Xehda-Għasel

Page 1

MARAPR2012 €1.50

The Passion

Film li ħadd ma kien jemmen li se jirnexxi

Oberamergau

Ir-raħal li jgħix l-istorja tal-Passjoni

Big Ben u l-Palazz ta’ Westminster


8

the

Passion of the Christ


Ftit tal-ġimgħat ilu ltqajt ma’ qarrej; anzi naħseb aħjar insejjaħlu fan tal-magażin tagħna għax tassew hekk hu. Qalli li dan il-magażin huwa l-aħjar magażin li qatt ra u li ma jafx kif jirnexxilna li ma’ kull ħarġa nagħmluh aħjar! Ikolli nistqarr li dan ilmagażin jieħu ħafna ħin u għalkemm forsi mhux l-aqwa magazin fid-dinja kollha, imma kollha kemm aħna nemmnu li Xehda Għasel huwa l-aħjar magażin bil-Malti! Dan ma jiġix mix-xejn. Il-kontributuri kollha jagħmlu l-almu tagħhom biex jiktbu artikli li jinteressaw lilkom il-qarrejja. Dan l-aħħar żidna wkoll xi kontributuri barranin u dawn ukoll, għalkemm meta jkun lest u jarawh ma jistgħux jaqrawh għax ma jafux kelma bil-Malti, jemmnu filmagazin daqs dan il-fan li semmejt :) Madankollu jifdal biċċa xogħol oħra hekk kif joħroġ dan il-magażin, u din il-biċċa xogħol ma nistgħux nagħmluha aħna daqskemm tistgħu tagħmlu intom il-qarrejja (u fans!) ta’ Xehda Għasel. Xerrdu l-kelma. Uruh lil sħabkom. Ħafna jgħidu li ż-żgħażagħ tal-lum ma jħobbux jaqraw jew li m’għandhom kultura ta’ xejn. Uruhom li mhux vera. Uruhom li tħobbu taqraw! Imma mhux lesti li taqraw kollox. Tridu taqraw affarijiet interessanti u tridu magażin ta’ vera! Napprezzaw ukoll jekk tidħlu fil-paġna Facebook tagħna u tgħidulna x’tixtiequ ssibu fil-ħarġiet li jmiss: artikli li tixtiequ ssibu, nies li tixtiequ taqraw dwarhom, passatempi li għadkom, websajts u logħob li tiltaqgħu magħhom, u l-bqija. Iktbulna ħalli tassew Xehda Għasel ikun il-magażin tagħkom. Il-paċi magħkom  ✖

F’din il-ħarġa: 5

2 TITANIC

Will.i.am

Raħal il-Passjoni

Iż-Żewġ Bennejja

10

– intervista –

Philip Vella Dawl tad-Dinja

Produzzjoni Kummissjoni gHall-Formazzjoni tat-Tfal u l-MagHZulin taS-SoCjetA tad-Duttrina Nisranija - M.U.S.E.U.M.

Ewreka: l-għadam

Kontributuri

Big Ben u l-Palazz ta’ Westminster

UFFICCJU Distribuzzjoni

Grafika

www.designedbyal.com

Stampa

Veritas Press, Zabbar

24

6

22

ABBONAMENTI XEHDA GHASEL, DAR GENERALI TAS-SOCJETA TAD-DUTTRINA NISRANIJA, TRIQ SAN GORG PRECA, MARSA

13

Oberammergau

20

JOSEPH BONNICI ALAN BONELLO Robert Aloisio  Kurt Miceli BERTRAM PORTELLI Reuben Ellul  Karol DeBono  Clifton Sammut Raymond Muscat  Warren BUSUTTIL Lawrence Fenech PHILIP BEZZINA Daniel Micallef  FRANKLIN BALZAN Neil Aquilina Andrew Borg Tazia Hall Noel Vassallo Adrian Vella ROBERT MICALLEF Silvan Vella

Maestro di Cappella

14

15

Poster

26


y robert ALOISIO

Titanic Kien vapur manjifiku. Kien fih kull ħaġa li d-disinjaturi kollha talvapuri setgħu jimmaġinaw. Kien sabiħ, splendidu, eċċezzjonali, titaniku! Kien propju t-TITANIC! Mhux biss kien l-ikbar, iżda wkoll eleganti, veloċi, u assolutament inaffondabbli; ma seta’ jegħreq qatt. Mhux hekk iggarantew id-disinjaturi? Għamlulu kull safety feature li kienu jafu biha u vvintaw ħafna oħrajn ġodda wkoll. Telaq imewweġ minn Liverpool, l-Ingilterra, f’għodwa sabiħa ta’ April ta’ mitt sena ilu. Id-dehra tiegħu, ileqq fid-dija tax-xemx, kienet tassew maestuża. L-aqwa biċċa tal-baħar tal-Britannja ħarġet bil-kburija kollha f’nofs ta’ baħar. Il-port li lejh kien qed isalpa kien New York. Ilpassiġġieri tiegħu kienu fost l-aqwa tal-klassi għolja tassoċjetà u hemm kienu jitgħaxxqu fil-lussu tiegħu f’April 1912. 2  MARZU/APRIL 2012

Il-kelma “eleganza” mhix biżżejjed biex tiddeskrivi t-Titanic minn ġewwa. Lussuż fl-arredament tiegħu, fil-menù, u fid-divertiment, kien jiżboq kull immaġinazzjoni tal-passiġġieri. Hawn qegħdin nitkellmu fuq iż-żerniq tas-seklu għoxrin, u diġà dan il-vapur kellu sistema telefonika, librerija tas-self u salon kbir tal-hairdressing. It-taqsima tal-first-class kellha pixxina, gymnasium, squash court, Turkish bath, electric bath u Verandah Cafè. Il-common rooms tal-ewwel klassi kienu ddekorati b’panelli tal-injam elaborat u għamara li tiswa ħafna u l-general room tat-tielet klassi kellha panelli tal-pine u għamara b’saħħitha tat-teak. L-ikel tal-passiġġieri tal-ewwel klassi kien offrut mill-Café Parisien b’veranda fid-dawl taxxemx. Il-vapur kellu t-teknoloġija avvanzata kollha ta’ dak iż-żmien; fost l-oħrajn kellu tliet liftijiet

tal-elettriku fil-first class u ieħor fis-second class. Kellu sistema elettrika mħaddma minn ġeneraturi tal-gass, u anki żewġ radjijiet Marconi. Il-passiġġieri tal-ewwel klassi kienu jħallsu sew għal dawn il-kumditajiet. L-iktar vjaġġ għoli li jaqsam l-Atlantiku kien 870 Sterlina ta’ dak iż-żmien, qishom €75,600 tal-lum. Iżda wara tliet kwarti mill-ewwel vjaġġ tiegħu – f’tarf ix-xatt ta’ Newfoundland - ajsberg kbira, imma li d-daqs tagħha jqarraq bik, maqtugħa mill-ice fields polari, kienet miexja bil-mod il-mod, biex hemm tiltaqa’ mal-kbir Titanic. Sa sagħtejn wara, qabel is-sebħ tal15 ta’ April 1912, it-Titanic “li ma jegħreq qatt” kien erba’ mili taħt is-silġ, u miegħu kienu għerqu 1500 passiġġier, ħafna mill-ekwipaġġ u t-teżori kollha tiegħu. “Lanqas Alla ma jista’ jgħerreq lit-Titanic,” kienu ftaħru dawk li poġġew il-fiduċja f’oġġett


magħmul mill-bniedem. Illum ukoll għandna t-tendenza li niftaħru żżejjed b’dak li għandna u b’dak li għamilna. Naħsbu li nistgħu ngħaddu mingħajr Alla. Mingħalina li weħidna, u bit-teknoloġija li vvintajna, naslu u naslu aħjar. “Qabel il-qerda tiġi s-suppervja, u qabel il-waqgħa l-preżunzjoni.” Proverbji 16, 18. Anki meta t-Titanic ħabat mal-ajsberg, ħafna mill-ekwipaġġ u l-passiġġieri ħasbu li dik l-ajsberg ‘żgħira’ ma setgħetx tagħmel wisq ħsara lill-vapur kbir tagħhom. Aħna wkoll nistgħu ningannaw ruħna billi naħsbu li d-dnub huwa xi ħaġa żgħira bi ftit li xejn konsegwenzi. “Titqarrqux; Alla ma jidħak bih ħadd. Dak li bniedem jiżra’, dak huwa jaħsad.” Galatin 6, 7. Speċjalment wara l-iskoperta tat-Titanic mgħerreq, esperti marittimi esprimew il-fehma li l-istruttura tal-azzar li ntużat fil-plates tat-Titanic saret fraġli f’temperaturi kiesħa silġ u kif ħabtet mal-ajsberg sempliċiment inqasmet. Għalhekk jidher li kien hemm difett kbir fil-binja talazzar. L-azzar ried jinħadem iktar flessibbli, inqas fraġli, biex ikun jista’ jitgħawweġ flok jinqasam. Kien hemm min qal li l-Arka ta’ Noè bnewha d-dilettanti filwaqt li t-Titanic bnewh l-esperti. Iżda anki l-esperti jiżbaljaw! Tant nies

ipoġġu l-fiduċja tagħhom biss fil-bnedmin u fix-xjenza. Min bena l-Arka poġġa l-fiduċja tiegħu f’Alla.

ixxala!’ Iżda qallu Alla, ‹Iblah li int! Dan il-lejl stess jitolbuk ruħek lura. U l-ħwejjeġ li ħejjejt għalik, ta’ min ikunu?’» Luqa 12, 19-20.

“Dan jgħid il-Mulej: ‘Misħut ilbniedem li jittama fil-bnedmin, li jfittex il-qawwa tiegħu fil-ġisem, u titbiegħed qalbu mill-Mulej. Imbierek il-bniedem li jittama fil-Mulej, u l-fiduċja tiegħu fil-Mulej.’” Ġeremija 17:5,7. L-inkjesti uffiċjali wrew li t-Titanic kien qed jivjaġġa b’veloċità wisq kbira meta tqis il-kundizzjonijiet partikulari tas-silġ. Iżda s-sidien riedu juru kemm dan il-vapur kien effiċjenti u invinċibbli. Issuppervja twasslek tagħmel il-ġennati.

Waħda mir-raġunijiet għalxiex intilfu tant ħajjiet fuq it-Titanic hi li ma kienx attrezzat tajjeb għal inċidenti bħal dan. Ma kienx hemm biżżejjed life boats għannumru ta’ nies fuq il-vapur. Kien hemm biss għoxrin lifeboat, bilkemm għal terz tal-passiġġieri u l-ekwipaġġ ma kienu biżżejjed; u mhux kollha setgħu jitniżżlu. Issa biex aħna nsalvaw ruħna għandna biss LIFEBOAT WAĦDA! Din mhi ħadd ħlief is-Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu! Iżda l-Lifeboat ta’ Alla, b’differenza mid-dgħajjes żgħar tat-Titanic, għandha spazju biżżejjed għal dawk kollha li jagħrfu s-serjetà tas-sitwazzjoni u jqiegħdu l-fiduċja tagħhom filveru Salvatur. Min ma jagħmilx dan, jintilef.

