Ordinazzjoni Episkopali

Page 1

ordinazzjoni EPISKOPALI ta’ Mons. Prospero Grech o.s.a.

KARDINAL-ELETT U ARĊISQOF TITULARI TA’ SAN LEONE

i


Pubblikazzjoni tal-Provinċja Agostinjana ta’ San Mark (Malta) Editur: P. Josef Sciberras o.s.a. Disinn: Alan Bonello (www.designedbyal.com) Mitbugħ: Stamperija Veritas

Ħajr lil Dun Jesmond Manicaro, lil P. Norbert Bonavia m.s.s.p., lil P. Leslie Gatt o.s.a. u lil P. Deo Debono o.s.a. għall-kollaborazzjoni tagħhom. Illustrazzjonijiet meħuda mill-Ħajja ta’ Santu Wistin, Maurizio Ganassini, 1620, Kjostru tal-Kunvent tat-Trinità Qaddisa, Viterbo (Italja) ii


ordinazzjoni EPISKOPALI ta’ Mons. Prospero Grech o.s.a.

KARDINAL-ELETT U ARĊISQOF TITULARI TA’ SAN LEONE

Konkatidral ta’ San Ġwann, Valletta L-Erbgħa, 8 ta’ Frar 2012


iv


preżentazzjoni bijografika tal-eċċellenza tiegħu

Mons. Prospero Grech o.s.a. Patri Prospero twieled il-Birgu nhar l-24 ta’ Diċembru 1925 minn Vincent u Amelia née Gatt u ngħata l-isem ta’ Stanley. Ħa l-edukazzjoni primarja tiegħu fl-iskola Mater Boni Consili, Raħal Ġdid u St. Catherine’s, Tas-Sliema, u kompla l-edukazzjoni sekondarja fil-Liċeo. Fl-1943 inagħqad mal-Ordni Agostinjan fejn inagħta l-isem ta’ Prospero, u għamel l-ewwel sentejn ta’ studju tal-filosofija fil-Kulleġġ Teoloġiku Agostinjan fil-kunvent tar-Rabat. Fl-1946 intbagħat Ruma fejn kompla l-istudju tat-teoloġija fil-Kulleġġ Internazzjonali Santa Monika, u fil-25 ta’ Marzu 1950 kien ordnat saċerdot fil-Bażilika tal-Lateran. Wara l-ordinazzjoni kompla l-istudju tat-teoloġija fl-Università Pontifiċja Gregorjana minn fejn fl-1953 kiseb id-dottorat bit-teżi ‘The Atonement and God in Modern English Theology’. Wara kompla jistudja l-Iskrittura fl-Istitut Pontifiċju Bibliku ta’ Ruma sakemm fl-1952 intbagħat Malta fejn kien jgħallem fil-Kulleġġ Teoloġiku Agostinjan u fil-Mater Admirabilis Training College, ir-Rabat. Fl-istess żmien huwa serva bħala responsabbli tal-formazzjoni tal-istudenti agostinjani. Fl-1957 ingħata scholarship fl-Università ta’ Oxford fl-istudju tal-lingwa ebrajka u fl-edukazjoni, u aktar tard kien mistieden jaħdem flimkien mal-Professur A. J. Arberry fl-istudju li kien qed jagħmel fl-Università ta’ Cambridge dwar ilLetteratura Maltija u l-Poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila. Fl-1959 reġa’ lura fil-Komunità Agostinjana tar-Rabat, fejn għal sentejn oħra impenja lilu nnifsu fit-tagħlim. Għal xi żmien okkupa wkoll il-kariga ta’ Segretarju Provinċjali. Lura Ruma fl-1961, kompla l-istudju tiegħu fl-Iskrittura waqt li beda jiddistingwi lilu nnifsu kemm fil-qasam akkademiku, imma anke permezz ta’ ħidmiet oħra fil-Vatikan. Fost l-oħrajn, mal-wasla tiegħu Ruma kien nominat segretarju talVigarju tal-Qdusija Tiegħu il-Papa għall-Belt tal-Vatikan. v


Fil-bidu tas-snin sebgħin kien ko-fundatur tal-Istitut Patristiku Augustinianum, u ġie maħtur bħala l-ewwel president tiegħu. Barra fl-istess Istitut Augustinianum, tul is-snin, kompla jagħti l-kontribut tiegħu fil-qasam akkademiku f ’diversi universitajiet oħra, fosthom l-Istitut Pontifiċju Bibliku, l-Università Pontifiċja tal-Lateran u l-Libera Università Maria Santissima Assunta (LUMSA). Huwa wkoll l-awtur ta’ lista twila ta’ artikli u kotba. Fl-1984 kien nominat konsultur tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi, fl-1998 Viżitatur Appostoliku għas-seminarji fl-Indja, bejn l-2002 u l-2003 membru tal-Kummissjoni Ekumenika għal diskussjonijiet mal-Ortodossi f ’Sofia, fl-2003 membru tal-Akkademja Pontifiċja Teoloġika u fl-2004 membru tal-Kummissjoni Pontifiċja Bibblika. Minkejja l-involviment dirett tiegħu fil-qasam akkademiku, li bla dubju ta’ xejn jeħodlu ħafna mill-ħin u l-enerġija, Patri Prospro kien dejjem preżenza sabiħa fil-komunità reliġjuża fejn għex u bħala saċerdot fittex dejjem li jwettaq ilministeru pastorali tiegħu fosthom bħala assistent tar-Rinascita Cristiana. Fis-6 ta’ Jannar 2012 il-Papa Benedittu XVI ħabbar li Patri Prospero, li ddistingwa ruħu għal snin twal ta’ servizz lill-Knisja, ser ikun maħtur Kardinal f ’Konċistorju Pubbliku li ser isir fil-Vatikan fit-18 ta’ Frar 2012. Fid-dawl ta’ din il-ħatra, huwa kien nominat Arċisqof Titulari ta’ San Leone u ser ikun ordnat isqof fit-8 ta’ Frar 2012 fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.

vi


il-quddiesa solenni

tal-ordinazzjoni

EPISKOPALI ta’ Mons. Prospero Grech o.s.a.

Mill-E.T. Mons. Pawlu Cremona o.p. Arċisqof Metropolita ta’ Malta

Megħjun Mill-E.T. Mons. Giuseppe Versaldi

Kardinal-Elett u Arċisqof Emeritus ta’ Alessandria President tal-Prefettura għall-Affarijiet Ekonomiċi tas-Santa Sede

u Mill-E.T. Mons. Mario Grech Isqof ta’ Għawdex

1



Daħla ta’ Mons. Prospero Grech o.s.a. fil-Konkatidral Kif il-Kardinal-Elett Mons. Prospero Grech o.s.a. jidħol fil-bieb tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, jintlaqa’ mill-Kapitlu Metropolitan. F’dan il-waqt il-kor ikanta:

– Ecce Sacerdos – Ecce sacerdos magnus, Qui in diebus suis placuit Deo Et inventus est iustus. Wara, Mons. Prospero Grech o.s.a. ikun akkumpanjat proċessjonalment fil-kappella tas-Sagrament għal waqtiet ta’ talb fis-skiet. F’dan il-waqt il-kor u l-ġemgħa jkantaw:

– L-Art u s-Sema bla Waqfien – L-art u s-sema bla waqfien, Hallelujah! Jgħannu l-kobor tal-Mulej, Hallelujah! Ismu jidwi fis-smewwiet, Hallelujah! Tul il-jiem u tul il-lejl, Hallelujah! Iftħu qlubkom biex tilqgħuh, Hallelujah! Ħollu lsienkom biex tfaħħruh, Hallelujah! Ħarsu fl-għoli biex tarawh, Hallelujah! Nieżel fostna mis-smewwiet, Hallelujah! Dan hu seħer tal-Mulej, Hallelujah! Sid li jħobb u sid li jħenn, Hallelujah! Aħna nserrħu qalbna fih, Hallelujah! Fih insibu l-ferħ u s-sliem, Hallelujah!

