonomija, fuq valur ta’ effett fuq il-familji, fuq il-valur ta’ dan kollu? Iċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni, Birkirkara

69


L-Omelija ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. Fil-quddiesa tal-Erbgħa tal-Irmied – il-25 ta’ Frar 2009

Nersqu iktar lejn Alla Ġejna hawnhekk għaliex bħala komunità Nisranija nagħrfu kemm hu importanti li aħna niċċelebraw il-Misteru tal-Għid, jiġifieri l-misteru tat-tbatija, il-mewt u qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu. Ġejna flimkien għaliex il-Knisja tagħtina dan il-jum li fih aħna formalment, bħala komunità Nisranija, nibdew nagħmlu din il-mixja. Żewġ għemejjel importanti F’dan il-jum, il-jum tal-Erbgħa tal-Irmied, iċ-ċerimonja hija mmarkata b’mod speċjali minn żewġ għemejjel importanti. L-ewwel kelma li se nisimgħu waqt li fuq moħħna jitqiegħed l-irmied hija: “Indmu u emmnu fil-Bxara t-Tajba”. Il-kelma ‘indmu’ tfisser bidla, imma tfisser ukoll li tipprovdi vojt. Hemm xi affarijiet fil-ħajja tagħna – tiegħi u tagħkom – li hemm bżonn inwarrbuhom fil-ġenb, nindmu minnhom, biex imbagħad il-Bxara t-Tajba tkun tista’ timliehom. It-tieni għemil importanti li aħna nagħmlu f’din il-ġurnata huwa t-tqiegħed tal-irmied fuq moħħna. Għalina l-irmied mhu xejn ħlief li, dak kollu li aħna nagħrfu madwarna huwa relattiv: se jispiċċa. Hawnhekk inkunu qegħdin nagħmlu att ta’ fidi. 70


Kultant, id-dinja ta’ madwarna tgħidilna li l-preċetti ta’ Alla huma relattivi: neħħihom, biddilhom; dak li jgħidilna Alla huwa relattiv u dak li hu tiegħi huwa assolut. Meta nkunu qegħdin inpoġġu l-irmied aħna nkunu qegħdin nagħrfu li dak li huwa ta’ Alla huwa assolut, u dawk li huma l-affarijiet ta’ kuljum, f’dak kollu li ngħixu huwa relattiv, għax fil-fatt se jintemm. Kollox se jinbidel, kif jgħidilna l-Mulej Ġesù. Allura f’dan il-jum, aħna nippruvaw nisimgħu dejjem iktar fil-fond din is-sejħa tal-Mulej. Aħna ngħixu misteru kbir: Alla jiġri warajna; Alla li jrid li aħna nimxu warajh. L-Ittra Pastorali li għamilna aħna l-Isqfijiet, temmejnieha bil-kliem ta’ Ġożwè: “intom araw lil min se sservu, fittxu allat oħrajn, imma jiena u l-familja tiegħi aħna se mmorru wara l-Mulej”. Illum, fil-bidu ta’ dan ir-Randan Imqaddes, kull Nisrani jrid jgħid din il-kelma: “jien se nerġa’ nagħżel lill-Mulej u nimxi warajh; jiena u l-familja tiegħi”. Mixja wara l-Mulej Fit-Tieni Lezzjoni tal-lum, San Pawl (2 Kor 5,20 – 6,2) poġġieha fi kliem ieħor. Jgħid hekk: “nitlobkom f’isem Kristu, agħmlu ħbieb ma’ Alla”. Agħmlu ħbieb ma’ Alla; ersqu iktar lejn Alla l-Imbierek. Dan huwa dak li aħna qegħdin niċċelebraw illum. Irridu nagħmlu mixja, li fiha nimxu wara l-Mulej. X’inhi din il-mixja li aħna l-Insara suppost li nagħmlu dejjem, imma b’mod speċjali aħna mistednin biex nagħmlu fir-Randan? San Pawl, fil-lezzjoni li smajna llum, jispjegahielna b’mod qawwi ħafna. Jgħid hekk: “dak li ma kienx jaf x’inhu dnub, dak sar dnub, biex aħna jkollna l-grazzja”. Il-mixja ma tibdiex minna. Il-bidu tal-mixja huwa għaliex nemmnu li Ġesù Kristu, dak li ma kienx jaf x’inhu dnub, dak sar dnub biex ikun jista’ jagħmel il-mixja magħna. Mela aħna lkoll, illum iridu ngħidu – il-kontra issa – aħna, mid-dnub, tiegħi u tagħkom, irridu 71


nagħmlu mixja biex din il-grazzja li Ġesù ġie biex jagħtina naċċettawha u nħalluha tikber ġewwa fina. Il-mudelli tal-Appostli Meta naqraw dak li hemm fl-Atti tal-Appostli aħna nsibu mudelli ta’ kif l-Appostli mxew wara l-Mulej. Dawk huma l-mudelli tagħna. Fir-Randan, il-Knisja b’mod speċjali tfakkarna li hemm żewġ mixjiet li aħna rridu nagħmlu. Hemm il-mixja li għamilna aħna lkoll biex ġejna hawnhekk: b’riġlejna. Dik hija l-ewwel mixja. Meta Ġesù qal lillAppostli biex jimxu warajh, huma telqu minn fejn kienu u marru wara l-Mulej: fejn kien jimxi hu, kienu jimxu warajh. Aħna, din nagħmluha, meta niġu l-quddies: nimxu wara l-Mulej, b’riġlejna. Imma mbagħad, it-tieni mixja li rridu nagħmlu hija mixja ħafna iktar profonda; li meta naqraw il-Vanġelu rridu noqogħdu attenti għaliha. Hija l-mixja interna, li għamlu l-Appostli ġo fihom. Hija l-mixja profonda li minn dak li kienu fil-bidu meta ltaqgħu ma’ Kristu, bdew jinbidlu ftit, ftit. Kristu ġieli kien jgħallimhom, ġieli kien jikkoreġihom biex ikunu bnedmin ġodda. Din hija l-mixja l-kbira li aħna lkoll irridu nagħmlu f’dan ir-Randan. It-talb, is-sawm u l-karità Tiftakru l-Vanġelu tal-lum (Mt 6, 1-6. 16-18) kemm kien Vanġelu qawwi? Ġesù tkellem fuq it-talb, fuq is-sawm u fuq il-karità. Qed jgħidilna li dawn tista’ tagħmilhom esternament, imma l-vera sfida tagħna hi li ġewwa fina jkollna l-ispirtu ta’ dawn it-tliet għemejjel Insara u li nimxu fuqhom; li dawn ikunu ġewwa fina, mhux li tagħmilhom minn barra biss. Pereżempju jiena nista’ niġi hawnhekk u nagħmel it-talb barra minni. Imma mhux hekk irid il-Mulej. Il-Mulej irid li minbarra din, meta nkun waħdi, dan l-ispirtu jkun ġewwa fija. Din hija l-mixja li aħna rridu nagħmlu f’dan ir-Randan. Xi jfissru dawk it-tliet affarijiet li semmielna l-Mulej? Nippruvaw nispjegawhom waħda, waħda. 72


Ħafna drabi, il-ħajja tagħna hija mimlija b’ħafna ħsejjes u immaġini li għandna madwarna. Ġesù qed jgħidilna li n-Nisrani veru jrid ikollu l-kuraġġ, tul dan ir-Randan, biex iħalli spazju biex fit-talb jiltaqa’ malMulej. Imma l-ewwel trid tneħħi, imma l-ewwel trid tipprovdi l-ispazju. Fiż-żminijiet tagħna dan hu iktar diffiċli, meta għandna dawn l-affarijiet – kollha sbieħ – li tatna t-teknoloġija li kollha jeħdulna l-ħin. Allura trid twarrab, tindem, biex imbagħad timtela bil-Bxara t-Tajba li l-Mulej jgħidlek fuq it-talb. Aħna qegħdin ngħixu wkoll f’dinja li fiha ħafna tajjeb: ħafna affarijiet materjali. Niżżuħajr lil Alla, materjalment qegħdin ngħixu aħjar minn erbgħin sena ilu. Imma jiġri li ħafna drabi l-ħsibijiet tagħna jkunu mimlijin bix-xewqat tal-affarijiet materjali. Kemm naħsbu fuq x’se nixtru – affarijiet li nkunu nixtiquhom? Is-sawm, x’inhu? Is-sawm huwa li jiena ġewwa fija jkolli xewqa kbira ta’ dak li hu tal-Mulej. Dak ifisser is-sawm: li mix-xewqat li jiena għandi għall-affarijiet materjali nagħmel spazju, inbiddel xi wħud minnhom – mhux kollha, ma nistax – ħalli jkolli sawm tal-Mulej, ħalli jkolli x-xewqa tal-Mulej, ħalli nkun nista’ nixtieq lilu. It-tielet ħaġa li qalilna Sidna Ġesù Kristu hija li ħafna drabi l-ħsibijiet tagħna jkunu mimlijin b’kif se nogħġob lili nnifsi: kif inkun komdu, x’se nakkwista għalija. Il-Mulej illum qed jipprovdilna riflessjoni: ejjew niċċaqalqu daqsxejn mill-egoiżmu tagħna u parti mill-ħsibijiet li tagħmel fuqek innifsek tagħmilhom fuq ħaddieħor. Tista’ tkun xi ħaġa iktar sempliċi: ma’ min tgħix – l-iktar ħaġa importanti u qawwija. Imma jista’ jkun ma’ min qiegħed ibati u f’dan ir-Randan ngħidlu: “Mulej, se nagħmel vojt, nindem, ħalli nwarrab biċċa minn dak li huwa ħsieb fuq nnifsi biex nitfgħu fuq ħaddieħor, għall-glorja tiegħek u għall-ġid taloħrajn”. Jum is-salvazzjoni Biex nagħlaq, se nerġa’ nfakkar xi smajna llum, biex jagħtina kuraġġ f’dan ir-Randan. San Pawl, fit-tieni Ittra lill-Korintin, jgħid hekk: “issa hu ż-żmien it-tajjeb. Issa jum is-salvazzjoni!” Mhux għada! U jerġa’ jgħidilna – din id-darba huwa l-Mulej li qed ikellimna: “fiż-żmien it73


tajjeb smajtek; għentek f’jum is-salvazzjoni». U l-aħħar kelma neħodha mill-ktieb tal-Profeta Ġoel: “il-Mulej tħeġġeġ għall-art tiegħu’. Meta tisma’ dan il-kliem, bla ma trid tistaqsi lilek innifsek: “imma kemm niswew aħna?” Il-Mulej tħeġġeġ għall-art tiegħu: għalija u għalik; għalhekk iridna nersqu lejh. “Huwa għandu lill-poplu tiegħu”. Aħna l-poplu tiegħu. Ejjew nagħmlu li f’dan ir-Randan aħna nkunu iktar tiegħu. Il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, Valletta

74


Il-Messaġġ ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. L-Ittra Pastorali għat-tfal fl-okkażjoni tar-Randan 2009 – id-29 ta’ Frar, 2009

Nagħmlu lil Ġesù ċ-ċentru ta’ ħajjitna Għeżież tfal, l-esperjenza tiegħi fil-Vizta Pastorali li qed nagħmel fil-parroċċi ta’ Malta u anki l-laqgħat li jien kelli magħkom is-sena li għaddiet, imlewni bil-ferħ u saħħewni bil-fidi. Ċert li dawn l-attivitajiet ħallew l-istess effett f’ħafna minnkom ukoll. Dawn l-attivitajiet għenuna biex napprezzaw iktar il-fidi li ġabilna San Pawl, dak il-qaddis li l-Papa Benedittu XVI talabna biex niftakru fih matul din is-sena. Tifraħ u tfaħħar ’l Alla meta tara tant Insara li għandhom daqstant ferħ u mħabba għal Ġesù u lesti li jgħixu skont ittagħlim tiegħu. Matul dawn il-viżti, apprezzajt ix-xogħol kollu li sar, anki fil-passat, sabiex il-knejjes tagħna dejjem jidhru sbieħ u nħossuna komdi niltaqgħu ma’ Ġesù. B’dan il-ħsieb f’qalbi nixtieq li nkellem lil dawk kollha li tgħammdu u jaħdmu ħafna biex jimxu wara Ġesù. Imma hi x-xewqa tiegħi wkoll li nsejjaħ lura lil dawk li għal xi raġuni tbiegħdu xi ftit minn din il-mixja u nfakkarhom li Ġesù xorta għadu jħobbhom. Niftakru li r-Randan jiġi biex jgħinna nifhmu aħjar l-Misteru tal-Għid, jiġifieri t-tbatija, il-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù. Dan hu l-misteru li niċċelebraw kull nhar ta’ Ħadd fil-quddiesa. L-ewwel pass li rridu nagħmlu fir-Randan hu li qabel kollox 75


ma nfallux il-quddiesa tal-Ħadd u nieħdu sehem sħiħ fiha. Fil-quddies irridu nħallu lil Ġesù imissilna qalbna u jgħina nsiru nħobbuh iktar. Għalhekk huwa importanti li nippreparaw sew għal din il-laqgħa tagħna ma’ Ġesù. Fi żmien ir-Randan aħna nattendu għal diversi attivitajiet. Insemmi fost l-oħrajn il-purċissjonijiet, l-adorazzjonijiet u l-eżerċizzi. Dawn, apparti li nieħdu gost fihom iridu jgħinuna nifhmu aħjar il-Misteru tal-Għid u nsiru dejjem aktar ħbieb ta’ Ġesù. Ġesù kellu mumenti diffiċli speċjalment fil-ġnien tal-Ġetsemani. Aħna wkoll ikollna mumenti diffiċli f’ħajjitna u meta nkunu f’mumenti bħal dawn, ma rridux naqtgħu qalbna. Ġesù, f’dawn il-mumenti, talab lil Alla biex jgħinu u aħna wkoll għandna nagħmlu l-istess. Dan iż-żmien tar-Randan irid jgħinna nifhmu li meta Ġesù qam mill-mewt, dan rebaħ fuq it-tbatija u allura jagħtina l-kuraġġ biex f’dawn il-mumenti diffiċli, inħossu li hu qiegħed magħna. Ir-Randan jiġi wkoll biex nifhmu aħjar it-tagħlim ta’ Ġesù. Jagħtina ċ-ċans naraw x’hemm tajjeb u ħażin fina. It-tajjeb nieħdu ħsiebu, imma dak li hu ħażin, nippruvaw nirranġawh. L-Appostlu San Pawl għalina hu speċjali ħafna għax kien hu li ġabilna l-fidi. Għalhekk f’din is-Sena Pawlina tajjeb li nifhmu kif għex San Pawl u nippruvaw ngħixu bħalu. San Pawl iltaqa’ ma’ Ġesù u ħallieh ibdillu ħajtu. Infatti hu jgħid: “ngħix imma mhux jien, imma jgħix fija Kristu”. Minn dak il-ħin li ltaqa’ ma’ Ġesù, San Pawl għamel lil Ġesù ċ-ċentru ta’ ħajtu u warrab dak kollu li qabel kien ifixklu milli jħobb lil Ġesù. Dan ma kienx faċli għalih u bħal Ġesù, San Pawl kellu jgħaddi minn żmien ta’ tbatija. Huwa wkoll għażel li jitlob lil Alla biex jgħinu f’dawn il-mumenti. Għandna ħafna Nsara li qegħdin jimxu wara Ġesù billi jgħixu l-fidi tagħhom. Iltqajna ma’ tfal li qegħdin ibatu jew minħabba mard, problemi fil-familja, jew minħabba xi mewt tal-ġenituri tagħhom; tfal li qed ibatu minħabba bullying, għax jiġu mgħajra, dawk li m’għandhomx ħbieb, jew li jħossuhom weħidhom. Xi ħaġa li nammira f’dawn it-tfal hi li għalkemm 76


minn età daqshekk żgħira, diġà jafu x’inhi t-tbatija, huma jemmnu li Ġesù qiegħed magħhom il-ħin kollu biex ikunu jistgħu jgħixu dawn ilmumenti miegħu. Dawn it-tfal jifhmu li f’din it-tbatija mhux biss isalvaw huma imma jgħinu lil nies oħra jsalvaw. Għeżież tfal, ejjew f’dan ir-Randan nieħdu deċiżjoni biex aħna bħala Nsara, bħala Knisja f’Malta u tfal ta’ San Pawl nagħmlu lil Ġesù ċ-ċentru ta’ ħajjitna u nagħżlu li nimxu warajh. + PAWLU CREMONA O.P. L-Arċisqof ta’ Malta

77


L-Omelija ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. f'quddiesa fl-okkażjoni tal-insedjament tal-President tar-Repubblika – l-4 ta’ April, 2009

Eċċellenza, President ta’ Malta u Sinjura Fenech Adami, Jiena nixtieq nuri l-apprezzament tiegħi li l-ġuranta importanti tallum, l-insedjament ta’ President ġdid għal pajjiżna, se tiġi mmarkata wkoll b’quddiesa. Din turi t-tradizzjoni Nisranija ta’ pajjiżna, iżda turi wkoll għażla li dan il-jum ikun imsaħħah bil-fidi ta’ dawk li jemmnu li quddiesa, il-preżenza ta’ Alla fostna, hija ta’ ġid kbir għall-poplu tagħna. Xtaqt li naqsam magħkom riflessjoni fuq il-valur li min jemmen ikun irid li joħroġ bl-għażla li avveniment bħal dan jitfakkar b’quddiesa. Tista’ tgħin ukoll lil min ma jemminx biex jidħol aktar fil-fond fil-valur ta’ din iċ-ċelebrazzjoni. L-ewwel ħaġa ovvja, hija li l-quddiesa trid tkun talba għall-għajnuna mingħand Alla l-Imbierek. Min jemmen f’Alla jaf li l-għajnuna ta’ Alla se tgħinu. F’Sidna Ġesù Kristu, aħna nafu li Alla tagħna huwa Alla li jinteressa ruħu minna, li jidħol fl-istorja tagħna biex jgħinna ngħixuha fit-toqol ta din il-ħajja umana tagħna. Ħajja Nisranija vera ma tillimitax ruħha li ddaħħal lil Alla biss fiċ-ċelebrazzjonijiet prinċipali tal-ħajja: twelid, żwieġ u mewt. Dan ikun ftit wisq. Ħajja Nisranija vera tidħol f’mixja li tħalli lil Alla jidħol f’kull mument tal-ħajja biex idawwalha bil-preżenza, bl-għajnuna u bil-kelma tiegħu. Ħajja Nisranija vera tfisser impenn mingħand Alla lejna, iżda wkoll impenn minn dawk li jkunu għażlu li jagħmlu din il-mixja. 78


Il-quddiesa tal-lum hija wkoll talba tagħna lkoll biex Alla l-Imbierek jgħin lilna lkoll, iżda b’mod speċjali l-Eċċellenza Tiegħu, il-PresidentElett, fil-bidu ta’ dan il-mandat. Il-Knisja, flimkien ma’ dawk kollha li jemmnu, huma magħqudin miegħu f’dan it-talb. Din il-quddiesa tagħmel sens biss lil min jirrikonoxxi li hemm dimensjoni fil-ħajja tal-bnedmin li tmur lil hinn minn dak li jidher. L-ewwel dimensjoni hija dik tad-Divinità stess. Id-dinja li ngħixu, għal min jemmen, ma tistax tinfired mill-Ħallieq li għamilha. Dan għaliex twemmin f’Ħallieq li ħalaq id-dinja, iżda mbagħad li jinfired totalment minnha, ma jagħmilx sens. Alla l-Imbierek qiegħed lill-bniedem, li huwa xbieha tiegħu, biex imexxi l-art, anki f’din id-dimensjoni: li jagħti lillħolqien dimensjoni divina taħt ir-realtà materjali. Min jemmen jagħti dimensjoni Divina lill-għemejjel tiegħu. Hu jkun jaf li l-libertà li għandu u l-għemejjel li joħorġu minnha, irid jgħixhom fiddawl tal-għażla fundamentali tiegħu quddiem Alla. Din tgħodd bl-istess mod għal min il-libertà tiegħu jgħixha fid-dawl tal-għażla fundamentali tiegħu li Alla ma jeżistix. L-għażla trid issir. Ma jagħmilx sens li tgħid li temmen li Alla jeżisti iżda taġixxi qisu ma jeżistix. Din il-quddiesa hi stqarrija li dawk li huma Nsara, jagħrfu li lil hinn minn dak li jkun jaqbel materjalment, huma jistqarru li l-għemejjel tagħhom qed jagħmluhom quddiem Alla, b’kuxjenza ta’ responsabbiltà anki quddiemu. Min jemmen, jagħti dimensjoni ta’ eternità lill-għemejjel tiegħu. L-iktar konklużjoni ovvja ta’ din il-fidi tinsab fl-għarfien li l-ħajja ma tingħalaqx fil-mewt, iżda tiftaħ għall-ħajja ta dejjem. Dan ifisser li l-persuna ma tistax tingħalaq fil-preżent biss, iżda trid tgħaqqdu wkoll mal-Assolut li jisboq iż-żmien u li huwa stabbli quddiem Alla. Żgur li meta Alla ħalaq id-dinja, kellu pjan għaliha u għall-bnedmin. Min jemmen ma jistax jagħmel li l-mument preżenti jsir l-assolut, u l-assolut ta’ Alla jagħmlu relativ. F’dan il-mument ikun qed jiċħad l-istess eternità tal-ħsieb tal-Mulej. 79


Min jemmen, jagħti dimensjoni ta’ infinità lill-ħsieb tiegħu, u b’mod speċjali lill-ħajja tiegħu stess u lill-għemejjel tiegħu. L-iktar ħaġa ovvja għan-Nisrani hija li jgħix l-infinit billi ma jingħalaqx fl-ispazju ristrett tiegħu biss. L-għemejjel tiegħu jibdew mill-ispazju propju u ristrett tiegħu biex jinkludu ’l-bnedmin kollha, ’l-umanità kollha. L-infinità fit-twemmin ma tippermetti l-ebda għeluq fl-imħabba u fl-interess lejn l-oħrajn. Il-Presidenza, b’mod speċjali, hija s-sinjali li jidher ta’ din l-infinità, li tibda mill-għaqda tal-pajjiż, iżda li tkun miftuħa, mingħajr egoiżmi, għal spazju mingħajr limiti jew konfini fl-umanità. F’Sidna Ġesù Kristu, l-Assolut, l-Etern, l-Infinit, jieħdu importanza temporali meta jintwerew f’Sidna Ġesù Kristu taħt forma ta’ bniedem dgħajjef, iżda li jaqdi l-Assolut ta’ Alla. Kien meħtieġ li jiġi fostna u jgħix dawn il-valuri fir-realtà diffiċli tagħna biex inkunu nafu kif ngħixuhom aħna. Ġesù ġie biex iwassal il-valur tal-Assolut fil-Verità li hu ġie biex ixandar. Minħabba din il-Verità huwa spiċċa fuq is-Salib, iżda l-Verità li hu xandar għadha fostna sal-lum. In-Nisrani jrid jara liema huma dawk il-valuri li n-nuqqas tagħhom qegħdin jikkawżaw tant tbatijiet fil-pajjiż tagħna, b’mod speċjali fil-familji u fost iż-żgħażagħ tagħna. B’xi mod irridu nimlew il-vojt spiritwali li qiegħed jaħkem lil ħafna minn ħutna, li jtellifhom id-dinjità tagħhom meta jippruvaw jimlewh bi ħwejjeġ oħra: b’alkoħol, sess bla responsabbiltà – li jħalli warajh ħafna tbatija filpersuni li jiġu mweġġgħin u fl-ulied li jitwieldu minnu – drogi, u logħob. Ġesù ġie biex iwassal il-valur tal-eternità li jinsab moħbi f’kull bniedem li ġie maħluq xbieha ta’ Alla. Kull Nisrani jrid jara l-valur ta’ kull persuna f’dan id-dawl. Ġesù ġie biex jgħinna naraw dan il-valur etern ta’ kull persuna fil-persuni li, fl-aspett estern biss tagħhom, diffiċli li tarah. Huwa għaqqad l-eternità tiegħu mal-iktar dgħajfin billi identifika lilu nnifsu ma’ dawk li huma fil-ħabs, jew bil-ġuħ, jew għerja jew morda jew barranin. Wara din l-istqarrija, in-Nisrani ma jistax jagħżel lil min jagħti d-dinjità u lil min jiċħadha: mill-bidu tal-ħajja, fil-kundizzjonijiet 80


differenti tal-ħajja li wieħed jista’ jinsab fihom, għall-aħħar mumenti talħajja tiegħu. Quddiem l-infinità, Ġesù ġie biex jgħallimna li l-ispazju fejn aħna qegħdin jew li aħna parti minnu, qatt ma għandu jkun limitazzjoni li tifridna mill-oħrajn. Ġesù fittex li jiftaħ l-orizzonti tal-Lhud għal realitajiet ta’ popli oħra u jkunu miftuħa għal kulħadd. Huwa fejjaq il-firdiet li kien hemm bejn id-dixxipli tiegħu u bagħathom fid-dinja kollha. In-Nisrani jfittex li jfejjaq dak li hemm f’qalbu li jillimitalu l-possibbiltà li jagħmlu poplu wieħed biex ikun iktar miftuħ għall-bnedmin kollha. Din hija sfida ikbar illum f’dinja globalizzata fejn irridu ngħixu u naħdmu qrib popli oħra. Hija sfida li qegħdin naffaċċjaw f’pajjiżna meta ħafna nies qegħdin ifittxu kenn f’pajjiżna minħabba s-sitwazzjoni diffiċli f’pajjiżhom. Anki s-soluzzjonijiet li infittxu politikament, in-Nisrani ma jista’ qatt jifridhom minn din il-qalb miftuħa għall-implikazzjonijiet talinfinità tal-imħabba ta’ Alla li tasal sa kull bniedem. Huwa programm sħiħ dak li din il-quddiesa qed tfakkarna fih illum. Huma valuri li jridu jwassluna biex ikollna soċjetà aħjar. Illum, nixtieq li nirringrazzja, f’isem il-poplu tagħna, lill-Eċċellenza Tiegħu l-President Dr Edward Fenech Adami għas-servizz li huwa ta b’tant fedeltà lillpoplu Malti. Eċċellenza President-Elett Dr George Abela, aħna nemmnu li l-Mulej qiegħed jafdalek f’idejk li tfakkarna f’dawn il-valuri u tmexxina minnhom. Fil-Vanġelu, illum smajna li jeħtieġ li xi ħadd joffri lilu nnifsu għall-kotra, imut għall-kotra. Grazzi talli aċċettajt li dan ilperjodu f’ħajtek tagħtih għall-ġid tagħna lkoll, biex il-poplu tagħna lkoll jistagħna minnu. Il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, Valletta