“Xi ħadd jista’ jaħseb li triqtu dritta, iżda mbagħad tmiemha jwassal għall-mewt.” Proverbji 14, 12. Din it-traġedja tal-baħar tfakkarna fl-inċertezza tal-ħajja u fil-ħtieġa li nkunu mħejjija biex nidhru quddiem il-Ħallieq u l-Imħallef tagħna. Meta mijiet ta’ nies sinjuri telgħu fuq it-Titanic il-ħsieb tal-mewt fil-qrib ma kienx quddiem għajnejhom. Ħadd minna ma jaf il-jum u s-siegħa meta Alla se jsejħilna miż-żmien għall-eternità. “Imbagħad ngħid lili nnifsi: ‘Ruħi, għandek ħażna kbira ta’ ġid għal bosta snin; mela strieħ, kul, ixrob,

“Għax Alla hekk ħabb id-dinja, li ta l-Iben waħdieni tiegħu, biex kull min jemmen bih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem.” Ġw 3, 16. Ħabib, fil-vjaġġ tiegħek tal-ħajja, inti tista’ tkun taf biċ-ċert li se tasal fix-xatt taleternità. Id-deċiżjoni tiegħek illum, tiddetermina d-destin tiegħek għada. Alla pprovdielek il-LIFEBOAT perfetta għalik.

3


IL-VERU EROJ TAT-TITANIC John Harper twieled fl-Iskozja fl1872 minn ġenituri Nsara konvinti. Kien għad kellu tlettax –il sena meta John ħa d-deċiżjoni li jaċċetta lil Ġesù bħala s-“Sid ta’ ħajtu”. Erba’ snin wara, beda jipprietkah billi jdur mattoroq tar-raħal tiegħu b’ħerqa li jara lin-nies rikonċiljati ma’ Alla. Ħajtu kienet ‘ikkunsmata’ mill-Kelma ta’ Alla. Wara xi sitt snin jipprietka lil Ġesù u jaħdem fil-mitħna matul il-jum, ir-Reverendu E. A. Carter tal-Baptist Pioneer Mission, milqut mill-ħeġġa ta’ Harper, ħadu miegħu Londra. Hekk Harper seta’ jiddedika ħinu u saħħtu għal dak li kien għal qalbu. Harper ma damx ma kellu l-knisja tiegħu fi Glasgow, illum magħrufa bħala Harper Memorial Church. Bdieha b’25 membru, iżda sa 13-il sena wara kellha 500 membru. Matul dan iż-żmien huwa żżewweġ iżda lil martu ma tantx gawdieha għax mietet f’qasir il-għomor. F’dan iżżwieġ qasir, iżda, Alla bierku b’tarbija li hu kien iħobb isejħilha Nina. Matul ħajtu Harper kien se jegħreq diversi drabi. Ta’ sentejn, għal daqsxejn ma għeriqx meta waqa’ f’bir u salvatu ommu. Ta’ 26 sena, mewġa kaxkritu ’l baħar u erba’ snin wara,

4  MARZU/APRIL 2012

vapur li kien fuqu fil-Mediterran, daħallu l-ilma. Forsi dawn l-esperjenzi kienu qegħdin iħejjuh għal dak li kien għadu ġej. Fil-lejl tal-14 ta’ April 1912, proprju mitt sena ilu, Harper flimkien ma’ bintu ta’ sitt snin kien fuq it-Titanic meta ftit qabel nofsillejl, ajsberg qasmet sitt kompartamenti talvapur u l-ilma baħar beda dieħel. Kif deher biċ-ċar li l-vapur kien se jegħreq, John mill-ewwel ħa lil bintu lejn il-lifeboat. Bħala missier armel seta’ faċilment jitla’ hu wkoll fuq il-lifeboat imma jidher li dal-ħsieb lanqas biss ikkunsidrah. Tbaxxa u bies lill-għażiża bintu, u jħares f’għajnejha, bid-dmugħ iġelben ma’ ħaddejh, qalilha li xi darba għad terġa’ tarah. U dar lejn il-folla ddisprata fuq il-vapur li kien qed jegħreq. Kif il-poppa tal-vapur bdiet tielgħa ’l fuq, Harper tela’ fuq il-gverta jgħajjat “Women, children and unsaved into the lifeboats!” Ftit minuti wara, ilvapur inqasam fi tnejn, u ħafna nies qabżu fil-baħar iffriżat. John Harper kien wieħed minnhom.

Dak il-lejl, fl-ilma friżat kien hemm 1528 ruħ. John Harper beda jgħum qalb in-nies qabel ma l-hypothermia toqtolhom. Harper għam fejn żagħżugħ li kien sab biċċa fdal mill-vapur u tela’ fuqha. Staqsieh, b’nifsu maqtugħ, “Are you saved?” Iżżagħżugħ wieġbu li ma kienx u Harper ipprova jwasslu għand Ġesù imma dak ma riedx. Harper imbagħad neħħa l-life jacket tiegħu, tahielu u qallu “Mela ħudha għax int għandek bżonnha iktar minni...” u mar ifittex iktar erwieħ. Ftit minuti wara, reġa’ mar fejn iż-żagħżugħ u din id-darba dan ried jaċċetta ’l Ġesù. Mill-1528 ruħ li kienu fl-ilma dak il-lejl, sitta biss ġew salvati mil-lifeboats. Wieħed minnhom kien dan iż-żagħżugħ li kien fuq biċċa fdal tal-vapur. Erba’ snin wara, f’laqgħa għal dawk li salvaw mit-traġedja tat-Titanic, dan iż-żagħżugħ qam bilwieqfa u biddmugħ f’għajnejh irrakkonta kif John Harper kien wasslu għand Ġesù. Harper kien ipprova jkompli jgħum biex jgħin iktar nies, iżda bil-kesħa ma setax. L-aħħar kliem tiegħu qabel ma għereq kienu “Emmnu fl-isem tal-Mulej Ġesù u tkunu salvati.” ✖

Għalkemm ma nħadmux films kbar fuqu iżda dan il-qaddej ta’ Alla għamel dak li kellu jagħmel. Ħaddieħor kien moħħu biss kif se jsalva ħajtu imma Harper kien lest jagħti ħajtu biex isalvalhom ruħhom. “M’hemmx imħabba akbar minn din milli wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu.” John Harper kien tassew l-eroj Titanic!


Maestro

Time Machine

di Cappella

Interessanti din! Kont qieg]ed inqalleb ftit fi ktieb dwar il-]ajjiet ta’ personaġġi famużi Maltin, u hemm hu...sibt ismi! Mhux talli hekk, talli qalu li jiena wieħed mill-iktar kompożituri famużi u ta’ suċċess li kien hawn f ’Malta fi żmieni! Jiena Carlo Diacono, kompożitur u direttur tal-orkestra. Iżda nistħajjel li xi wħud minnkom qegħdin jistaqsu, “Kompożitur x’inhu?” Kompożitur huwa persuna li tikteb il-mużika. Ejja nieħdu d-diski kollha li tisimgħu...dawk kollha, xi ħadd kitbilhom il-kliem – dak insejħulu l-awtur, u xi ħadd kitbilhom ilmużika – dak huwa l-kompożitur. Issa jien ma ktibtx diski ta’ żmienkom tafux! Tweldit ġewwa ż-Żejtun fl-1876. Missieri huwa Mro. Orazio Diacono, li kien il-persuna li bdiet il-famuża Banda Beland taż-Żejtun. Ovvjament, missieri kien żera’ fija l-imħabba lejn il-mużika. Kien hu li għallimni ndoqq il-klarinett, l-orgni u l-pjanu. Meta bdejt nikber, mort nistudja ma’ kompożitur ieħor kbir Malti, il-famuż Paolino Vassallo. Dan tant rani tajjeb, li spiċċajt ngħinu jikteb xi wħud mix-xogħlijiet tiegħu bħalma kienet l-opra Frazir. Din l-opra ittellgħet fit-Teatru Rjal fil-Belt fl-1905, u kienet suċċess kbir. Flistess ħin, kont sirt l-organista tal-Parroċċa taż-Żejtun, fejn kont indoqq f ’ħafna millfunzjonijiet il-kbar tal-Knisja. Mhux hekk biss, iżda meta miet Paolino Vassallo sirt Maestro di Cappella tal-Katidral tal-Imdina. Dan kien ifisser li jiena kelli f ’idejja r-responsabbilità tal-mużika kollha li kienet tindaqq fil-Katidral matul is-sena kollha! Kien xogħol li kont inħobbu ħafna.

y karol DE BONO

Kont nagħmel l-istess xogħol fil-knejjes ta’ Bormla, tal-Isla, tal-Birgu u f ’diversi parroċċi oħrajn. Kif rajt dan ix-xogħol kollu ġej, iddeċidejt li nwaqqaf bħal orkestra żgħira li fil-lingwa tal-mużika insejħula ‘cappella’ Dan huwa grupp ta’ mużiċisti u kantanti li kien idoqq u jkanta fil-festi f ’dawn il-knejjes li kont nieħu ħsieb jien. Ma setax jonqos li f ’dan iż-żmien ktibt ukoll xi biċċiet ta’ mużika biex tindaqq fil-knejjes, fosthom il-Missa de Requiem, Messa funebre, u diversi antifoni li jinkludu Sancte Paule, Levita Laurentius u Gloriosae Virginis Mariae. Matul dan iż-żmien ktibt ukoll xogħlijiet oħrajn għat-teatru bħal L’Alpino li kienet opra li ttellgħet għal disa’ darbiet fit-Teatru Rjal fl-1918. Ara, b’kollox nikkalkula li ktibt ’il fuq minn sebgħin biċċa xogħol mużikali. Mhux biex niftaħar ta, iżda għandkom tkunu tafu li x-xogħljiet tiegħi ġew imfaħħrin minn bosta kompożituri barranin. Kien hemm min saħansitra qal li lanqas jien stess ma kont naf kemm kont nagħmel xogħol tajjeb! Iżda kif jgħidu, kull bidu għandu t-tmiem! Il-Mulej sejjaħli għal ħdejh fil-15 ta’ Ġunju tal-1942. Kif qed taraw, f ’Malta, art twelidna, minn dejjem kien hawn nies li għamlulna unur, b’mod speċjali fil-mużika! Għeżież qarrejja, issa jmiss lilkom biex tagħmlu sforz u żżommu l-kultura tal-mużika ħajja filpajjiż. Bħalma qalulkom ta’ qabli, la tiddejqu qatt turu t-talenti tagħkom! ✖ 5


y REUBEN ellul bertram PORTELLI

raħal il-passjoni

L-istorja tad-drammi tal-passjoni f’ Oberammergau tibda 375 sena ilu meta r-raħħala ddeċidew li jagħmlu wegħda lil Alla biex jeħlishom minn żmien ikrah li kienu għaddejjin minnu. Imma hawn, mhux la kemm tgħid: ‘‘Ħa nieħu sehem fid-dramm talpassjoni.’’ L-atturi iridu jkunu ilhom residenti fir-raħal għal tal-anqas għoxrin sena, iridu jkollhom fama ta’ ħajja tajba fil-komunità u jridu jibdew itawlu xagħarhom u d-daqna tagħhom minn Ras ir-Randan tas-sena ta’ qabel għax il-parrokki huma għal kollox projbiti. Id-dramm tal-passjoni ta’ Oberammeragu huwa rappreżentazzjoni lokali tal-villaġġ, bil-kostumi meħjuta mir-residenti u u għad ta‘ annimali ħajjin. Irrappreżentazzjonijiet tad-dramm idumu għaddejjin għal xhur sħaħ. Iva, ir-raħal ta’ Oberammergau jista’ tassew jitqies bħala r-raħal tal-passjoni. Id-dramm li jittella’ kull għaxar snin, li kien diġà magħruf sew fl-aħħar parti tal-Medju Evu u l-bidu tar-Rinaxximent, huwa frott iddevozzjoni tal-abitanti wara wegħda li kienet saret min-nies tal-post stess, lura fl-1634. 6  MARZU/APRIL 2012