3


Daħla ta’ Mons. Pawlu Cremona o.p. fil-Konkatidral Kif l-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Pawlu Cremona o.p. jidħol fil-bieb tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, jintlaqa’ mill-Kapitlu Metropolitan. F’dan il-waqt il-kor ikanta:

– Ecce Sacerdos – Ecce sacerdos magnus, Qui in diebus suis placuit Deo Et inventus est iustus. Wara, Mons. Pawlu Cremona o.p. ikun akkumpanjat proċessjonalment fil-kappella tas-Sagrament għal waqtiet ta’ talb fis-skiet. F’dan il-waqt il-kor u l-ġemgħa jkantaw:

– L-Art u s-Sema bla Waqfien – Hu ħalaqna lkoll mix-xejn, Hallelujah! Hu fetħilna din it-triq, Hallelujah! Fil-mogħdija ta’ din l-art, Hallelujah! Nersqu lejh sa ma nsibuh, Hallelujah! Kulma jidher fuq din l-art, Hallelujah! Huwa ħolma tal-Mulej, Hallelujah! Minnu ħareġ l-univers, Hallelujah! Kollox tajjeb u sabiħ, Hallelujah! Din il-qalb li ħalaq hu, Hallelujah! għix tixxennaq biss għalih, Hallelujah! Fih il-faraġ, fih il-ferħ, Hallelujah! Fih is-sedqa tal-mistrieħ, Hallelujah!

4


Quddiesa Pontifikali Waqt il-purċissjoni tad-dħul, il-kor flimkien mal-ġemgħa, ikanta:

– Ġejt mis-Sema – Ġejt mis-sema f’din l-art, o Bin Alla,
 Biex tifdina mill-jasar tad-dnub;
 Ġejt f’suritna biex tbati għalina,
 Biex f’din qalbek tiġborhom il-qlub. Qalb ta’ Alla li ħalaq l-imħabba,
 Qalb ta’ bniedem li tħoss għall-bnedmin
 Tixgħel dejjem ġo sidrek imħeġġeġ
 Biex tarana fi mħabbtek henjin. Xerred fuqna minn qalbek ħanina
 Ġid mis-sema kif dejjem xerridt
 Fuq min ħabbek u talbek 
Bil-ħniena
 L-isbaħ grazzji li int wegħidt. Fik il-ħniena, l-imħabba u l-faraġ
 Tal-qlub kollha, tal-kbar u ċ-ċkejknin;
 Fik il-maħfra, Ġesù għal min dineb,
 Il-kenn ħelu tal-qlub maħqurin. Fik il-qawwa tal-martri rebbieħa
 F’għoxrin seklu msoqqija bid-demm,
 Fik il-fidi tal-qlub qalbiena
 Baqgħet sħiħa u qatt ma tintemm. R/.

5


RITI TAL-BIDU L-Isqof prinċipali tal-Ordinazzjoni:

Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Il-poplu jwieġeb:

Ammen. Imbagħad b’idejh miftuħin, isellem lill-poplu.

Il-paċi magħkom. R/. U miegħek ukoll.

ATT PENITENZJALI Imbagħad l-Isqof prinċipali jintroduċi l-Att Penitenzjali:

Ħuti, ejjew nagħrfu ħtijietna, biex nitħejjew tajjeb ħalli niċċelebraw il-misteri qaddisa. Jinżamm ftit ta’ skiet, imbagħad kulħadd flimkien jgħid:

Nistqarr ’l Alla li jista’ kollox, u lilkom, ħuti, li jiena dnibt ħafna bil-ħsieb, bil-kliem, bil-għemil, u billi ħallejt dmirijieti: ħtija tiegħi, ħtija tiegħi, bl-ikbar ħtija tiegħi. Għalhekk nitlob lill-imqaddsa Marija dejjem Verġni, lill-Anġli u ’l-Qaddisin kollha, u lilkom, ħuti, biex titolbu għalija lill-Mulej Alla tagħna. L-Isqof prinċipali tal-Ordinazzjoni;

Iħenn għalina Alla li jista’ kollox, jaħfrilna dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem. R/. Ammen. Il-kant tal-partijiet tal-quddiesa jitkantaw bejn il-kor u l-ġemgħa li twieġeb bil-kant tal-Missa de Angelis

– Kyrie – Poplu:

Poplu:

Poplu:

Kyrie eleison

Christe eleison

Kyrie eleison

Kyrie eleison

Christe eleison

Kyrie eleison

Kor:

6

Kor:

Kor:


– Gloria – Ċelebrant:

Glória in excélsis Deo Kor:

et in terra pax homínibus bonae voluntátis. Poplu:

Laudámus te, Kor:

benedícimus te, Poplu:

adorámus te, Kor:

glorificámus te, Poplu:

grátias ágimus tibi propter magnam glóriam tuam, Kor:

Dómine Deus, Rex cæléstis, Deus Pater omnípotens. Poplu:

Dómine Fili Unigénite, Iesu Christe, Kor:

Dómine Deus, Agnus Dei, Fílius Patris, Poplu:

qui tollis peccáta mundi, miserére nobis. Kor:

qui tollis peccáta mundi, súscipe deprecatiónem nostram. Poplu:

Qui sedes ad déxteram Patris, miserére nobis. Kor:

Quóniam tu solus Sanctus, Poplu:

tu solus Dóminus, Kor:

tu solus Altíssimus, Iesu Christe, Poplu:

cum Sancto Spíritu: in glória Dei Patris. Kor u Poplu:

Amen.

7


KOLLETTA L-Isqof prinċipali tal-Ordinazzjoni:

Nitolbu. O Alla, inti r-ragħaj ta’ dejjem li bla heda tħares u tmexxi l-merħla tiegħek; inti trid issieħeb illum mal-kulleġġ tal-Isqfijiet il-qaddej tiegħek, il-presbiteru Prospero, agħtih li, bl-imġiba qaddisa tiegħu, ikun xhud tassew ta’ Kristu Sidna, li hu Alla, u miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem. R/. Ammen. 8


LITURĠIJA TAL-KELMA L-Ewwel Qari

(Is 61, 1-3a. 6a.8b.9)

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija. L-Ispirtu ta’ Sidi l-Mulej fuqi, għax il-Mulej ikkonsagrani biex inwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin, bagħatni ndewwi l-qalb miksura, biex inħabbar il-ħelsien lill-imjassrin, u lill-ħabsin il-ftuħ tal-ħabs, biex inniedi s-sena tal-grazzja tal-Mulej, u jum il-vendetta ta’ Alla tagħna, biex infarraġ lill-imnikktin, biex inferraħ lil dawk li jibku lil Sijon, nagħtihom kuruna flok l-irmied, żejt tal-ferħ flok l-ilbies tal-vistu, il-għana tal-foħrija flok ruħ mitluqa. Lilkom isejħulkom ‘Il-Qassisin tal-Mulej’, ‘Qaddejja ta’ Alla tagħna’ isemmukom. U jien bis-sewwa nħallashom, u nagħmel magħhom patt għal dejjem. Nisilhom ikun magħruf fost il-ġnus, u wliedhom qalb il-popli. Kull min jarahom jagħrafhom li huma nisel imbierek mill-Mulej. Il-Kelma tal-Mulej. R/. Irroddu ħajr lil Alla.

