Il-Miġemgħa

Page 1

il-miġemgħa Parroċċa Familja Mqaddsa - L-Iklin  telefon: 21 423 003  email: parrocca.iklin@maltadiocese.org  Nru 148 | Ġunju 2014

Ix-Xahar tal-Ewkaristija Ġejja l-Ewwel Tqarbina tat-Tfal mill-Parroċċa tagħna. Ikun hemm sens ta’ aspettattiva f’qalbi għal dan il-jum qaddis. Imbagħad sens ta’ aspettattiva għall-Ġimgħa Ewkaristika u b’mod speċjali għallpurċissjoni sabiħa li nagħmlu s-Sibt ta’ wara, meta Ġesù Sagramentat joħroġ ibierek lill-familji tagħna fl-okkażjoni tal-Festa tal-Qalb ta’ Ġesù. Kemm hi sabiħa l-laqgħa tagħna ma’ Ġesù flEwkaristija. Ħafna serħan! Paċi! Imħabba! Saħħa ġdida! Fejqan! Tama! Il-Papa San Ġwanni Pawlu kien jgħidilna li Kristu fl-Ewkaristija hu - il-mistieden divin tagħna - l-għajnuna fid-dgħufija tagħna - l-appoġġ fi żmien il-prova - il-faraġ fid-dwejjaq tagħna - il-ħobż tagħna ta’ kuljum - id-destin aħħari tagħna. Tul dawn il-ġranet jidwu f’qalbi l-kliem ta’ Ġesù: “Jien hu l-ħobż ħaj li niżel mis-sema.” “Tassew tassew ngħidilkom Jekk ma tiklux il-ġisem ta’ Bin

Fr Keith Bonnici

kappillan

il-Bniedem u ma tixorbux demmu ma jkollkomx il-ħajja fikom.” (Ġw. 6,53). U reġa’ qalilna: “Għax Ġismi huwa ikel tassew u Demmi huwa xorb tassew; min jiekol ġismi u jixrob demmi jibqa’ fija u jien, fih.” (Ġw. 6,55-56). Tajjeb li nersqu b’fidi kbira lejn it-Tqarbin Imqaddes. Tajjeb li ta’ spiss nersqu b’fidi kbira lejn Ġesù Ewkaristija bħal ma għamilna dakinhar tal-Ewwel Tqarbina tagħna. L-Ewkaristija hija intimità ma’ Ġesù. Hija wkoll responsabiltà. Il-kliem tal-Isqof Taljan Don Tonino Bello jagħtina x’nirriflettu: “L-Ewkaristija ma taħmilx lil min joqgħod b’idejh fuq żaqqu. Ma tittollerax issiesta. Ma tippermettix in-ngħas li ġġib magħha d-diġestjoni. Jasal il-waqt meta tobbligana nitilqu mill-mejda tal-ikel. Tqanqalna għallazzjoni. Timbuttana biex inħallu r-ritmi tagħna ta’ kuljum ħalli ġġegħelna ninvestu n-nar li rċevejna f’opri dinamiċi u missjunarji. Jekk wieħed ma jqumx mill-mejda, l-Ewkaristija tibqa’ sagrament mhux komplut.”

www.parroccaiklin.com


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.