X’kien ġara fl-1632? It-tradizzjoni tgħid li vjaġġatur li kien qed jirritorna lura lejn Oberammergau, wassal fir-raħal il-Pesta s-Sewda (The Black Death) bir-riżultat li din ħolqot epidemija fir-raħal u wasslet għall-mewt ta’ mitt abitant. Ir-rata tal-mewt kienet għoliet minn persuna waħda f’Ottubru tal-1632, għal għoxrin f’Marzu tal-1633. Dawk li rnexxielhom jeħilsuha, talbu millqalb lil Alla biex jeħles lir-raħal ta’ Oberammergau minn aktar imwiet u wegħdu li jibdew itellgħu dramm tal-passjoni fir-raħal kull għaxar snin. Il-pesta għaddiet mingħajr ma l-minġel tal-mewt mess lil xi ħadd ieħor u minn dakinhar sallum, in-nies ta’ Oberammergau żammew il-wegħda li kienu għamlu. Ġieli ma ttellax id-dramm? Id-dramm tal-passjoni f’Oberammergau baqa’ jittella’ prattikament kull għaxar snin mill1634 bl-uniċi eċċezzjonijiet ikunu fl-1870 meta kienet għaddejja l-gwerra bejn Franza u l-Prussia u tul it-Tieni Gwerra Dinjija meta ma setgħux jittellgħu drammi

reliġjużi. Wara dan l-aħħar perjodu, ir-rappreżentazzjonijiet ġew imressqa għal kull sena li tispiċċa bin-numru 0 (pereżempju, 1950 u 1960). Barra minn dawn id-darbtejn imsemmija hawn fuq, l-edizzjoni tal1920 kellha tiġi posposta b’sentejn minħabba li l-Ġermanja kienet għadha ħierġa minn kriżi finanzjarja u politika, ikkawżata mill-Ewwel Gwerra Dinjija. Xi jsir fid-dramm? Kull dramm jinvolvi fih mal-2,000 attur, mużiċist u tekniku tal-palk, kollha residenti f’Oberammergau. Id-dramm għandu partijiet mitkellma u oħrajn mużikati bl-akkumpanjament tal-kor u bi plakek kbar bil-kitba fuqhom. Ix-xeni mill-Antik Testment mhumiex irrextati imma huma rrappreżentati minn atturi statiċi b’kummenti verbali mad-dehra tagħhom fuq il-palk. Dawn ix-xeni joħolqu l-pont bejn l-Antik u l-Ġdid Testment fid-dramm. Fost ix-xeni millAntik Testment insibu x-xena ta’ meta Re Assweru għażel lil Ester minflok lil Vasti, il-bejgħ ta’ Ġużeppi bħala skjav fl-Eġittu minn ħutu u ’l Mosè jgħolli s-serpent tal-bronż fid-deżert biex kull min iħares lejh ifieq. Dawn ix-xeni jidħlu fil-partijiet tad-dramm bħallikieku figuri


Id-dramm beda bħala wegħda li kienet saret mir-residenti fi żmien il-Pesta s-Sewda. Il-produzzjoni tad-dramm hija kollha f ’idejn in-nies ta’ Oberammeragu u ilha ssir kull għaxar snin għal aktar minn 375 sena. Id-dramm huwa twil madwar seba’ sigħat u r-rappreżentazzjonijiet tiegħu huma mifruxa fuq xhur sħaħ. Fl-1922 il-Knisja Kattolika tat lil dan id-dramm ilMissio Canonica, ċertifikat li jaċċerta li xi għaqda, grupp jew organzzazzjoni qiegħda tgħallem jew tirrappreżenta t-tagħlim tal-Knisja. ta’ dak li kellu jsir waqt il-passjoni ta’ Kristu. Il-tliet plakek li semmejna qabel juru l-mogħdija mill-Ġudajiżmu għallKristjaneżmu, lil Ġuda jgħaddi t-tagħrif dwar Ġesù u t-tislib.

żmien irriżulta li kienet żgħira għar-rappreżentazzjonijiet. Għaldaqstant, id-dramm beda mbagħad isir fiċ-ċimiterju talknisja, quddiem l-oqbra tal-abitanti tal-post li kienu mietu fil-Pesta s-Sewda. Mal-medda taż-żmien, ilpalk beda jsir aktar sofistikat u sa nofs is-seklu tmintax, iċ-ċimiterju wkoll ma bediex jaqdi l-ħtiġijiet tad-dramm. Għaldaqstant instab lok ieħor f’għalqa fil-qrib minkejja li f’dan il-post, il-palk kellu jinbena mill-ġdid kull darba li jsir iddramm. L-ewwel palk permanenti nbena fl-1815 u kien iddisinjat millkappillan ta’ Oberammeragu, sakemm fl-1830, l-istess Kappillan ta sehmu biex inbena palk akbar fil-post fejn illum hemm it-teatru li fih isiru r-rappreżentazzjonijiet. It-teatru, li kien kapaċi jesa’ 4,000 spettatur, inbena fl-1890 u kien lest minn kollox għad-dramm tas-sena 1900. Tkabbar madwar 30 sena wara u l-aħħar żvilupp fih seħħ wara l-produzzjoni tas-sena 1990 meta ġie rinovat kemm minn barra u wkoll minn ġewwa, rinovar

li kien imsieħeb b’immodernizzar talmekkaniżmu tal-palk. Illum il-ġurnata, it-teatru jesa’ ’il fuq minn 4,700 spettatur. Meta ttella’ għall-aħħar darba d-dramm sa issa? Id-dramm ittella’ fl-2010 u bħal kull edizzjoni, dan id-dramm ittella’ flisfond tal-Alpi tal-Bavarja. Din kienet il-41 darba u r-rappreżentazzjonijiet saru kuljum bejn is-Sibt 15 ta’ Mejju u l-Ħadd 3 t’Ottubru. B’kollox ittellgħu 102 rappreżentazzjonijiet! Kull rappreżentazzjoni kienet maqsuma f’żewġ partijiet: l-ewwel parti bejn is-sagħtejn u nofs u l-ħamsa ta’ waranofsinhar, u t-tieni parti bejn ittmienja u l-għaxra u nofs ta’ filgħaxija. 2020 Min jaf? Forsi jkun hemm min minna jitħajjar imur għal dan id-dramm meta issa jerġa’ jmissu jittella’, fl-2020. Fuq kollox, però, jalla kull rappreżentazzjoni li nsegwu f’dan iż-żmien, fit-teatru jew fuq it-televixin, tgħinna biex naħsbu u napprezzaw aktar il-passjoni ta’ Ġesù, li ma kinitx xena fuq il-palk, iżda tbatija vera sinjal tal-imħabba kbira tiegħu. ✖

Nistgħu ngħidu li l-iżvilupp tad-dramm tal-passjoni kien mibni fuq l-iżvilupp fil-Knisja Latina li, fost oħrajn, kienet tgħid li l-Evanġelju nhar il-Ġimgħa l-Kbira għandu jiġi kantat skont ilpartijiet minn persuni differenti. Kemm hu twil id-dramm u kemm imorru nies għalih? Dan id-dramm tal-passjoni huwa twil madwar seba’ sigħat b’waqfa fin-nofs għal xi ħaġa tal-ikel. Sa mis-sena 1930, in-numru ta’ nies li marru biex jaraw id-dramm varja bejn 420,000 (aktar mill-popolazzjoni tal-gżejjer Maltin!) u 530,000 persuna. X’teatru jintuża biex fih isir id-dramm? Oriġinarjament, id-dramm kien isir fil-knisja parrokkjali ta’ Oberammeragu li però wara ftit taż7


the

Passion

y ALAN bonello

of the Christ

Ftit kienu jobsru li fost il-ħafna films kontroversjali li joħorġu matul is-sena, wieħed mill-aktar li qanqal għagħa u protesti kellu jkun film reliġjuż. Ħafna kienu dawk li wrew li fil-fehma tagħhom il-films reliġjużi kien għadda żmienhom u n-nies ma kinitx għadha trid tara lil Ġesù fuq is-Silver Screen, waqt li dawk li kienu jemmnu filmessaġġ tal-istorja ħaduha qatta bla ħabel kontra l-mod kif kien inħadem. Għal ħafna żmien qabel ma ħareġ, dan il-film kien jidher li se jkun falliment. Imma l-produtturi u l-istaff li kien qed jaħdem fuq dan il-film kienu jafu li dak il-film kellu potenzjal uniku u għalkemm kulħadd kien qed jgħidilhom li kienu mġienen u li l-flus li investew fil-film kienu kollha mitlufa, dawn ma qatgħux qalbhom. Ir-riżultat tat-tama u l-konvinzjoni tagħhom deher għall-ewwel darba fil-25 ta’ Frar 2004, Ras ir-Randan. Għalkemm il-protesti ma waqfux imma l-film mhux talli ma kienx falliment, talli ħalla lil kulħadd mistagħġeb meta daħħal aktar minn $600 miljun u sar wieħed mill-akbar suċċessi fiddinja tal-films.