9


Salm Responsorjali Fik, Mulej, jien nistkenn.

Salm 31 (1-4; 15-16; 24.25)

Fik, Mulej, jien nistkenn; ma jkolli qatt għax nirgħex. Fil-ġustizzja tiegħek salvani, agħtini widen u fittex eħlisni. R/. Kun blata tal-kenn għalija, fortizza qawwija ta’ salvazzjoni. Inti l-blata u l-fortizza tiegħi; f’ġieħ ismek mexxini u wassalni. R/. Imma jien fik nittama, Mulej; jien ngħidlek: «Alla tiegħi int!» Issaħħu u qawwu qalbkom, intom ilkoll li tittamaw fil-Mulej. R/.

It-Tieni Qari (2Tim 1,7-14)

Qari mit-Tieni ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Timotju. Għażiż: infakkrek biex tqajjem fik id-don ta’ Alla, li jinsab fik bit-tqegħid ta’ idejja; għax Alla ma taniex spirtu ta’ biża’, imma Spirtu ta’ qawwa, ta’ mħabba u ta’ rażan. Mela tistħi xejn minħabba fix-xhieda għal Sidna, anqas minħabba fija, priġunier tiegħu, imma aqsam miegħi t-tbatija għall-Evanġelju, u afda fil-qawwa ta’ Alla, li salvana u sejjħilna b’sejħa qaddisa, mhux għax qies l-għemejjel tagħna,

10


imma skont il-pjan tiegħu stess u skont il-grazzja tiegħu. Din il-grazzja tahielna qabel iż-żmien tal-eternità fi Kristu Ġesù, imma dehret issa permezz tad-dehra tas-Salvatur tagħna Kristu Ġesù li qered il-mewt, u dawwal il-ħajja bla tmiem permezz tal-Evanġelju, li għalih jien kont magħmul predikatur, appostlu u mgħallem. Din hi l-kawża li għaliha qiegħed inbati. Imma b’daqshekk ma nistħix, għax jien naf f’min emmint, u naf sewwa li hu jista’ jħares it-teżor li kien fdat f’idejja, sa ma jasal dak il-Jum. Żomm quddiem għajnejk l-eżempju tat-tagħlim sħiħ li smajt mingħandi, fil-fidi u fl-imħabba li huma fi Kristu Ġesù. Ħares bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu li jgħammar fina t-teżor sabiħ li kien fdat f’idejk. Il-Kelma tal-Mulej. R/. Irroddu ħajr lil Alla.

Versett qabel l-Evanġelju Hallelujah, Hallelujah. Ħa jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin biex tingħata glorja lill-Missier li hu fis-smewwiet Halleljah.

L-Evanġelju (Mt 5, 13-16)

Djaknu: Il-Mulej magħkom. R/. U miegħek ukoll.

11


Djaknu:  Qari mill-Evanġelju skont San Mattew. R/. Glorja lilek, Mulej. F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom il-melħ tal-art. Imma jekk il-melħ jaqta’, biex jerġa’ jieħu l-imluħa tiegħu? Għal xejn iżjed ma hu tajjeb ħlief biex jintrema barra u jintrifes min-nies. Intom id-dawl tad-dinja. Ma tistax tkun moħbija l-belt li tkun qiegħda fuq muntanja. Anqas ma jixegħlu musbieħ u jqegħduh taħt il-kejl, iżda fuq l-imnara, ħa jdawwal lil min ikun fid-dar. Hekk għandu jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin, biex jaraw l-għemil tajjeb tagħkom, u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-smewwiet. Il-Kelma tal-Mulej. R/. Tifħir lilek, Kristu. Id-djaknu, wara li jieħu l-Ktieb tal-Evanġelju liċ-ċelebrant prinċipali biex ibusu, bil-qima kollha jqiegħed il-Ktieb tal-Evanġelju fuq l-altar, fejn jibqa’ sakemm jittieħed biex jintuża fir-rit tal-ordinazzjoni.

12


IR-RIT TAL-ORDINAZZJONI EPISKOPALI Waqt li kulħadd ikun bilwieqfa jitkanta l-innu:

Veni, Creator Spiritus, mentes tuorum visita, imple superna gratia quae tu creasti pectora.

Accende lumen sensibus: infunde amorem cordibus: infirma nostri corporis virtute firmans perpeti.

Qui diceris Paraclitus, altissimi donum Dei, fons vivus, ignis, caritas, et spiritalis unctio.

Hostem repellas longius, pacemque dones protinus: ductore sic te praevio vitemus omne noxium.

Tu, septiformis munere, digitus paternae dexterae, Tu rite promissum Patris, sermone ditans guttura.

Per te sciamus da Patrem, noscamus atque Filium; Teque utriusque Spiritum credamus omni tempore. Amen. 13


IL-PREŻENTAZZJONI TAL-ISQOF MAGĦŻUL L-Isqof magħżul jiġi mwassal mill-Presbiteri assistenti tiegħu għal quddiem l-Isqof prinċipali tal-Ordinazzjoni, u jsellimlu. Wieħed mill-Presbiteri assistenti jgħid dan il-kliem lill-Isqof prinċipali:

Missier, il-Knisja Mqaddsa titolbok li int tordna lill-presbiteru Patri Prospero Grech, tal-Ordni ta’ Santu Wistin, għall-ħidma tal-Episkopat. L-Isqof prinċipali jistaqsih:

Għandkom il-mandat appostoliku? U dan iwieġeb:

Iva, għandna. L-Isqof prinċipali:

Jinqara. Jinqara l-mandat appostoliku waqt li kulħadd ikun bilqiegħda. Meta jintemm il-qari tal-mandat kulħadd juri li jaqbel mal-għażla tal-Isqof billi jgħid:

Irroddu ħajr lil Alla. Imbagħad l-Isqof prinċipali tal-Ordinazzjoni jagħmel l-Omelija. Wara jinżamm ftit ħin ta’ silenzju.