81


Il-Ħsieb tal-għeluq minn Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P Waqt il-Via Crucis Nazzjonali – it-8 ta’ April 2009

Il-Bluha tas-Salib Aħna għamilna din il-mixja tas-salib, wara Sidna Ġesù Kristu. San Pawl jispjega s-salib billi jgħid, “jiena nipprietka lil Kristu Msallab; dan Kristu Msallab li huwa bluha għall-Pagani u skandlu għal-Lhud”. Mela l-mixja li għamilna aħna, esternament għamilnieha b’riġlejna, imma internament – ġewwa qalb kull wieħed u waħda minna – aħna għamilnieha mid-dinja ta’ ħafna raġunar li ngħixu kuljum għal mixja li kellha twassalna propju għall-bluha tas-salib. F’din il-mixja ltqajna mal-bluha ta’ Alla l-Missier li mill-glorja tiegħu, f’Ġesù jidentifika ruħu ma’ kull bniedem li jsofri: Alla huwa dejjem ħdejn dawk li qegħdin isofru. Nieħdu l-okkażjoni biex nitolbu wkoll f’qalbna għall-vittmi tatterremot li sar qrib tagħna, f’Aquila, fl-Italja. F’din it-triq aħna ltqajna wkoll mal-bluha li dehret fuq is-salib ta’ Sidna Ġesù Kristu: il-bluha tal-ġenerożità minflok l-egoiżmu tagħna; il-bluha tal-maħfra minflok l-għebusija tal-qalb; il-bluha ta’ min ma jkollux kontroll fuq ħajtu, imma jħalli lil Alla l-Missier jikkontrolla ħajtu: “f’idejk jien nerħi ruħi”. 82


Jalla ħuti – u din hija l-mixja li nagħmlu – anke f’din il-ġimgħa jkun hemm diversi li jħarsu lejna u jgħidu, “dawk boloh bħal Kristu, għax dak li għamel Kristu fi żmienu qed jagħmluh ukoll fi żmienna, f’pajjiżna”. Ir-Rabat, Malta.

83


L-Omelija ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. Waqt il-’Quddiesa tal-Griżma’ f’Jum Ħamis ix-Xirka – id-9 ta’ April 2009

Don Fundamentali Illum qed niċċelebraw dik li nsejħula l-‘Quddiesa tal-Griżma’. Dak li huwa partikolari f’din il-quddiesa huwa l-fatt li fiha, is-saċerdoti kollha jġeddu l-wegħdiet li għamlu meta ġew ordnati saċerdoti. F’din il‑għodwa, aħna wkoll se nikkonsagraw, se nbierku, iż-żjut li matul is‑sena jridu jintużaw għal diversi sagramenti jew għemejjel oħrajn li fihom in-Nisrani jħossu mdawwar bil-qawwa ġdida tal-Mulej. Mhux kumbinazzjoni li aħna qed nagħmlu dawn iż-żewġ għemejjel f’din il-ġimgħa qaddisa; il-Ġimgħa Mqaddsa. Dan għalina huwa ovvju għaliex il-Knisja tieħu l-qawwa tagħha mill-Misteru tal-Għid. Dak li se niċċelebraw illum, dalgħodu, aħna se niċċelebrawh fil-Misteru tal-Għid, b’mod speċjali fit-tbatija u l-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu. Min hu Ġesù? F’din l-okkażjoni xtaqt li naraw x’hemm moħbi wara dan il-Misteru talGħid b’riflessjoni fuq is-siltiet mill-Iskrittura Mqaddsa li tatna l-liturġija tal-lum. L-ewwel nett, tgħidilna min hu Sidna Ġesù Kristu; min hu dak li se naraw fuq is-salib u se narawh imut. Mill-Apokalissi (Apk 1, 5-8) smajna dan: “huwa xhud ta’ min joqgħod fuqu”. Xhud ta’ xiex? Huwa xhud ta’ Alla l-Missier. Huwa xhud tal84


imħabba ta’ Alla l-Missier. Smajna wkoll fl-Apokalissi: “il-kbir fost ilmejtin” (Apk 1, 5). Imma l-mejtin mhux kollha l-istess? Kif jitkellem fuq “il-kbir fost il-mejtin”, jekk aħna ma ngħaqqduhiex mal-fatt li l-mejtin huma wkoll ħajjin? U allura huwa l-kbir għaliex mhux biss qam, imma ta l-ħajja lilna lkoll. Il-bidu u t-tmiem, li kien u li hu, u li għad irid jiġi. F’dawn il-jiem, meta aħna se niċċelebraw il-Misteru tal-Għid, aħna rridu nidħlu f’żewġ kwalitajiet ta’ misteri li ma nistgħux nifirduhom minn xulxin. Naraw quddiemna bniedem, li kien qiegħed ibati għalina; l-Iben ta’ Alla li verament sar bniedem. Dan diġà huwa misteru kbir. Imma rridu niftakru wkoll li dak li kien hemm fuq is-salib, dak kien l-Iben ta’ Alla li kien qed ibati. Dan huwa importanti. Għaliex għalkemm huwa mument fl-istorja, huwa mument li jisboq lill-istorja u allura aħna qed ngħixu fid-dawl ta’ dak li ġara dakinhar. Aħna ma nagħmlu xejn ħlief nerġgħu nġeddu, bil-grazzja li tana l-Mulej, dawk il-grazzji kollha li huwa tana propju fil-Misteru tal-Għid, l-ewwel bil-mewt u mbagħad filqawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu. Il-missjoni ta’ Ġesù It-tieni mistoqsija li aħna rridu nagħmlu f’dan iż-żmien hija ovvjament dwar il-missjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu. Fil-qari tal-lum l-ewwel smajnieha f’Isaija (Is 61, 1-3a.6a.8b.9) u mbagħad smajnieha mġedda, b’ton ġdid, f’Sidna Ġesù Kristu (Lq 4, 16-21). Il-kliem huwa dan: “huwa kkonsagrani biex inwassal il-Bxara t-Tajba lill-fqajrin, lil dawk ta’ qalbhom miksura, dawk li huma mjassrin u dawk li huma fil-ħabs”. Jekk aħna qegħdin minflok Sidna Ġesù Kristu, f’ismu, biex inġeddu fiżżmien u fl-ispazju dak li għamel elfejn sena ilu, il-missjoni tiegħu trid tkun ukoll il-missjoni tagħna. Iċ-ċentru tal-missjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu huwa l-bniedem. Iċ-ċentru tal-missjoni tagħna bħala Knisja huwa l-bniedem. Alla l-ewwel għażel lil Ġesù biex jagħmel dan għall-bnedmin kollha ħalli jisimgħuh. Qiegħed 85


jagħżel ukoll lilna l-ewwel bħala komunità imma wkoll imdawrin minn dik li hija l-qawwa tas-saċerdozju ministerjali biex aħna nkomplu fi żmienna dak li għamel Ġesù elfejn sena ilu. Ġesù jgħid: “Inniedi s-sena tal-grazzja tal-Mulej”. Kienu kliem speċjali elfejn sena ilu għaliex l-Iben ta’ Alla daħal fl-istorja. Imma hijiex ukoll il-missjoni tagħna li aħna nniedu li kull sena tkun is-sena tal-grazzja tal-Mulej? U tkun is-sena tal-grazzja tal-Mulej jekk l-uman nagħmluh divin. Tkun is-sena tal-grazzja tal-Mulej jekk inħallu lil Kristu jidħol iktar fl-istorja tal-umanità permezz tal-preżenza u tal-ħidma tagħna. Il-preżenza ta’ Alla Sidna Ġesù Kristu kompla jgħid: “din il-kitba seħħet illum intom u tisimgħu”. Nafu li wara li għamel din l-istqarrija, li nsibuha fl-Vanġelu skont San Luqa, in-nies ta’ Nazaret tant inħasdu b’dak li kien qed jgħid, li ppruvaw jitfgħuh minn fuq l-irdum għal isfel. Tal-għaġeb! Kull darba li Sidna Ġesù Kristu kien jitkellem, in-nies kienu jistagħġbu. Il-kliem tiegħu tant kienu qawwijin, li dawk li kienu jisimgħuh kienu jindunaw li hemm il-preżenza ta’ Alla. Jiena naħseb li, fil-kuntest tas-saċerdozju ministerjali tagħna, hu dan li qed jgħidilna l-Mulej: kull darba li nitkellmu, ħallu n-nies jistagħġbu b’dak li nkunu qed ngħidulhom u bil-preżenza tagħna, bħalma għamel Sidna Ġesù Kristu. Dak huwa s-saċerdozju ministerjali: li aħna nwasslu fil-Knisja dak li għamel elfejn sena ilu Sidna Ġesù Kristu. Hemm ukoll il-qofol ta’ dak li rajna f’Isaija u li aħna nistgħu napplikawh ukoll għalina bħala poplu Nisrani. Jgħid hekk: “lilkom isejħilkom: ‘il‑qassisin tal-Mulej’, ‘qaddejja ta’ Alla tagħna’... nagħmel magħkom patt għal dejjem... kull min jarahom jagħraf li fihom hemm il-barka talMulej”. Dan huwa l-poplu li Alla l-Imbierek irid jibni propju mill-Misteru talGħid. Nerġgħu nagħmlu r-riflessjoni fuq il-ministeru saċerdotali: jekk 86


Alla qed jistenna tant minn dan il-poplu, u jekk irridu nkunu aħna li nirrappreżentaw lil Kristu f’dan il-poplu, Alla l-Imbierek qiegħed jistenna ħafna minna. Alla l-Imbierek qed jistenna li dak l-istagħġib li ħassew elfejn sena ilu dawk li kienu qed jisimgħu lil Ġesù, irridu nkunu aħna l-medjaturi biex dak l-istagħġib jibqgħu jħossuh u jgħixuh ġewwa fihom. Iktar ma’ Alla jħares b’imħabba lejn il-poplu tiegħu, iktar jitfa’ fuqna r-responsabbiltà sabiħa imma tqila li aħna nġorru lil dan il-poplu u nagħmluh verament  kif jgħid wieħed mid-dokumenti tal-Knisja – l-għarusa tagħna, biex inkunu nistgħu ngħaddulu dak li jrid Alla l-Imbierek. Żewġ doni X’inhi t-tifkira tal-lum? Naħseb li dak li aħna qed niċċelebraw illum huma ż-żewġ doni li tana Alla l-Imbierek. L-ewwel don huwa d-don, ħa ngħidulu hekk, tal-għodod tal-mezzi talgrazzja li tana l-Mulej, fil-ħajja ta’ kull nisrani, biex aħna nkunu nistgħu ngħixuhom. Illum għandna ż-żjut li aħna se nbierku. Fil-magħmudija, fil-konfermazzjoni, fil-mument tal-ordinazzjoni tagħna kienu dawn iżżjut li lilna tawna l-qawwa li aħna nkunu dak li aħna. It-tieni ħaġa, illum, il-Mulej – u ta’ dan il-poplu ta’ Alla jrid jirringrazzjah – tana t-tieni don. Dan it-tieni don, li huwa fundamentali, huwa d-don tas-saċerdozju ministerjali fil-Knisja Kattolika. Huwa fundamentali għaliex huwa s-sinjal tal-għaqda; huwa fundamentali għaliex huwa l-medjazzjoni tal-poplu li qed jitlob u qed jgħix, ma’ Alla l-Imbierek. Illum aħna s-saċerdoti se nagħmlu t-tiġdid tal-wegħdiet tagħna. L-identità saċerdotali Naħseb li llum, dak li jrid ikun hemm ġewwa qalbna huwa li kull saċerdot irid jara daqsxejn l-identità tiegħu f’dawn il-misteri li ċċelebrajna. Aħna lkoll ħadna miż-żejt tal-griżma fil-magħmudija, fil-konfermazzjoni u fil87


konsagrazzjoni. Imma fihom infushom – qed nitkellem għalina lkoll – ilgrazzji li huma tana, għadna ningħarfu minnhom? Għad fadal l-identità ta dik il-grazzja li l-Mulej tana meta aħna ġejna mgħammdin u rċivejna l-konfermazzjoni u l-konsagrazzjoni? It-tieni riflessjoni dwar l-identità tagħna s-saċerdoti: fil-mument talkonsagrazzjoni tagħna l-Mulej tana l-identità ta’ xi jfisser tkun saċerdot fil-ministeru tiegħu, u aħna lkoll aċċettajniha u ridna li tkun parti minna. Ix-xewqa u t-talba tiegħi llum hija li jalla dan il-filgħodu ta’ Ħamis ixXirka għalina jkun preparazzjoni l-ewwel nett biex nirċievu l-grazzji talMisteru tal-Għid u wkoll mezz kif aħna nġeddu dak li offrejna lill-Mulej. Jalla din il-quddiesa ġġib dan kollu fina. Il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, Valletta

88


Il-Messaġġ ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. f’seminar għall-membri tal-Kunsilli Pastorali Parrokkjali – it-18 ta’ April 2009

Ix-xhieda tal-komunità parrokkjali Il-parroċċa hija magħmula minn żewġ realtajiet importanti, li waħda ma tistax toqgħod mingħajr l-oħra. L-ewwel nett, hija komunità Nisranija ta’ dawk il-persuni li qegħdin fil-Knisja, għamlu l-għażliet tagħhom u jridu jiffurmaw għaqda bejniethom, komunjoni bejniethom. It-tieni, il-parroċċa hija territorju li din il-komunità trid tevanġelizza. Jekk il-komunità trid tevanġelizza, ovvjament qed nifhmu l-komunjoni, il-komunità hija mezz ta’ evanġelizzazzjoni. Ma jistax ikollna ftit komunjoni u nkunu kuntenti biha. Ma jistax ikollna biss nuqqas ta’ konflitti. Irridu naħdmu iktar biex min hemm barra jarana kif aħna ninħabbu ma’ xulxin u jibda jgħir għalina, jixtieq li jkun bħalna. L-ewwel riflessjoni nagħmluha fuq bażi ta’ parroċċi: kemm-il darba, fil-Kunsill Pastorali Parrokkjali tkellimna fuq kif se nkabbru l-komunjoni? Naħseb li l-mumenti ta’ kif se nkabbru x-xhieda tagħna, ta’ komunjoni bejnietna, iridu jkunu spiss fuq l-aġenda tagħna! Imsejħin u mibgħutin It-tieni riflessjoni: irridu niftakru li kull wieħed u waħda minna, membri ta’ din il-komunità, irridu nikkunsidraw żewġ affarijiet li l-ewwel Insara, l-ewwel Appostli kienu jikkunsidrawhom. L-ewwel nett, jeħtieġ li aħna lkoll inħossu li aħna msejħin u li aħna weġibna għal din is-sejħa. Ġesù kien ċar: “mhux intom għażiltu lili, iżda jiena għażilt lilkom” (Ġw 15, 16). Aħna, kultant, din il-kelma konna 89


napplikawha għas-saċerdoti u r-reliġjużi u nieqfu hemm. Naħseb irridu li kull wieħed u waħda minna japplikaha għalih. Aħna qegħdin hawn għax ġejna msejħin; ġejna magħżulin. Dik tagħtik ċertu sens ta’ umiltà. Jiena ma niswa xejn fija nnifsi. Jien niswa għaliex ġejt imsejjaħ; għaliex il-Mulej ra fija xi ħaġa li jien forsi ma rajtx, imma Hu raha, u riedni nagħtihielu lura. Is-sejħa rridu nħossuha kontinwament. It-tieni kelma li kull wieħed u waħda minna jrid iħoss hija li aħna mibgħutin. Il-kelma ‘appostolat’ tfisser missjoni, u missjoni tfisser li xi ħadd bagħtek biex tagħmel xi ħaġa. Aħna mibgħutin. Mibgħutin jiġifieri li r-raġuni għaliex qegħdin flimkien hija għaliex il-Mulej irid jibgħatna biex inwasslu l-Kelma tiegħu. Jekk jien nifraħ biss għax xi ħadd bagħatni, qatt ma jien se nagħmel xi ħaġa tiegħi. Tiftakru Ġesù? Ma kienx jgħid “kemm jien bravu, għax għamilt xi ħaġa”, iżda “għax il-Missier bagħatni. Għax mhux minn rajja, imma l-Missier bagħatni”. Kemm hu sabiħ dan is-sens ta’ mibgħutin! Jien qiegħed fil-kummissjoni għax xi ħadd bagħatni hemmhekk. Jien qiegħed kappillan għax l-Arċisqof bagħatni. Jien qiegħed Isqof għax xi ħadd għażilni. Dan huwa l-Ispirtu: magħżulin, imsejħin u mibgħutin; kull wieħed u waħda minna. Ladarba aħna ġejna magħżulin, aħna ma għażilniex lil xulxin. Aħna qegħdin flimkien għaliex il-Mulej għażilna, u fit-triq iltqajna ma’ xulxin. Jekk aħna ġejna flimkien għax ilkoll ġejna magħżulin, kif imbagħad noħolqu l-fazzjonijiet? U ‘jien ta’ Apollo’ – tant inkwieta San Pawl. U ‘jien ta’ Kefa’. U ‘jien ta’ xi ħadd’. Min hemm ħdejk, mhux tridu jinbidel għalik, imma inti trid tinbidel biex taċċettah għaliex il-Mulej għażlu. Ma tistax tibni komunità fuq bażi umana biss – ma tistax! Trid dejjem, kontinwament, tiftakar li min hemm ħdejk il-Mulej għażlu. Dejjem ftakru dwar meta Ġesù kien miexi fit-triq mal-Appostli tiegħu u fettillu waqaf ħdejn mejda tat-taxxi. F’daqqa waħda jkun hemm Pietru li jisma’ lil Ġesù jgħid: “ejja warajja”. Min jaf x’qal, Pietru? “Ajma kif se 90


jirranġana! Konna tant tajbin, il-ħin kollu nitkellmu fuq ix-xbieki u fuq il-ħut! Ma dan x’se nagħmlu?” Min-naħa l-oħra, nimmaġina lil Mattew. Dan jibda miexi wara l-Mulej Ġesù u jibda jistaqsi: “X’jismek inti? “Pietru. “X’tagħmel, Piet?” “Kont sajjied”. Għal dak kienet isbaħ, għax ħdax minnhom kienu sajjieda... “u jien kif se ngħix ma’ dawn meta la naf fuq il-ħut, la naf fuq ix-xbiek, la naf fuq is-snanar... X’se nagħmel jien?” Kieku xi ħadd minnhom mar għand Ġesù u qallu: “int iva, Mulej, imma dan le, Ġesù kien jgħidlu: “jiddispjaċini, imma m’għandikx post miegħi għax dak jien nagħżlu mhux int tagħżilhuli”. Mela anke fil-komunjoni, irridu ninbidlu ftit aħna biex naċċettaw lil min hemm ħdejna. U min hemm ħdejna jrid jinbidel ftit hu – fil-ħsibijiet u l-bqija – biex naċċettaw lil xulxin. It-tielet riflessjoni: araw taħsbu li l-komunità, jew il-parroċċa tgħix flajru! Hemm parroċċa u hemm komunità għax hemm individwi li jagħtu s-sehem tagħhom. Kieku kulħadd jitlaq, ma tibqax parroċċa u ma tibqax lanqas Knisja u lanqas komunità. Meta kont għadni ngħix fil-komunità, darba mort nieħu ftit te filcommon room u nnotajt li filwaqt li l-jum ta’ qabel il-kontejner tat-te kien vojt, dakinhar kien mimli. Irriflettejt li kien mimli mhux għax imlietu l-komunità, imma għax xi ħadd mill-komunità kien tant ġeneruż li mlieli t-te, biex insibu l-għada. Hemmhekk bdejt nifhem. Il-komunità ma teżistix fl-ajru; il-parroċċa ma teżistix fl-ajru. Aħna m’għandniex nitfgħu fuq l-oħrajn billi ngħidu: “m’hemmx il-parroċċa? M’hemmx il-Kunsill Pastorali Parrokkjali?” Le; il-parroċċa hija s-sum total, tgħaqqad il-ġenerożità tagħna lkoll. Meta persuna mill-komunità tonqos ta’ xi ħadd, tkun qed tonqos lill-image tal-parroċċa. Issib min jitkellem u mbagħad ma jagħtix is-sehem tiegħu. Issib min jgħid x’għandhom jagħmlu l-oħrajn. Le mhux qed jgħin lill-komunità! Huwa biss meta nagħti xi ħaġa jien li nkun qed nikkontribwixxi lill-komunità. Il-kwalità tal-imħabba Ġesù qalilna kif trid tkun il-kwalità tal-imħabba ta’ bejnietna: “kif ħabbejtkom jien”. Din mhix faċli għax bħall-imħabba ta’ Alla, kif 91


iħobbna Alla, ma’ jista’ jħobbna ħadd. Ir-raġuni hija waħda: għaliex Alla m’għandux il-probema tal-‘jien’, tal-egoiżmu, tas-suppervja biex inħobb. Alla, il-‘jien’ tiegħu huwa biss imħabba. Mentri jien, il-‘jien’ tiegħi, huwa egoiżmu; dnub tan-nisel. Għalhekk ħadd ma jista’ jintelaq u jgħid li qed iħobb lill-oħrajn. Ma tistax tagħmel dan għax ir-realtà mhix hekk. Aħna, biex inħobbu lilloħrajn, ma nistgħux nintelqu. Kull darba li jiena niddeċiedi li nħobb irrid inneħħi l-‘jien’ fis-sens ta’ egoiżmu. Min jintelaq waħdu, x’aktarx li se toħroġ l-umanità tiegħu u jaħseb li jkun qiegħed iħobb imma ma jkun qed iħobb xejn ħlief li jiddomina lill-oħrajn u jgħid lill-oħrajn x’jagħmlu. Ma tistax tagħmel hekk. Kull darba trid tkun ġlieda miegħi nnifsi biex inneħħi l-‘jien’ min-nofs ħalli jien inħobb il-persuna l-oħra. L-akbar għadu biex inħobb, ikun fejn ikun, mhux l-ieħor jew l-oħra; l-akbar għadu huwa jien, biex inħobb. Fil-mument li ddeċidejt li tħobb, l-ikbar stumbling block mhux il-persuna li hemm quddiemi, imma jien. Waħda mir-raġunijiet għal din hija għaliex il-persuna, meta jien qed naraha u allura se nibni relazzjoni magħha, dik il-persuna nibda naraha minn għajnejja. Jiena lil kulħadd narah min-nuċċali tiegħi u niġġudikah skont in-nuċċali tiegħi. U jekk jien ngħaġġel ħafna, allura ngerger għax dak jimxi bil-mod. Min jgħidlek li l-proxxmu bilfors għandu jimxi bilpass tiegħek? Imma hekk ngħidu u hekk nagħmlu! Ikun hemm ukoll il-burdati: illum għandi burdata tajba u allura nistenna lil kulħadd jidħak, waqt li għada mort għal-laqgħa b’burdata ħażina u nistenna li kulħadd ikun bil-geddum – għax jien għaddejt minn hekk. Din hija r-realtà. Jekk ma nibdewx minn din, ngħixu illużjoni. Din irrealtà qed insemmiha mhux biex tkissirna imma biex tiftħilna għajnejna. Allura biex aħna nħobbu, ma nistgħux nibqgħu nħobbu b’umanità biss, b’imħabba umana biss, jeħtieġ nagħmlu pass ieħor. Irridu nħobbu b’umanità li tinbidel f’umanità Kristjana; umanità, imma Kristjana. IlPapa Ġwanni Pawlu II, fl-enċiklika tiegħu Veritatis Splendor qal li Alla kien jaf li ma jistax iħallina waħedna, anke kif neżerċitaw l-imħabba. 92