8  MARZU/APRIL 2012

Imma għaliex dan is-suċċess kbir? X’kellu speċjali dan il-film li ġibed tant nies mid-dinja kollha? X’għandu differenti mill-films tal-passjoni kollha li ħarġu qablu? Għalkemm films fuq il-passjoni hawn ħafna u wħud minnhom jgħaddi kemm jgħaddi żmien xorta jibqgħu kapolavuri, imma The Passion of the Christ jispikka fil-fatt li t-tim li ħadem fuqu ried jibni esperjenza għan-nies tal-lum. Riedu li n-nies mhux biss jaraw il-fatti kif ġraw imma fuq kollox jaslu biex jirriflettu fuq l-impatt li din il-ġrajja se tħalli f’ħajjithom. Kien għalhekk li t-tim studja ħafna kapolavuri talarti li juru l-passjoni ta’ Ġesù biex mhux biss il-kliem iqanqal il-ħsieb imma anki l-istampa. Dan wassal biex il-film ikun mimli simboli u allegoriji li wieħed jista’ faċilment jintilef fihom.

L-ewwel simbolu li naraw hekk kif jibda l-film huwa l-qamar kbir fuq il-ġnien tażżebbuġ. Il-qamar, kif ukoll ix-xemx aktar tard, jirrappreżentaw il-preżenza ta’ Alla. Għalhekk waqt li naraw lil Ġesù jitlob filġnien, il-qamar kbir jurina li Ġesù mhux waħdu; Alla qiegħed miegħu. Ftit wara x-Xitan jipprova jtellef lil Ġesù minn din l-għaqda ma’ missieru u għalhekk naraw il-qamar jitgħatta mis-sħab imma dan ma jfissirx li Alla mhux hemm, u wara ftit is-sħab jgħaddi u l-qamar jerġa’ jidher bil-qawwa tiegħu. Il-karattru tax-Xitan huwa wkoll mimli tifsir. Rosalinda Celentano hija l-attriċi li taħdem din il-parti. Madankollu l-produzzjoni bidlet il-vuċi biex tixbah lil dik ta’ raġel. Dan il-fatt mal-ewwel ikexkixna u dan kien il-ħsieb talprodutturi. Iridu jfakkruna fis-suppervja tax-Xitan li jipprova jkisser il-perfezzjoni li ħoloq Alla. Malli jidher ix-Xitan, naraw ukoll serp jitkaxkar mal-art biex ifakkarna fl-ewwel dnub kif irrakkontat fil-Ġenesi u wara ftit Ġesù jgħaffeġ lisserp biex ifakkarna li Ġesù ġie jifdina mid-dnub. Ħafna kkritikaw l-għadd kbir ta’ vjolenza li tidher fil-film speċjalment waqt ilflaġellazzjoni imma dan ukoll, ma sarx għalxejn. Mel Gibson stqarr li wara li tkellem ma’ xi esperti, fehem li t-tislib ukoll kien aktar vjolenti. Biss, f’dak il-mument ried jiffoka fuq il-maħfra


u l-qawwa ta’ Ġesù. Il-ħruxija tax-xena tal-flaġellazzjoni kienet bżonnjuża biex jinftiehem aktar il-valur tas-sagrifiċċju ta’ Ġesù. Simbolu ieħor li forsi wieħed faċli ma jindunax bih huwa meta fil-lejl meta Ġesù jiġi arrestat naraw lil Marija tqum maħsuda u Marija Madalena tmur fuqha u tistaqsiha: “Għaliex dan il-lejl huwa differenti mill-iljieli l-oħra?” Din hija sentenza miċ-ċelebrazzjoni li l-Lhud kienu jgħidu waqt l-ikla tal-Għid, biex tfakkarhom li Alla ħelishom mill-jasar tal-Eġizzjani. Hawn, il-film irid iqabbel dan l-ewwel ħelsien mal-ħelsien ġdid fi Kristu – il-ħelsien mill-jasar tal-ħażen. Il-film huwa mimli simboli tal-preżenza ta’ Alla. F’xena minnhom naraw ħamiema bajda ttir waqt li qed jieħdu lil Ġesù għand Pilatu. Hemm numru ta’ xeni wkoll li jissejħu ‘God’s-Point-Of-View’ li juru dak li qed jiġri mis-sema. Mument

famuż ta’ dan huwa fil-waqt tal-mewt ta’ Ġesù li fiha naraw qatra nieżla li tiffigura d-dmugħ ta’ Alla. Mistoqsija li ħafna staqsew hija fuq is-salib. Filwaqt li l-ikkundannati l-oħra ġarrew biss injama mimduda fuq spallejhom, Ġesù jġorr salib sħiħ u l-idea li trid twassal hija li Ġesù kien speċjali u s-salib tiegħu kien ifisser ħafna aktar minn tal-oħrajn. Għalkemm fid-dinja kollha dan il-film ġie muri lill-udjenzi maturi miħabba l-vjolenza murija, fl-Irlanda niżżlu l-età għal ħmistax-il sena, filwaqt li f’Malta l-età niżlet għal tnax-il sena. Jekk rajt dan il-film jew għadek trid tarah żomm f’moħħok li fuq kollox l-iskop ta’ dan il-film hu li jqanqal il-ħsieb u aktar minn hekk biex niftakru li aħna ngħixu ħajja ta’ nies li ħajjithom ġiet mibdula bi prezz għoli ħafna. Daqshekk niswew f’għajnejn Alla tagħna! ✖ 9


Mill-esperjenza tiegħu jaħdem ma’ missieru Ġużeppi, Ġesù kien jaf kif għandu jibni għamara b’saħħitha u li sservi. Kien ukoll imdorri jagħraf fejn kien l-aħjar post li wieħed jibni d-dar tiegħu. Imma fuq kollox, kien jaf fuqhiex wieħed għandu jibni l-ħajja tiegħu!

Min jibni fuq ir-ramel u min jibni fuq il-blat - Mattew 7, 24-29

y JOSEPH bonnici

Jisma’ kliemi: Ġesù jirrakkonta din il-parabbola wara li jkun xandar il-Barkiet fuq ix-xatt tal-Għadira talGalilea. Donnu jrid juri li l-bniedem għaref huwa dak li jipprattika dak li hu stess kien għadu kemm għallem ftit qabel. Il-Barkiet huma l-ġebliet li fuqhom wieħed jista’ jibni ħajja fis-sod.

Jagħmilhom: Għal Ġesù, il-paroli biss mhux biżżejjed! Ma jridx applawsi u min jifraħlu għall-kelmiet li jkun qal, imma ħajja mibnija fuq l-imħabba, il-qadi u dak kollu li jaqbel ma’ dak li nemmnu fih. Irid ħajja koerenti, fejn il-fidi tidher fl-għemil.

‘‘Jekk wieħed jisma’ kliemi u jagħmlu, ikun jixbah lil raġel għaqli li bena daru fuq il-blat. Din id-dar tibqa’ wieqfa anki jekk jiġi l-maltemp jew xi riefnu, għax imqiegħda fis-sod. Imma min jisma’ kliemi u ma jagħmlux, jixbah lil dak il-bniedem iblah li bena daru fuq ir-ramel. Mal-ewwel buffura riħ u kif jiġu l-widien, din id-dar taqa’ għax mibnija fuq pedament dgħajjef.’’ It-tixbiha li ġab Ġesù kienet sempliċi u tinftiehem. Biha wera kemm kellu ħila jgħallem b’mod li kulħadd jista’ jifhmu. Kienu jistagħġbu għax kien jgħallem b’awtorità, mhux bħall-bqija tal-għalliema tagħhom.

Iblah: Huwa l-bniedem li ma jirnexxilux jifhem x’inhu importanti u x’jagħmel sens fil-ħajja. Fl-Antik Testment, l-iblah huwa dak li jeħodha ma’ Alla, dak li jaħseb li jifhem iktar mill-Ħallieq tiegħu!

F’dak iż-żmien id-djar tal-irħula kienu jkunu mibnija b’taħlita ta’ materjal bħal ġebel, injam u tajn u mhux dejjem kienu jkunu fis-sod. Minħabba li art ratba iktar tista’ titħaffer, kien ikun hemm min jibni fuqha ħalli jħaffef ix-xogħol. Ftit kien jaħseb li dak li jinbedna malajr jista’ jaqa’ malajr ukoll!

Imma x’kellu f’moħħu Ġesù? Min hu għaref tassew? Min għandu l-ħajt tas-salott miksi biċ-ċertifikati? Min għandu d-dar tal-villeġġatura u jsiefer ta’ spiss? Għal Ġesù jidher ċar li l-għerf tal-bniedem jidher fl-impenn li jieħu biex iwettaq f’ħajtu dak li jkun jemmen fih.

Jiġu l-widien: Ir-riħ u t-tempesta huma l-mumenti kuntrarji tal-ħajja. Jista’ jaffrontahom biss min għandu karattru mibni fuq dak li hu sod!

Min kellu daqsxejn iktar melħ f’rasu, kien jippreferi jbati ftit, hu u jibni, milli jkollu jerġa’ jibda wara kull maltempata qawwija. Dan kien jitlob ftit iktar xogħol, imma kien iservi fit-tul.

Din il-parabbola tistedinna nkunu għaqlin. Hija l-ħila li nħarsu lejn il-konsegwenzi ta’ kull azzjoni. Il-bniedem għaqli mhux dak li jintilef biss fil-ħsieb. Huwa dak li jaf ukoll meta għandu jieħu azzjoni.

10  MARZU/APRIL 2012


Is-Sommelier

Sommelier huwa espert tal-inbid. Huwa l-bniedem li jaħdem f’restorant biex joffri pariri lill-klijenti fuq l-iktar inbejjed li jaqblu mal-ikel li jkunu ordnaw. Hawn jidħol ħafna studju, għaqal u għerf. Irid iduq qabel ma jagħti pariri tajbin. Steven Lande huwa sommelier magħruf u se jwieġeb ftit mistoqsijiet għalina. Ta’ età żgħira inti lħaqt ilquċċata fil-karriera tiegħek. Kif irnexxielek tagħmel dan? Jien u nikber ma tantx kelli esperjenza tal-inbid, anki jekk fil-familja tiegħi l-ikel u x-xorb kienu dejjem importanti. Dejjem ħabbejt kull tip ta’ xorb: milk shakes, kafè, te, u għalhekk kelli pedament tajjeb. Ommi kienet mużiċista u kellha interess kbir fl-arti; għalhekk naħseb li minnha ħadt l-apprezzament għal dak li hu sabiħ. X’għandu jkollu sommelier tajjeb? Għandu jkun lest li joffri servizz. Min ma jridx iservi lin-

nies, ma jistax ikun sommelier tajjeb. Il-klijenti ġieli jgħiduli: ‘‘Inti tassew tidher għal qalbek fix-xogħol tiegħek,’’ xi ħaġa li nemmen li hija minnha. Tkun trid tistudja n-nies ukoll: Kemm jifhmu? Kemm huma interessati ? X’inhuma x-xewqat tagħhom? Ilprofessjonalità wkoll hi importanti. Trid turi li inti taf x’qed tagħmel. Minn fejn iġġibha din ilprofessjonalità? Mit-tagħrif: tagħrif fuq l-inbid, tagħrif fuq l-ikel, fuq l-esperjenzi li jista’ jkollhom il-klijenti tiegħek. Biex titgħallem fuq l-inbid trid taqra fuqu, idduqu, u tiftakar dak li tkun doqt, biex tirreferi għalih. X’inhuma l-għanijiet tiegħek bħala sommelier? Sa issa diġà lħaqt bosta minnhom. Imma

nixtieq ukoll li nibdel il-ħajja talklijenti tiegħi, anki jekk għal ftit mumenti, u nħalli marka sabiħa fil-memorja tagħhom. ✖

Li tkun għaqli

llum ifisser li

taħseb qabel ma tagħmel xi ħaġa taħseb dejjem fil-konsegwenzi ta’ kull azzjoni tiegħek

minflok tistaqsi ‘X’fiha ħażin din?’, tistaqsi ‘X’ġid se nieħu jien u ta’ madwari minn din?’

titlob l-għajnuna u d-dawl minn Alla fit-talb, biex jgħinek tixbah lil Ibnu Ġesù.