IL-WEGĦDA TAL-MAGĦŻUL Il-magħżul iwiegħed quddiem kulħadd li jaqdi l-missjoni tiegħu ta’ Isqof, jiġifieri li jxandar l-Evanġelju u jħares il-fidi nisranija; li jkun bennej tal-Knisja u jibqa’ f’għaqda mal-Papa; li jkun ħanin ma’ kulħadd u jitlob għallpoplu ta’ Alla. Il-magħżul biss iqum bilwieqfa u jmur quddiem l-Isqof prinċipali tal-Ordinazzjoni, li jagħmillu dawn ilmistoqsijiet:

Drawwa antika tal-Missirijiet qaddisa trid li Isqof, qabel jiġi ordnat, jkun mistoqsi quddiem il-poplu kollu x’inhi l-fehma tiegħu dwar il-ħarsien tal-fidi u l-qadi ta’ dmirijietu. Għalhekk, għażiż ħija, trid inti taqdi sal-mewt id-dmir fdat lilna millAppostli, dmir li se jiġi mogħti lilek bit-tqegħid tal-idejn, flimkien malgrazzja tal-Ispirtu s-Santu? Il-magħżul iwieġeb:

Iva, irrid. 14


L-Isqof prinċipali tal-Ordinazzjoni:

Trid inti, bil-fedeltà kollha tħabbar bla heda l-Evanġelju ta’ Kristu? Il-magħżul iwieġeb:

Iva, irrid. L-Isqof prinċipali tal-Ordinazzjoni:

Trid inti tħares bla mittiefes u fis-sħuħija tiegħu kollha t-twemmin nisrani skont it-tradizzjoni li ġejja minn żmien l-Appostli u li l-Knisja ħarset dejjem u kullimkien? Il-magħżul iwieġeb:

Iva, irrid. L-Isqof prinċipali tal-Ordinazzjoni:

Trid int tibni l-Ġisem ta’ Kristu, jiġifieri l-Knisja tiegħu, u tibqa’ magħqud mal-Ordni tal-Isqfijiet, taħt l-awtorità tas-suċċessur tal-Appostlu San Pietru? Il-magħżul iwieġeb:

Iva, irrid. L-Isqof prinċipali tal-Ordinazzjoni:

Trid int turi fedeltà u ubbidjenza lis-suċċessur tal-Appostlu San Pietru? Il-magħżul iwieġeb:

Iva, irrid. L-Isqof prinċipali tal-Ordinazzjoni:

Trid inti, flimkien mal-imseħbin tiegħek fil-ministeru, il-Presbiteri u d-Djakni, bħala missier tajjeb, turi ħerqa liema bħalha għall-poplu qaddis ta’ Alla u tmexxih fit-triq tas-salvazzjoni? Il-magħżul iwieġeb:

Iva, irrid. L-Isqof prinċipali tal-Ordinazzjoni:

Trid inti, f’isem il-Mulej, turi ruħek twajjeb u ħanin mal-fqar, mal-għorba u mal-imsejknin kollha? Il-magħżul iwieġeb:

Iva, irrid.

15


L-Isqof prinċipali tal-Ordinazzjoni:

Trid inti, bħala r-ragħaj it-tajjeb, tfittex in-nagħġiet mitlufa u treġġagħhom lura fil-merħla tal-Mulej? Il-magħżul iwieġeb:

Iva, irrid. L-Isqof prinċipali tal-Ordinazzjoni:

Trid int titlob bla heda lill-Missier li jista’ kollox għall-poplu qaddis tiegħu, u taqdi bla għajb il-ħidma tiegħek ta’ Qassis il-kbir? Il-magħżul iwieġeb:

Iva, irrid, bl-għajnuna ta’ Alla. L-Isqof prinċipali tal-Ordinazzjoni:

Alla, li beda din l-opra tajba fik, iwassalha għat-tmiem. 16


Litanija tal-Qaddisin Fil-kant tal-litanija tal-Qaddisin il-Knisja fuq l-art tingħaqad mal-Knisja fis-sema biex issejjaħ il-grazzja divina fuq il-magħżul. Kulħadd iqum bilwieqfa. L-Isqof prinċipali tal-Ordinazzjoni, b’idejh ma’ xulxin, jistieden lill-ġemgħa għat-talb billi jgħid:

Nitolbu, ħuti għeżież, biex Alla li jista’ kollox, fit-tjieba tiegħu, jagħti l-milja tal-grazzja tiegħu lil dan il-magħżul huwa u jieħu ħsieb il-ħtiġijiet tal-Knisja. L-Isqof il-magħżul jinxteħet għal tulu wiċċu mal-art waqt li kulħadd jinżel għarkupptejh. Id-djaknu jgħid:

Ninżlu għarkupptejna. Titkanta l-litanija.

Mulej ħniena. Kristu ħniena. Mulej ħniena.

Mulej ħniena. Kristu ħniena. Mulej ħniena.

Qaddisa Marija, Omm Alla, San Mikiel, Anġli qaddisa ta’ Alla, San Ġwann Battista, San Ġużepp, Intom Patrijarki u Profeti, San Pietru, Sant’Andrija, San Ġakbu, San Ġwann, San Tumas, San Ġakbu, San Filippu, San Bartilmew, San Mattew, San Xmun, San Taddew, San Mattija, San Mark, Intom Appostli u Evanġelisti,

itlob għalina. itlob għalina. itolbu għalina. itlob għalina. itlob għalina. itolbu għalina. itlob għalina. itlob għalina. itlob għalina. itlob għalina. itlob għalina. itlob għalina. itlob għalina. itlob għalina. itlob għalina. itlob għalina. itlob għalina. itlob għalina. itlob għalina. itolbu għalina. 17


Santa Marija Maddalena, San Stiefnu, Santa Perpetwa u Santa Feliċita, San Ġwann Stone, Santa Maddalena ta’ Nagasaki, Martri Qaddisa ta’ Alla, Santu Wistin, missierna, San Fulġenż ta’ Ruspe, San Basilju, San Martin, San Ċirillu u San Metodju, San Benedittu, San Franġisk u San Duminku, San Nikola ta’ Tolentino, San Ġwann ta’ Sahagún San Tumas ta’ Villanova, San Alfons de Orozco, San Injazju ta’ Loyola, Santa Monika, Santa Kjara ta’ Montefalco, Santa Rita ta’ Cascia, Santa Tereża ta’ Ġesù, San Ġorġ Preca, Beatu Nazju Falzon, Beata Adeodata Pisani, Intom qaddisin kollha ta’ Alla,

itlob għalina. itlob għalina. itlob għalina. itlob għalina. itlob għalina. itolbu għalina. itlob għalina. itlob għalina. itlob għalina. itlob għalina. itolbu għalina. itlob għalina. itolbu għalina. itlob għalina. itlob għalina. itlob għalina. itlob għalina. itlob għalina. itlob għalina. itlob għalina. itlob għalina. itlob għalina. itlob għalina. itlob għalina. itlob għalina. itolbu għalina.

Uri ħniena magħna, Minn kull deni, Minn kull dnub, Mill-mewt ta’ dejjem, Bl-Inkarnazzjoni tiegħek, Bil-mewt u l-qawmien tiegħek, Bil-miġja tal-Ispirtu s-Santu,

eħlisna nitolbuk, Mulej. eħlisna nitolbuk, Mulej. eħlisna nitolbuk, Mulej. eħlisna nitolbuk, Mulej. eħlisna nitolbuk, Mulej. eħlisna nitolbuk, Mulej. eħlisna nitolbuk, Mulej.