Jekk inti tħares lejja, mhux lili tara, bniedem mimli difetti? U jekk jien inħares lejk, mhux lilek se nara, mimli difetti? X’għamel Alla? Ħareġ mill-istorja tagħna u bagħat lil Ibnu, li kien jaf kif iġib ruħu fiċċirkustanzi differenti. Ġesù għalhekk qiegħed. Meta kkritikawh, kif ġab ruħu l-Mulej Ġesù? Meta ħaddieħor ma kienx ġeneruż, kif ġab ruħu? Jien irrid nipprova nipparaguna l-imħabba tiegħi ma’ dak li għallimni l-Mulej Ġesù! Komunità li tfittex lill-oħrajn L-aħħar ħaġa: komunità Kristjana qatt ma hija komda fiha nfisha. Komunità Kristjana hija skomda ħafna, għax hemm ħafna nies barra li għadhom mhumiex magħna. Fil-mument li komunità – jista’ jkun grupp   tkun komda fiha nfisha, “kemm aħna tajbin”, bħalma ried jgħid Pietru dakinhar tat-Trasfigurazzjoni, hemmhekk ikun diġà beda l-kollass ta’ dik il-komunità; ma tibqax komunità Kristjana għax tingħalaq fiha nfisha. U jekk il-grazzja tkun ġejja minn Alla, qatt ma tista’ tingħalaq fiha nfisha. Mela trid tkun komunità li qiegħda tfittex lill-oħrajn li huma barra. Fil-Kunsill Pastorali Parrokkjali, kemm qed jieħdu prijorità l-mistoqsijiet dwar kif se mmorru wara dawk li hemm barra, u x’se nagħmlu biex dawk ukoll ikunu magħna? Barra minn hekk, komunità li tħobb, anke lil dawk ta’ barra, trid tkun komunità li tilqa’ – bl-Ingliż, a welcoming community. U jekk xi ħadd jiġi jfittex, jew inġibuh lura… X’qed nagħmlu biex iħossu verament welcome filkomunità kollha? X’festa qed nagħmlulu? Kif qed ngħinuh biex ikun jista’ jinbena, forsi wara ħafna snin li kien bogħod mill-Knisja? Qed inħalluh waħdu? Jew il-komunità qed tippreparalu post fejn nifirħu bih, fejn aħna ngħinuh? Jalla din il-laqgħa tkompli tkabbarna skond ir-rieda tal-Mulej. Is-Sala tal-Iskola Santa Monika, Il-Gżira NOTA: Is-seminar, bit-tema ‘Komunjoni u xhieda’, kien organizzat mis-Segretarjat għall-Ħajja u Ħidma fil-Parroċċa u l-Istitut Formazzjoni Pastorali bejn is-17 u t-18 ta’ April 2009. Għalih kienu mistiedna l-membri tal-Kunsilli Pastorali Parrokkjali. 93


Il-Messaġġ tal-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem – l-1 ta’ Mejju 2009

Id-Dinjità tax-Xogħol Bħal kull sena, anki din is-sena qegħdin niċċelebraw l-1 ta’ Mejju, tifkira tal-ħaddiema li bdiet b’tema soċjali. Il-Knisja ħasset li għandha tagħti togħma Nisranija u mudell lil din it-tifkira. Għalhekk illum id-dinja Nisranija tiċċelebra lil San Ġużepp. Il-fatt li Alla l-Imbierek għażel lil San Ġużepp, ħaddiem, mastrudaxxa, biex jieħu ħsieb ta’ Ibnu, Sidna Ġesù Kristu, u lil ommu, Sidtna Marija, jurina kif Alla kompla bil-pjan tiegħu fil-Ħolqien: tad-dinjità tal-bniedem fil-kuntest ta’ familja, f’sigurtà imsaħħa mix-xogħol. Fl-istorja tal-Ħolqien li nsibu fil-Ġenesi naraw iċ-ċentralità tax-xogħol fil-ħajja tal-bniedem. Fil-Ħolqien, Alla ta d-dinjità tax-xogħol bħala parti ċentrali mill-missjoni tal-bniedem: “u l-Mulej Alla ħa lill-bniedem u qiegħdu fil-ġnien tal-Eden biex jaħdmu u jħarsu” (Ġen. 2, 15). Wara li l-bniedem dineb, ir-rakkont tal-Ġenesi jqiegħed it-tbatija fixxogħol, flimkien mat-tbatija fit-twelid, bħala l-ikbar sinjal li d-dinjità tal-bniedem issa ġiet imweġġgħa’: “bil-għaraq ta’ ġbinek tiekol ħobżok, sakemm terġa’ lura lejn l-art, għax minnha int meħud” (Gen. 3,19). Meta n-nisrani jaqra dan ir-rakkont l-ewwel li jara huma d-dinjità personali tiegħu. Din tiġi espressa fix-xogħol u l-ħidma li jagħmel, hi 94


x’inhi. Il-bniedem jagħti d-dinjità lix-xogħol, għaliex dan isir xogħol ta’ bniedem maħluq xbieha ta’ Alla. Min-naħa l-oħra x-xogħol irid ikun xieraq hekk li jagħti lura lill-bniedem id-dinjità li jkun qiegħed fih, u jwettaqhulu. Kull xogħol u ħidma li m’għandhiex din ir-relazzjoni għad trid tiġi msoffija. Dan ifisser motivazzjoni iktar profonda għan-Nisrani f’kull aspett filħajja, u iktar u iktar għal dawk li b’xi mod jew ieħor għandhom x’jaqsmu mad-dinja tax-xogħol: dawk li jmexxu finanzjarjament il-postijiet taxxogħol, dawk li għandhom il-missjoni li jiddefendu d-drittijiet talħaddiema, u l-ħaddiema fihom infushom u bejniethom. Ma tistax tifred ix-xogħol u l-ħidma mill-fatt li qed nitkellmu fuq iddinjità tal-ħaddiem. Kull provediment, hu x’inhu, irid jiftakar f’dan; inissel il-ferħ meta provediment iwassal għal wirja ta’ dinjità akbar talħaddiema; inissel weġgħa meta provediment iwassal biex xi ħaddiema jbatu. Ir-rakkont tal-Ġenesi jurina wkoll li din id-dinjità tal-ħaddiema ma nistgħux neħduha for granted jew ninsewha. Hija dinjità li trid tinkiseb u tiġi promossa. Hija dinjità li trid tiġi difiża attivament fuq kull livell: filliġijiet, fir-relazzjonijiet industrijali, fost il-ġid komuni tas-soċjetà, fuq il-valuri fiżiċi, psikoloġiċi, familjari u spiritwali tiegħu. Kull valur li ma jiġix promoss u difiż kontinwament jaqa’ biex jiġi moħbi taħt interessi oħra u ma jibqax validu: anki d-dinjità tal-ħaddiem. Faċli tiġi moħbija taħt in-numri, l-interessi purament finanzjarji u anki politiċi. In-Nisrani għandu jħossu motivat minn dan biex kull fejn u kull meta jitkellem, jitkellem b’sens kbir ta’ din id-dinjità tal-ħaddiem u taxxogħol magħmul mill-ħaddiem. Il-missjoni tal-Unions, b’mod speċjali, hi li tfakkar lis-soċjetà f’dawn ilvaluri, u li tagħmel li tista’ biex tiddefendi dawn il-valuri u d-drittijiet tal-ħaddiema, l-aktar dawk l-iktar dgħajfin u mhux protetti. Nixtieq 95


ngħidilhom biex jiddefendu wkoll lil dawk fostna li ġew ifittxu kenn minn artijiet oħra, li huma l-iktar ħaddiema mhux protetti u li allura l-iktar li jistgħu jiġu sfruttati. Daqskemm nifirħu b’dawk li jagħtu xogħol li dawn ħutna, u nirringrazzjahom, daqshekk ieħor għandna nnikktu qalbna meta nisimgħu stejjer ta’ sfruttament u ta’ inġustizzja fuq persuni, li biex jistagħnu huma, jabbużaw mis-sitwazzjoni ta’ dgħufija tagħhom. Inħeġġeġ lill-Unions biex jieħdu anki huma f’idejhom lil dawn il-ħaddiema. B’dan aħna nfissru li hemm bżonn li fid-dinja tal-finanzi u tax-xogħol indaħħlu sens etiku; sens ta’ valuri li juru x’inhu tajjeb biex immexxuh ’l quddiem, u x’inhu ħażin biex jitwarrab. Dan jgħodd b’mod speċjali issa li d-dinja għaddejja minn din il-kriżi finanzjarja dinjija. It-tentazzjoni hija li dawk li jibqgħu jbatu minnha huma dawk l-iktar dgħajfa kemm fuq bażi personali kif ukoll fuq bażi ta’ pajjiżi. Ilkoll smajna bl-inġustizzja ta’ dawk li f’ġest egoistiku komplew jieħdu l-bonuses għoljin tagħhom waqt li eluf kbar ta’ ħaddiema u nies bi ftit riżorsi spiċċaw b’xejn. Ilkoll niftakru r-riflessjoni tal-President tal-Brażil, Inacio da Lula, meta qabel is-summit tal-G20 qal lill-istati l-oħrajn, b’mod speċjali li dawk l-iktar għonja, li importanti li waqt li l-kriżi ġabuha l-pajjiżi l-għonja, ma jkunux il-pajjiżi fqar jew dgħajfin ekonomikament li jpattu għaliha. Din hija l-isfida li għandha lkoll quddiemna llum. Kulħadd irid jaħdem flimkien biex f’din il-kriżi finanzjarja ma jkunx hemm biss il-ħaddiema, u dawk l-iktar dgħajfa, li jġorru l-piż ta’ din il-kriżi, iżda nerfgħuha flimkien bħala poplu. Din hi tema mtennija fl-ittra li l-Papa Benedittu XVI bagħat lil Gordon Brown, il-Prim Ministru tar-Renju Unit, lejliet il-Laqgħa tal-G20 f’Londra. Il-Papa kien għadu kif ġie lura miż-żjara tiegħu fl-Afrika. Il-messaġġ tal-Papa huwa ċar, u jista’ jdawwalna f’din is-sitwazzjoni. Is-soluzzjoni ma tistax tinstab mingħajr rispett profond għal kull persuna umana, anki fil-kuntest ta’ familja stabbli, u ta’ għarfien li hemm regoli etiċi bbażati fuq il-valuri li jeħtieġ li jmexxu anke d-dinja tal-finanzi: 96


“Il-kriżijiet finanzjarji jibdew meta – f’parti minħabba n-nuqqas ta’ kondotta etikament korretta – dawk li jaħdmu fis-settur ekonomiku jitilfu l-fiduċja fil-modi kif jaħdmu u fis-sistema finanzjarji. Iżda, ilfinanzi, il-kummerċ u s-sistemi ta’ produzzjoni huma krejazzjonijiet umani kontinġenti, li, jekk isiru oġġetti ta’ fidi għamja, iġorru fihom infushom l-għeruq tal-waqgħa stess tagħhom. Il-bażi vera u solida tagħhom hija fidi fil-persuni umana. Għal din ir-raġuni, il-miżuri kollha li jiġu proposti biex jegħlbu din il-kriżi għandhom ifittxu, fl-aħħar mill-aħħar, li joffru sigurtà lill-familji u stabilità lill-ħaddiema, u li permezz ta’ regolamenti u kontrolli adattati, biex terġa’ tqiegħed l-etika fid-dinja finanzjarja… din l-istess kriżi tgħallimna li l-etika mhijiex ‘esterna’ għall-ekonomija, iżda ‘interna’, u li l-ekonomija ma tistax tiffunzjona jekk ma jkollhiex ġewwa fiha element etiku” (30 ta’ Marzu, 2009). It-talba tiegħi f’dan il-jum huwa li anke dawn il-prinċipji ġejjin minn twemmin Nisrani, jistgħu jgħinu lilna lkoll biex flimkien intaffu l-effetti ta’ dan il-mument diffiċli. + PAWLU CREMONA O.P. L-Arċisqof ta’ Malta

97


Il-Messaġġ ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. fil-bidu ta’ quddiesa waqt Pellegrinaġġ f’Efesu – Mejju 2009

Pellegrinaġġ f ’Efesu Nibda billi nagħti merħba lir-rappreżentanti tal-komunità lokali ta’ nisel Malti. Inħossni stramb għax suppost il-kontra; intom qed tagħtuna merħba; intom li tieħdu ħsieb ta’ dan il-post b’tant imħabba. Ħuti ninsabu f’post Kristjan, u naħseb li hemm żewġ raġunijiet għaliex għandna nifirħu. L-iktar raġuni ovvja hija r-rabta ma’ Sidtna Marija. M’hemmx għalfejn nirrepeti, smajna lil Fr Alfred [Vella] jgħidilna kif il-Madonna, skont il-Vanġelu, marret għand San Ġwann li mar f’Efesu u allura għandna din ir-rabta tal-Madonna ma’ San Ġwann f’Efesu. It-tieni ħaġa għaliex fl-arkeoloġija rajna s-sinjali tal-Knisja tal-bidu bilqawwa enormi li kienet kapaċi li tbiddel dak li kien pagan u tagħmlu Nisrani. Forsi ġieli smajtuni ngħid dan: f’soċjetà li mhux dejjem hi favur il-messaġġ Nisrani, jeħtieġ niskopru mill-ġdid din il-qawwa tal-ewwel Insara. Hekk bdejt noħlom: min jaf fost dawk l-Insara x’venerazzjoni kellhom lejn Omm Sidna? U, għax Marija kien jinteressaha li Binha jkun magħruf, min jaf x’ferħ kien ikollha meta kienet tiltaqa’ ma’ dawn l-Insara ta’ Efesu. Għalhekk f’dan il-post nixtieq li nitlob lill-Mulej bl-interċessjoni ta’ Marija. Ejjew nidħlu b’dan l-ispirtu kollu u nibdew b’din il-quddiesa billi nitolbu lill-Mulej maħfra tan-nuqqasijiet, id-dnubiet kollha tagħna. 98


Il-Messaġġ ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u ta’ Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex Għall-elezzjoni tar-Rappreżentanti Maltin fil-Parlament Ewropew – id-29 ta’ Mejju 2009

Responsabbilità fl-użu tal-vot Ftit jiem oħra pajjiżna se jkun qed jieħu sehem fl-elezzjonijiet talParlament Ewropew. Il-ħidma ta’ din l-istituzzjoni tinfluwenza mhux biss il-mixja tal-Ewropa, imma wkoll dik tal-poplu tagħna f’pajjiżna. Għalhekk dawk li jiġu eletti bħala membri tal-Parlament Ewropew għandhom sehem importanti ħafna f’dan il-proċess. Barra li jħarsu l-interessi ta’ pajjiżna, huma jgħinu wkoll biex l-Unjoni Ewropea tieħu direzzjoni tajba. Aħna ningħaqdu ma’ ħutna l-Isqfijiet tal-Unjoni Ewropea biex infakkru lill-Maltin u l-Għawdxin li għandhom ir-responsabilità li jużaw il-vot tagħhom biex jagħżlu bħala membri parlamentari lil dawk li jistgħu jagħtu kontribut attiv biex fil-leġiżlazzjoni, programmi u policies talUnjoni Ewropea jkun hemm: • rispett għall-ħajja tal-bniedem mit-tnissil sal-mewt naturali; • appoġġ għall-familja mibnija fuq iż-żwieġ – kif mifhum bejn raġel wieħed u mara waħda. • ħarsien tad-drittijiet soċjali tal-ħaddiema; • appoġġ għal miżuri ekonomiċi msejsa fuq valuri etiċi; • solidarjetà ma’ dawk l-iżjed dgħajfin u fqar fis-soċjetajiet tagħna (partikolarment persuni b’diżabilità, nies li jkunu qed ifittxu l-asil, migranti); • aktar sensibilità favur l-ambjent. 99


Inħeġġu lill-Insara kollha biex jitolbu ħalli l-Mulej jgħinna fil-qadi ta’ dan id-dmir, bl-interċessjoni ta’ Ommna Marija. + PAWLU CREMONA O.P. L-Arċisqof ta’ Malta + MARIO GRECH L-Isqof ta’ Għawdex + ANNETTO DEPASQUALE L-Isqof Awżiljarju

100


Il-Messaġġ ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. Dwar każi ta’ immigrazzjoni irregolari– l-24 ta’ Awwissu 2009

Immigranti – Biex Pajjiżna ikun Leader fil-Valuri Etiċi Wara l-aħħar rapporti dwar traġedja li kellna nassistu għaliha, nixtieq li nagħmel din ir-riflessjoni mhux biex nidħol fil-mertu politiku jew f’xi ġudizzju politiku ta’ dak li ġara f’dawn il-ġranet, għax dak irid jingħad f’ċirki oħra. Jiena nixtieq nagħmel riflessjoni aktar wiesgħa. Sa ftit xhur ilu, irriflessjoni dwar ‘dawk li qegħdin ifittxu l-asil’ (jew l-‘immigranti irregolari’) kienet tikkonċentra fuq il-fatt li huma qegħdin jiġu f’numri kbar u għalhekk l-istati involuti kellhom jagħmlu deċiżjonijiet fuq kif se jieħdu ħsiebhom u kif, bil-għajnuna tal-istati l-oħra, speċjalment flEwropa, jistgħu jissetiljawhom f’pajjiżi oħra, u b’hekk itaffu t-toqol tarresponsabbiltà tal-pajjiżi fejn ikunu niżlu. Din ir-riflessjoni kienet tibda meta huma kienu jaslu Malta jew f’pajjiżi oħra. Il-perikli li kien ikollhom għas-sigurtà tagħhom, sfortunatament, kienu jew mid-deżert li jkunu qasmu jew mill-baħar fih innifsu. Fiddisperazzjoni ta’ ħafna minnhom, kienu lesti li jaffrontaw dan il-periklu. Iżda kienu ċari l-ideat li l-ħajja tagħhom kienet dritt fundamentali, li kellu jkun imħares minn kulħadd. Iżda issa jidher li f’dawn ix-xhur kien 101


hemm żvilupp negattiv mhux aktar fuq l-għoti ta’ status legali lil dawn il-persuni f’pajjiżi fejn iħossuhom żguri, iżda fuq l-istess saħħa u sigurtà tagħhom. L-ewwel meta dawn il-persuni jintbagħtu lura lejn il-pajjiż minn fejn telqu. It-tieni, minħabba din it-tilwima fuq il-limiti territorjali fil-baħar, li xi drabi qiegħda tħalli dawn l-aħwa mill-Afrika vittmi ta’ dan it-tilwim. Jien nappella lill-Gvern tagħna biex jgħolli t-ton etiku tad-diskussjoni li qed issir ma’ pajjiżi oħra involuti biex id-diskors jibda dejjem mis-sigurtà tal-persuni u mbagħad jiġu mfittxijin soluzzjonijiet politiċi. Li fid-diskussjonijiet ikun pajjiżna li jsemmi li mhux biss dawn li qed ifittxu l-asil jintbagħtu lura, iżda wkoll li nidħlu f’diskussjonijiet malpajjiżi minn fejn telqu għal Malta biex is-sigurtà ta’ dawn il-persuni tkun imħarsa. L-ebda soluzzjoni politika ma tista’ tittieħed b’ġustizzja jekk ikollha bħala effett il-periklu għas-saħħa u s-sigurtà ta’ persuni. Fid-diskussjonijiet mal-pajjiżi viċini dwar limiti territorjali, id-diskors m’għandux ikun fuq min m’għandux id-dmir li jgħinhom meta l-ħajja tkun fil-periklu, iżda li jkun ċar, anki qabel xi soluzzjonijiet politiċi dejjiema, min hu, bla dubju, dak il-pajjiż li għandu r-responsabbiltà u d-dmir li jgħinhom, jinsabu fejn jinsabu. Ma tistax titħalla d-deċiżjoni biex tinqata’ f’kull ċirkustanza, jew għal diskussjoni wara xi traġedja. Jiena qiegħed nagħmel dan l-appell biex il-pajjiż tagħna jkun leader filvaluri etiċi. Il-Knisja f’Malta tagħti l-appoġġ kollu tagħha f’dan. Jien nappella wkoll liċ-ċittadini Maltin kollha, b’mod speċjali dawk li jħossuhom motivati minn valuri Kristjani, biex jagħtu l-appoġġ kollu tagħhom fuq il-valuri etiċi u s-solidarjetà lil dawk li jkunu qegħdin jidhru f’isimna f’dawn iddiskussjonijiet. + PAWLU CREMONA O.P. L-Arċisqof ta’ Malta 102


L-Omelija ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. F'quddiesa u tberik ta’ qanpiena, fil-Kappella ta’ San Niklaw, M’Xlokk – l-24 ta’ Awwissu 2010

Is-sejħa tal-qanpiena Ħuti, peress li qabel din il-quddiesa, kellna t-tberik ta’ qanpiena, xtaqt li nibda bi storja li ġrat fl-Albanija. Intom tafu li fl-Albanija għal aktar minn ħamsin sena, il-Knisja kienet ippersegwitata b’mod krudil ħafna. Meta l-Papa Ġwanni Pawlu II ċċelebra ħamsin sena ta’ saċerdozju, stieden diversi saċerdoti biex jagħtu l-esperjenzi tagħhom. Wieħed minnhom kien saċerdot Ġiżwita mill-Albanija. Sentejn wara li qaddes, kien mitfugħ il-ħabs u ġie meħlus biss wara li r-reġim Komunista tneħħa mill-poter. Ħafna mill-ħamsin sena tas-saċerdozju tiegħu qattagħhom ġewwa l-ħabs. Issa miet. Kelli l-fortuna li niltaqa’ miegħu f’Tirana. Irrakkonta li, meta ħareġ mill-ħabs, l-ewwel ħaġa li għamel kien li mar fir-raħal ta’ Shinkol, fejn kien kappillan qabel ma tefgħuh il-ħabs. Firraħal, il-kappella ma kinux baqgħu jużawha bħala kappella imma bħala maħżen. In-nies tal-post urewh fejn kienu ħbew l-qanpiena li tant kienet għal qalbhom u beda jdoqqha biex jiġbed lin-nies. Fejn kont noqgħod jien kien hemm wieħed żagħżugħ, seminarista, li rrakkuntali x-xena. Huwa kien għadu żgħir, kellu xi sittax jew sbatax-il sena. Hu u sieħbu, f’daqqa waħda semgħu din il-qanpiena. Immaġinawha! Il-kappella kienet qiegħda ġo wied u n-nies bdew neżlin minn fuq ilmuntanji għal ġol wied. Kien hemm ħafna li kienu minn familji Kattoliċi imma matul il-perijodu Komunista ma setgħux jitgħammdu għax kienu 103


projbiti, u kollha bdew neżlin biex jitgħammdu. Dak il-ħin dawk iżżewġ żgħażagħ, li kienu min-nisel Kattoliku, qalu: “Ara kemm qegħdin jitgħammdu, għaliex ma nitgħammdux aħna wkoll?” Dawn tgħammdu għax ġew imsejħin minn dak il-leħen tal-qanpiena. Allura nixtieqkom li meta tisimgħu din il-qanpiena, tiftakrux biss fil-qanpiena; dik hija l-leħen tal-Mulej li qiegħed isejħilna. Alla qrib Allura għalfejn niġu hawnhekk aħna, ġewwa kappella, ġewwa Knisja? Min huwa dak li aħna niġu nqimu? Fis-Salm tal-lum smajna: “ġust ilMulej... u twajjeb” (Slm 144, 17). Alla tagħna mhuwiex Alla mbiegħed. Tant hu veru li fl-istess Salm hemm miktub: “qrib lejn kull min isejjaħlu” (Slm 144, 18). Hijiex esperjenza qawwija? Alla huwa tant kbir, imma tant qrib lejn kull min isejjaħlu. Allura mhux ta’ b’xejn li smajna lil Bartilmew, fil-Vanġelu tal-lum, jgħid lil Ġesù: “inti l-Iben ta’ Alla, isSultan ta’ Iżrael” (Ġw 1, 49), is-Sultan tal-poplu tagħna, is-Sultan tagħna l-Insara. Imħabba bla preġudizzju Imma kif se jilqagħna Alla l-Imbierek meta niġu niltaqgħu miegħu fil-Knisja? Il-Vanġelu tal-lum, qed iwieġeb din il-mistoqsija (Ġw 1,4551). Indunajtu kemm hemm preġudizzji bejn persuna u oħra? Nibdew minn Natanael (Bartilmew), li meta jinduna li kien ġie Ġesù, bdew il-preġudizzji. Għax dan huwa minn Nażaret, preġudizzju! Allura ma nisimgħux. U dan hu bin mastrudaxxa, preġudizzju! Allura ma nisimgħux. X’differenza Ġesù! Meta jiġi quddiemu Natanael, jgħid dan il-kliem: “dan huwa Iżraeli li ħaqqu dan l-isem”. Jilqgħu bla preġudizzju! U Bartilmew ried li jkollu sinjal. Ma kienx biżżejjed il-kliem sabiħ u qallu: “imma fejn tafni, Mulej?” U dak il-ħin Ġesù jgħidlu: “rajtek taħt it-tina”. Araw il-għajnuna li l-Mulej juża biex aħna nersqu lejh; ma qallux: ‘int qed tisma’ l-kelma tiegħi, mhux biżżejjed?’ Le, jipprova jgħinu, kien qisu qed jgħidlu: “ha ngħidlek għax jien rajtek taħt it-tina qabel ma int ltqajt ma’ Filippu” li ma jmurx Natanael jgħid: “dażgur, Filippu qallu”. 104