11


minn hawn

u minn hemm y CLIFTON sammut

Miftuħ jew magħluq. X’tixtieq? Illum sirna nħaddnu ideal li naqsmu kollox ma’ kulħadd. Eżempju ċar ta’ dan huwa l-Wikipedia. Dan l-ideal qigħed jidħol ukoll fil-programmi li nużaw fuq il-kompjuter. Programm popolari li jissemma ħafna huwa Ubuntu, li jagħmel parti mis-sistema vasta Linux. Ubuntu huwa prodott bla ħlas imma ta’ kwalità għolja ħafna. Fil-fatt, tista’ tgħid li fil-Linux m’hemmx viruses. Dan il-prodott li jieħu post il-Windows jew il-Mac OS u jiġi mħejji bl-Office li jġib l-isem Libre Office, Firefox għall-Internet, għandu spazju b’xejn ta’ 5GB fuq in-net bl-Ubuntu One. Fih ukoll numru ta’ programmi oħra bla ħlas li bihom tista’ tagħmel diversi xogħlijiet li tixtieq. Insemmu bħala eżempji, ‘l Gimp biex tirranġa r-ritratti u l-Blender għall-animazzjoni 3D jew logħob. X’qed tistenna biex tibda tgawdi minn dawn il-programmi? Barra minn hekk, jekk tixtieq tgħin u tiżviluppa iktar dawn is-sistemi, żur www.ubuntu.com jew www.askubuntu.com

Gżira Ġdida

y LAWRENCE fenech

fil-Baħar l-Aħmar

Għalkemm aħna mdorrijin li l-mappa tad-dinja ma tinbidilx, xi kultant l-attività vulkanika taf tbiddel il-wiċċ tad-dinja. Lejn l-aħħar tas-sena 2011 vulkan fil-Baħar l-Aħmar żbroffa b’tant qawwa li l-lava baqgħet tielgħa sal-wiċċ tal-baħar u ffurmat gżira ġdida. Din hi ħaġa pjuttost komuni, però b’kuntrarju għal dak li s-soltu jiġri lil ħafna gżejjer li jiffurmaw mill-vulkani ta’ taħt il-baħar, din il-gżira baqgħet soda u ma nġarritx mill-mewġ. Sal-lum il-ġurnata, din il-gżira ċkejkna għadha ma ngħatat isem mill-ebda pajjiż u ħadd mill-mexxejja tal-pajjiżi għadu ma qal li l-gżira hi tiegħu, għalkemm wisq probabbli issir parti mill Yemen għax hi qrib ta’ dan il-pajjiż. L-aħħar gżira li ġiet iffurmata minn vulkan taħt il-baħar kienet il-gżira ta’ Surtsey fl-1986 fl-Iżlanda. 12  MARZU/APRIL 2012


y WARREN busuttil

will.i.am

Ommu ma riditx li jilg˙ab bilballun jew ji©ri barra mal-©irien… sakkritu ©ewwa… jew a˙jar, ˙olqot hi stess il-log˙ob biex jilg˙ab bihom wa˙du (˙alliha li xorta kienu ji©u jilag˙bu mieg˙u s˙abu!). Riedet li t-tifel tag˙ha William, ikun mo˙˙u biss filmuΩika u li jaqbad din il-karriera. U bejnietna... irnexxielha! Sa minn età Ωg˙ira William, jew kif inhu mag˙ruf a˙jar will.i.am, studja fi skola ©ewwa Los Angeles u hemmhekk sar ˙abib kbir ta’ Allan Lindo. Imma dan min hu? Flimkien bdew jo˙olqu numru ta’ diski rap u jdoqquhom fi klabbs filg˙axija, filwaqt li Allan kien

joqg˙od jiΩfen il-break-dance. Dawn malajr saru popolari u ˙adu l-isem ta’ Atban Klann. Qatt ma smajt bihom? Imma b’dawn Ωgur li smajt... mag˙hom bdew jiΩdiedu diversi kantanti u biddlu l-isem tag˙hom g˙al Black Eyed Peas. Biex tara kemm dan il-grupp huwa popolari, qalleb ftit fil-muΩika li g˙andek fil-kompjuter, fl-mp3 jew fl-iPod u ara jekk tiltaqax ma’ xi diska minn tag˙hom...The Time (Dirty Bit), I Gotta Feeling u Where is the Love? li din ©iet ispirata millattakki tal-11 ta’ Settembru 2001. Sal-lum il-©urnata will.i.am g˙adu jikkomponi diversi diski, tant li huwa meqjus b˙ala wie˙ed

mill-muΩiçisti influwenti fixxena tal-muΩika fl-Amerika, u jag˙ti s-sehem tieg˙u f’numru ta’ kunçerti u soundtracks. IΩda b˙al donnu li will.i.am mhux kuntent biss fix-xena muΩikali g˙aliex ing˙ata partijiet fil-film Rio (2011) u da˙al b’ru˙u u b’©ismu g˙al pro©etti kbar fl-edukazzjoni muΩikali tat-tfal, fil-qasam tal-moda u f’g˙ajnuna finanzjarja lil tfal u familji foqra ©ewwa l-Amerka. IΩda jekk trid tisma’ ftit xi diski ta’ dan ir-rapper ta’ fama internazzjonali fittex ftit fuqu f’YouTube u tista’ wkoll tag˙ti titwila lejn xi vidjos fil-pa©na ta’ Facebook tax-Xehda Ghasel.

13




www.facebook.com/Xehda Niżżel verżjoni JPEG u l-istruzzjonijiet mill-paġna facebook ta’ Xehda Għasel

16  MARZU/APRIL 2012


minn hawn u minn hemm y CLIFTON sammut

RaspberryPi

www.element14.com

Ġieli għamilt xi ħaga b’RaspberryPi? Ma ħadtx żball jien u nikteb għax ir-RaspberryPi mhix xi ħaġa tal-ikel, imma hija kompjuter żgħir ħafna għal dawk li jħobbu jesperimentaw bilkompjuter jew jixtiequ jitgħallmu ftit dwar l-elettronika. Dan ilkompjuter għandu tagħmir li ssib f’kompjuter normali bħal pereżempju Usb u Hdmi audio jack. Iżda b’differenza mill-kompjuter, ir-RaspberryPi għandu wkoll ports

oħra biex magħhom tqabbad affarijiet li ma tistax tqabbad ma’ kompjuter normali. Wara tinstalla OS bħal Arch Linux/ Fedora u tagħmel il-proġett li tixtieq. Ngħidu aħna … insomma aħjar inħalli l-immaġinazzjoni tiegħek taħdem u taqsam magħna x’tixtieq tagħmel b’dan il-prodott fuq il-paġna facebook http://www.facebook.com/Xehda

y NEIL aquilina

“My name is Guybrush Threepwood, and I’m a mighty pirate!” Forsi ħafna minnkom jistaqsu, “Min hu dan Guybrush Threepwood?” Il-karattru ta’ Guybrush Threepwood deher l-ewwel darba fl-1990 fis-serje tal-logħob Monkey Island. Kienu suċċess kbir u ħarġu fuq diversi consoles differenti li kienu popolari dak iż-żmien – MS-DOS, MAC-OS, Atari u Amiga. Is-serje Monkey Island hi maqsuma fuq ħames logħbiet li jittrattaw l-avventuri ta’ dan Guybrush li jibda billi jrid isir pirata b’saħħtu imma dejjem isib min jagħmillu l-bsaten fir-roti, speċjalment ilpirata-fantażma LeChuck, l-ikbar

għadu tiegħu. Għalhekk f’kull logħba naraw lil Guybrush għaddej minn avventura wara l-oħra u jsolvi misteru wara l-ieħor biex jirnexxilu jilħaq l-iskop tiegħu: li jsalva lilu nnifsu jew lill-maħbuba tiegħu Elaine Marley. U proprju f’dawn l-avventuri li joħroġ il-karattru ta’ Guybrush. L-ewwel logħba tas-serje ħarġet fl-1990 u t-tieni fl-1991 imma riċentement dawn reġgħu ħarġu bi graphics iktar reċenti, waqt li ma nbidel xejn mill-ispirtu avventuruż u ta’ taħbil il-moħħ tal-logħob.

Monkey Island 2: LeChuck’s Revenge, The Curse of Monkey Island, Escape from Monkey Island u Tales from Monkey Island

Il-logħob huma ta’ LucasArts u l-ħames logħbiet fis-serje huma: The Secret of Monkey Island,

Imma x’għandha speċjali din il-gżira ta’ Monkey Island? Inħalli f’idejkom biex tiskopru! 17


minn hawn u minn hemm

Qabża… minn ‘ftit’ għoli

Fil-15 ta’ Marzu, Felix Baumgartner qabeż minn għoli ta’ 21 kilometru bi preparazzjoni biex fis-sajf li ġej jikser ir-rekord ta’ l-iktar qabża mill-għoli meta jaqbeż minn 36,576 metru. Biex inqabblu ftit, ajruplani kummerċjali jtiru f’għoli ta’ madwar 10,000 metru. Ir-rekord preżenti waqqfu l-Kurunell tal-US Air Force Joe Kittinger li lura fl-1960 qabeż minn għoli ta’ 31 kilometu. Felix tela’ permezz ta’ bużżieqa kbira mimlija bil-Helium u meta wasal fejn mixtieq qabeż mill-kapsula li kien fiha. Il-vjaġġ ’l isfel ħa ftit aktar minn 8 minuti u laħaq veloċità ta’ aktar minn 585 kph. Minkejja li Felix ħa jipprova jikser ir-rekord li kien waqqaf Joe, hija ħaġa sabiħa u ta’ eżempju li Kittinger, li llum għandu 83 sena, huwa parti mit-tim li qiegħed jgħin lil Felix biex din l-isfida diffiċli ssir realtà.