18


Midinbin, Mexxi l-Knisja tiegħek u ħarisha. Żomm il-Papa u l-Ordnijiet kollha tal-Knisja   fir-rabta mqaddsa tiegħek, Bierek dan il-magħżul tiegħek, Bierek u qaddes dan il-magħżul tiegħek, Bierek, qaddes u kkonsagra dan il-magħżul tiegħek, Ibgħat ħaddiema ġodda għall-ħsad tiegħek, Agħti paċi u ftehim tassew lill-popli kollha, Uri ħniena ma’ kull min hu mġarrab, Qawwina u ħarisna fis-servizz imqaddes tiegħek Ġesù, Iben Alla l-ħaj,

ismagħna nitolbuk, Mulej. ismagħna nitolbuk, Mulej.

Kristu, ismagħna. Kristu, ilqa’ t-talb tagħna.

Kristu, ismagħna. Kristu, ilqa’ t-talb tagħna.

ismagħna nitolbuk, Mulej. ismagħna nitolbuk, Mulej. ismagħna nitolbuk, Mulej. ismagħna nitolbuk, Mulej. ismagħna nitolbuk, Mulej. ismagħna nitolbuk, Mulej. ismagħna nitolbuk, Mulej. ismagħna nitolbuk, Mulej. ismagħna nitolbuk, Mulej.

Wara l-kant tal-litanija, l-Isqof prinċipali tal-Ordinazzjoni, b’idejh miftuħa, jgħid:

Ilqa’, bil-ħniena, Mulej, it-talb tagħna, u sawwab fuq dan il-qaddej tiegħek il-qawwa tal-barka tiegħek inti u tagħtih il-milja tal-grazzja tas-saċerdozju. Bi Kristu Sidna. R/. Ammen. Id-djaknu jgħid:

Inqumu.

19


IT-TQEGĦID TAL-IDEJN U T-TALBA TAL-ORDINAZZJONI Il-qofol tar-rit tal-Ordinazzjoni jikkonsisti fit-tqegħid tal-idejn u fit-talba tal-ordinazzjoni. Il-ġest antik tat-tqegħid tal-idejn fuq ras il-magħżul juri l-qawwa tal-Ispirtu s-Santu li tingħata għall-qadi talministeru episkopali. Dan il-ġest hu akkumpanjat mit-talba tal-ordinazzjoni, li tmur ħafna lura fis-snin. Waqt it-talba tal-ordinazzjoni l-ktieb tal-Evanġelju jinżamm miftuħ fuq ras il-magħżul: l-ewwelnett għax l-Isqof jisma’ b’attenzjoni il-Kelma u t-tieni għax hu qaddej umli tal-Evanġelju. Il-magħżul imur quddiem l-Isqof prinċipali tal-Ordinazzjoni u jinżel għarkupptejh quddiemu. L-Isqof prinċipali tal-Ordinazzjoni jqiegħed idejh fuq ras il-magħżul, mingħajr ma jgħid xejn. L-istess jagħmlu l-isqfijiet l-oħra. Imbagħad l-Isqof prinċipali tal-Ordinazzjoni jieħu l-ktieb tal-Evanġelju minn idejn wieħed mid-djakni u jqiegħdu miftuħ fuq ras il-magħżul. Żewġ djakni iżommu l-ktieb tal-Evanġelju miftuħ sakemm tintemm it-Talba tal-Ordinazzjoni. L-Isqof prinċipali tal-Ordinazzjoni jgħid:

O Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, Missier il-ħniena u Alla ta’ kull faraġ: int tgħammar fl-għoli u tħares ’l isfel fuq iċ-ċokon tagħna; int tagħraf kollox qabel ma jseħħ. Bil-kelma tal-grazzja tiegħek tajt direttivi fil-Knisja tiegħek; sa mill-bidu ppredestinajt il-ġens tal-ġusti minn Abraham, għamilt prinċpijiet u saċerdoti, u ma ħallejtx nieqes mill-ministeru s-santwarju tiegħek, għax int għoġbok ikollok sa mill-ħolqien tad-dinja t-tifħir ta’ dawk li int għażilt. Din il-parti tingħad mill-Isqfijiet kollha b’idejhom ma xulxin u taħt l-ilsien:

U issa sawwar fuq dan il-qaddej tiegħek li int għażilt, dik il-qawwa li tiġi minnek, l-Ispirtu ewlieni, li int tajt lil Ibnek l-għażiż, Ġesù Kristu, u li hu ta bħala don lill-Appostli qaddisa, u dawn kullimkien waqqfu l-Knisja bħala s-santwarju tiegħek għall-glorja u t-tifħir ta’ ismek għal dejjem ta’ dejjem. 20


21


L-Isqof prinċipali tal-Ordinazzjoni jkompli waħdu:

Missier, int li tgħarbel fil-fond tal-qlub, lil dan il-qaddej tiegħek li int għażilt għall-ħidma tal-Episkopat, agħtih li jirgħa l-merħla qaddisa tiegħek u jurik il-milja tas-saċerdozju; bla ebda għajb, jaqdik lejl u nhar biex il-ħarsa tiegħek fuqna tkun dejjem ħarsa ta’ ħniena, u joffrilek id-doni tal-Knisja tiegħek. Agħtih li, bil-qawwa tal-Ispirtu tal-Episkopat, ikollu s-setgħa li jaħfer id-dnubiet skont il-kmand tiegħek; iqassam il-ħidmiet skont il-preċetti tiegħek, u jħoll minn kull rabta skont is-setgħa li tajt lill-Appostli; ħa jkun jogħġbok għall-ħlewwa u s-safa ta’ qalbu huwa u jagħmillek offerta quddiemek kollha fwieħa ta’ ħlewwa, b’Ibnek Ġesù Kristu. Li bih tingħata lilek glorja, setgħa u ġieħ, mal-Ispirtu s-Santu fil-Knisja mqaddsa issa u għal dejjem ta’ dejjem. R/. Ammen.

RITI ESPLIKATTIVI Biex jitfisser dak li jseħħ bit-tqegħid tal-idejn u t-Talba tal-Ordinazzjoni, l-Isqof prinċipali talOrdinazzjoni jidlek biż-żejt tal-Griżma ras l-Isqof il-ġdid: iż-żejt ifuħ tal-Griżma jfisser il-ġmiel talkonsagrazzjoni u tas-sehem fis-saċerdożju ta’ Kristu.

Id-Dlik bil-Griżma

L-Isqof prinċipali tal-Ordinazzjoni jidlek ras l-Isqof il-ġdid għarkopptejh quddiemu, huwa u jgħid:

Alla, li tak sehem mill-milja tas-saċerdozju ta’ Kristu, isawwab fuqek iż-żejt tad-dilka mistika, u jimliek b’kull xorta ta’ barka spiritwali.

22


L-Għoti tal-Ktieb tal-Evanġelju

Il-Ktieb tal-Evanġelju, li qabel tqiegħed fuq ras l-Isqof il-ġdid, issa jingħatalu biex ixandar il-Kelma bilkliem u bil-ħajja tiegħu. L-Isqof prinċipali tal-Ordinazzjoni, filwaqt li jagħti l-ktieb tal-Evanġelju lill-Isqof il-ġdid, jgħid:

Ħu l-Evanġelju u xandar il-Kelma ta’ Alla. L-Isqof il-ġdid jirċievi l-insinji episkopali. Iċ-ċurkett sinjal tal-fedeltà lejn il-Knisja, Għarusa ta’ Kristu. Il-mitra sinjal tal-għajnuna tal-grazzja t’Alla sabiex jimxi fit-triq tal-qdusija. Il-baklu sinjal tal-ministeru bħala ragħaj tal-poplu ta’ Alla.