Mela ftakru, meta tiġu hawn, ftakru li Alla jħares lejna bla preġudizzju. Mhux jgħid “dak huwa mtaqqal bid-dnubiet tiegħu”; m’għandux preġudizzji… se jħobbni. Mhux se jgħid: “dak ta’ klassi soċjali għolja”. M’għandux preġudizzju; il-valur tiegħi huwa fija nnifsi għaliex jiena xbieha ta’ Alla. U jagħmlilna wegħda kif għamilha lil Bartilmew, kull darba li nidħlu hawnhekk: “għad tara ħwejjeġ akbar minn dan”. Dejjem ftakru li hawnhekk huwa biss passaġġ; aħna x-xewqa u t-tama tagħna mhux ta’ hawn imma li minn hawn ngħaddu lejn post fejn se naraw ħwejjeġ ikbar u ħwejjeġ isbaħ. L-għarusa, mart il-Ħaruf Meta niġu hawnhekk, aħna se niġu, mhux biss għall-Knisja, imma se niġu għall-komunità; hawnhekk se niffurmaw komunità f’Sidna Ġesù Kristu. Smajtu lil Ġesù kif jitkellem fl-Apokalissi fuq il-komunità? Hu jgħid hekk: “din hija l-għarusa, mart il-Ħaruf” (Apk 21, 9). Immaġinaw ftit. Ġesù hu l-Ħaruf, u aħna l-għarusa tiegħu. Imma aħna mimlijin dnubiet, imma aħna – jiena u intom – ma niswew xejn! U Ġesù jkompli jgħidilna: “intom l-għarusa tiegħi” biex jurina l-imħabba enormi li għandu lejn din il-komunità. Din il-komunità, x’għandha? Hemm is-sebħ ta’ Alla fiha u jgħid hekk: “tiddi bħal ħaġra prezzjuża” (Apk 21, 11). Ma nafx jekk qatt smajtuha din, ħuti, imma s-sebħ ta’ komunità Nisranija ma jiġix minn ġo fiha; il-komunità Nisranija tirċievi s-sebħ ta’ Alla... imbagħad jidher f’kull wieħed u waħda minnha. Darba xi ħadd qalli: bħal qamar! Il-qamar, kieku m’hemmx ix-xemx, m’għandux dawl tiegħu, mixxemx jirċevih. U aħna nirċevuh mingħand Alla, bħal qamar, imbagħad inkunu nistgħu ngħadduh lill-oħrajn. U din il-Knisja, x’inhi? Jgħidilna hekk: “hija ħajt kbir” (Apk 12) jiġifieri hija protetta minn Alla l-Imbierek. “Hemm tnax-il bieb li huma t-tnax it-tribu u hemm tnax-il pedament li huma l-Kelma ta’ Alla” (Apk 12). M’hemmx komunità jekk ma tkunx taf il-Bxara t-Tajba li għallmu l-Appostli u tkun ġewwa qalbha. 105


Nagħlaq b’mistoqsija: x’nagħmel jien meta niġi hawnhekk? Tgħiduli imma kif se nitlob? U nerġa’ nirritorna għas-Salm. Araw kemm hu sabiħ; se jgħidilna erba’ affarjiet. “Kull m’għamilt iroddlok ħajr” (Slm 144, 10). Grazzi, Mulej; din hi l-kelma li rridu ngħidulu. “Ħbiebek iberkuk” (Slm 144, 10). Bierku l-Mulej. Mulej, kollox huwa sabiħ; kemm għamilt kollox sabiħ, tkun imbierek, Mulej. “Inxandru s-sebħ tas-Saltna tiegħu” (Slm 144, 11) Inxandruha: imma kemm hu sabiħ dak li ħalaq il-Mulej, kemm hu sabiħ dak li għamel lilna. “U jitkellmu l-ħbieb tiegħu fuq is-setgħa tiegħu” (Slm 144, 11) Kemm hu sabiħ. Komunità Nisranija għaliex tiltaqa’? Tiltaqa’ biex dawk preżenti jitkellmu fuq il-Mulej Ġesù ma’ xulxin . Nerġa’ nfakkar: iroddulek ħajr, iberkuk, ixandru u jitkellmu fuq issetgħa tiegħek. Ħuti, dan hu dak li qed issejħilna għalih il-Mulej permezz tal-qanpiena. Jalla din il-qanpiena tkun l-ewwel vuċi li qed nisimgħu ħalli mbagħad dak kollu li smajna fil-Kelma tiegħu, inkunu nistgħu nwettquh anke permezz ta’ din il-kappella jew f’xi post ieħor fejn immorru niltaqgħu mal-Mulej. Il-Kappella ta’ San Niklaw, M’Xlokk

106


Id-Diskors ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. fil-Quddiesa Pontifikali ta’ Jum il-Vitorja – il-8 ta’ Settembru, 2009

Il-verità u l-valuri fis-soċjetà Maltija Eċċellenza, Sur President ta’ Malta, u Sinjura Abela, ħuti. F’dan il-jum aħna, il-poplu ta’ dawn il-gżejjer ta’ Malta u Għawdex, qegħdin niċċelebraw il-festa tat-twelid ta’ Sidtna Marija, u magħha, qegħdin nirringrazzjaw lil Alla għaliex f’dan il-jum li huwa reliġjożament għażiż, il-poplu Malti ra l-ħelsien tiegħu wara żmien ta’ tbatija fl-Assedju l-Kbir u fit-Tieni Gwerra Dinjija. Bħala bnedmin, aħna għandna bżonn li anki dak li hu sopranaturali nġibuh qrib għar-realtà umana u temporali tagħna billi niftakru fih u niċċelebrawh f’data partikulari. Għalhekk niċċelebraw il-misteri tal-fidi tagħna f’jiem partikolari. U bħala poplu li jemmen, aħna ninterpretaw it-temporalità tagħna fiddawl tal-imħabba ta’ Alla l-Imbierek, li nemmnu li hu interessat fina u jidħol fl-istorja tagħna, bħalma daħal fl-istorja umana meta l-Iben ta’ Alla sar bniedem. Għalhekk illum qegħdin nirringrazzjaw lil Alla fittifkira ta’ dawn il-ġrajjiet. Dan kollu juru l-orjentazzjoni Kristjana, permezz tal-Knisja Kattolika, ta’ dawk li ġew qabilna u li aħna llum qegħdin inġeddu b’din il-quddiesa, 107


flimkien maċ-ċelebrazzjoni ċivili ta’ dawn il-ġrajjiet. Dan kollu ifisser li dawk li ġew qabilna, u aħna, qegħdin niċċelebraw din il-festa għaliex l-avvenimenti qegħdin ngħaqqduhom ma’ viżjoni u interpretazzjoni tarrealtà ta’ dak li nemmnu li hi l-Verità. L-għaqda tar-realtà ma’ viżjoni tal-Verità jagħti kontinwità liż-żmien li l-ebda relativiżmu ma jista’ jagħti għaliex dan jagħlaq lill-persuni filmumenti preżenti. L-ebda reazzjoni purament relattiva ma tista’ qatt tiġi ċelebrata, għaliex ma tgħaqqadx il-preżent la mal-imgħoddi – għax mhux kontinwazzjoni tiegħu, iżda ġie sorpassat – u lanqas mal-ġejjieni għax ma jippretendix li bħala valur għandu d-dritt li jiġu mgħoddi f’sitwazzjoni differenti. Aħna llum nistgħu ngawdu minn viżjoni Kristjana għaliex għal elfejn sena t-tagħlim ta’ Sidna Ġesù Kristu kif kien imħares fil-Knisja Kattolika ma kienx soġġett għall-bidliet li ġabu kulturi differenti li mbagħad għaddew. Il-Verità Il-Papa Benedittu XVI fl-introduzzjoni tal-Enċiklika tiegħu, Caritas in Veritate [ippubblikata fil-Vatikan fid-29 ta’ Ġunju, 2009] jagħmel xi riflessjonijiet fuq il-bżonn li norbtu l-ħidma tagħna kollha ma’ viżjoni ċara tal-Verità biex tkun il-qafas ta’ kull soċjetà. Il-Papa qiegħed jgħidilna li “l-verità tippreserva u tesprimi il-qawwa talkarità biex teħles (lill-bniedem) fil-ġrajjiet tal-istorja li dejjem jinbidlu… Mingħajr il-verità, mingħajr fiduċja u mħabba għal dak li hu veru, m’hemmx kuxjenza soċjali u responsabbiltà, u l-azzjoni soċjali tispiċċa sservi interessi privati u l-loġika tal-poter, li jirriżulta fi tkissir soċjali” (n.5). Il-Papa jħeġġeġ biex dan it-tiftix għall-verità jiftaħ orizzonti biex issoċjetà kollha, l-iktar dawk li jmexxu, biex tkun il-bażi ta’ kull diskussjoni: “Il-verità, fil-fatt, hija ‘logos’ (‘kelma’) li toħloq ‘dia-logos’(‘djalogu’), u għalhekk komunikazzjoni u komunjoni” (n.4). Il-Papa jagħmel appell lill-bnedmin kollha: “li tiddefendi l-Verità, li tfissirha bl-umiltà u l-konvinzjoni, u li tagħti xhieda tagħha fil108


ħajja huma għalhekk forom ta’ karità li jitolbu ħafna minna, u huma indispensabbli” (1). Iktar direttament l-Enċiklika tagħmel appell lill-insara biex jgħaqqdu t-twemmin tagħhom mal-karità u jagħmluh mod kif jeżerċitaw ilmissjoni tagħhom fis-soċjetà: “kull nisrani huwa msejjaħ biex jipprattika din il-karità, b’mod li tikkorrispondi għas-sejħa tiegħu, u skont il-kejl ta’ influwenza li jeżerċita fil-polis. Din hija t-triq istituzzjonali – nistgħu nsejħulha anki t-triq politika – tal-karità, mhux inqas eċċellenti u effettiva minn dak it-tip ta’ karità li tiltaqa’ direttament mal-ġar, barra l-medjazzjoni istituzzjonali tal-polis” (7). “Il-Knisja m’għandhiex soluzzjonijiet tekniċi x’toffri (Gaudium et Spes, n. 36), u ma tippretendix ‘li tindaħal bl-ebda mod fil-politika tal-Istati’ (Populorum Progressio, n.13). Iżda hi għandha missjoni tal-verità xi twettaq”. “Mingħajr il-verità, huwa faċli li taqa’ f’viżjoni ta’ ħajja emprika u xettika, li ma tkunx possibbli li togħla għal-livell ta’ prassi minħabba nuqqas ta’ nteress biex taħtaf il-valuri – kultant anki t-tifsira – li biha tista’ tiġġudikaha u tidderiġiha” (n.9). Sejħa Jiena nixtieq li nagħmel appell biex dejjem iktar isiru referenzi għallvaluri li joħorġu mill-Verità li għandha tkun il-qafas tas-soċjetà tagħna. Fil-każ tal-pajjiż tagħna, il-Verità li ġabilna l-Mulej Ġesù kienet il-qafas tal-verità li mexxa l-poplu tagħna. Hemm bżonn li jkollna orjentament komuni ta’ dak li jikkostitwixxi l-verità, għax inkella jimtela b’influwenzi oħrajn differenti. Ħsieb komuni u ċar tal-Verità jippermetti lil kull wieħed u waħda minna biex ikollu kriterju ma xiex jipparaguna l-għemil tiegħu u jidħol fi djalogu ma’ oħrajn. Meta ssawret il-Kostituzzjoni tal-Istat tagħna il-poplu Malti għażel ir-Reliġjon Kattolika biex tkun ir-reliġjon tal-istat tiegħu, u l-kriterju tal-Verità wara s-soċjetà tal-gżejjer tagħna. Forsi dak iż-żmien konna iktar qed nifhmu l-aspett reliġjuż f’dik il-għażla. Nistgħu llum nifhmu kemm kienet għaqlija dik id-deċiżjoni għaliex magħħa ġabitilna dawk 109


il-valuri Kristjani li kapaċi jibnu soċjetà ġusta: onestà, solidarjetà, sens ta’ komunità eċċ. Il-Knisja trid twassal iktar bil-qawwa l-messaġġ li Nisrani sħiħ huwa dak li mal-prattika tar-reliġjon jorbot il-valuri Nsara f’kull post fejn jgħix għall-ġid tas-soċjetà tagħna. L-istat irid jara u jivvaluta iktar jekk għandux jimla iktar il-vojt li jħalli ċertu relativiżmu tal-kultura tal-lum bil-valuri li joħorġu mill-kuntest Kristjan. Nibża’ li nitkellmu ħafna fuq l-iżvilupp materjali u ekonomiku fis-soċjetà tagħna u sewwa nagħmlu, iżda ftit nitkellmu fuq dawn il-valuri umani ta’ lealtà, rispett, solidarjetà, u dak li jfixkilhom: egoiżmu, suppervja, regħba, abbuż ta’ poter. Fid-dinja finanzjarja qatt jew ftit li xejn kien hemm diskors fuq l-etika u l-code of conduct qabel ma faqqgħet il-kriżi finanzjarja. Wara, diversi bdew jitkellmu fuq il-bżonn ta’ iktar valuri etiċi fid-dinja finanzjarja. Anki fis-soċjetà tagħna, naħseb li hemm sinjali biżżejjed ċari li hemm tifrik tal-valuri morali u soċjali. Ħafna minn dak kollu li qiegħed ifixkel lis-soċjetà tagħna: regħba, idejat li ma jħallux lill-bniedem u l-familja l-ewwel, nuqqas ta’ rispett għall-ambjent, konflitti fi ħdan il-miżżewġin u l-familja, vjolenza, droga, alkoħol, juru dan in-nuqqas ta’ orjentament etiku u soċjali fil-persuni. Il-biżgħa hi li jiġu aċċettati bħala mod ta’ aġir u għalhekk jiġu istituzzjonalizzati. Biex ma jiġux istituzzjonalizzati, hemm bżonn viżjoni soċjali ċara li hemm it-tajjeb u l-ħażin, li hemm dak li jwassal għall-ġid tal-persuna u tas-soċjetà, u hemm dak li jkisser dan il-ġid. Li għandu jinkwetana mhux biss li naraw dawk l-affarijiet li tant idejquna fis-soċjetà, iżda li dawk li jagħmluhom, ma jagħmluhomx għax iħossu li qed imorru kontra valur, iżda li jagħmluhom għaliex m’hemmx kriterju f’moħħhom li bihom iħossu l-ħażin li jkunu għamlu. Li tonqos hija kriterju morali u etiku, fibra morali u jiena wisq nibża’ li huwa dan li mhux qed ngħaddulhom. Dan jgħodd għall-eċċessi tagħna li forsi jidhru iktar fid-dinja taż-żgħażagħ tagħna fl-imġiba, fil-alkoħol, fl-għemil 110


sesswali bla responsabbiltà fl-effetti magħquda miegħu, fid-drogi, iżda jgħodd ukoll għal eżempji ta’ nuqqas ta’ ġustizzja li aħna naraw fissoċjetà tagħna: kultura ta’ serq, korruzzjoni, regħba li kapaċi tgħaffeġ lill-persuni biex tiġi tintlaħaq. Jekk ma nitkellmux iktar fuq il-moralità tal-għemejjel tagħna, ikun hemm il-periklu li iktar u iktar jiġi diffus, u iktar ma jiġi diffus, iktar ikun hemm il-periklu li jidħol fl-istituzzjonijiet tagħna u ssir istituzzjonalizzata u mod ta’ ħajja. Konklużjoni Nixtieq li l-aħħar riflessjoni nagħmilha mill-esperjenza tal-Mulej Ġesù Hu ntbagħat minn Alla l-Missier biex iġedded lid-dinja. Sakemm kien fostna hu ma ppruvax ibiddel l-istrutturi soċjali ta’ dak iż-żmien. Hu ġie biex iġedded lill-bnedmin, dawk li emmnu fih, biex imbagħad ikunu huma li jbiddlu l-istrutturi bil-valuri li hu jkun għallimhom. Ħafna drabi id-diskors tagħna jkun fuq strutturi, u ġustament, u l-bdil strutturali tagħhom bħala qafas. U f’dan id-dawl qiegħed ikun hemm, ġustament, insistenza fuq il-taħriġ professjonali tal-membri ta’ dawn l-istrutturi. Ilmessaġġ li xtaqt li naqsam magħkom hu li kull wieħed u waħda minna ninsistu iktar fuq it-tħejjija etika tal-persuni li jagħmlu l-istrutturi llum u għada. Nistgħu nagħtu iktar impenn kif se jkollna bennejja ta’ strutturi – minn familja sa stat – li jkunu mmexxija b’valuri u b’kuxjenza li jibnuhom b’mod li tgawdi s-soċjetà minnhom? Nistgħu nħobbu daqshekk lill-membri tas-soċjetà tagħna li flimkien mal-imħabba nagħtuhom ukoll il-verità u l-valuri? Il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, Valletta.

111


Id-Diskors ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. fil-Quddiesa Pontifikali ta’ Jum l-Indipendenza – il-21 ta’ Settembru, 2009

Il-Knisja u l-missjoni għal-libertà vera Eċċellenza President ta’ Malta u Sinjura Abela, ħuti, Aħna niċċelebraw b’diversi modi l-ġrajjiet tal-istorja ta’ pajjiżna. Meta niċċelebrawhom ċivilment u soċjalment, aħna nkunu qegħdin nagħtu ġieħ lil min ħa sehem f’dawk il-ġrajjiet. Nippruvaw nerġgħu naqbdu l-atmosfera ta’ meta seħħew biex nerġgħu nħallu l-ispirtu li bih ġew miksubin jew iċċelebrati jispirana llum. Inkunu qegħdin inżidu mal-valur taċ-ċelebrazzjoni meta nħallu t-tifsira ta’ dawk il-ġranet tgħinna biex nadattaw u ngħixu dawk ilvaluri llum, f’ċirkustanzi differenti. Huwa b’dan il-mod li niċċelebraw Jum l-Indipendenza u l-ġranet kollha li niċċelebraw bħala pajjiż sħiħ – niċċelebraw ukoll il-Vitorja, is-7 ta’ Ġunju, Jum ir-Repubblika, Jum ilĦelsien – bħala jiem li mmarkaw l-istorja tagħna. Dawn il-jiem kollha, ilkoll b’mod differenti, juru l-mixja tal-poplu tagħna għall-kisba tal-libertà. Huwa fatt li dawn l-avvenimenti kollha juru l-ħerqa ta’ dawk li ġew qabilna biex jiksbu libertà politika u soċjali għall-poplu tagħna. Iżda l-ħelsien qatt ma huwa punt miksub għal dejjem. Kull darba li jinkiseb aspett tal-libertà, mill-ewwel l-ispirtu talbniedem jinduna b’aspett ieħor tal-libertà li għandu jiġi akkwistat. 112