Qalb li ma tħabbatx It-taħbita tal-qalb tindika li wieħed għadu ħaj. Iżda mhux dejjem! Madwar 50 għoġol u 3 persuni qegħdin jgħixu b’qalb li ma tħabbatx. It-tobba Bud Frazier u Billy Cohn irnexxielhom jibnu qalb artifiċjali li ma tixbahx lill-qalb naturali għax ma tħabbatx. Din taħdem permezz ta’ żewġ pompi li jduru madwar 10,000 dawra fil-minuta biex idawru d-demm madwar il-ġisem u lura lejn ilqalb. Il-qalb taħdem permezz ta’ batterija li tinġarr wara dahar dak li jkun. B’hekk il-persuna

18  JANNAR/FRAR 2012

tkun tista’ tgħix ħajja aktar normali u indipendenti peress li qlub artifiċjali antiki riedu li l-persuna toqgħod ħdejn magna kbira għal ħajjitha kollha. Tista’ tintuża kemm biex tgħin jekk il-qalb naturali tkun ftit għajjiena kif ukoll biex tissostitwixxi l-qalb kompletament. Vantaġġ ieħor hu li n-numru ta’ donaturi tal-qalb huwa ftit kumparat mal-bżonn ta’ trapjanti tal-qalb u għalhekk pazjent jista’ jingħata qalb artifiċjali meta ma jkunx possibbli li jsir trapjant ta’ qalb naturali.

y RAYMOND muscat


y kurt MICELI

Il-Kisba tan-Nar u stejjer oħra

Bosta u bosta żmien ilu, fuq il-muntanja Olimpus filGreċja kienu joqogħodu l-allat filpalazzi tagħhom. Dawn kienu jixxalaw u jiddevertu filwaqt li n-nies kienet tgħix fil-għaks u l-miżerja f’bard ixoqq il-għadam. Dan għaliex Żeus, li kien l-iktar wieħed għaref fost l-allat, ried iżomm in-nar għalih innifsu minħabba li kien jibża’ li b’hekk n-nies kienet issir qawwija daqsu. Imma ċertu Prometeu – li ismu jfisser ‘jaħseb bil-quddiem’ - kien iħoss ħafna għall-bnedmin u ddeċieda li jagħmel xi ħaġa biex jgħinhom. Għalhekk, darba waħda, bilmoħbi ta’ Żeus seraq faħma biex jagħtiha lin-nies. Il-bnedmin tgħidx kemm ferrħu bir-rigal li kien tahom Prometeu għax sa flaħħar setgħu jieklu ikel imsajjar u jisħnu meta tkun il-kesħa. Dak iż-żmien l-elettriku kien għadu ma jeżistix! Biss, darba waħda Żeus intebaħ bir-riħa tat-tisjir. Meta sar jaf min kien li wettaq dan l-għemil, tant irrabja li rabat lil Prometeu b’katina ma’ muntanja għal żmien twil! Din hija waħda minn numru ta’ stejjer tal-mitoloġija Griega li l-awtur Saviour Sammut ġabar biex ibexxaq bieb fuq ġrajjiet li nħolqu eluf ta’ snin ilu; stejjer differenti u affaxxinanti dwar mostri, allat u eroj. L-idea, kif jgħid l-awtur stess, hija li jiftaħ l-aptit għal iżjed qari. Int għandek ġuħ?

Trid tmur fl-ispazju? Illum il-ġurnata tista’ tmur iddur dawra fl-ispazju bħall-astronawti – basta jkollok xi $200,000! Diversi kumpaniji madwar id-dinja qed jaħdmu biex fi ftit żmien ikunu jistgħu jieħdu numru ta’ passiġġieri fuq ajruplani li jibqgħu telgħin aktar minn 100km ’il fuq mid-dinja. Dawn tant jitilgħu fil-għoli li min imur anki jħossu weightless għal ftit minuti. Hemm kumpanija Amerikana, Virgin Galactic, li anki qed tieħu bookings għal dawn it-titjiriet u sa issa diġà għandha ’l fuq minn 430 booking. http://www.virgingalactic.com

19


CARUANA y mark u l-aspiranti ta’ MARSASCALA

Intervista ma’ Philip Vella Minn fejn ġiet din l-imħabba għall-mużika? Kif skoprejt dan it-talent? Jien minn meta kont żgħir il-papà tiegħi kien idoqq il-mużika, u allura jien ovvjament kont dejjem niġri miegħu. Jekk imur idoqq hu, kont immur indoqq jiena, jiġifieri ma tantx kelli għażla biex ma nħobbx il-mużika. U allura meta kont zgħir dejjem kelli din ix-xewqa li nkun bħall-papà tiegħi. Allura bdejt nitgħallem, insomma, għall-bidu d-drums, imbagħad ilkitarra, imbagħad il-kumplament; bdejt nikkomponi xi kanzunetti. Kien hemm xi persuna li ispiratek f’ħajtek? Ħafna persuni, speċjalment mużikanti tajbin u kompożituri tajbin... Għallbidu, meta kont żgħir, kont dilettant ħafna tal-mużika ta’ Neil Diamond, pereżempju. Kont inħobb nisma’ ħafna lil Neil Diamond. Imbagħad, aktar m’għadda żmien, aktar bdejt invarja t-taste tal-mużika tiegħi... għall-Jazz u għal naqra Rock... insomma, sakemm imbagħad aktar qisek tibda tiskopri affarijiet dejjem ġodda. Hemm xi persuni f’ħajtek li taħseb li ġew ispirati minnek? Jiena nispera li hemm. Jiena ma nafx persuni li ġew ispirati minni, imma għallinqas nipprova nagħmel l-affarijiet li jekk in-nies iħarsu x’għamilt jien, jispiraw ruħhom minnhom. Jiġifieri jalla hemm nies li ġew ispirati mill-affarijiet li għamilt jien. Normalment kemm iddum sabiex tikkomponi u tipproduċi diska? Biex tikkomponiha normalment ma tantx iddum, normalment. Imma llum, 20  MARZU/APRIL 2012

il-kanzunetta mhux sempliċiment tikkomponiha bħalma kienu qabel. Illum il-kanzunetta trid tara l-libsa tagħha – jgħidulha l-libsa tagħha, il-produzzjoni tagħha – Hija aktar minn kif kienet qabel, għax illum trid tara xi stil ħa tagħmlilha, xi drums ħa tagħmlilha, jekk hux orkestrali, jekk hux mużika bl-istrumenti, synthesizers moderni. Illum, qisu l-kompożizzjoni tad-diska ħadet xejra oħra. Mhijiex sempliċiment tikteb melodija, kif kienu qabel, imbagħad xi ħadd jorkestrahielek. Allura għal dak il-proċess, biex tlibbisha wkoll, iddum naqra. Meta tiġi biex taħdem malkittieb tal-lirika, kif normalment tiftiehmu? Lirika l-ewwel, imbagħad il-muzika? L-ewwel mużika, imbagħad il-lirika? Jew tikkoordinaw flimkien? Jien għalija ma tagħmillix differenza. Naħdem kemm jekk ikolli l-lirika l-ewwel, u anki jekk illirika jagħmluha wara li nagħmel ilmużika. Ġieli ħdimna wkoll li tikteb kanzunetta... għall-bidu nkunu bdejna b’ċerta lirika, imbagħad ikun hemm bżonn arranġamenti... fi ftit kliem m’hemmx xi mod kif dejjem hi dik ir-riċetta u dejjem nagħmluha b’dak il-mod. Liema kien l-aktar mument memorabbli fil-karriera mużikali tiegħek? Naħseb l-aktar mument memorabbli kien meta ġejna t-tieni fil-Eurovision bil-kanzunetta ta’ Ira

Losco, 7th Wonder. Kien memorabbli, memorabbli qed ngħid, għax ferħan li tiġi t-tieni...konna tlifna b’xi tnax-il punt biss, ma tantx kont ferħan wisq. Imma għadni niftakar li konna qrib li nirbħu l-Eurovision. Fil-karriera tiegħi kien hemm ħafna, kif tgħid, mumenti li jibqgħu memorabbli. Pereżempju wkoll, għalija kuntent ħafna li kont ktibt il-mużika meta giet ir-Reġina għal-laqgħa tal-pajjizi talCommonwealth, jekk m’iniex sejjer żball, xi ħames, sitt snin ilu, u jiena kont il-kompożitur li ktibt il-mużika għax-show li kienu għamlu għall-kap tad-delegazzjonijiet. Jiġifieri affarijiet bhal dawn ituni sodisfazzjon. Mid-diski li kkomponejt, għandek xi waħda favorita? Naħseb il-kanzunetta favorita tiegħi hija ‘Marija’, għax kanzunetta li kont ikkomponejt biex ħadt sehem fiha fl-Għanja tal-Poplu. Il-mużika tiegħi u kliem ta’ Joe Chircop. Naħseb dik hija l-kanzunetta favorita tiegħi. Liema hu l-artist jew il-grupp mużikali favorit tiegħek? Għalija l-favorit tiegħi, Sting. Jiġifieri kelli x-xorti li narah xi tliet darbiet. Għalija huwa l-kompożitur u l-kantant li huwa komplut... bil-lirika li jikteb, bil-mużika li jikteb, blarranġamenti tal-kanzunetti li jikteb u kif ikanta. Jiġifieri ilni nsegwih minn meta kien mal-Police u għadni nsegwih sal-lum. Kelli x-xorti mmur narah anki s-sena l-oħra. Naħseb li għalija huwa l-kompożitur komplut.


Int kuntent ’il fejn miexja l-industrija tal-mużika, internazzjonalment? Le, ma tantx nista’ ngħid li jiena kuntent għax qisna mexjin... qed isibu kantanti u tip ta’ mużika li ma sservix, u dik jiddispjaċini. U ma sservix għax qed tkun tal-mument, togħġob... tagħmel xahar, jien naf, xahrejn li tkun togħġob lin-nies għal dak iżżmien; speċjalment dat-tip ta’ rap u dat-tip ta’ kanzunetti, li ma jservux, li għalija, naħseb mhix fid-direzzjoni t-tajba. ‘Il fejn tahseb li miexja l-industrija tal-mużika lokali? L-industrija lokali ta’ Malta, naħseb li hawn nies li jippromettu, kemm kantanti, kemm kompożituri, kemm awturi, jippromettu. Jiena naħseb imma, biex nagħmlu the next step u nigu tajbin bħalma huma... u nlaħħqu ma’ barra minn Malta, naħseb li għandna bzonn nagħmlu tipo ta’ konservatorji, fejn in-nies li għandhom talent jibdew minn ta’... minn ċkunithom, jibagħtuhom f’dawn il-konservatorji, u barra li jistudjaw is-suġġetti normali, bħal Fiżika, Matematika, eċċetera, jikkonċentrawhom fuq il-mużika, kemm jekk tajbin bħala kantanti, kemm jekk tajbin b’xi strument mużikali, kemm jekk tajbin bħala kompożituri. Għandna bżonn naħseb li minn età żgħira, kull min għandu xi talenti, jigi ttrenjat u kkultivat f’dik l-area partikulari. Għandek xi passatempi oħra? Jiena passatempi għandi l-isport, kwazi kull tip ta’ sports... u l-iktar l-iktar l-iktar il-Manchester United. Għandek xi tim favorit tal-futbol? Mija fil-mija huwa l-Manchester United. Insegwihom kull logħba li jilagħbu, u ma nitlifx nipprova logħba. L-isports kollu nħobbu. Liema hu l-platt favorit tiegħek? Kull m’għandu x’jaqsam mal-għagin.