L-Għoti taċ-Ċurkett

L-Isqof prinċipali tal-Ordinazzjoni, filwaqt li jqigħed iċ-ċurkett fis-seba’ anulari tal-id il-leminija talIsqof il-ġdid, jgħid:

Ħu ċ-ċurkett, siġill tal-fidi, u mżejjen b’fidi safja żomm bla mittiefsa l-Għarusa ta’ Alla, il-Knisja.

L-Għoti tal-Mitra

L-Isqof prinċipali tal-Ordinazzjoni, filwaqt li jlibbes il-mitra lill-Isqof il-ġdid, jgħid:

Ħu l-mitra, u tiddi fik id-dija tal-qdusija, biex meta jerġa jidher il-Prinċep tar-rgħajja jistħoqqlok tikseb il-kuruna tal-glorja li qatt ma tidbiel.

L-Għoti tal-Baklu

L-Isqof prinċipali tal-Ordinazzjoni, filwaqt li jagħti l-baklu lill-Isqof il-ġdid, jgħid:

Ħu l-baklu, sinjal tal-uffiċċju pastorali tiegħek, u ħu ħsieb il-merħla kollha li l-Ispirtu s-Santu għamlek għassies tagħha biex tirgħa l-Knisja ta’ Alla.

L-Għoti tal-Katedra

L-Isqof il-ġdid issa jagħmel parti mill-kulleġġ tal-Isqfijiet, għalhekk l-Isqof prinċipali tal-Ordinazzjoni jistieden lill-Isqof il-ġdid biex imur joqgħod fuq il-lemin tiegħu.

Il-Bewsa tal-Paċi

Fl-aħħar l-Isqof il-ġdid iqum u jagħti l-bewsa tal-paċi lill-Isqof prinċipali tal-Ordinazzjoni u lill-Isqfijiet kollha b’sinjal tal-għaqda li teżisti fost il-membri tal-Kulleġġ tal-Isqfijiet.

23


LITURĠIJA EWKARISTIKA Jitkanta l-kant tal-offertorju, waqt li xi membri mill-ġemgħa jippreżentaw il-ħobż u l-inbid għas-sagrifiċċju.

– Niftħulek beraħ dawn il-Qlub – Niftħulek beraħ dawn il-qlub biex tidħol tgħammar Int, Mulej, u tibqa’ magħna tul iż-żmien u tkun in-nifs li ngħixu bih. Ġibnielek dan il-qamħ ifuħ li qtajna mill-għelieqi llum, dan huwa r-riżq ta’ dawn l-idejn li jaħdmu kollox kif trid Int. Mid-dwieli tqal bl-għenieqed sbieħ qtajnielek l-isbaħ frott li sar, b’idejba ħdimna x-xogħol tal-art u saqqejnieh bil-qtar tad-dmugħ. Jekk dan il-ħobż u dan l-inbid isiru ikel tagħna lkoll, ħadd minna qatt ma jieħdu l-ġuħ, ħadd minna qatt ma jaqbdu l-għatx. Itmagħna iżjed minn dal-ħobż. Isqina aktar dan l-inbid, sikwit, Mulej, jeħodna l-ġuħ, sikwit, Mulej, jabqadna l-għatx. Int timla l-baħħ ta’ dawn il-qlub li jfittxu lilek fit-tiġrib, Int biss id-dawl li jimla l-jum, Int biss il-faraġ ta’ bil-lejl.

24


Għajnejn jistrieħu fuqna biss u jħarsu lejna lejl u nhar, għajnejk jifduna w jinżlu dritt fil-qiegħ ta’ dawn il-qlub henjin. Idejk jiftħulna l-mogħdijiet u tul it-triq ma nintilfux idejk jirfduna fit-tfixkil biex meta nqumu ma naqgħux. Ma jxerred ħadd id-dmugħ għalxejn min jerħi qalbu biss f’idejk, ma jogħtor ħadd, u ħadd ma jmur min jibqa’ jafda dejjem fik. Iċ-ċelebrant, bilwieqfa f ’nofs l-altar, jieħu l-patena bil-ħobż, iżommha kemm kemm merfugħa ‘l fuq, fuq l-altar, u jgħid minn taħt l-ilsien:

Imbierek int, Mulej, Alla tal-ħolqien kollu, għax fi tjubitek tajtna l-ħobż li qegħdin noffrulek, -- frott tal-art u xogħol il-bniedem, -li minnu jsir għalina l-ħobż tal-ħajja. Id-djaknu, jixħet l-inbid u ftit ilma fil-kalċi, waqt li minn taħt l-ilsien jgħid:

Bil-misteru ta’ dan l-ilma u nbid, ikollna sehem fin-natura divina ta’ Kristu, kif hu jissieħeb magħna fin-natura tagħna l-bnedmin. Iċ-ċelebrant jieħu l-kalċi, iżommu kemm kemm merfugħ ’il fuq, fuq l-altar u jgħid minn taħt l-ilsien:

Imbierek int, Mulej, Alla tal-ħolqien kollu, għax fi tjubitek tajtna l-inbid li qegħdin noffrulek, – frott tad-dielja u xogħol il-bniedem – li minnu jsir għalina x-xorb tar-ruħ. Iċ-ċelebrant jagħmel inklinazzjoni profonda u minn taħt l-ilsien jgħid:

Ilqagħna, Mulej, Alla tagħna, umli u niedma quddiemek, u għamel li jkun jogħġbok dan is-sagrifiċċju li sejrin noffrulek.

25


Jinċensa l-offerti u l-altar. Wara jersaq fil-ġenb tal-altar u jaħsel idejh, waqt li minn taħt l-ilsien, jgħid:

Naddafni, Mulej, minn ħżuniti, u d-dnub tiegħi neħħieli. Iċ-ċelebrant jgħid:

Itolbu, ħuti, biex is-sagrifiċċju tiegħi u tagħkom ikun jogħġob lil Alla l-Missier li jista’ kollox. R/. Jilqa’ l-Mulej minn idejk is-sagrifiċċju għat-tifħir u l-glorja ta’ Ismu, għall-ħtiġijiet tagħna u tal-Knisja mqaddsa kollha tiegħu. 26


Iċ-ċelebrant, b’idejh miftuħin, jgħid it-talba fuq l-offerti.

Ilqa’, Mulej, din l-offerta li qegħdin nagħmlulek għall-Knisja tiegħek u għall-qaddej tiegħek l-Isqof Prospero; bħalma int għamiltu l-Qassis il-kbir fil-poplu tiegħek, hekk ukoll żejnu bid-doni u l-qawwa ta’ appostlu, biex ikun ta’ ġid għall-merħla tiegħu. Bi Kristu Sidna. R/. Ammen.