Libertà fl-ispirtu Huwa ċar li l-kunċett kollu tal-libertà ma jiddependix biss fuq liġijiet, iżda jiddependi fuq l-ispirtu ta’ min ifassal u jilleġiżla, u ta’ min irid jippromovi u jiddefendi d-dritt għall-ħelsien vera u ta’ min iwieġeb b’sens soċjali għal dawn il-liġijiet. Fil-proċess għandna għażliet ta’ kif persuna tfassal ħajjitha. L-ewwel mod huwa li liberament, f’xi mument tal-ħajja tiegħu, wieħed jorbot il-ħajja tiegħu ma’ mod ta’ ħsieb u mġiba. Din [id-deċiżjoni] tagħtih is-saħħa biex juża l-libertà tiegħu biex jegħleb it-tfixkil u t-tentazzjonijiet ta’ dak kollu li jmur kontra dak li jkun għażel bħala valuri. Huwa jkun qiegħed iqawwi l-ispritu tiegħu b’deċiżjonijiet – favur il-ġustizzja, solidarjetà, eċċ – li jrażżnu d-deċiżjonijiet ta’ dak li jaqbel biss fil-mument. Dawn jistgħu jkunu tentazzjonijiet ta’ inġustizzji għall-qligħ proprju, ta’ offerti li jiġu minn barra, ta’ egoiżmu quddiem l-eżiġenzi ġusti tas-soċjetà. It-tieni mod huwa li wieħed ma jintrabatx mal-valuri, u l-libertà tiegħu jesprimiha biss skont ma jaqbel fil-mument. F’dan it-tieni każ huwa ferm diffiċli li timxi skond xi valuri, għaliex il-ġibda ta’ dak li hu talmument hija wisq b’saħħitha għaliex tolqot mhux l-ispirtu iżda l-qligħ momentarju biss. Hija biss għażla fl-ispirtu li tagħti l-qawwa lill-bniedem biex iqiegħed kull mument u kull deċiżjoni fil-kuntest tal-ħajja kollha tiegħu fil-valuri li jkun għażel. In-Nisrani veru huwa dak li jagħżel u jgħix l-ewwel forma ta’ libertà. Hawnhekk il-Kelma ta’ Alla llum tagħtina dawl x’għandhom ikunu l-għażliet tal-ħajja tagħna. Il-Kelma ta’ Alla Fil-Kelma ta’ Alla llum, qegħdin niġu ppreżentati u offruti b’viżjoni Kristjana tal-kisba tal-libertà. Hija offerta li tgħodd bħala sinjal għallInsara, iżda li tista’ tiġi kkunsidrata anki għal dawk li qegħdin ifittxu l-libertà għal pajjiżna, iżda ma jħossux li huma bilfors ispirati minn ħsibijiet Insara. Fis-Salm Responsorjali (Slm 137, 1-5) aħna niftakru 113


li Alla l-Imbierek huwa Alla li huwa qrib tagħna u ħalaqna liberi biex nibnu soċjetà li tkun tirrifletti lilu fl-imħabba tiegħu. Is-Salmista juri l-fidi tiegħu f’Alla mill-esperjenza personali tiegħu b’dan il-kliem: “filjum li fih sejjaħtlek smajtni, kattarli l-qawwa f’ruħi”. Hija esperjenza li ħafna bnedmin ta’ fidi jistgħu jaqsmu mas-Salmista. Hija talba li kull Nisrani li jħobb lil pajjiżu jagħmel. Il-Knisja Kattolika kontinwament titlob għal dan il-għan. Il-Knisja temmen li anki dan huwa kontribut li hija tagħti għall-ġid ta’ pajjiżna. Fil-fatt, fl-ewwel lezzjoni, mill-ktieb ta’ Bin Sirak, (Sir 50, 22-24) għandna talba tal-poplu għall-ħelsien: “tibqa’ fuqna t-tjieba u l-fedeltà tiegħu biex jagħtina l-ħelsien fi żminijietna”. Soċjalment iċ-ċirkustanzi tal-poplu Lhudi f’dak iż-żmien huwa differenti minn tagħna. Iżda x-xewqa ta’ ħelsien sħiħ huwa l-istess. Fil-Vanġelu tallum (Ġw 15,9-17), San Ġwann jagħtina pjan sħiħ ta’ kif min jemmen jista’ jibni dan il-ħelsien fl-isptiru. Il-bniedem li jemmen jaf li dan huwa l-mod kif Alla ħalaq lill-bniedem, u l-mod li jixtieq li jgħix il-bniedem. Din ix-xewqa ta’ Alla tidher fil-programm li Ġesù qiegħed joffri lid-dixxipli tiegħu, u qiegħed jagħtiha bħala missjoni tagħhom fil-komunità Nisranija u eventwalment fis-soċjetà: “kif ħabbni Missieri hekk ħabbejtkom jien: ibqgħu fl-imħabba tiegħi”; “dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien”. Il-ħelsien jitlob ċerti kundizzjonijiet filkwalità ta’ kif nifhmu u ngħixu l-imħabba ħalli nagħtu l-libertà vera lill-persuni ta’ madwarna. Kunċetti ta’ mħabba li ma jinkludux rispett lejn il-persuna u integrità tal-persuna, li ma jinkludux impenn lejn ilpersuna l-oħra ifixklu l-libertà u mhux jgħinha. Il-ħajja u t-tagħlim ta’ Ġesù huma indikazzjoni ċara ta’ dan. “Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, tibqgħu fi mħabbti”: ilkmandamenti tal-Mulej huma bbażati fuq viżjoni tar-realtà: b’rispett bejn il-ġenerazzjonijiet, bla serq, bla qtil, fil-verità. Fihom huwa qed jurina l-psikoloġija li hemm taħt l-għoti tal-kmandamenti mingħand ilMulej. Kultura bħal din f’dinja li hija mfixkla bid-dnub tal-bniedem, ma tistax tiġi preżunta jew wieħed jippretendiha, iżda trid tiġi mibnija jum b’jum. U ma tistax titwettaq mingħajr ma teskludi l-ħażen li jista’ jfixkel 114


il-kisba tagħha. Għalhekk il-kmandamenti fl-aspett soċjali tagħhom huma mogħtijin fin-negativ, bħala projbizzjonijiet. Fil-ħajja tagħna aħna naħsbu jew nagħlqu għajnejna lejn il-ħażen li naraw madwarna. Il-kmandamenti ma jagħmlux hekk, iżda jikkonfrontawhom. Ikollok soċjetà ġusta mhux meta tippretendi li ma jisirqukx, iżda meta tiddeċiedi li inti fl-ebda ċirkustanza u taħt l-ebda forma m’inti se tisraq: la fittaxxi, la fil-poter imqiegħed f’idejk. Kull att li wieħed jagħmel kontra l-ġustizzja ikun qiegħed jibni kultura ta’ serq li fl-aħħar mill-aħħar, se jerġa’ jolqot lilu. “Ħadd ma għandu mħabba ikbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu”. Dan huwa kunċett ta’ mħabba differenti ħafna minn dak li toffri l-kultura ta’ madwarna, li tippreżenta lilha nfisha bħala kultura ta’ akkwist, ta’ egoiżmu, pjanijiet proprji li huma lesti li jiġu miksubin anki bi ħsara lil persuni oħrajn jew lill-Istat, jew kultura ta’ pjaċir propju. “Mhux intom għażiltu lili, iżda jien għażilt lilkom, u ħtartkom biex tagħmlu l-frott”. Nixtieq li nippreżenta dan il-kliem tal-Mulej bħala missjoni lil dawk kollha li huma membri impenjati tal-Knisja Kattolika biex jagħmlu li l-ħajja tagħhom tirrifletti dan il-kliem ta’ Ġesù fis-soċjetà tagħna. Hija l-ikbar kontribut li l-Knisja tista’ tagħti lill-poplu tagħna permezz tal-membri kollha tagħha. Nixtieq li naqsam magħkom ukoll żewġ riflessjonijiet li jagħmel ilProfessur Stefano Zamagni fuq l-enċiklika tal-Papa Benedittu XVI Caritas in Veritate li hija adattament ta’ dawn il-kliem ta’ Ġesù għażżminijiet li qed ngħixu fihom: “il-modernità, f’dawn l-aħħar tliet sekli, ħallitilna mudell ta’ soċjetà fejn hemm, min-naħa waħda, l-isfera talekonomija bil-loġika tal-ħadid tagħha, li ma taċċettax li tiġi sottomessa għall-ebda ġudizzju, tant li jingħad “business huwa business”. Minnaħa l-oħra hemm l-isfera tas-soċjal, fejn isiru l-kompensazzjonijiet. Jiġifieri s-soċjal irid jaħseb għal dak kollu li l-ekonomija tas-suq tat-tip kapitalistiku mhux fil-grad li tipproduċi fuq il-pjan tal-ġustizzja u talekwità. Ma ninsewx li l-welfare state, l-istat soċjali huwa konsegwenza ta’ 115


din il-loġika ta’ separazzjoni.” Huwa jkompli, “l-enċiklika ta’ Benedittu XVI tgħidilna li dan huwa mod antik kif taħseb, għaliex issa dħalna fissoċjetà postindustrijali, u għalhekk l-element tas-soċjal għandu jidħol ġewwa l-ekonomija, mhux fit-tarf tagħha jew jiġi wara... (dan) jista’ jippermetti għas-suq li jirritorna biex ikun strument ta’ ċivilizzazzjoni tar-rapporti u tal-istrutturi li jiġġenera.” “Fuq il-prinċipju ta’ fraternità: is-solidarjetà, li hija l-kundizzjoni li timmira biex tagħmel id-diversi indaqs, mhijiex biżżejjed. Iżda l-fraternità tippermetti lil dawk indaqs li jkunu diversi. Soċjetà fraterna hija wkoll solidali, iżda mhux veru l-kuntrarju” (Stefano Zamagni: L-Enciclica e un mercato ‘ fraterno’, Citta’ Nuova, n.15,16, 2009, p. 25). Konklużjoni Huma dawn il-messaġġi li l-Knisja għandha l-missjoni li twassal u toffri lis-soċjetà fil-mixja tagħha għal libertà vera. Ma jkunx qiegħed jgħin lil-libertà min jgħid li l-vuċi tal-Knisja m’għandux jinstema’ fost l-ilħna l-oħra. Ma jkunx qiegħed jgħin lil-libertà min ma jaċċettax li l-persuni jistgħu jiġu liberament motivati minn dawn il-prinċipji fl-għażliet tagħhom. Nagħmel appell lill-Insara impenjati kollha biex iħaddnu u jwettqu dawn il-prinċipji għall-ġid tal-mixja tal-libertà ta’ pajjiżna. Il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, Valletta

116


Il-Messaġġ ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u ta’ Mons. Mario Grech, l-Isqof ta’ Għawdex dwar il-Logħob tal-Azzard – l-24 ta’ Ottubru, 2009

Messaġġ mill-Isqfijiet dwar il-Logħob tal-Azzard Bħala rgħajja spiritwali ta’ Malta u Għawdex aħna nixtiequ noffru lillmembri tas-soċjetà tagħna u lir-Rappreżentanti tagħna fil-Parlament, din ir-riflessjoni dwar il-libertà, b’mod speċjali issa meta qed tiġi diskussa r-regolamentazzjoni tal-logħob tal-azzard (gambling) fil-gżejjer tagħna. Il-logħob huwa meħtieġ għall-bniedem, għax barra li jgħinu biex jistrieħ mix-xogħol, jgħinu wkoll jitħallat mal-oħrajn. Infatti, għandu jħassibna l-fatt li llum ħafna m’għadhomx isibu ħin għal rikreazzjoni, partikolarment għal rikreazzjoni flimkien fejn wieħed jew waħda jkunu jistgħu jitkellmu, jiċċajtaw, jifirħu u jagħmlu festa ma’ xulxin. Min-naħa l-oħra jħassibna l-fatt li x’uħud sabu ruħhom mkaxkrin flestremità l-oħra għax għandhom il-vizzju tal-logħob. Fostna qed joktor b’ritmu allarmanti l-logħob tal-azzard. Dan il-logħob ifieri d-dinjità talperuna umana. Huwa logħob frott ta’ kultura li qed titlef is-sens veru talħajja u tal-ħajja soċjali, kultura li qiegħda tkejjel kollox bir-riga tal-profitt u trid tinċentiva biss dak li qed ikun imsejjaħ progress ekonomiku. Dan huwa logħob li joħloq dipendenzi ġodda li huma koroh daqs iddipendenza mill-alkoħol u d-droga. Meta l-bniedem jitlef il-kontroll fuqu nnifsu u jidħol f’dipendenza, dak il-logħob isir inuman u immorali. 117


Spiss jiġri li min hu b’saħħtu ekonomikament jistagħna fuq min hu dgħajjef. Liġi tkun verament demokratika meta tipprova tħares il-libertà vera tal-membri kollha tal-komunità. Is-soċjetà tkun taqdi iktar il-libertà meta tillimita l-libertà bla rażan ta’ min hu b’saħħtu; libertà li jekk tibqa’ mingħajr kontroll tista’ twassal għal qerda ta’ min hu dgħajjef. Kif diġà semmejna, fil-każ tal-logħob talażżard aktarx li l-libertà tal-persuna tkun diġà mhedda mill-jasar taddipendenza. Fil-każ ta’ danni fiżiċi, il-libertà żbaljata ta’ min hu f’saħħtu, tiġi mrażżna mil-liġi biex jiġi mħares id-dgħajjef. Dan il-prinċipju għandu jgħodd ukoll għal diversi ħwejjeġ oħra, bħalma huma l-isfruttar tal-mara f’xi postijiet tad-divertiment, l-abbuż flalkoħol, l-użu tad-droga u l-logħob tal-ażżard. Wieħed irid joqgħod attent biex ma jkunx hemm logħob organizzat li għalkemm prima facie ma jkunx fih riskji u konsegwenzi negattivi, potenzjalment jista’ joffri l-okkażjoni biex persuna taqbad triq li tista’ twassalha għal dannu kbir. Ebda skop tajjeb ma jista’ jiġġustifika dan it-tip ta’ logħob għax dan imur kontra kull sens ta’ ġustizzja. Il-logħob huwa għall-bniedem u mhux il-bniedem għal-logħob. Kif qatt nistgħu niġġustifikaw jew nippromovu dak il-logħob li huwa rovina psikoloġika, morali, ekonomika, familjari u xi drabi anke fiżika ta’ tant ċittadini vittmi tal-vizzju tal-logħob! Fis-soċjetà tagħna għandna xhieda biżżejjed ta’ din il-qerda umana. Din is-sitwazzjoni mhux biss għandha tqanqal riflessjoni dwar x’qafas morali u legali għandu jaddotta l-pajjiż, imma wkoll x’rimedji kliniċi qed noffru lil min huma maħkuma mill-patoloġija tal-logħob. Għalhekk, meta l-Parlament tagħna qed jiddiskuti liġi ġdida dwar il-lotteriji u l-logħob tal-azzard, nappellaw għar-responsabilità talMembri Parlamentari tagħna biex, konxji mill-konsegwenzi gravi li din 118


il-liġi jista’ jkollha fuq l-individwi, il-familji u s-soċjetà, huma jżommu quddiem għajnejhom mhux biss il-progress ekonomiku imma wkoll ilġid komuni ta’ pajjiżna. + PAWLU CREMONA O.P. L-Arċisqof ta’ Malta + MARIO GRECH L-Isqof ta’ Għawdex + ANNETTO DEPASQUALE L-Isqof Awżiljarju

119


Id-Diskors tal-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. waqt il-Quddiesa Pontifikali ta’ Jum it-Tifkira – it-8 ta’ Novembru, 2009

Inħarsu lejn il-bniedem wara l-istatistika Eċċellenza President ta’ Malta u Sinjura Abela, ħuti, Aħna llum ġejna hawnhekk bħala komunità Nisranija biex niċċelebraw l-offerta li l-Mulej Ġesù għamel lil Alla l-Missier minn fuq is-salib: “f’idejk, Missier, jien nerħi ruħi” (Lq 23,46). Illum f’att ta’ mħabba u rikonoxximent qegħdin infakkru t-tbatija u l-mewt tiegħu fid-dawl ta’ dawk kollha li b’sagrifiċċju ta’ ħajjithom, mietu fiż-żewġ gwerer dinjin. Aħna qegħdin hawn biex f’att ieħor ta’ mħabba u tama, nitolbu għal dawk li mietu f’dawn il-gwerer. Se nitolbu biex, magħqudin mal-mewt ta’ Ġesù, li wasslet għall-qawmien tiegħu, bit-talb tagħna għalihom aħna ngħaqqdu l-mewt tagħhom mal-qawmien tal-Mulej Ġesù. B’hekk, huma wkoll ikunu mal-Mulej għal dejjem fil-qawmien għall-ħajja ta’ dejjem. Naħseb li ħafna minna qraw l-istorja ta’ dawn iż-żewġ gwerer dinjin. Qrajna fuq il-kuntest politiku u ideoloġiku tagħhom; qrajna fuq il-politiċi u l-ġenerali li baqgħu jissemmew; qrajna fuq il-gwerer l-iktar importanti fejn armata jew qawwa navali jew qawwa tal-ajru ħaditha kontra qawwa oħra, fuq l-istrateġiji militari tagħhom; qrajna fuq l-istatistika tal-gwerer 120


– kemm miljuni mietu, kemm ġew midrubin, suldati u ċivili. Dak huwa l-mod kif aħna l-bnedmin inħarsu lejn ir-realtà. Iżda aħna niġu hawnhekk mhux biss biex nitolbu għal dawn l-aħwa tagħna, iżda ukoll biex inħarsu lejn dawk il-ġrajjiet mill-għajnejn talfidi, mid-dawl li tana l-Mulej. Fil-Vanġelu tal-lum (Mk 12, 38-44), Sidna Ġesù Kristu jurina, fil-ġrajja ta’ din l-armla fqira, kif Alla jħares lejn ir-realtà tagħna l-bnedmin. Ilġrajja fil-Vanġelu ddur madwar waħda armla fqira. Hija tmur fit-tempju u tagħti biċċa żgħira ta’ flus, li kienet l-aħħar biċċa flus li kellha. Ġesù joħroġ it-tagħlim lid-dixxipli tiegħu minn din il-ġrajja biex jidħlu flispirtu ta’ kif Alla l-Missier iħares lejna u lejn l-istorja tagħna. Fil-ġrajja Ġesù sab lilu nnifsu mdawwar minn diversi kittieba. Dawn kienu nies esperti tal-Liġi Ġudajka. Kienu important fit-tessut reliġjuż u ċivili tal-pajjiż. U dan kollu kienu jafuh, u kienu jippretendu li dan kollu jkun rikonoxxut mill-oħrajn ukoll. F’daqqa waħda ssibu lil xi ħadd li qiegħed jagħti importanza lil waħda fqira, armla. Ġesù jitfa’ l-attenzjoni tiegħu fuqha u jdawwar wiċċu lil hinn minn dak li jleqq. Meta beda jitkellem fuqha, anki l-attenzjoni tad-dixxipli daru fuqha, u meta tiffoka fuq persuna tibda tagħtiha iktar importanza, ma tibqax anonima. Ġesù f’din il-ġrajja juri li jħobb anki lill-kittieba għax jiftħilhom għajnejhom fuq il-veru valur tal-poter u qawwa li tingħata f’idejn ilbnedmin. Ġesù jgħid lilhom, u lilna, li kull poter huwa responsabbiltà li rridu nġorru quddiem Alla: “dawn jieħdu kundanna aktar iebsa”. Huwa jfakkar lilhom u lilna, fuq ir-responsabbiltà interna tagħna fil-kuxjenza tagħna quddiem Alla li rridu dejjem iktar niskopru. Nissoponi li qabel, l-attenzjoni tagħhom kienet kollha ċċentrata fuq x’inhuma lebsin il-kittieba biex juru dak li huma jaħsbu fuqhom infushom u dak li jippretendu li l-oħrajn jagħrfu fihom. Meta beda jitkellem fuq l-armla, Ġesù ma setax jitkellem fuq dak li jidher fiha, x’inhi liebsa, iżda fuq dak li hemm ġewwa fiha: min hi verament. 121


Din l-ewwel kunsiderazzjoni ta’ Ġesù twassalna biex immorru lil hinn mill-kittieba tal-istorja taż-żewġ gwerer dinjin, li x’aktarx ikkonċentraw l-iktar fuq dawk li kellhom il-poter, li kienu jintgħarfu minn dak li jilbsu. Ġesù jirrispetta lil dawn ukoll, iżda kien jaf li bħala bnedmin, aħna diġà nagħrfu lil dawn. Iżda Ġesù kien jaf li għandna bżonn l-għajnuna biex niftakru f’dawk li l-ilbies tagħhom ma jleqqx, li qatt ma kienu fl-ewwel postijiet. Dan jgħinna biex nippruvaw nimmaġinaw kif għexu l-ġrajjiet il-persuni li kienu f’nofs dawn il-gwerer u li huma mitlufin fl-istatistiċi. Waqt ilgwerer ma kienx hemm statistika, iżda persuni. Huma miljuni ta’ ‘jien’. F’dak il-mument tal-mewt tagħhom ġew meqrudin, mal-individwu, dawk l-esperjenzi kollha ta’ ferħ u ta’ niket li kienu waslu biex ikun dak li kien f’dak il-mument. F’daqqa waħda dak kollu ġie meqrud. Hekk ġara fil-mewt ta’ kull persuna li mietu f’dawn iż-żewġ gwerer dinjin. L-istess eżistenza ta’ Ġesù bħala ‘Alla-Bniedem’ u l-imħabba tiegħu kienet tintwera f’sensitività kbira quddiem il-bniedem li jkun qiegħed ibati. Huwa spjega lid-dixxipli tiegħu li l-armla “fil-faqar tagħha, tefgħet kull ma kellha, dak kollu li kellha biex tgħix”. Ġesù ried jurihom li lil hinn mill-biċċa flus hija għaddiet minn konflitt intern, u l-flus ħadu valur anki minn dan il-konflitt intern. Minn jaf il-biża’ li għaddiet minha dwar x’se jiġri minnha, meta tagħti dik il-biċċa żgħira ta’ flus li kellha, u li kienet tagħtiha ftit sigurtà, għall-inqas għall-ikla li ġejja. Dan kollu jfakkarna x’għadda minn dawk li kienu fil-front tal-gwerra, il-biżgħat tagħhom, is-sens ta’ telfa fuq dawk li jistgħu jħallu warajhom. Ġesù jurina dak li mhux dejjem nifhmu fl-istatistiċi: mhux il-prezz li jidher, li kien dak biss li kienu jikkunsidraw il-kittieba, iżda l-valur ta’ min qiegħed jagħti u ta’ dak li qiegħed jagħti. Fil-każ tal-gwerer dan kien il-kollox: il-possibbiltà li jkollhom jagħtu l-ħajja tagħhom fil-kamp tal-gwerra. U dan id-dramm uman jgħaqqad flimkien lil dawk li kienu fuq ilparti tar-rebbieħa iżda wkoll lil dawk li kienu fuq in-naħa ta’ min tilef il-gwerra. Għalkemm fuq naħat differenti fil-gwerra, kienu lkoll naħa 122


waħda fid-dramm uman ta’ kull min kien qiegħed jiġġieled dawk ilgwerer. Huwa d-dramm ta’ kull tbatija umana li m’għandhiex titneħħa minħabba l-kunsiderazzjonijiet politiċi jew ideoloġiċi li kultant jeqirdu dan is-sens, iżda mill-fattur uman quddiem din it-tbatija li tgħaqqad lilna u lilhom ilkoll flimkien. Dik hija l-kunsiderazzjoni Kristjana li tana Ġesù biex jgħinna nifhmu l-vera realtà umana tal-ġrajja umana. Il-veru riflessjoni tagħna llum nixtiequ li tkun mhux fuq il-glorja ta’ rebħa ta’ gwerra iżda fuq il-glorja ta’ dawk li taw ħajjithom għal skop li kienu jemmnu fih. Fid-dawl ta’ din il-ġrajja tal-Vanġelu, dawk il-miljuni li forsi jkunu moħbijin minn għajnejna taħt l-anonimità tal-istatistiċi, issa nagħrfu li l-għotja ta’ kull wieħed u waħda minnhom, kienu magħrufin f’għajnejn Alla l-Missier. U dan jakkwista valur li jmur lil hinn mill-mument u l-ispazju u jieħu valur etern, bħalma kienet l-offerta ta’ dik l-armla. Illum it-tifkira tagħna trid tkun bilfors abbażi ta’ massa, ta’ numri li fih jintilfu dawn ir-realtajiet kollha. Iżda l-fidi tagħna tħeġġiġna li nħarsu bl-għajnejn ta’ Ġesù. Anki llum, irridu niftakru li hemm żewġ mumenti fejn in-numri, l-istatistika terġa’ ssir personali, individwali. Fil-mument tal-aħbar tal-mewt ta’ xi ħadd maħbub l-istatistiċi jerġgħu jsiru individwi, fil-kuntest tas-sogħba tal-familja ta’ dak li jkun miet. F’dak il-mument, ir-realtà individwali terġa’ tidher f’dawk li kull persuna ħalliet warajha: fil-familji, il-maħbubin, il-ħbieb ta’ kull persuna li mietet. U s-sogħba ssir personali, familjari, u l-istatistiċi jsiru s-somma ta’ dawn il-weġgħat individwali, mhux l-anonimità. Aħna nixtiequ f’din il-quddiesa ningħaqdu ma’ dawn kollha li anki llum qegħdin jiftakru flgħeżież propji tagħhom. Fit-tieni lezzjoni tal-lum, l-awtur tal-Ittra lil Lhud jagħtina dawl ieħor fuq ir-realtà ta’ dawk li jemmnu: “Kristu ma daħalx fis-Santwarju magħmul 123


mill-bnedmin, iżda fis-sema, biex jidher għalina quddiem Alla”; “Hu miet darba u jerġa’ jidher darb’oħra mhux biex ineħħi d-dnubiet, imma biex isalva lil dawk li jistennewh bil-ħerqa” (Lhud 9,24-28). Aħna nemmnu li l-anonimità tal-istatistiċi jinbidlu quddiem l-eternità: quddiem l-eternità dawk li qegħdin infakkru jerġgħu jieħdu d-dinjità personali, individwali, tagħhom quddiem Alla l-Imbierek. Il-Qawmien, fi Kristu, mhijiex la anonima u la mitlufa fin-numri. Huwa l-mument meta kull bniedem jidher fid-dinjità tiegħu quddiem Alla, bħala xbieha tiegħu, u bħala bin jew bint Alla. Ħuti, aħna llum qegħdin niftakru. Illum huwa Jum it-Tifkira, Remembrance Day. Waħda mill-qawwiet li tana Alla l-Imbierek hija din il-qawwa li niftakru dak li ġara qabel. Iżda l-Mulej tana wkoll irraġuni biex nanalizzaw il-memorji, u nħalluhom jgħallmuna biex ngħixu l-preżent u nbiddlu l-ġejjieni. Jalla minn sena għall-oħra, aħna nkunu nistgħu nitgħallmu mill-passat u ngħallmu lill-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni mil-lezzjonijiet li aħna ħadna mill-istorja taż-żewġ gwerer dinjin: il-valur ta’ kull persuna, il-mod kif inħarsu lejn il-valur u d-dinjità ta’ kull persuna, u viżjoni alternattiva tal-ħajja li mhux ibbażata fuq ilqawwa jew il-kisba tal-poter, iżda fuq il-kisba tal-paċi. Dawn is-sagrifiċċji kollha li fil-gwerer jissarrfu f’mewt, jistgħu jkunu mibdula f’impenn li naslu għall-istess kisbiet permezz ta’ ħidma għallpaċi minflok ma nħalluhom jiddeġeneraw hekk li jwasslu għall-gwerer. Irridu nemmnu li l-istess kisbiet nistgħu nġibuhom fil-ħidma għallpaċi u m’hemmx bżonn il-gwerer. Dak qiegħed jgħidilna Ġesù llum u joffrilna bħala programm ta’ ħajja: “henjin dawk li jġibu l-paċi, għax huma jissejħu wlied Alla” (Mt 5,9). Il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, Valletta