Kieku kellek tagħżel: Elvis jew Justin Bieber? Definittivament Elvis. Kieku kellek tagħzel persuna biex tiltaqa’ magħha, min tkun? Persuna biex niltaqa’ magħha... nerġa’ nsemmi ’l Sting kieku, naħseb jiena. Ħajja din... s’issa għadu ħaj. Nixtieq li nitkellem miegħu fuq l-istorja tiegħu. Jiġifieri dan, jiena qrajt l-istorja tiegħu, qrajt minn meta kien żgħir. Beda meta... ma kien xejn. Kien fqir. Jekk xi darba jkollkom xorti taqraw l-istorja tiegħu... jiġifieri dan kien... missieru kien milkman l-Ingliterra, New Castle, ġol-kesħa; u meta kien żgħir, xi seba’ snin kien jgħin lil missieru ġol-kesħa, iqassmu l-ħalib fis-sitta ta’ filgħodu... u mix-xejn hija success story. Nies bħal dawn jispirawni jiena... jiġifieri... juru d-determinazzjoni li tirnexxi filħajja sakemm tieħu l-affarijiet bisserjetà u sakemm ikollok talent. Semmejt li missierek influwenzak ħafna biex issegwi t-triq tal-mużika, u dan l-aħħar ftaħt studio ġdid fejn it-tifel tiegħek qed jirrekordja wkoll. Għaliex taħseb li t-tifel tiegħek segwa l-istess passi tiegħek? Le, ismagħni... mhux bilfors. Jiena kont, kif tgħid, iffurtunat li t-tifel mexa fuq l-istess passi tiegħi. Imma mhux għax ta’ bilfors. Qatt ma qbadtu minn għonqu, għedtlu inti trid tagħmel kif... bħalma missieri, jiena qatt ma qabadni minn għonqi. Anzi fortunat li t-tifel tiegħi, iva, kompla fuq il-passi tiegħi... u lili qed iwarrabni issa għax imissu hu. ✖

21


NOEL vassallo y adrian VELLA

u l-Palazz ta’ Westminster

Dejjem għaddej…dejjem itektek… kultant idoqq u jsemma’ leħnu millgħoli. Ħafna jħarsu lejh jew jieħdu ritratt quddiemu. Qed nitkellmu dwar l-aktar arloġġ famuż tad-dinja, il-Big Ben ta’ Londra. Kulħadd isejjaħ lil dan l-arloġġ Big Ben. Iżda kont taf li l-isem jirreferi għall-qanpiena l-kbira li hemm fittorri? Din il-qanpiena tiżen madwar erbatax-il tunnellata u ħadet l-isem mingħand Sir Benjamin Hall, li kien ordna din il-qanpiena. It-Torri tal-arloġġ hu parti mill-bini tal-Parlament Ingliż u huwa twil aktar minn sitta u disgħin metru jew sittax-il sular. Minħabba t-tul tiegħu, dan l-arloġġ jidher minn ħafna postijiet f’Londra. Mhux ta’ b’xejn li l-Big Ben huwa s-simbolu ewlieni ta’ Londra. It-torri tal-arloġġ għandu erba’ faċċati u ma’ kull faċċata hemm arloġġ li kull wieħed minnhom għandu dijametru ta’ seba’ metri. Taħt kull arloġġ hemm kitba bil-Latin li tgħid “Mulej, ħares lir-Reġina Vittorja l-ewwel”. It-torri jolqot l-għajn mhux biss għaddehra maestuża tiegħu iżda wkoll minħabba l-kulur dehbi tiegħu. Għalkemm l-arloġġ hu attrazzjoni turistika mill-aktar popolari 22  MARZU/APRIL 2012

f’Londra, it-torri ma jkunx miftuħ għall-pubbliku. Jinfetaħ biss f’okkażjonijiet speċjali u jingħata permess biex jitilgħu fuqu ħaddiema ħalli jagħmlu manutenzjoni jew tindif. Fil-fatt, darba kull ħames snin, numru ta’ rġiel jiddendlu bil-ħbula mattorri biex ikunu jistgħu jnaddfu l-kwadranti tal-ħġieġ li minnhom huma magħmula l-arloġġi. L-arloġġ hu wieħed preċiż ħafna u ftit kienu l-każijiet li ma ħadimx sew. Bosta drabi, dan jiġri minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp. Minn kemm ilu jaħdem l-arloġġ, darba waħda biss ġratlu ħsara. Dan kien fil-5 ta’ Awwissu 1976. L-arloġġ dan wieqaf għal sitta u għoxrin ġurnata sakemm ġie rranġat. Interessanti l-fatt li l-arloġġ jiġi ssettjat billi jitpoġġew muniti antiki fuq ilpendlu tal-arloġġ. Munita waħda żżid il-veloċità tal-arloġġ b’għoxrin millisekonda kull erbgħa u għoxrin siegħa. It-torri ilu wieqaf għal aktar minn mija u ħamsin sena u għalkemm jidher dritt, fil-verità, maż-żmien, tmejjel ftit minħabba ċaqliq filpedamenti. Iżda tinkwetax, għax żgur mhux se jaqa’ fuqek jekk xi darba tmur taħtu!

Il-Palazz ta’ Westminster

Kemm-il darba smajna bil-House of Commons u l-House of Lords, iżżewġt Ikmamar fi ħdan il-parlament fl-Ingilterra. Imma forsi ftit li xejn aħna midħla mal-bini li fih jiltaqgħu, il-Houses of Parliament, jew kif inhu msejjaħ ukoll il-Palazz ta’ Westminster. Immorru lura 178 sena. Fl-1834 nirien kbar ħakmu l-bini talparlament il-qadim. Għajr għal xi partijiet minnu bħalma hija l-Westminster Hall, il-Palazz ġie meqrud kollu. F’kompetizzjoni li saret, Sir Charles Barry (17951860), rebaħ id-dritt li jagħmel ilpjanti għall-parlament il-ġdid, liema pjanti ġew imwettqa, u llum nistgħu ngawduhom fir-realtà. L-istil użat huwa l-Perpendicular Gothic. Daqqa t’id importanti kienet ta’ Augustus W. N. Pugin (1812-1852), dak iż-żmien meqjus bħala awtorità fl-istil Gotiku. Pugin pprovda disinji għal dekorazzjonijiet u tagħmir tal-Palazz. Ix-xogħol tal-bini beda fl1840 u ħa tletin sena biex jitlesta. Mal-ewwel daqqa t’għajn minn barra, tinnota tliet torrijiet: ilVictoria Tower, is-Central Tower u l-Big Ben. L-ikbar u l-itwal minnhom, b’għoli ta’ 98.5 metri


huwa l-Victoria Tower. Illum dan it-torri jospita l-arkivji tal-parlament. Fuq il-bejt tittajjar il-bandiera tar-Renju Unit, jew inkella tar-Royal Standard il-bandiera tar-Reġina - meta hi tkun preżenti fil-Palazz. L-entratura li nsibu bil-bażi

ta’ dan it-torri hija msejħa s-Sovereign’s Entrance u tintuża mir-Reġina fil-ftuħ uffiċjali talparlament jew f’xi okkażjoni oħra. Kif tidħol mis-Sovereign’s Entrance, sitta u għoxrin tarġa jwassluk għanNorman Porch. Għalkemm kien hemm il-ħsieb li t-tema prinċipali tad-dekorazzjoni f’din il-kamra tkun l-istorja Normanna, dan il-ħsieb qatt ma ġie mwettaq. Min-Norman Porch tista’ tgħaddi għar-Robing Room u r-Royal Gallery. Fl-ewwel kamra, ir-Reġina tipprepara ruħha għall-ftuħ uffiċjali tal-parlament, billi tilbes l-ilbies ċerimonjali u titqiegħed fuq rasha il-kuruna. B’tul ta’ 33.5 metri u wisgħa ta’ 13.7 metri, ir-Royal Gallery hi waħda mill-ikbar kmamar filPalazz. Din il-kamra tintuża f’xi okkażjonijiet speċjali, ngħidu aħna xi riċeviment fil-preżenza ta’ xi persuna dinjitarja minn barra l-pajjiż. Fuq kollox imma, fiha ssir il-purċissjoni rjali meta jkun se jsir il-ftuħ uffiċjali tal-Parlament, ippresedut mir-Reġina. Fil-Kamra tal-House of Lords jiddomina t-tron, fejn ir-Reġina tieħu postha tul il-ftuħ uffiċjali, u minn fejn tagħmel id-diskors tagħha, imsejjaħ Speech from the Throne. Karatteristika ta’ din il-Kamra hija l-kulur aħmar talbankijiet u tagħmir ieħor. Quddiem it-tron insibu l-woolsack, imħadda kbira, ħamra, li fuqha jpoġġi il-Lord Speaker. Fuq woolsack oħra, ikbar minn, joqogħdu l-Imħallfin. B’kuntrast ma’ din il-Kamra, l-oħra, dik tal-House of Commons, hija

iktar sempliċi. Il-bankijiet ta’ din ilKamra huma ħodor. Il-qalba tal-bini tal-parlament hija msejħa Central Lobby, sala kemxejn kbira b’għamla ottagonali u tinsab eżattament taħt it-torri tan-nofs (Central Tower). Hija msejħa lobby aktarx, minħabba li fiha, il-pubbliku jkun jista’ jiltaqa’ mal-membri parlamentari, anki mingħajr appuntament. Din il-Kamra tinsab f’nofs il-kuritur bejn iż-żewġt Ikmamar; minħabba din ilpożizzjoni, Thomas Erskine May (18151886) kien sejħilha “iċ-ċentru politiku tal-Imperu Ingliż.” Bla dubju waħda mill-iktar swali importanti fil-bini tal-Parlament hija l-Westminster Hall, li hija wkoll l-eqdem parti, mibnija fl-1097. Din issala tibqa’ magħrufa għat-tip ta’ saqaf tagħha, imsejjaħ hammerbeam roof. Matul l-Istorja tal-Ingilterra, din is-sala kellha diversi funzjonijiet. Jibqgħu msemmija l-ġurijiet ta’ persunaġġi bħal Sir William Wallace, San Tumas More u San Ġwann Fisher (Kardinal). Din is-sala laqgħet fiha l-iġsma ta’ persuni, kemm politiċi kif ukoll irjali, għall-qima tal-poplu; fosthom dawn insemmu lil Winston Churchill, u lil omm ir-Reġina Eliżabetta. Din is-sala laqgħet ukoll fiha persuni importanti minn barra l-pajjiż; fosthom insemmu lill-Papa Benedittu XVI, fis-17 ta’ Settembru 2010, f’din issala indirizza lill-politiċi, lid-diplomatiċi, lill-akkademiċi u lil persuni fil-qasam tal-kummerċ. Il-Palazz ta’ Westminster, inkluż filWorld Heritage List, jibqa’fost l-iktar siti importanti li wieħed jista’ jżur f’Londra. Tapprezza iktar dan il-bini, meta tifhem l-Istorja tiegħu u tagħraf il-mod kif jaħdem il-parlament fl-Ingilterra. ✖