Prefazju V/. Il-Mulej magħkom. R/. U miegħek ukoll. V/. Nerfgħu qlubna ’l fuq R/. Nerfugħhom lejn il-Mulej V/. Niżżu ħajr lil Mulej Alla tagħna. R/. Hekk sewwa u xieraq. Sewwa u xieraq tassew, Mulej, Missier qaddis, Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, tajjeb u ta’ ġid għas-salvazzjoni tagħna, li dejjem u kullimkien irroddulek ħajr: Int ikkonsagrajt lil Ibnek il-waħdieni bl-Ispirtu s-Santu, u għamiltu l-Qassis il-Kbir tal-Patt il-Ġdid li jibqa’ għal dejjem: u bi ħsieb liema bħalu għoġbok tordna li s-saċerdozju waħdieni tiegħu jibqa’ dejjem fil-Knisja. Għax hu mhux biss iżejjen b’saċerdozju regali lill-poplu miksub minnu, iżda wkoll, fl-imħabba tiegħu għalina bħala ħutu, jagħżel xi wħud u, bit-tqegħid tal-idejn, iseħibhom miegħu fil-ministeru qaddis tiegħu.

27


U huma, f’ismu, iġeddu s-sagrifiċċju tal-fidwa tal-bniedem fl-ikla tal-Għid li jħejju għal uliedek, imexxu bl-imħabba l-poplu qaddis tiegħek, imantnuh bil-kelma tiegħek u jqawwuh bis-sagramenti. Huma jiddedikaw ħajjithom għalik u għas-salvazzjoni ta’ ħuthom, iħabirku ħa jsiru xbieha ta’ Kristu, u b’qalb sħiħa jagħtuk dejjem xhieda tal-fidi u tal-imħabba tagħhom. Għalhekk, Mulej, aħna wkoll mal-Anġli u l-Qaddisin kollha tiegħek, infaħħruk u b’ferħ kbir intennulek:

– Sanctus – Poplu:

Sanctus, Sanctus, Sanctus, Kor:

Dominus Deus Sabaoth. Poplu:

Pleni sunt caeli et terra gloria tua. Kor:

Hosanna in excelsis. Poplu:

Benedictus qui venit in nomine Domini. Kor:

Hosanna in excelsis.

28


TALBA EWKARISTIKA III Iċ-ċelebrant prinċipali:

Qaddis tassew int, Mulej, u jistħoqqlok it-tifħir tal-ħolqien kollu, għax b’Ibnek Ġesù Kristu Sidna u bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu inti tagħti l-ħajja, kollox tqaddes, u tibqa’ dejjem tiġbor għalik poplu biex, minn tlugħ ix-xemx sa nżulha, issirlek offerta safja. Il-konċelebranti kollha flimkien b’idejhom miftuħa fuq l-offerti, jgħidu minn taħt l-ilsien:

Għalhekk, Mulej, ġejna quddiemek b’dawn l-offerti biex ikunu kkonsagrati lilek: miċ-ċokon tagħna nitolbuk, qaddishom bl-Ispirtu tiegħek, biex isiru l-Ġisem  u d-Demm ta’ Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li bi kmandament tiegħu qegħdin niċċelebraw dan il-misteru. Għax hu, fil-lejl li fih ingħata għalina, ħa l-ħobż, raddlek il-ħajr, bierek, qasam, ta lid-dixxipli tiegħu, u qal: Ħudu u kulu lkoll minn dan: għax dan huwa ġismi li jingħata għalikom. Hekk ukoll, wara l-ikla, ħa l-kalċi, raddlek il-ħajr, bierek, ta lid-dixxipli tiegħu, u qal:

29


Ħudu u ixorbu minnu lkoll: għax dan huwa l-kalċi ta’ Demmi tal-patt il-ġdid li jibqa’ għal dejjem: id-Demm li jixxerred għalikom u għall-bnedmin kollha għall-maħfra tad-dnubiet. Agħmlu dan b’tifkira tiegħi. Iċ-ċelebrant prinċipali

Dan hu l-Misteru tal-Fidi. Il-Poplu jwieġeb bil-kant.

Kull darba li nieklu dal-ħobż u nixorbu dal-kalċi, inħabbru l-mewt tiegħek, Mulej, sa ma jiġi. Il-konċelebranti kollha flimkien, minn taħt l-ilsien

Għalhekk, Mulej, aħna u nagħmlu dan b’tifkira tal-passjoni li biha Ibnek fdiena u tal-qawmien u t-tlugħ glorjuż tiegħu fis-sema, aħna li qegħdin nistennew u nittamaw it-tieni miġja tiegħu, b’radd il-ħajr noffrulek dan is-sagrifiċċju ħaj u qaddis. Ħares, nitolbuk, lejn l-offerta tal-Knisja tiegħek, agħraf fiha l-Vittma li bis-sagrifiċċju tagħha ridt terġa tħabbibna miegħek; agħmel li aħna, li se nissaħħu bil-Ġisem u d-Demm ta’ Ibnek, nimtlew bl-Ispirtu qaddis tiegħu, u nkunu ġisem wieħed u ruħ waħda fi Kristu. L-ewwel konċelebrant

Nitolbuk li hu jagħmel minna offerta li tibqa’ għal dejjem quddiemek, biex inkunu nistgħu niksbu l-wirt mal-magħżulin tiegħek: mal-Verġni mqaddsa, Omm Alla, Marija, mal-Appostli u l-Martri glorjużi tiegħek, 30


ma’ Santu Wistin u mal-Qaddisin kollha, li, kif nittamaw, jidħlu dejjem għalina quddiemek. It-tieni konċelebrant

Agħmel, nitolbuk, Mulej, li din il-Vittma li terġa’ tħabbibna miegħek tkun ta’ sliem u salvazzjoni għad-dinja kollha. Wettaq fil-fidi u fl-imħabba l-Knisja tiegħek tul il-mixja tagħha fid-dinja: il-qaddej tiegħek il-Papa Benedittu, l-Isqof tagħna Pawlu, u l-qaddej tiegħek Prospero li llum ġie ordnat ragħaj tal-Knisja, l-Isqfijiet u l-ministri kollha tiegħek, u l-poplu kollu li int ksibt għalik. Ilqa’ bit-tjieba t-talba u x-xewqat ta’ din il-familja li inti ridtha tinġabar madwarek. Agħder, Missier ħanin, lil uliedek kollha kull fejn jinsabu, u għaqqadhom miegħek ilkoll. Ħenn għal ħutna mejtin u għal dak kollha li ħallew din il-ħajja fis-sewwa tiegħek: daħħalhom fis-saltna tiegħek, fejn nittamaw li aħna wkoll għad naslu, biex, ilkoll flimkien, nitgħaxxqu għal dejjem bis-sebħ tiegħek, bi Kristu Sidna, li bih inti tfawwar id-dinja b’kull ġid. Iċ-ċelebrant prinċipali waħdu jew flimkien mal-konċelebranti:

Bi Kristu, ma’ Kristu, u fi Kristu jingħata lilek, Alla Missier li tista’ kollox, flimkien mal-Ispirtu s-Santu, kull ġieħ u glorja għal dejjem ta’ dejjem. Kor u poplu:

Ammen. 31


IR-RIT TAT-TQARBIN Iċ-ċelebrant prinċipali jgħid:

Ejjew nitolbu kif għallimna u riedna nagħmlu l-Iben ta’ Alla għas-salvazzjoni tagħna. Jiftaħ idejh u, flimkien mal-kor u l-poplu, ikanta:

Pater noster, qui es in caelis, sanctificetur nomen tuum. Adveniat regnum tuum. Fiat voluntas tua, sicut in caelo et in terra. Panem nostrum quotidianum da nobis hodie, et dimitte nobis debita nostra sicut et nos dimittimus debitoribus nostris. Et ne nos inducas in tentationem, sed libera nos a malo. Iċ-ċelebrant prinċipali jgħid:

Eħlisna, nitolbuk, Mulej minn kull deni; agħtina, fit-tjieba u l-ħniena tiegħek, il-paċi fi żmienna, biex inkunu ħielsa dejjem mid-dnub u mħarsa minn kull inkwiet, aħna u nistennew u nittamaw il-hena u l-miġja tas-Salvatur tagħna Ġesù Kristu. Il-poplu jagħlaq bl-akklamazzjoni:

Għax tiegħek hi s-saltna, il-qawwa u l-glorja għal dejjem.