124


Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. intervistat mill-Kummissarju għat-Tfal waqt laqgħa għat-tfal bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Krisu Re – il-21 ta’ Novembru 2009

Biex il-Knisja tisma’ lit-tfal Kummissarju: Illum laqqajna Assemblea tat-tfal magħmula minn żewġt itfal minn kull parroċċa biex jiġi elett l-ewwel Kunsill tat-Tfal. X’se jkun dan il-Kunsill u dawn se jkollhom vuċi, jiġifieri anke fil-Knisja? Iva. Irridu nilħqu żewġ livelli. Għandek il-livell tad-djoċesi allura hawn se jkunu magħżulin 24 tifel u tifla li 16 minnhom se jkunu regolarment parti mill-kunsill. Għandna Kummissjoni tat-tfal; u għandna Kunsill tat-tfal. It-tfal huma bejn it-8 u 12 il-sena. Kull xahar, il-Kummissjoni tiltaqa’ għaliha imma se jibdew jiltaqgħu wkoll il-Kunsill flimkien malKummissjoni biex jisimgħu u jistaqsu lit-tfal diversi affarijiet. Waħda minnhom hija x’jixtiequ mill-Knisja imma mhux biss. Aħna nixtiequ wkoll djalogu ma’ dawk kollha li f’Malta qegħdin jaħdmu favur ittfal ħalli nkunu nistgħu nikkordinaw kemm mal-ġenituri u l-iskola. Għandna bżonn ukoll li jkollna dawn l-istrutturi għax nemmnu li t-tfal meta jkunu l-iskola jistgħu jitgħallmu jkunu flimkien, jitgħallmu jirrelataw ma’ xulxin. Huwa kontribut li mhux biss qegħdin nagħtu lil Knisja imma anke lis-soċjetà. Illum se jkollna 12-il tifel u tifla li se jiġu eletti: tmien subien u tmien bniet. Dawn it-tfal huma bejn it-8 u 12-il sena. Il-8 l-oħra li se jkunu runners up xorta se jkunu parti mill-kunsill, għax imbagħad ninvolvuhom 125


f’aktar attivitajiet. It-tfal li qegħdin taraw illum huma l-Assemblea. Ħa nsejħulhom darbtejn f’sena biex ikollna idea ġenerali; se jkunu l-Kunsill ċentrali. Imbagħad ikollna fid-distretti wkoll. Għalfejn inħass il-bżonn biex titwaqqaf din il-kummissjoni? Tfisser li l-liġi tat-tfal ma kinitx qed tasal fil-Knisja? Ir-realtà kulturali hija differenti. Id-differenza hi li anke l-Knisja trid timxi mal-kultura taż-żmien. Fi żmieni lanqas ħadd ma kien jimmaġina jew anke konna nippretendu li xi darba jagħmlu xi kunsill tal-iskola, talKnisja eċċ. Li jkollna kunsill tat-tfal fil-Knisja ħadd ma kien joħlomha. Issa diġà għandna xi parroċċi li bdewha. Qatt ma kont smajt li fil-parroċċa jagħmlu Kunsill tat-Tfal u l-ewwel kuntatt li kelli meta mort f’post u kien hemm kappillan li qalli li t-tfal għamlu kollox. Hawnhekk tinduna bil-qawwa kreattiva tat-tfal li aħna, forsi, mhux dejjem nifhmu… F’kull livell: ta’ tfal, ta’ teams, ta’ żgħażagħ. Jekk jirnexxilna li nagħtu lit-tfal il-qawwa biex huma juruna dak li jagħmel sens għalihom, naħseb kemm bħala Knisja kif ukoll bħala soċjetà għandna x’niggwadanjaw. X’inhuma l-affarijiet, pereżempju, li smajt mit-tfal stess... minn din ilkummissjoni li lanqas kienu ġew f’moħħok, jiġifieri meta ltaqt ma’ dawn it-tfal ta’ din il-parroċċa? Meta ltaqjt magħhom ħassejt sens ta’ ċelebrazzjoni qawwi. Kellhom il-bżieżaq u l-mod kif użawhom, imma b’sens, tinduna li t-tfal qed jagħmluhom mhux l-adulti. L-adult għandu set of mind biex jagħmilha. Meta jagħmluha t-tfal hemm timbru speċjali. X’jagħmel sens? Pereżempju fil-Knisja: quddiesa li tagħmel sens. Il-valur hemm qiegħed. Aħna dak li rridu, irridu feedback u mhux mit-tfal biss imma miż-żgħażagħ u l-adulti. Għalhekk hemm il-kummissjonijiet differenti fil-Knisja; għandek il-liturġija, djakonija biex jgħinuna nifhmu dan ilfeedback. 126


Il-Messaġġ ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u ta’ Mons. Mario Grech, l-Isqof ta’ Għawdex Ittra Pastorali għall-Avvent – it-28 ta’ Novembru 2009

Sejħulhom Kristjani Maħbubin Uliedna, Aħna qegħdin inwasslulkom din l-Ittra Pastorali tagħna għall-Avvent, iż-żmien li għalina l-Insara jrid iwassalna biex niċċelebraw it-twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu fostna. Din is-sena, dan l-Avvent se jkun ukoll magħqud ma’ żewġ miġjiet oħra li huma maħsubin biex jgħinuna nilqgħu dan il-messaġġ. Is-sena d-dieħla, fl-2010, aħna se nfakkru anniversarju speċjali tannawfraġju li wassal lil Missierna San Pawl fuq din il-gżira. Dak iż-żmien in-nies laqgħu lil San Pawl b’att ta’ karità, meta marru jgħinuh wara l-għarqa. Iżda huma wkoll, megħjunin mill-mirakli ta’ San Pawl fuq ilgżira, laqgħu l-messaġġ tiegħu: it-tislima li tawh meta telaq mill-gżira tagħtina ħjiel li hu ħalla komunità ta’ Nsara warajh. Il-laqgħa ta’ Pawlu mal-Gvernatur tal-gżira, Publju, tiġi murija fil-kuntest ta’ miraklu, li dejjem jiġi marbut max-xandir tal-Kelma. Din is-sena ġie mħabbar ukoll li se jkollna l-Qdusija Tiegħu il-Papa Benedittu XVI li hu wkoll se jagħmel żjara fil-gżira tagħna. Huwa wkoll, bħal Ġesù l-ewwel, u bħal San Pawl, se jwasslilna l-Bxara t-Tajba għażżminijiet tagħna llum. 127


It-Tweġiba tagħna Fid-dawl ta’ dan, aħna l-Isqfijiet nixtiequ li b’din l-Ittra Pastorali nindirizzaw lill-Poplu tagħna kollu, u b’mod speċjali lil dawk li verament qegħdin ifittxu b’impenn li jkunu membri sħaħ u impenjati tal-Knisja Kattolika f’pajjiżna. Qegħdin ngħidu dan mhux biex nonqsu mir-rispett lil xi ħadd li jagħmel għażliet differenti, jew biex nagħmlu xi esklużjoni ta’ xi ħadd fis-sens negattiv tal-kelma, iżda biex inħeġġu lil kulħadd biex jagħraf x’inhi s-sejħa li qed jagħmillu Alla biex jagħmel l-għażla tiegħu jew tagħha li jsib postu fil-Knisja ta’ Alla. Dawk li ma jemmnux iridu jaraw li hemm twemmin u mġiba partikolari mgħallma u murija f’Sidna Ġesù Kristu fil-komunità tal-Knisja. Jekk imbagħad dan jibda jagħmel sens spiritwali f’qalbhom u f’moħħhom dan għandu jwassal biex huma wkoll jingħaqdu b’impenn mal-Knisja. Sidna Ġesù Kristu kien diġà qal li ġie fid-dinja biex iġib il-firda (ara: Lq 12, 51). Imma, għal Ġesù, din il-firda hija temporanja, biex jidher aħjar il-messaġġ f’dawk li jimpenjaw ruħhom biex jgħixu l-messaġġ tiegħu. F’min jemmen, din il-firda iktar tnissel fih ix-xewqa li oħrajn jingħaqdu miegħu f’dak li jemmen fih. Kull komunità Nisranija f’kull żmien, filgħan li twassal il-messaġġ ta’ Ġesù lil kulħadd, trid taħseb li tagħmel esperjenza ta’ din il-firda. Kif se nwettquha? Ġieli jkun hemm xi wħud li jitkellmu fuq il-libertà fil-Knisja Kattolika, bħalma jitkellmu fuq id-dritt għal-libertà ta’ opinjoni fl-istat. Ir-realtà hi totalment differenti. Id-drittijiet tal-membri tal-istat joħorġu mill-fatt li huma ċittadini tal-istat demokratiku mit-twelid tagħhom, jew minn ċittadinanza mitluba u mogħtija mill-Istat. Ma titlobx għażla minn dawn iċ-ċittadini. Għalhekk l-istat irid jaċċetta l-libertà ta’ opinjoni taċ-ċittadini kollha, sakemm ma tmurx kontra xi ġid komuni. Għalhekk nitkellmu fuq soċjetà pluralistika u liberali fis-sens sabiħ u pożittiv tal-kelma. Persuna tidħol fil-Knisja Kattolika permezz tas-Sagrament talMagħmudija. Fil-magħmudija n-Nisrani jgħaddi minn, u jirċievi 128


l-grazzja li ħarġet mill-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù. Hija grazzja li tiġi offruta lill-bnedmin kollha. Iżda la darba hija offerta, titlob li persuna, liberament, tilqa’ din l-offerta. Fil-każ ta’ tarbija, il-ġenituri jilqgħu din l-offerta u jgħammdu lit-trabi tagħhom, għaliex huma jixtiequ jgħaddu lil uliedhom il-fidi tagħhom fi Kristu fi ħdan il-Knisja. Meta persuna ssir adulta, jiġifieri tkun tista’ tagħmel id-deċiżjonijiet tagħha, hija trid tikkonferma din id-deċiżjoni liberament, inkella ma tkunx qiegħda tħalli l-grazzja taħdem fiha. Dawn id-deċiżjonijiet jimplikaw li wieħed iħaddan il-ħajja u t-tagħlim ta’ Sidna Ġesù Kristu. Il-magħmudija u l-konferma tagħha jikkorrispondu mas-sejħa ta’ Ġesù lid-dixxipli tiegħu: “ejja warajja”. Din hija l-‘kuxjenza kollettiva’ li jidħol għaliha n-Nisrani. L-istess ħaġa tiġri, pereżempju, meta wieħed jagħżel li jidħol fi grupp ambjentalista, jew tal-isports eċċ. Kulħadd ikun jaf il-‘kuxjenza kollettiva’, l-finalitajiet tal-grupp li jkun daħal fih: għalhekk għażlu. L-għażla jkun għamilha meta ddeċieda li jidħol jew ma jidħolx f’dak il-grupp. Mill-għażla li jkun għamel, joħorġu d-deċiżjonijiet kollha tiegħu, jew għall-inqas ikejjel id-deċiżjonijiet tiegħu ma’ din il-‘kuxjenza kollettiva’. Hija l-istess konklużjoni loġika li jridu jagħmlu l-membri tal-Knisja Kattolika biex iħossuhom membri sħaħ tal-Knisja. Iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed jinħass il-bżonn li kull wieħed u waħda minna jagħmel din il-għażla. Ġesù għamel din il-firda fost dawk li kienu jkunu jisimgħuh b’din l-offerta: “imxi warajja” (Lq 9,59). Huma dawk biss li qalu ‘iva’ lil Ġesù li saru verament ‘tiegħu’! Tant hu hekk li f’Antjokja,” id-dixxipli għall-ewwel darba, sejħulhom ‘Kristjani’” (At 11,26). Ħafna minna rċevejna l-fidi tagħna minn ħdan kultura li kienet tgħaddilna l-fidi u r-Reliġjon Nisranija: mal-fidi tagħna kellna kultura li tipproteġina. Il-kultura llum għandha wkoll xi ideat tagħha li xi drabi jbegħduna mill-Mulej. Dan ifisser li min ma għamilx din id-deċiżjoni konxja, ta’ adult, li jimxi wara l-Mulej, jibqa’ jsejjaħ lilu nnifsu Nisrani, iżda faċli jitmexxa bil-kultura tal-mument: ikun iktar jirrifletti lilha milli lil Kristu. 129


L-għażliet fostna Xi wħud li ħallew lilhom infushom jitmexxew mill-kultura biss, illum għażlu li ma jibqgħux parti mill-Knisja Kattolika u ħarġu minnha. Għalkemm dan iweġġagħna u nixtiequ narawhom jerġgħu jirritornaw għall-Knisja, wieħed jirrispetta d-deċiżjoni li għamlu. Xi wħud isibu lilhom infushom komdi li jagħżlu mill-elementi tal-fidi tagħna biex ma jitilfu xejn mill-kultura tagħna. Xi wħud għadhom isejħu lilhom infushom membri tal-Knisja Kattolika, iżda ma daħlux flaċċettazzjoni tal-‘kuxjenza kollettiva’ tal-membri tal-Knisja Kattolika. Aħna nixtiequ li nħeġġu lil dawn l-aħwa jiddeċiedu fejn se jqiegħdu l-għażliet fundamentali tagħhom. Nafu li dan mhux faċli! Inħossu li huwa diġà sinjal pożittiv meta jħossu internament li huma f’pożizzjoni skomda bejn il-fidi u l-pressjoni tal-kultura ta' llum fejn tmur kontra l-valuri tal-fidi. Dan għandu jgħinhom biex jieħdu deċiżjoni. Imbagħad hemm xi wħud li għamlu l-għażla fundamentali fil-ħajja tagħhom li kkonfermat il-fidi li rċevew fil-magħmudija. Ir-reliġjon kulturali nbidlet b’għażla ta’ fidi li ddawwal il-viżjoni tagħhom taddinja ta’ madwarhom: daħlu fil-‘kuxjenza kollettiva’ tal-Knisja u jistgħu jingħarfu għax huma parti minn din il-‘kuxjenza kollettiva’. Ġesù, li kien jaf in-natura tal-bniedem, u qiegħed l-għażla tagħna b’mod ċar: “ma tistgħux taqdu lil Alla u lill-flus” (Mt 6,24). Bi ‘flus’ Ġesù qiegħed jifhem dak kollu li jtellef lill-bniedem milli jaqdi lil Alla. Ma riedx li nidħqu bina nfusna. Min jagħżel li jaqdi l-flus huwa ċar fil-ħsibijiet tiegħu: jista’ xi darba jagħmel għażla oħra. Min jagħżel li jaqdi lil Ġesù huwa wkoll ċar: irid jersaq lejn Ġesù. L-ikbar traġedja, u Ġesù kien jafha, hija ta’ dawk li jibqgħu fin-nofs. Jaħsbu li jistgħu jgħaddu mingħajr ma jagħmlu l-għażla għal Ġesù, jibqgħu isejħu lilhom infushom ‘Insara’ għaliex hekk ġew mgħammda, iżda fil-fatt jaqdu l-kultura tal-lum f’kollox. U hawnhekk tiġi l-kontradizzjoni ta’ xi wħud. Ngħid li jien Nisrani u ma nersaqx lejn il-Knisja, lejn il-Kelma ta’ Alla u lejn l-Ewkaristija. Din 130


il-ħaġa ssir biss meta nitkellmu fuq il-fidi tagħna, għax meta fil-ħajja soċjali tagħna nidħlu għal xi impenn, normalment naċċettaw dak kollu li titlob din l-għażla. Ngħidu li aħna Nsara iżda ma nipprattikawx il-fidi, u allura nibdew nitbiegħdu mill-fidi jew ngħixuha biss fil-qoxra! Hija din l-isfida tagħna, din il-firda, li xtaqna nipproponu għal din isSena ta’ San Pawl. Nixtiequ li din is-sena tkun ta’ tisħiħ għal kull min diġà għażel lil Kristu biex jimxi warajh. Nixtiequ nuru l-imħabba tagħna għal dawk li għażlu li ma jridux jimxu wara Ġesù fil-Knisja. Iżda fuq kollox nixtiequ tkun sena ta’ grazzja u ta’ deċiżjoni għal dawk li għadhom finnofs: dawk li għadhom iħossuhom Insara iżda mhux qegħdin iwieġbu għas-sejħa ta’ Ġesù biex jimxu warajh. Konklużjoni Aħna qegħdin f’mument importanti tal-Knisja tagħna f’pajjiżna. Aħna konna trabbejna u għexna f’kuntest ta’ kultura li kienet mimlija bissinjali tar-reliġjon Kattolika. Ir-realtà issa hija ħafna differenti. Il-kultura prevalenti m’għadhiex tirrifletti f’ħafna affarijiet dak li joħroġ mill-fidi u t-tagħlim ta’ Sidna Ġesù Kristu. Biex ngħixu l-fidi f’din ir-realtà rridu li din il-fidi l-ewwel tkun preżenti f’qalbna għax għażilna li nilqgħu s-sejħa li għamlilna Ġesù, u mbagħad inkunu kapaċi ngħixu ta’ ‘Kristjani’ fil-kultura llum. Il-komunità tal-Knisja trid tingħaraf iktar mill-kliem u l-imġiba talmembri tagħha milli biss mir-reġistri tal-Magħmudijiet. Ġesù kien ċar: li jridu jagħrfuna mill-għemejjel tagħna. Xtaqna li ngħidu dan b’imħabba u urġenza kbira mhux biex inbeżżgħu lil xi ħadd. Dan kollu qegħdin ngħiduh f’kuntest ta’ ħafna mħabba anki għal dawk li ddeċidew li jitilqu l-Knisja, u forsi jħossu li għandhom jeħduha kontra l-Knisja fuq ċerti punti. Qegħdin ngħiduh għaliex irridu nkunu konxji minn dan il-proċess, u nidħlu fih, mhux inħalluh jgħaddi minn fuqna. 131


F’din is-sena l-Mulej qed jagħmillek din l-offerta permezz tagħna. Ittweġiba hija f’idejk. Nitolbu biex ikun hemm ħafna li jgħidu bħal San Pietru: “Mulej, għand min immorru? Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem, u aħna emminna u għarafna li inti l-Qaddis ta’ Alla” (Ġw 6, 68.69). Kull min għamel l-għażla bħal San Pietru, ma ddispjaċihx! Nagħtukom il-barka pastorali tagħna b’rahan ta’ kull ġid mis-sema. + PAWLU CREMONA O.P. L-Arċisqof ta’ Malta + MARIO GRECH L-Isqof ta’ Għawdex

132


Il-Messaġġ ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. fit-tnedija tal-Kampanja RTK b’risq dawk fil-bżonn – it-2 ta’ Diċembru 2009

Il-Wiċċ Karitattevoli tal-Knisja Naħseb li l-kampanja RTK tolqot żewġ uċuħ ħafna importanti talKnisja. L-ewwel nett huwa l-leħen tal-Knisja: l-RTK huwa leħen ta’ kulħadd imma b’mod speċjali jippreżenta dawl Kristjan ta’ dak kollu li jkun għaddej. L-RTK għandu impenn soċjali; meta qed imexxi messaġġ favur il-persuna, messaġġ favur il-ħajja, huwa wkoll impenn soċjali. It-tieni ħaġa li qegħdin nippreżentaw illum hija, biex ngħid hekk, il-wiċċ soċjali imma din id-darba materjali ta’ dik li hija r-realtà tal-Knisja. IlKnisja f’Malta, f’kull żmien, tħoss li l-Mulej bagħatha anke biex tgħin b’mod speċjali lil dawk li l-iktar ikollhom bżonn. Illum niżżuħajr ’l Alla l-affarijiet qegħdin jinbidlu, imma forsi fi żminijiet oħrajn – qed nitkellem fuq ir-residenti tad-Dar tal-Providenza – kienu ftit jew wisq jaħbuhom. Mhux b’nuqqas ta’ mħabba imma s-soċjetà ma kinitx taċċettahom. Jalla ma jkunx hawn persuni hekk, imma l-fatt li qegħdin hawnhekk, juri li għalina huma prezzjużi għaliex għandna x-xbieha ta’ Alla f’dehra li hija dgħajfa, li hija persuna li nistgħu nikkomparawha ma’ Ġesù kif kien imwarrab meta twieled. Dawn iż-żewġ affarijiet qegħdin jingħaqdu flimkien meta Mons. Mikiel Azzopardi semma’ din id-dar bħala d-Dar tal-Providenza. Ma nafux kif 133


wasal għal dan l-isem imma l-ħsieb nisrani hu li meta tara l-bżonn, tidħol il-providenza; meta hemm il-bżonn hemmhekk tidħol il-providenza u hawnhekk nixtieq nirringrazzja lis-Sur Michael Francalanza talli tana dawk il-ħafna affarijiet. Il-providenza kif tiġi? Tiġi bil-flus, imma l-providenza tiġi għax ikun hawn min imexxi din il-kampanja. Tiġi għax ikun hemm min jisponsorja, tiġi għax ikun hemm min jagħti l-ħin tiegħu għall-volontarjat ġol-RTK, u barra l-RTK. Dan kollu hu providenza. Tiġi għaliex ikun hawn ħafna li meta l-kelma taslilhom, ikunu lesti li jagħtu s-sehem tagħom. Jiena nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li ħadu sehem. Hawn Fr Martin Micallef li huwa d-Direttur ġdid tad-Dar tal-Providenza u nixtieq li nirringrazzja wkoll dak kollu li jsir fid-Dar tal-Providenza. Tistagħġeb, ikun hemm xi wħud li jaħsbu l-iktar li niftaħru hu bil-monumenti l-kbar tagħna. Jiena naħseb li l-Knisja l-iktar li tiftaħar hu li tkun tat is-sehem tagħha ħalli fejn hemm it-tbatija tkun tista’ tgħin. L-Istudjows ta’ Radju RTK, Il-Blata l-Bajda

134


Il-Messaġġ ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. lill-Emigranti Maltin fl-okkażjoni tal-Milied– l-24 ta’ Diċembru 2009

Żmien biex niċċelebraw il-Fedeltà ta’ Alla B’ferħ kbir nilqa’ din l-okkażjoni biex inwassal ix-xewqat tiegħi għal Milied hieni u s-sena t-tajba mimlija ġid u barka lill-emigranti kollha. Għalkemm ’l bogħod, żammejtu r-rabta tagħkom ma’ art twelidkom u tagħmlu l-almu kollu tagħkom biex din l-imħabba tgħadduha lil uliedkom u lil ulied uliedkom. Il-Milied huwa l-aħjar żmien biex wieħed iġedded u jiċċelebra din l-imħabba għaliex ifakkarna fil-fedeltà ta’ Alla lejn il-poplu tiegħu, u permezz ta’ dan il-poplu, lejn l-umanità kollha. Għalkemm baqa’ ħaġa waħda mal-Missier u mal-Ispirtu s-Santu, l-Iben ta’ Alla sar bniedem u għammar fostna. Dan l-att kbir ta’ ġenerożità u ta’ mħabba tal-Missier li bagħat lil Ibnu fostna, li ċċaħħad minn Ibnu mħabba fina u għalina huwa l-misteru li niċċelebraw sa mill-ewwel Milied. Għalhekk għandna raġun għaliex nifirħu. Nifirħu għaliex l-Iben ta’ Alla, biex iwettaq irrieda tal-Missier ġie fostna biex iwasslilna din l-imħabba tal-Missier u jgħallimna kif għandna nħobbuħ bħala wlied denji tiegħu. Il-Milied huwa għajn ta’ ferħ bla tmiem fost dawk il-popli li b’xi mod jew ieħor għadhom iħossuhom parti u kburin bil-wirt Nisrani tagħhom. Dan il-ferħ tal-Milied inissel sens ta’ għaqda u xewqa dejjiema li nkunu 135


