Leħen il-Parroċċa

Page 1

Nru 282 Jannar 2013

leħen il-parroċċa ta’ Santa Marija, Ħad-Dingli

Ir-Rigal għalik għas-sena l-ġdida Meta nkunu ser nibdew sena ġdida, kulħadd joħlom li jgħix sena aħjar min dik li tkun għaddiet. Bħala parroċċa ħsiebna, li fid-dawl tas-sena tal-fidi, kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar jkollna mument ta’ talb madwar il-Kelma ta’ Alla, li nsejħulu: Lectio Divina. Imma Lectio Divina x’inhi? Il-Kotba Mqaddsa huma l-Kelma ta’ Alla u għaldaqstant fihom qawwa speċjali. Imma spiss jiġri li din il-qawwa ndgħajfuha għaliex naqrawhom biss bħala sempliċi ġrajja li darba seħħet u issa ntemmet. Għaldaqstant l-Isqfijiet tagħna, fl-aħħar Ittra Pastorali wrewena li l-Vanġelu “mhux ktieb li jiġbor fih rakkonti sbieħ tal-imgħoddi, imma wieħed millmodi kif Kristu Rxoxt jagħmel lilu nnifsu preżenti fl-istorja tagħna llum! Għalhekk il-Lectio Divina hija stedina minn Alla biex il-bniedem permezz talKotba Mqaddsa, jagħmel esperjenza personali tiegħu, jidħol f’relazzjoni diretta miegħu u jsir jafu iktar mill-qrib. Imma biex nersqu għal-

Lectio Divina u nieħdu frott minnha, jeħtieġ li jkolli:  » Umiltà  Din tgħini nintebaħ li jiena fadalli ħafna x’nitgħallem. Ilfidi tal-Knisja f’Ġesù trid tgħini nikber fil-fidi tiegħi fih. L-ewwel nipprova nara min huwa Ġesù għall-oħrajn, għall-Knisja u wara, ftit, ftit, nibda nara min huwa Ġesù għalija.  » Fiduċja  Irid ikolli fiduċja sħiħa li Alla se jkompli juża il-Lectio Divina u l-Evanġelju, bħala l-art li fiha se jlagħqani ma’ Ibnu, Ġesù Kristu.  » Talba  Jrid ikollna l-attitudni li l-Lectio Divina hija talba. Jekk it-talb huwa l-għaqda tagħna mal-Missier, allura l-aqwa mod kif nistggħu nagħmlu dan huwa permezz tal-Iben “Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux bija.” Dan iwassal biex permezz tal-Lectio Divina, aħna nħallu l-Kelma ta’ Alla taħdem fina bil-qawwa kollha tagħha u jekk din nagħmluha tajjeb b’mod regolari, allura tiffurmana mill-ġdid u tnissel fina għatx li ma nkunux nistgħu ngħixu mingħajrha. Dan huwa l-awguri tiegħi għal din is-sena l-ġdida; li nħallu l-Kelma ta’ Alla, tagħmilna bnedmin ġodda, skond il-qalb ta’ Alla. Tkunu Imberkin!! Dun Ewkarist Zammit

kappillan

Uffiċċju Parrokjali, 40, Triq il-Knisja, Ħad-Dingli DGL1010  telefon: 21 454 634  email: parrocca.dingli@maltadiocese.org


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Leħen il-Parroċċa by Alan Bonello - Issuu