Is-Sinjal tal-Paċi Iċ-ċelebrant prinċipali jgħid:

Mulej Ġesù Kristu, li għidt lill-Appostli tiegħek: inħallilkom is-sliem, nagħtikom is-sliem tiegħi: la tħarisx lejn dnubietna, iżda ħares lejn il-fidi tal-Knisja tiegħek; 32


Agħtiha s-sliem u l-għaqda li int trid fiha. Int li tgħix u ssaltan għal dejjem ta’ dejjem. R/. Ammen. Iċ-ċelebrant prinċipali jgħid:

Il-paċi tal-Mulej tkun dejjem magħkom. R/. U miegħek ukoll. Id-djaknu jgħid:

Agħtu l-paċi lil xulxin. Wara li jingħata s-sinjal tal-paċi, il-kor u l-poplu jkanta:

Kor:

– Agnus Dei –

Agnus Dei, qui tollis peccata mundi, Poplu:

miserere nobis. Kor:

Agnus Dei, qui tollis peccata mundi, Poplu:

miserere nobis. Kor:

Agnus Dei, qui tollis peccata mundi, Poplu:

dona nobis pacem.

Iċ-ċelebrant prinċipali jgħid:

Dan u l-Ħaruf t’Alla, dan hu li jneħħi d-dnubiet tad-dinja. Ħenjin dawk li huma mistiedna għall-ikla tal-Ħaruf. U flimkien mal-ġemgħa jgħid:

Mulej, ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi, iżda għid kelma waħda, u ruħi tkun imfejqa. F’dan il-waqt jibda l-kant tat-tqarbin:

33


34


– Ecce Panis – Ecce Panis Angelorum, Factus cibus viatorum Vere panis filiorum, Non mittendus canibus.

In figuris praesignatur, Cum Isaac immolatur, Agnus Paschae deputatur, Datur manna patribus. Amen.

– Flimkien Ġesù Maħbub – Flimkien Ġesù maħbub, kull ġieħ u ħajr nagħtuk. Kif Int ħabbejtna lkoll nixtiequ li nħobbuk. Iftħilna l-bieb ta’ dik id-dar Fejn qiegħed waħdek lejl u nhar! Kull ġieħ u ħajr nagħtuk! Kull ġieħ u ħajr nagħtuk! Ħallina ħdejk Ġesù, quddiemek mixħutin, Int tħobb tarahom flimkien lil ħutek maħbubin.

Int l-hena, is-sliem, il-ferħ ta’ min jittama fik. Int faraġ ta’ kull qalb li tħobb titgħaxxaq bik.

Aħbina lkoll ġo dik il-Qalb biex tisma’ l-qlub li jgħidu t-talb. Ħallina ħdejk Ġesù! Ħallina ħdejk Ġesù!

Mis-sema nżilt u fostna ġejt biex iħobbuk dawk li ħabbejt. Int l-hena, is-sliem, il-ferħ. Int l-hena, is-sliem, il-ferħ.

35


– Ave Verum – Ave verum corpus natum de Maria Virgine. Vere passum immolatum in cruce pro homine, cuius latus perforatum unda fluxit et sanguine, esto nobis praegustatum in mortis examine. O Jesu dulcis! O Jesu pie! O Jesu fili Mariae!

Talba wara t-Tqarbin Iċ-ċelebrant prinċipali:

Nitolbu. Mulej, bil-qawwa ta’ dan is-sagrament, kattar id-doni tal-grazzja tiegħek fuq il-qaddej tiegħek l-Isqof Prospero, biex jaqdik kif jixraq bħala ragħaj, u fil-ħajja ta’ dejjem jikseb il-ħlas imwiegħed lill-amministraturi fidili. Bi Kristu Sidna. R/. Ammen.

36


RITI TAL-GĦELUQ Jitkanta t-“Te Deum”. L-Isqof il-ġdid, bil-mitra u l-baklu, akkumpanjat minn żewġ Isqfijiet ordinanti, jinżel fil-korsija jbierek in-nies.

Te Deum laudamus: te Dominum confitemur. Te aeternum Patrem omnis terra veneratur. Tibi omnes Angeli; tibi caeli et universae Potestates; Tibi Cherubim et Seraphim incessabili voce proclamant: Sanctus, Sanctus, Sanctus, Dominus Deus Sabaoth. Pleni sunt caeli et terra maiestatis gloriae tuae. Te gloriosus Apostolorum chorus, Te Prophetarum laudabilis numerus, Te Martyrum candidatus laudat exercitus. Te per orbem terrarum sancta confitetur Ecclesia, Patrem immensae maiestatis: Venerandum tuum verum et unicum Filium; Sanctum quoque Paraclitum Spiritum. Tu Rex gloriae, Christe. Tu Patris sempiternus es Filius. Tu ad liberandum suscepturus hominem,   non horruisti Virginis uterum. Tu, devicto mortis aculeo, aperuisti credentibus regna caelorum. Tu ad dexteram Dei sedes, in gloria Patris. Iudex crederis esse venturus. Te ergo quaesumus, tuis famulis subveni:   quos pretioso sanguine redemisti. Aeterna fac cum sanctis tuis in gloria numerari. Wara li jintemm il-kant, l-Isqof il-ġdid ikellem fil-qosor lill-ġemgħa.

37


Barka tal-Aħħar Iċ-ċelebrant prinċipali:

Il-Mulej magħkom. R/. U miegħek ukoll. Iċ-ċelebrant prinċipali:

Ikun imbierek isem il-Mulej. R/. Minn issa u għal dejjem. Iċ-ċelebrant prinċipali:

L-għajnuna tagħna f’isem il-Mulej. R/. Li għamel is-sema u l-art. Iċ-ċelebrant prinċipali:

Iberikkom Alla li jista’ kollox  il-Missier,  u l-Iben u  l-Ispirtu s-Santu. R/. Ammen. Djaknu

Morru fil-paċi ta’ Kristu. R/. Irroddu ħajr lil Alla. – Ġejt quddiemek – Ġejt quddiemek nitlob B’qalbi kollha tama fik F’dan il-jum, tant sabiħ Imħabbti rrid nagħtik.

Ħarstek kollha ħlewwa Titfa’ fuqi d-dawl ħanin Omm ta’ Ġesù, ħu ħsiebi int Kun ommi tul is-snin. R/.

R/. Ave Maria, gratia plena Dominus tecum Benedicta tu.

Bħalek ħajti noffri, Kulma għandi, kull ma jien Għallimni int naqdi bil-ferħ Lil Kristu kullimkien. R/.

38




41


Ordni ta’ Santu Wistin

provinċja agostinjana ta’ san mark

42


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.