ħaġa waħda mal-familji u l-ħbieb tagħna. Nitlob u nittama li din l-istennija twassalna biex infejqu xi ftit mill-firdiet li minn żmien għal żmien jistgħu jidhru anke fost il-familji tagħna. Xi wħud iħarsu ’l hemm miċ-ċirku tal-familja u tal-ħbieb u jagħmlu ħilithom biex din l-istennija ta’ mħabba u ferħ jaqsmuha ma’ dawk li jħossuhom waħidhom u mingħajr imħabba. Mhuwiex dan forsi il-mod li l-Imgħallem tagħna jixtieq li aħna, dixxipli u aħwa tiegħu niċċelebraw it-twelid tiegħu fostna! Meta Ġesù waqqaf il-Knisja tiegħu u kkonsagraha bl-Ispirtu tiegħu, huwa xtaq li mhux biss nagħmlu dan b’tifkira tat-twelid tiegħu, imma li fuq kollox inkomplu l-missjoni tiegħu fdata lilu mill-Missier. Nitlob li l-Imgħallem tagħna jnissel fina dan is-sens ta’ ferħ f’dan iż-żmien talMilied: ferħ, imħabba u paċi fl-art, lill-bnedmin ta’ rieda tajba li jinxtered mal-art kollha. Jalla l-barka tal-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu tinżel fuqkom u fuq il-familji tagħkom f’dan il-Milied u tibqa’ tgħammar u tiġġeded fostkom tul is-sena l-ġdida kollha. + PAWLU CREMONA O.P. L-Arċisqof ta’ Malta

136


Il-Messaġġ ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. lill-Missjunarji Maltin fl-okkażjoni tal-Milied– l-24 ta’ Diċembru 2009

Ġesù twieled bħala missjunarju Ħuti: nixtieq li nieħu din l-okkażjoni biex nawguralkom il-Milied ittajjeb. Hemm ħafna modi kif aħna l-Insara nistgħu nħarsu lejn il-Milied, iżda hu importanti li dak li naraw, inħossuh li qegħdin ngħixuh fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Naraw il-ferħ tal-anġli meta twieled Ġesù Bambin, u għalhekk niċċelebrawh b’ħafna ferħ. Dan huwa l-ikbar aspett li hemm ċans li jiġi mmanipulat għall-qligħ. Għalhekk in-Nisrani jagħmel l-isforz biex ilferħ tiegħu jagħmlu madwar it-twelid ta’ Ġesù. Naraw l-aspett tal-familja ta’ Ġesù, ġewwa Betlehem u għalhekk il-ferħ tal-Milied nagħmluh b’mod speċjali madwar il-familja tiegħu, u l-iktar, iċċentrat fuq it-tfal fil-familji. Naraw il-mod kif twieled Ġesù, jiġifieri fil-faqar, u allura rridu nħarsu madwarna u naraw kif se nfitttxu u fejn nistgħu ngħinu lill-fqar. Iżda meta niftakar fikom, għeżież missjunarji, jiena niftakar b’mod speċjali fuq aspett ieħor li jġibilna l-Milied: Dak li twieled, l-Iben ta’ Alla li sar bniedem, twieled bħala missjunarju. Hu ġie biex jagħtina l-Kelma 137


ta’ Alla. Anzi ġie mibgħut bħala missjunarju mingħand Alla l-Missier. Ġesù, biex nitkellmu b’espressjoni umana, ‘telaq’ lil Missieru u ġie fostna. Intom għamiltu l-istess meta tlaqtu art twelidkom u mortu f’pajjiżi oħra. Ġesù għamel dan b’imħabba kbira lejn il-bnedmin, biex jaqsam magħna dak li kien diġà għex ma’ Alla l-Missier. Intom mortu għaliex ħabbejtu lin-nies ta’ dawn il-pajjiżi u ridtu taqsmu magħhom din l-imħabba ta’ Alla l-Missier lejhom. U l-preżenza ta’ tant missjunarji Maltin li f’isimna marru f’artijiet barranin biex iwasslulhom il-messaġġ tal-imħabba ta’ Alla hija għalina tifkira ta’ dan l-aspett tal-Milied. In-Nisrani ma jistax jiċċelebra t-twelid ta’ Ġesù, ma jistax jaqra fuq il-ħidma missjunarja li qegħdin tagħmlu, u ma jħossx li għandu jagħmel xi ħaġa hu wkoll biex ikompli din ilmissjoni ta’ Ġesù. Nirringrazzjakom ta’ din ix-xhieda, u ta’ dak kollu li għamiltu u qegħdin tagħmlu f’isem il-Knisja Maltija f’dawn l-artijiet. Nawguralkom il-Milied it-Tajjeb u sena 2010 mimlija grazzi tal-Mulej fuqkom u fuq dawk li qegħdin taqdu. + PAWLU CREMONA O.P. L-Arċisqof ta’ Malta

138


Il-Messaġġ ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. lill-poplu Malti fl-okkażjoni tal-Milied – l-24 ta’ Diċembru 2009

Il-presepju mill-għajnejn tal-fidi Ħuti, aħna qegħdin fi żmien il-Milied, u x-xewqa tiegħi lejn kull persuna, lejn kull familja, lejn il-poplu tagħna kollu huwa li jkollna dik il-paċi li Sidna Ġesù Kristu ġabilna permezz tat-twelid tiegħu elfejn sena ilu. Jiena naħseb li ħafna familji għad għandhom il-presepju li huma jarmaw fiddjar tagħhom biex ifakkarhom f’dan il-misteru kbir. Jien nixtieq li nħarsu lejn il-presepju bħala vetrina biex aħna nistgħu nifhmu aħjar x’ġara elfejn sena ilu. Il-qofol ta’ dan il-presepju u ċ-ċentru tiegħu huwa dejjem Sidna Ġesù Kristu. Nixtieq li aħna nħarsu lejh b’għajnejn ta’ fidi; l-ewwel għaliex taħt dik ix-xbieha tal-Bambin Ġesù nemmnu li hemm l-Iben ta’ Alla li ġie fostna biex ibiddel l-istorja tagħna. Issa l-umanità m’għadhiex waħedha, għax f’nofsha twieled l-Iben ta’ Alla. U nixtieq li nagħmlu att ieħor ta’ fidi, li aħna ngħarfu li f’dak ilBambin Ġesù tal-presepju tagħna, taħtu naraw kull tarbija li titwieled, li issa hija mmarkata wkoll b’dik l-imħabba kbira ta’ Alla l-Missier meta tah lil Ibnu. Illum ukoll nistgħu ngħixuha dik ir-realtà, meta aħna f’kull persuna naraw ukoll il-preżenza ta’ Alla, meta nagħrfu fil-presenza ta’ Alla id-dinjità ta’ kull persuna, hi min hi. Dik l-esperjenza tat-twelid ta’ Ġesù, l-ewwel li għexuha kienu Sidtna Marija u San Ġużepp. Kienet 139


dik il-familja li Alla l-Missier għażel biex fiha jitwieled Ġesù, u dik ilfamilja tinbidel għax issir il-post fejn kompliet dik li aħna ngħidulha ‘l-Inkarnazzjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu’. F’dak il-mument, dik il-familja nbidlet. Jien nixtieq li anki f’dan il-Milied, inħallu li anki l-familji tagħna jinbidlu. Ġesù jrid ikun preżenti, Ġesù jrid jikber ma’ dik il-familja, Ġesù jrid ikun is-sostenn, il-qawwa, iċ-ċentru ta’ dik li hija familja Nisranija li għadha trid li jkollha lil Ġesù f’nofsha. Il-personaġġi li l-iktar huma komuni meta aħna naraw il-presepju huma r-rgħajja. Dawk ir-rgħajja li għaliex semgħu vuċi, kienu kapaċi jmorru jfittxu. U għaliex huma marru jfittxu huma raw, u għaliex huma raw huma setgħu imorru lura lejn pajjiżhom, lejn l-irħula tagħhom u jirrakkontaw l-esperjenzi tagħhom. Jiena nixtieq li anki f’dan il-Milied aħna nkunu minn dawk li għax rajna lil Ġesù, doqqna lil Ġesù u ħallejna lil Ġesù jidħol ġewwa qalbna, aħna nkunu kapaċi naqsmu din l-esperjenza maloħrajn. Ħuti, aħna llum qed niċċelebraw il-Milied, għaliex dawn in-nies kollha ma għixux lill-Mulej f’mument wieħed biss imma ħallewh jidħol ġewwa ħajjithom, ibidlilhom ħajjithom u jkunu ta’ għajnuna għall-oħrajn biex huma lkoll ikollhom l-istess esperjenza. Ħuti, din hija x-xewqa tiegħi għalikom ilkoll. Nixtiqilkom Milied hieni, Milied li huwa mimli bil-preżenza tal-Mulej. + PAWLU CREMONA O.P. L-Arċisqof ta’ Malta

140


L-Omelija ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. fil-quddiesa ta’ lejlet il-Milied – l-24 ta’ Diċembru 2009

Ġrajja komuni li biddlet l-istorja Ħuti aħna ġejna flimkien f’din il-komunità ta’ Nsara li jemmnu, maqgħudin ma’ ħafna miljuni oħrajn madwar id-dinja kollha biex niċċelebraw ġrajja, li fiha nnifisha setgħet tgħaddi ma’ ħafna ġrajjiet oħrajn, li seħħet f’post żgħir f’Betlehem, permezz ta’ persuni komuni, ġrajja li hija komuni – twelid ta’ tarbija, żmien li huwa żmien bħalloħrajn bħal kull mument li aħna ngħaddu minnu tul is-snin. Imma f’dak il-lejl seħħew ġrajjiet kbar li biddlu l-istorja, biex ngħidu hekk, tad-divinità u tal-umanità. F’dak il-mument ta’ elfejn sena ilu, it-Tieni Persuna tat-Trinità Qaddisa, daħlet fl-umanità u sar bniedem bħalna. Fl-umanità, id-divinità setgħet ħabbet u kien fil-bidu ta’ ħbiberija ġdida wara dak it-tfixkil li aħna naqraw fuqu fil-Ġenesi milli jidher il-bniedem għamilha tant diffiċli li jersaq lejn Alla. Għadna nħossu d-diffikultà tagħna anke llum meta nersqu lejh u nsibu tant tfixkil ġo fina u madwarna. U l-Iben ta’ Alla sar bniedem biex hu jagħmel il-pass kbir li jersaq lejna u madwarna. Imma t-tieni bidla kbira li ġrat kienet fil-bnedmin li għamlu l-esperjenza ta’ din il-ġrajja kbira; Sidtna Marija, San Ġużepp li ħajjithom kienet iċċentrata, ittimbrata bil-preżenza ta’ Sidna Ġesù Kristu. 141


Fil-Vanġelu (Lq 2, 1-14), smajna l-ġrajja tar-rgħajja li f’daqqa waħda l-orizzonti tagħhom twessgħu, ma baqgħux jgħixu fid-dinja magħluqa tagħhom infushom, imma nfetħu għall-esperjenza tas-Salvatur. Ħuti dan il-lejl huwa faċli li aħna ngħixuh billi niftakru fl-ewwel esperjenza u nagħtu glorja lil Alla f’dak li ġara elfejn sena ilu. Huwa ħafna iktar diffiċli, imma jagħmel ħafna iktar frott f’ħajjitna jekk aħna nagħmlu – kull wieħed u waħda minna – li anke t-tieni miraklu jseħħ: li aħna noħorġu minn hawnhekk mibdulin għaliex l-Iben ta’ Alla issa daħal fil-fond tal-orizzonti ta’ dik li hija l-ħajja tagħna. Kemm ikun fqir, ħuti, d-don ta’ Alla għal dawk li forsi jiċċelebraw dan illejl qaddis, imma minn għada, ngħid forsi minn pitgħada, ma jibqa’ xejn minn dan il-lejl. U la d-dixxipulat wara l-Mulej fis-sens li bdejnieh illum u suppost li jkollna iktar għatx biex insiru nafu min hu dak li twieled, anke permezz tal-mixja li aħna nagħmlu bħala dixxipli tiegħu, ħadd wara l-ieħor. Kemm ikun don żgħir li aħna nirċievu mingħand il-Mulej jekk il-vizjoni li aħna għandna – ilkoll għandna vizjoni – ma tinbidilx xi daqsxejn u nibdew naraw l-affarijiet, il-persuni mill-għajnejn tal-Iben ta’ Alla meta ġie fostna. Ħuti hija din il-vera sfida li Alla l-Imbierek ta' lid-dinja permezz ta’ Ibnu; hi din l-aħħar sfida li aħna bħala bnedmin irridu naċċettaw ħalli ngħidulu: “Mulej, il-miġja tiegħek fid-dinja ġabet bidla. U għax għamlet bidla fija, ġabet bidla fil-familja tiegħi, għamlet bidla fis-soċjetà, għamlet bidla fid-dinja kollha”. Għax inkella, ngħidha, kienet tkun fin-nofs glorja lil Alla li qiegħed fis-smewwiet u s-sliem fl-art lil dawk li veramanet jogħġbu lil Alla. Il-miġja tal-Mulej Ġesù hija maħsuba biex twassal ħalli d-dinja tkun differenti u tixbah ħafna l-imħabba li biha Alla l-Imbierek fil-fatt welled lil din id-dinja. Ħuti, x’kien hemm speċjali f’dan il-lejl li aħna qegħdin niċċelebraw illum? Ħa naraw il-Kelma ta’ Alla llum xi dwal tatna. “Illum,” smajna, “twieled Salvatur li hu Kristu l-Mulej” (Slm 95). Hu l-ewwel dawl li aħna 142


nagħmlu meta nħarsu lejn il-Bambin u li huwa biss xbieha ta’ dak li sar, aħna naraw din it-tarbija speċjali li fiha saret l-Inkarnazzjoni. U saret l-Inkarnazzjoni, ħuti, għaliex Ġesù ġie biex jurina Alla, ippermettuli l-kelma, differenti minn kull ħsieb ieħor li jista’ jkollna ta’ Alla: Alla li jiġi, Alla li jersaq, Alla li ma jibqax hemm fuq biss imma li aħna tant aħna fil-qofol tal-eżistenza ta’ Alla li kien kapaċi jiġi fostna. It-twelid ta’ Ġesù jagħtina wkoll dawl differenti fuq min hu Alla, u qed ngħidha bla nuqqas ta’ rispett, li jifridna mir-reliġjonijiet l-oħrajn kollha. It-tieni ħaġa li smajna fil-lezjonijiet tal-lum huma l-kelmiet minn Isaija (8, 2-7): “il-ħeġġa tal-Mulej... tagħmel dan”. U l-ħeġġa tal-Mulej qed nitkellmu fuq l-Iben ta’ Alla li sar bniedem, ifhmuni mhiex għal Ibnu, ilħeġġa tal-Mulej hija għalina, għalik u għalija. Meta Alla l-Imbierek daħal fl-istorja, Hu bidel l-umanità. Il-ħeġġa tal-Mulej hija offerta għalina biex quddiem il-Bambin Ġesù naraw mhux biss il-valur tal-Iben ta’ Alla ta’ elfejn sena ilu, imma nara l-valur tiegħi, ta’ kull wieħed u waħda minna, ta’ kull bniedem li hu mwarrab, għaliex f’kull bniedem li hu mwarrab, f’kull tarbija li hija maqtula fil-ġuf, hemm id-dinjità ta’ Bin Alla li qed tiġi mkażbra. Dan hu l-misteru, ħuti mhux naraw tarbija ta’ elfejn sena ilu, imma li nkunu kapaċi narawh f’kull tarbija li għaliha Sidna Ġesù Kristu ġie fid-dinja. F’dan il-lejl aħna nistgħu naraw ukoll – ħa nipprova ninterpretaha – ilbidu ta’ poplu li permezz tiegħu, dik il-ġrajja ta’ elfejn sena ilu, setgħet tasal sa llum. Kieku ma kienx hemm ir-rgħajja u bdew jgħidu lill-oħrajn u li kienu l-ewwel 'appostli', kif se nkunu nafu biha? Kienet tmur bħal ġrajja tul is-snin u tibqa’ hemmhekk magħluqa fl-ispazju u fiż-żmien li fiha ġrat. U dan l-ewwel poplu – tenna dan il-kliem: “inaddaf poplu u jiksbu għalih” (Tit 2, 14). Aħna li qegħdin hawnhekk, li ġejna għalih, poplu mħeġġeġ għal għemil it-tajjeb. Araw ftit fl-ewwel poplu, ħuti, għandek lil Marija u ’l Ġużeppi li jagħtu spazju u jwelldu biex Ġesù jista’ jkun fiddinja. Mhux din hi l-komunità Nisranija tagħna, ħuti, li aħna nagħtu 143


spazju mill-ħin tagħna, l-interessi tagħna biex Ġesù jerġa’ jitwieled? Kif se jitwieled jekk ma nkunux aħna li nagħtuh spazju ta’ kuljum, tul is-snin? U dan il-poplu li fl-ewwel rgħajja, dawk li marru jħabbru l-aħbar għandna l-istorja kollha tal-Knisja għax waslet hawn permezz tat-tħabbira ta’ dawk id-dixxipli li Ġesù għamel Appostli. U llum bil-ġenerazzjonijiet se tkompli għax ikun hawn minna li jkunu kapaċi jirrakuntaw l-istorja bħala esperjenza personali. Huwa dan ilpoplu li Alla l-Imbierek qiegħed jibni għalih. U aħna rajna x’jistenna Alla minn dan il-poplu. Hu jgħid tliet affarijiet. “Fejn ikun hemm id-dlam, ġie Ġesù u ġab id-dawl” (ara Is 9, 1). Liema parti tal-ħajja tiegħi għadha fid-dlam? Għandi biċċiet li qegħdin fiddawl, imma żgur li għandi biċċiet li huma fid-dlam, u l-Mulej qed jgħidli f’dan il-lejl: dawwalhom! U liema huma l-ħbieb tiegħek, il-familjari tiegħek u għadhom fid-dlam? Għażel wieħed u waħda minnhom u middlam li għad għandhom ġewwa fihom, tihom id-dawl! Jgħidilna Isaija: “kattart il-hena, kabbart il-ferħ” (Is 9, 2). Liema hu d-dwejjaq li għandu u li jista’ jiġi b’saħħtu biss jekk tkun taf li Ġesù miegħek. U qiegħed ġewwa fik għax int għext waħdek bl-esperjenza tal-ħajja u ma ħallejtx il-Mulej jidħol ġewwa fik? Liema huma dawk l-esperjenzi? U Ġesù jerġa jgħidilna dan il-lejl: “liema hi l-persuna li inti taf li għadha ma daħħlitx lil Ġesù ġewwa ħajjitha. X’qiegħed tistenna biex tferraħha bl-esperjenza tiegħek, tal-Mulej Ġesù? U l-aħħar kelma li jgħid: “il-madmad ta’ dan il-poplu kissirtu” (Is 9, 3). U jiena ngħid dan il-madmad huwa l-madmad b’mod speċjali spiritwali talmaħfra. Minn minnha, liema parti mill-ħajja tiegħek għadek m’emmintx li l-Mulej ħafirlek meta stqarrejtha quddiemu? Agħtihielu l-Mulej inkella tibqa’ bil-madmad. Liema hija l-persuna ta’ madwarwek li għadha bilmadmad għax int għadek ma ħfirtilhiex? U Ġesù qed jgħidlek: f’dan il-lejl, neħħilha l-madmad, aħfrilha, tiha dawl ġdid, ħajja ġdida. 144


Nagħlaq, ħuti. F’dan il-lejl, nerġa’ ngħid dak li għidt fil-bidu: ejjew ma ngħixuhx biss billi nħarsu lejn il-ġrajja ta’ elfejn sena ilu, nistagħġbu biha u nfaħħruha. Dik hija biss l-ewwel parti ta’ dak li rridu ngħixu f’dan il-lejl. Ejjew ħuti nagħmlu li d-dinja stess tkun il-glorja ta’ Alla l-Imbierek għax ikun jista’ jħares lejna hawn fl-art u jgħid: il-miġja tiegħi għamlet bidla fosthom, huma qed jgħixu ħajja skont ma nixtieq jien, b’ħafna mħabba, ħafna paċi, ħafna ferħ. Il-Kon-Katidral ta' San Ġwann, Valletta

145


L-Omelija ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. fil-quddiesa tal-Aħħar tas-Sena – il-31 ta’ Diċembru 2009

Infasslu s-sena l-ġdida fid-dawl tal-fidi Ħuti. Se nibdew sena ċivili ġdida imma bħala komunità Nisranija ftit ilu aħna bdejna sena oħra liturġika. Xi grazzja kbira għalina li aħna kapaċi ngħixu sena taħt żewġt idwal: is-sena ċivili, soċjali imma paralellament magħha aħna ngħixuha wkoll fid-dawl tal-fidi tagħna Nisranija propju bħala sena liturġika. Jiena ppruvajt naqsam magħkom dan il-ħsieb qisu s-sena liturġika hija maħsuba biex aħna nistagħġbu b’mod speċjali quddiem l-intervent ta’ Alla fid-dinja meta l-Iben ta’ Alla sar bniedem, allura l-kelma propja għas-sena liturġika hija l-kapaċità tagħna li nibqgħu nistagħġbu b’dawn il-misteri kbar. Għax meta int tkun għadek kapaċi tistagħġeb f’dawn ilġrajjiet tkun tista’ tgħixhom bħala esperjenza tiegħek. Bħalma ngħixu fost affarijiet oħrajn propju bħala stagħġib għaliex ġara xi ħaġa kbira fiddinja. Is-sena ċivili, bdejt naħseb jien, nistgħu nagħtuha togħma differenti. Issena ċivili hija dak il-jum wara l-ieħor li aħna, dak li stagħġibna bih, inkunu nwettquh fil-ħajja temporali tagħna. Dak li stagħġibna bih bħala xi ħaġa li hija qawwija, xi ħaġa li hija divina fl-istorja, aħna fil-ħajja ċivili nkunu nistgħu ngħixu l-istorja imma b’mod divin għaliex nitfgħu filħajja tagħna dak li nkunu stagħġibna bih. 146


Ħa niftakru l-ewwel f’dik is-sena liturġika li bdiet fl-Avvent u biex aħna stajna nistagħbu. U dak iż-żmien b’mod speċjali fil-Milied, nistgħu ngħiduha, kienet kważi – imma nispjegaha – id-divinizazzjoni talumanità permezz tat-twelid ta’ Ġesù. Tisma’ l-kliem tat-Tieni Lezzjoni (Gal 4, 4-7), jgħidlek: “twieled Iben, imwieled minn mara,” mal-ewwel tidħol il-Madonna, għaliex? “Biex ikollna l-adozzjoni”, biex nistgħu nsejħu u nifhmu għax kulħadd jista’ jsejjaħ imma li tidħol fil-misteru, mhux ta’ kulħadd, imma ta’ min jemmen u jemmen profondament. Lil Alla kapaċi nsejħulu Alla Misssier u tħossu hekk. U allura nsiru werrieta, aħna lkoll, permezz tat-twelid fostna ta’ Sidna Ġesù Kristu. Aħna fl-Avvent u fil-Milied għixna d-divinizazzjoni: Alla li jidħol flistorja ta’ kull wieħed u waħda minna, u l-istorja tagħna ssir mimlija bilpreżenza ta’ Alla. Hu dak li għexna b’mod speċjali fil-Milied. U l-qofol ta’ din l-istorja kollha, il-mezz li permezz tiegħu seħħ dan kollu, kienet persuna waħda: Sidtna Marija. Hi, f’isimna lkoll, reġgħet tat – dik hi l-kelma, kultant tidher stramba – tat il-permess lil Alla l-Imbierek li jerġa’ jidħol fl-umanità meta qalet ‘iva’. Għalhekk imwieled minn mara għax f’isimna lkoll aħna din id-darba għidnielu: “iva, Mulej”, permezz ta’ Sidtna Marija, biex tidħol fostna hawnhekk fid-dinja. Il-kelma li nużaw għal festa tal-lum hija kelma tqila. Irridu ngħiduha: l-ebda reliġjon oħra ma tużaha. Lill-Madonna nsejħulha Omm Alla! Imma jekk mhijiex Omm Alla jiġifieri l-misteru mhux qiegħed filMadonna, il-misteru qiegħed f’dak li kien hemm fil-Madonna. Għaliex jekk kien hemm l-Iben ta’ Alla li sar bniedem, mela l-Madonna kienet Omm Alla. Jekk ma naċċettawx din il-kelma tqila, jekk ngħidu li l-Madonna mhijiex Omm Alla, mela dak li kien hemm fil-ġuf tagħha, ma kienx Alla. Dan huwa l-misteru tal-fidi li aħna ċċelebrajna proprju fil-Milied. U t-tieni pass li aħna stagħġibna bih meta konna qed ngħixu dan ilmisteru u li rajnih fil-Vanġelu tal-lum (ara Lq 2, 16-21) huwa l-kliem li ngħad mir-rgħajja: “paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba”. Id-don ta’ Alla l-Imbierek, mhux il-paċi tal-bnedmin, mhux il-paċi tat-trattati – 147


dawk importanti wkoll – mhux fuq dan qegħdin nitkellmu fil-liturġija. Qegħdin nitkellmu fuq id-don tal-paċi li aħna nitolbuh lil Mulej u li lest li jagħtihulna ġewwa qalbna. U għandna l-istess ħaġa. Tiftakru meta ġew l-anġli? U ġew għand irrgħajja, x’qalulhom? “Għad taraw mara qiegħda hemmhekk b’tarbija mfisqiha f’idejha”. Erġajna! Iċ-ċentralità tal-Madonna! Il-Madonna kienet is-sinjal li dak kollu li wiegħdu l-anġli kien se jseħħ. Għalhekk il-Madonna llum aħna nippreżentawha wkoll bħala dik li se tagħtina, bl-interċessjoni quddiem Alla l-Imbierek, din il-paċi. Aħna se nibdew is-sena 2010. Fid-dawl tal-għajxien tagħna tas-sena liturġika, għan-Nisrani is-sena ċivili ma tibqax biss sena ċivili, imma ssir sena tat-twettiq ta’ dak kollu li ngħixu fil-liturġija. Jum wara jum, dak li aħna stagħġibna quddiemu, nagħmluh fatt għax ngħixuh jum wara jum tul din is-sena li aħna se nibdew għada. X’inhu dan l-għajxien ta’ dak li aħna għexna fis-sena liturġika? Naħseb li f’dan id-dawl li smajna, irid ikun fuq żewġ livelli. Fl-ewwel livell – se ngħidha b’mod qawwi – hemm il-missjoni tagħna li niddivinizzaw il-ħajja ċivili tagħna u ta’ madwarna, jum wara l-ieħor. Jiġifieri waqt li l-Madonna ħalliet lill-Iben ta’ Alla elfejn sena ilu jużaha u dak sewa għall-umanità kollha, jekk il-Mulej irid ikun preżenti llum u jbiddel issoċjetà, irid lili, u lilek u lilek. U bħal Madonna, imma f’sens iktar dejjaq għaliex jien il-ħajja tiegħi biss għandi f’idejja, jien irrid ngħidlu: “Mulej, użani ħalli din is-sena ċivili ma tibqax sena ċivili biss imma ssir sena mimlija bil-preżenza Divina tiegħek fil-ħajja tiegħi u, permezz tiegħi, ta’ dawk ta’ madwari. Ovvjament hawnhekk nerġgħu niġu lejn il-Madonna għax il-Madonna hija dik li għexet ħajja bħalma hi tagħna. M’għamlet xejn speċjali. Kellha dar, familja u ħadet ħsiebha, xejn iktar, xejn iktar! Imma l-preżenza ta’ Ġesù għamlet li l-ħajja tagħha tkun speċjali. U llum nitolbu bl-istess spirtu tal-Madonna? Nitolbuha li aħna dak li nagħmlu – m’hemmx 148


għalfejn nagħmlu affarijiet kbar imma li joħroġ mill-prezenza ta’ Alla l-Imbierek li tkun qiegħda ġewwa fina li aħna ħadna b’mod speċjali permezz tal-liturġija. It-tieni ħaġa li l-Knisja qed tipproponilna llum hija proprju l-paċi. Qed tgħidilna l-paċi li aħna rċevejna u stagħġibna quddiemha permezz talliturġija mqaddsa rriduha żgur? Dik il-wiegħda tal-paċi li ngħatat lir-rgħajja, aħna rridu nwettquha! U rridu nwettquha billi nħallu lill-Mulej jidħol ġewwa qalbna. Tafu li l-Knisja tinsisti li l-paċi li jagħti Ġesù, tibda minn qalbi, u tinxtered. Mhiex faċli jekk ma tibdiex mill-qalb, mill-ħbiberija mal-Mulej; mhiex faċli jekk tibqa’ fil-qalb u ma tinxteridtx madwarna. U allura xtaqt li nfakkar daqsxejn: imma x’inhi din il-paċi? Fl-Ewwel Lezzjoni mill-Ktieb tan-Numri (6, 22-27) hemm il-barka fuq il-poplu ta’ Alla. Ħa nfakkarkom x’inhi l-paċi skont din il-barka: “ibierkek il-Mulej u jħarsek”. L-ewwel grazzja tal-paċi! Trid titlob lill-Mulej – qed ngħixu f’dinja li għandha t-tajjeb u għandha wkoll it-tfixkil u għandha wkoll ittabtijiet. L-ewwel talba: “Mulej ħarisni biex anke fit-tfixkil, il-blata tiegħi tkun int. Ħarisni”. It-tieni barka: “jixħet il-Mulej id-dija ta’ wiċċu fuqek u jurik ħniena”. Ilkelma ħniena. Għaliex weħidna ma konniex kapaċi jkollna l-esperjenza tal-ħniena u nibqgħu bl-esperjenza tad-dnub tagħna u tal-fallimenti tiegħi u tagħkom. Imma meta nitlob lill-Mulej il-ħniena, inkun qed niltaqa’ mhux mad-dnub tiegħi, mhux mal-limitazzjoni tiegħi, imma mal-ħniena bla tarf ta’ Alla l-Imbierek. It-tielet barka li għandna hawnhekk: “iħares lejk il-Mulej b’imħabba u jagħtik is-sliem”. Is-sliem huwa frott tal-imħabba u l-imħabba hija frott li inti taċċetta li Alla jħobbok bi mħabba infinita. Ħadd ma jista’ jagħtihielek, ħuti, trid tiġi biss mir-relazzjoni tiegħi ma’ Alla l-Imbierek li nħallih jidħol ġewwa fija. 149


Biex nagħlaq ħuti. F’dawn il-ġranet il-gazzetti kollha u naħseb anke l-medja kollha jħarsu lejn is-sena 2009. Ir-ritratti li ġabu tal-avvenimenti – sbieħ jew mhux sbieħ – ta’ massa, ta’ poplu. Alla l-Imbierek meta jħares lejn is-sena 2009 iħares lejn l-istorja tiegħi u tiegħek u tiegħek… u ta’ dik il-persuna li qiegħda tbati għax hija marida… u ta’ dak li kellu jaħrab mill-pajjiż tiegħu għaliex kien hemm il-ġlied u kellu jaħseb fil-familja… u ta’ dik il-persuna li l-Mulej ipprovdielha ħafna u qed tipprova tgħix l-awtorità li għandha fid-dawl tiegħek. Dawk l-istejjer li jinteressawh ilMulej. U dawk li aħna kapaċi nagħtuh. Ejjew nibdew din is-sena 2010 mhux b’avvenimenti kbar; l-avvenimenti huwa jien li niġi mogħti lill-Mulej għall-ġid tad-dinja ta’ madwarna.

150




– INDIĊI – Abbuż  95-96, 110, 118. Abela, George President ta’ Malta (2009-) 78, 81, 107, 112, 120. Abraham Persunaġġ Bibbja (Testment Antik) 22, 35. Albanija  103. Alkoħol  80, 110, 117, 118. Alpha u l-Omega (Ġesu bħala l-bidu u t-tmiem)  17. Ambjent  32, 52, 100, 110, 128. Amerika ara Stati Uniti Antjokja Belt, Sirja 129. Apokalissi Ktieb Bibbja (Testment Ġdid)  84-85, 105. Appostli  21, 29, 35, 40, 41, 72, 89, 90-91, 105, 144. Appostolat ara Xandir tal-Kelma Arċisqof/Isqof, rwol ta’  4, 25, 49. Art Imqaddsa  4. Assedju l-Kbir 107. Atti tal-Appostli Ktieb Bibbja (Testment Ġdid)  16, 72. Avvent  127, 147. Azzopardi, Mons. Mikiel Fundatur tad-Dar tal-Providenza 133-134.

Barranin  19. Benedittu XVI Papa (2005- )  32, 57, 75, 96, 108, 15, 116, 127. żjara f’Malta  127. Betlehem  137, 141. Bibbja ara Kelma ta’ Alla Bin Sirak Ktieb Bibbja (Testment Antik)  114. Bniedem Xbieha ta’ Alla  52, 78, 80, 95, 104, 124, 133, 139. Bniedem  120 et seq. Brown, Gordon Prim Ministru tar-Renju Unit  96. Bullying  76. Bxara t-Tajba  70, 105. Ċittadini 128. Caritas  30, 57, 68. Caritas in Veritate Enċiklika ta’ Benedittu XVI  108, 115. Caruana, Dr. Justyne Membru Parliamentari  30. Dar tal-Providenza  133-134. Deus Caritas Est Enċiklika ta’ Benedittu XVI 57. Deżert 101. Dgħajjef/dgħufija  17, 37, 117-118. Difett/i 93. Dinja Globalizzata ara Globalizzazzjoni 153


Dinja materjali ara ukoll Materjaliżmu/Sekulariżmu Dinjità tal-bniedem  94 et seq, 117. Divorzju 52. Dixxiplu/i 10. Dixxipulat 142. Diżabbiltà  59, 99, 133-134. Djakonija 7. Djalogu  108, 109, 125. Dnub  22, 34, 35-36, 67, 70 et seq. Droga/i  80, 110, 111, 117, 118. Edukazzjoni 57-58. Efesu Belt, Turkija 98. Egoiżmu  14, 73, 82, 92, 110, 113, 115. Ekonomija u ħajja ekonomika 95 et seq, 99, 115-116. Elezzjoni għall-Parliament Ewropew  99-100. Eli Persunaġġ Bibbja (Testment Antik) 12. Emigranti 135-136. Esperjenza Personali ta’ Alla 39, 144, 147. Eternità 79. Etika  50, 96-97, 99, 101-102, 110-111. Evanġelizzazzjoni ara Xandir tal-Kelma Evanġelju ara Bxara t-Tajba Ewkaristija  20, 28, 41, 130. Ewwel Insara

ara Knisja tal-bidu Eżerċizzi tar-Randan 76. Familja  30 et seq, 50, 64, 66 et seq, 80, 99, 110, 118, 136, 139 et seq. Farrugia, Fr Ġwann  51. Fatima Belt, Portugal 33. Fedeltà ta’ Alla 135-136. Fenech Adami, Edward President ta’ Malta (2004-2009) 78, 81. Festi  25 et seq, 43 et seq, 47-48, 55-56. Fiat (Iva) ta’ Marija  147-148. Fidi  34, 36, 38, 49-50, 61 et seq, 70, 76-77, 78 et seq, 82-83, 107, 122-123, 128 et seq, 139 et seq. Firda  90, 128, 136. Flus  26, 68-69, 121-122, 130. Fondazzjoni tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann 56. Formazzjoni 26. Forum ta’ Appju Post f’Ruma, Italja 16. Fqar/Faqar  27, 96, 99, 137. Francalanza, Sur Michael General Manager, RTK 134. Fraternità  18, 102, 116, 130. Ġenerożità  82, 91, 133-134, 135. Ġenesi Ktieb Bibbja (Testment Antik) 9, 12, 66-67, 68, 94, 95, 141. 154


Ġenituri 38. Ġetsemani  76. Ġid komuni  64, 95-96, 118-120, 128. Ġimgħa l-Kbira 62. Ġoel Ktieb Bibbja (Testment Antik) 74. Ġożwè Persunaġġ Bibbja (Testment Antik) 65, 71. Ġustifikazzjoni 52-54. Ġustizzja  8, 96-97, 103, 111, 113, 115, 119. Ġwanni Pawlu II Papa (1978-2005)  28, 69, 92, 103. G20  Grupp tal-20 pajjiż l-iktar industrijalizzat 96. Gabriel, Anġlu Persunaġġ Bibbja (Testment Ġdid)  21. Gaudium et Spes  109. Għaqda Maltija għat-Trasport tal-Morda f’Lourdes 33. Għawdex, Djoċesi ta’  61 et seq, 117. Għażla Nisranija  130-131. Għotja sħiħa  120 et seq. Globalizzazzjoni 81. Glorja  lill-Alla  19, 28. Grazzja  6 et seq, 17, 21, 62, 71, 86, 129, 131, 146. Griżma tal-Isqof  6, 41, 87. Griżma tal-Morda 87. Gwerra Dinjija  107, 120 et seq. Omosesswali, Omosesswalità 52-54. Ħadd, ġurnata talquddiesa tal-  10, 27.

Ħajja 99. Ħajja Nisranija  40, 51-52, 62-63, 78 et seq, 142, 146 et seq. Ħamis ix-Xirka 62. Ħeġġa  17 et seq. Identità Nisranija  3 et seq. Immigrazzjoni Irregolari  99, 101102. Immakulata Kunċizzjoni 34. Indiema ara Konverżjoni Individwu  120 et seq. Inġustizzja ara Ġustizzja Inkarnazzjoni  3-4, 20 et seq, 80, 107, 122, 135, 137, 139-140, 141 et seq. Isaija, Profeta Persunaġġ Bibbja (Testment Antik) 85-86, 143-144. Islam 104-105. Isqfijiet Maltin, ta’ Malta u Għawdex ara Konferenza Episkopali Ittra lill-Filippin Ktieb Bibbja (Testment Ġdid) 7-8, 60-61. Ittra lill-Korintin Ktieb Bibbja (Testment Ġdid) 13, 73. Ittra lil-Lhud Ktieb Bibbja (Testment Ġdid) 23, 27-81, 123-124. Ittra lill-Kolossin Ktieb Bibbja (Testment Ġdid) 65. Ittra lir-Rumani Ktieb Bibbja (Testment Ġdid) 16 et seq. Ittra Pastorali tal-Avvent 155


ara Parroċċa Komunjoni 89. Konċilju Vatikan II 41-42. Konfermazzjoni ara Griżma tal-Isqof Konsagrazzjoni  5-6, 87-88. Kontraċettivi 52-54. Konverżjoni 62-63, 70 et seq. 75 et seq. Korintu  Belt, Greċja  16. Kriżi Ekonomika/Finanzjarja 69, 96-97, 110. Kulleġġ tal-Kappillani 43. Kultura tal-akkwist  115. Kultura  u l-Festi 25 et seq, 43 et seq, 47-48, 55. Kummissjoni Djoċesana Familja 30 et seq. Kummissjoni Pastorali għad-Dinja tax-Xogħol  66 et seq. Kummissjoni tat-Tfal 125-126. Kunjati 11. Kunsill Pastorali Parrokkjali 89, 93. Kunsill tat-Tfal 125-126. Kuxjenża Kollettiva fil-Knisja  129 et seq. Lajċi  38 et seq. Laqgħa Personali ma’ Alla ara Esperjenza Personali ta’ Alla Lhud ara Poplu Lhudi Libertà  79, 112 et seq. 118, 129. Liġi  47, 67, 95, 113, 118-119, 121. Liturġija  6, 27, 148.

127 et seq. Ittra Pastorali tar-Randan 60 et seq, 72, 75 et seq. Iżrael  ara Poplu Lhudi Jum Dinji tal-Morda  33 et seq. Jum il-Lajċi Nsara  38 et seq. Jum il-Vitorja  107 et seq. Jum it-Tifkira  120, 124. Jum l-Indipendenza  112 et seq. Kandlora, Festa tal-  20. Kapitaliżmu 115-116. Kappillani  44 et seq, 47-48, 55, 90, 103, 126. Karità  72-73, 133-134. Katekeżi 6. Każini, tal-Banda 25 et seq, 43 et seq, 47-48, 55. Kelma ta’ Alla  6, 39, 113, 130. Kleru, ara Saċerdoti Kmandamenti  7, 114-115. Knisja, Ġerarkija tal-  49, 58. Knisja u l-Medja  50. Knisja Ġisem Mistiku ta’ Krisu 5. u l-Edukazzjoni 57-58. u s-Soċjetà (inkluż deċiżjonijiet politiċi)  50, 57. u Stat  30 et seq, 128. dmir li titkellem  30 et seq, 50, 57. tal-bidu  18, 31. Komunità Nisranija  3 et seq, 10, 25 et seq, 40 et seq, 52, 61 et seq, 89, 105-106, 128, 141. Komunità parrokkjali 156


Loġika  ta’ Alla  36-37. Logħob tal-Azzard  117 et seq. Londra Belt, Renju Unit 96. Lotteriji ara Logħob tal-Azzard Lourdes  Belt, Franza  33 et seq. Magħmudija  5, 17-18, 21, 38-39, 51, 63, 87, 103-104, 128 et seq. Malta Hospice Movement 23, 24, 25. Mara  58-59, 66 et seq. Mara, Dinjità talara Dinjità tal-bniedem Mard/Morda  25, 37, 63, 76. Marija, Omm Ġesù Persunaġġ Bibbja (Testment Ġdid) 33 et seq, 94, 98, 100, 107, 139, 141, 142, 146-147. Martri  5, 18. Massabielle post f’Lourdes, Franza. 37. Materjaliżmu 14, 27, 64, 73, 117, 130. Medja  50 -51. Mewt ta’ Ġesù  3, 82-83, 84. Mewt  23-24, 25, 62, 76, 120 et seq. Mħabba Nisranija  7, 36, 92-93, 149. ta’ Alla lejn il-Bniedem  75, 104-105, 107, 114, 121-122, 135, 137. Micallef, Fr Martin Direttur tad-Dar tal-Providenza 134. Milied  3, 135-136, 137 et seq,

139-140. Miraklu/i 36. Missjoni tal-Knisja llum  4, 29, 40 et seq, 45, 49, 51, 64-65, 67, 90, 93, 110. Missjoni Djoċesana f’Għawdex 60 et seq. Missjunarji Maltin  137 et seq. Misteru tal-Għid  25, 59, 61 et seq, 70, 75 et seq, 84 et seq. Mixja Spiritwali ara pellegrinaġġ Moralità  30, 110 et seq, 117-118. Moviment ta’ Kana  30 et seq. Movimenti Nsara 40. Nażaret  5, 37, 86, 104. Numri Ktieb Bibbja (Testment Antik) 149. Omega ara Alpha Omm Alla ara Marija Onestà 111. Operaturi Pastorali 5. Paċi  147 et seq. Parlament ta’ Malta 118. Parroċċa/i  3 et seq, 89 et seq. Pawlu VI Papa (1963-1978) 58. Pellegrinaġġ  16 et seq, 33 et seq, 39. Pentekoste  21, 41. Persekuzzjoni ara wkoll Martri 38-39. Politika, Ħajja Politika, Politiċi 30, 94, 89 et seq, 99-100, 101-102, 120, 123. Poplu Lhudi  65, 81, 83, 114. 157


Preġudizzju 104-105. Presbiteri ara Saċerdoti Presepju 139-140. Profeti, profetiżmu  19. Proġett Impenn 30. Prostituzzjoni 118. Purifikazzjoni 21. Qaddisin ara Festi Qanpiena  103 et seq. Qawmien ta’ Ġesù inkluż Qawmien ma’ Ġesu 3, 18, 23-24, 25, 120, 129. Qawwa, don tal-Ispirtu s-Santu ta’ Alla  37. Qrar, Sagrament tal- Qtil  114. Quddiesa inkluż Quddiesa tal-Ħadd 10, 11, 27, 41, 51, 61-62, 75-76, 78-81, 126. Radju RTK 47-48, 133-134. Raġel, Dinjità talara Dinjità tal-bniedem Rgħajja  140, 142 et seq. Randan  59, 60 et seq, 75 et seq. Relativiżmu  79, 108, 110, 130. Relazzjoni  ma’ Alla 34. Reliġjon  u Stat  89, 109. Reliġjon  bħala Tradizzjoni (ara wkoll Festi)  39, 49-50. Rikonċiljazzjoni ara Qrar Ruma Belt, Italja  16, 19.

Rużarju 34-35. Saċerdoti Sejħa 11. Saċerdozju  4, 11, 84 et seq. Sagrament/i  9 et seq. Saħħa u Sigurtà 102. Salib 82-83. Salmi Ktieb Bibbja (Testment Antik) 29, 104, 106, 114. Samwel Persunaġġ Bibbja (Testment Antik) 12. San Bartilmew Persunaġġ Bibbja (Testment Ġdid) 104-105. San Duminku Parroċċa ta’, Valletta  26. San Ġorġ Preca  25 et seq. San Ġużepp Missier Putattiv ta’ Ġesù Persunaġġ Bibbja (Testment Ġdid) 94, 139, 141, 143. San Ġwann, Kon-Katidral ta’  56. San Ġwann il-Battista Persunaġġ Bibbja (Testment Ġdid) 10. San Ġwann l-Evanġelista, Appostlu Persunaġġ Bibbja (Testment Ġdid) 98, 113. San Indri, Appostlu Persunaġġ Bibbja (Testment Ġdid) 39.

158


San Luqa, Evanġelista Persunaġġ Bibbja (Testment Ġdid) 16. San Mattew, Appostlu Persunaġġ Bibbja (Testment Ġdid) 91. San Niklaw, Knisja ta’ 103 et seq. San Pawl (Sawl) Persunaġġ Bibbja (Testment Ġdid) 7, 13-14, 16 et seq, 50, 60 et seq, 71 et seq, 75 et seq, 82, 90, 127 et seq. San Pietru (Xmun), Appostlu Persunaġġ Bibbja (Testment Ġdid) 90 et seq, 132. San Publiju Persunaġġ Bibbja (Testment Ġdid) 127. San Timotju Persunaġġ Bibbja (Testment Ġdid) 7. Sant’ Iermu, Skola Primarja ta’, Il-Belt Valletta  26. Santa Bernadetta Subirou  33 et seq. Santa Eliżabetta Persunaġġ Bibbja (Testment Ġdid) 21. Sawm 72-73. Sejħa  10 et seq, 39-40, 72, 84 et seq, 90, 103 et seq, 109, 129. Sena Pawlina 16, 50, 60, 76, 128, 130. Serq  111, 114, 115. Sess  53-54, 80, 110-111. Sinodu Djoċesan 41.

Sinodu tal-Isqfijiet 38-39. Soċjetà 50. Soċjetà Maltija 25 et seq, 43 et seq, 47-48, 55. Soċjetà tad-Duttrina Nisranija 28. Solidarjetà  36, 99, 102, 110, 113, 116. Solitudni 136. Spanja 19. Spirtu s-Santu  5, 20 et seq, 39, 41. Stat u Għajnuna Soċjali 115-116. Stat ara Knisja u Stat Statistika  120 et seq. Storja  107, 112, 120 et seq, 150. Suppervja  92, 110. Tabone, Fr Charles Delegat tal-Arċisqof għall-Midja 50. Talb  3, 34-35, 38, 72-73, 78-79, 114, 120, 149. Tama  120 et seq. Tbatija  23, 25, 33 et seq, 62 et seq, 76-77, 80, 123, 134. Tempju ta’ Ġerusalemm  21, 121. Tentazzjoni  17 et seq. Tfal, Tfulija 26, 38, 67, 75 et seq, 125-126. Tliet Tvieren Post f’Ruma, Italja.  16. Trasfigurazzjoni 93. Trinità 20-21. TV Unit 51. Twelid ta’ Ġesù  ara Milied Twemmin  ara Fidi 159


Ubbidjenza 6. Umanità  ta’ Ġesù  4 et seq. Unions 95-96. U-TV 50-51. Valuri  30-31, 89 et seq, 109 et seq, 112 et seq. Vanġelu  ara Bxara t-Tajba Vassallo, Edwin Membru Parlamentari  30. Vella, Fr Alfred Delegat tal-Arċisqof għall-Migrazzjoni 98. Verità  29, 80-81, 107-108, 114. Veritatis Splendor Enċiklika ta’ Ġwanni Pawlu II 92. Via Crucis Nazzjonali 82-83. Viżta Pastorali  3 et seq, 26, 60 et seq, 75. Vizzji ara Alkoħol, Droga,

Logħob tal-Azzard Vjolenza 110. Vokazzjoni ara Sejħa Volontarjat  44 et seq. Votazzjoni 99-100. Welfare State ara Stat u l-Għajnuna Soċjali Xandir tal-Kelma  6 et seq, 29, 30, 40 et seq, 45, 50-51, 64-65, 67, 110, 127 et seq, 133, 137-138, 140, 142. Xhiedha  7, 9, 40 et seq, 50. Xmun Persunaġġ Bibbja (Testment Ġdid) 21, 24. Xogħol  66 et seq, 94 et seq, 99. Żejt  tal-Griżma 87. Żgħażagħ, Żgħożija  50, 80, 110. Żwieġ  9 et seq, 30 et seq, 64, 99, 110. Zamagni, Prof. Stefano kummentatur dwar Caritas in Veritate 115-116.

160



ĦEJJU T-TRIQ GĦALL-MULEJ 2009

ISBN 978-99957-0-430-8

ĦEJJU T-TRIQ GĦALL-MULEJ ID-DISKORSI TA’ MONS. ARĊISQOF PAWLU CREMONA o.p. FIS-SENA 2009


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.