23


y andrew BORG ALAN bonello tazia HALL

K

Hawn Bert…

ien diġà dalam! Ħriġt ftit qabel biex niltaqa’ ma’ sħabi u mmorru flimkien il-qasam. Skiet perfett... il-passi tagħna biss kienu jinstemgħu iterrqu fit-triq. Għalkemm mexjin flimkien, bilkemm lissinna kelma bejnietna. Is-skiet li l-prefetti xtaquna nżommu fil-qasam matul dik il-ġimgħa, kważi konna nżommuh kull meta niltaqgħu... u dik il-lejla iktar u iktar! Fil-lejl talĦamis ta’ qabel l-Għid, konna niltaqgħu ftit iktar tard, u niftakru f’Ġesù waqt li nitolbu quddiem ix-xbiha tiegħu...

Ibqgħu telgħin fuq... dalwaqt nibdew.

Ejjew ninġabru, u niftakru Ġesù x’għamel għalina lkoll!

Illum iltqajna hawnhekk, biex nagħmlu Velja ta’ talb quddiem Wiċċ Kristu!

24  MARZU/APRIL 2012

Dik il-lejla konna ltqajna biex nagħtu qima lill-Wiċċ ta’ Ġesù, li matul dak il-lejl, is-suldati sawtuh u żebilħuh. Kellna niftakru u nsemmu nies li ltaqgħu ma’ Ġesù, u raw dak il-wiċċ. Kważi kulħadd semma’ xi wieħed jew tnejn...

Dan il-wiċċ rah…


Dan il-wiċċ rawh… il-fariżej l-appostli it-tliet maġi

Marija ta’ Magdala il-mara Samaritana

iċ-Ċenturjun

Sinjur, kun għalina Salvatur!

Aħna llum ftakarna f’min ra dan il-wiċċ, u tlabna quddiemu…

...imma ma ninsewx li xi darba, aħna wkoll għad ikollna x-xorti li narawh!

Kemm semmejna nies li raw il-Wiċċ ta’ Ġesù dik il-lejla! Min rah wiċċ ta’ tarbija, min wiċċ ta’ ġuvnott, u min wiċċ ta’ raġel. Kien hemm min rah jidħak, min rah jibki, u min rah irrabjat. Kien hemm min rah għajjien wara xi ġurnata mixi. Kien hemm min rah inkwetat jew imħasseb u kien hemm min rah ferħan. Kien hemm min rah qiegħed ibati... imma kien hemm min rah wiċċ sabiħ, mimli dija wara li qam mill-mewt!! Aħna wkoll hekk għad narawh dan il-wiċċ! Ġesù qam mill-mewt biex jibqa’ ħaj! 25


y daniel MICALLEF

Kont taf li… Meta twelidna kellna xi 300

għadma. Uħud minnhom ingħaqdu biex issa għandna madwar 206. L-eħfef għadma hi l-istapes, tinsab fil-widna u hi iżgħar minn rossa. L-ikbar għadma hi dik tal-koxxa, twila xi 50 ċentimetru u tiflaħ iġġorr iktar minn 2000 kilo!

L-Għadam Taċċetta kieku noffrilek li nibdillek l-għadam u nagħmilhom talazzar? Ma taħsibx li jkun iktar b’saħħtu? Veru, imma timmaġina li ġġorr xi sittin kilo għadam minflok il-ħmistax-il kilo li ġġorr bħalissa? U timmaġina li tikser għadma tal-azzar?Imbagħad m’hemmx cans li tfiq waħedha! Le, jien nippreferi nibqa’ kif jien, bl-għadam li għandi! Tipi ta’ għadam U taħsibx li l-għadam huwa kollu l-istess. Hemm ħames tipi ewlenin: Għadam twil: dan jinkludi l-kustilji u l-għadam li jagħmel idejna u saqajna twal It-truf tagħhom ikun mimli mudullun li nitkellmu fuqu fil-ħarġa li jmiss! Għadam qasir: Dan l-għadam insibuh f’postijiet bħall-polz

u l-għarqub u kapaċi jirreżisti l-ħafna movementi f’dawn ilpostijiet. Għadam ċatt: Dan l-għadam huwa rqiq u nsibuh fl-iskutella tar-ras u l-ġewnaħ tal-ispalla. Għadam irregolari: Dan għandu forma kkumplikata bħallirkiekel tad-dahar – poġġew dan l-għadam f’dal-grupp għax ma jidħlu f’ebda kategorija oħra!

L-għadma iebsa ta’ barra

Il-mudullun l-isfar

Il-qoxra ta’ barra (periosteum) 26  JANNAR/FRAR 2012

Għadam sesamoid: Dan hu grupp żgħir ta’ għadam, bħallgalletta ta’ quddiem l-irkoppa. Din tinsab ġo tendon li jgħaqqad muskolu ma’ għadma.


Riċetta ta’ għadma Minkejja dat-tipi kollha, ir-riċetti ta’ għadam differenti jixbhu lil xulxin. Kieku kellna naqbdu għadam twila (l-iktar tip komuni) u naqsmuha nsibu ħames saffi: Il-qoxra ta’ barra (Periosteum) Din tiksi l-għadma kollha ħlief fittruf, fejn hemm il-ġogi. Hemmhekk, l-għadma jkollha l-qarquċa.

Il-mudullun l-aħmar

tagħna mhux bħal kolonna jew ġebla li poġġejtha darba u tibqa’ l-istess għal dejjem! L-għadam hu mimli ħajja u jibqa’ jinbidel sa ma mmutu. Bħala tfal, ħafna mill-għadam ikollhom qarquċa speċjli fit-truf. Iċ-ċelloli ta’ ġo fiha jimmultiplikaw u bil-mod il-mod jeħdulhom posthom iċ-ċelloli talgħadma bil-kalċju madwarhom. Meta l-qarquċa tkun mibdula kollha f’għadma, nieqfu nitwalu. Din tiġri meta nagħlqu bejn 18 u 25 sena. Mnejn jiġi l-kalċju? Il-kalċju u l-fosfru huma minerali tant importanti għal għadam

b’saħħtu. Fil-fatt, żewġ terzi ta’ kull għadma hi magħmula minn dawk il-minerali. Dawn jiġu minn dieta tajba li jkollha ikel bħallħut, il-ħalib, u l-prodotti tiegħu. Però, il-musrana tagħna ma tantx hi tajba biex tħalli l-kalċju jidħol f’ġisimna. Hawnhekk tiġi l-għajnuna tal-vitamina D li wkoll tinsab fil-ħalib u l-prodotti tiegħu li tgħin lill-ġisem jassorbi l-kalċju. Din il-vitamina hi speċjali għax meta r-raġġi tax-xemx jaslu sal-ġilda tagħna, ġisimna jkun jista’ jagħmel il-vitamina mingħajr il-bżonn li neħduha mal-ikel! ✖

L-għadma ratba ta’ ġewwa L-għadma iebsa ta’ barra Din hi magħmula minn ċelloli ppakkjati u hi kważi solida. Minnha jidħlu n-nervituri u d-demm għallgħadma. L-għadma ratba ta’ ġewwa: Din tinsab fin-nofs ta’ għadam żgħar u fit-truf ta’ għadam kbar. Il-mudullun l-aħmar  Dan jinsab ġol-partijiet rotob tal-għadam u jipproduċi ċ-ċelloli ħomor taddemm. Il-mudullun l-isfar  Dan hu mimli xaħam u ċelloli ħomor u jimla n-nofs tal-għadam it-twil. L-iżvilupp tal-għadam Imma jekk l-għadam hu daqshekk b’saħħtu, x’jiġri biex nitwalu? Tajjeb inkunu nafu li l-għadam

Ksur Max kien tifel fuq ruħu, jħobb l-isport. Waqt li kien jilgħab il-futbol, tfixkel f’sieq sieħbu u waqa’ mal-art waqt li pprova jilqa’ d-daqqa b’idejh. Mad-daqqa, Max ħass uġigħ kbir ferm. Idu x-xellugija ma setax iċaqlaqha u fi ftit ħin bdiet tintefaħ. Fi ftit minuti, Max spiċċa l-isptar u X-ray tal-id uriet li kien kiser waħda mill-għadam ta’ idu. L-isptar, it-tobba reġgħu irranġaw l-għadma dritta u lil Max għamlulu l-ġibs ma’ idu biex tibqa’ f’postha sa ma tagħqad biżżejjed, process li jieħu mas-sitt ġimgħat. Il-ksur ta’ għadma hu komuni ferm. Meta jkun hemm suspett ta’ ksur, wieħed m’għandux iċaqlaq il-parti miksura u mal-id tista’ tintuża faxxa apposta biex iżżomm l-id f’postha. Il-fatt li fi ftit ġimgħat, l-għadma terġa’ tikber jikkonferma kemm l-għadam hu ħaj. Wara ksur, ikun hemm infjammazzjoni (u nefħa) madwar il-parti miksura. Imbagħad tikber il-qarquċa li fi ftit żmien tiġi mibdula f’għadma li bil-mod il-mod issir b’saħħitha bħall-għadma oriġinali! 27


Eliġju Dan il-qaddis kien tad-deheb! Mhux għax għamlu xi statwa tad-deheb tiegħu tafux, imma għax is-sengħa tiegħu kienet dik ta’ arġentier. F’idejh kont issiblu ġojjelli, deheb u metalli prezzjużi u qalbu kienet iktar prezzjuża, għax ħadd ma kien jgħaddih fl-onestà tiegħu. Darba waħda, ir-re ta’ Franza, Klotarju II, bagħat ammont ta’ deheb u ġojjelli biex Eliġju jaħdimlu tron minnhom. L-arġentier induna li kien hemm wisq materjal biex jagħmel tron wieħed u, minflok li żamm iż-żejjed għalih, għamel żewġ tronijiet għar-Re. Klotarju baqa’ impressjonat bil-ħila u l-onestà ta’ Eliġju. Minn dakinhar ’il quddiem, l-arġentier beda jaħdem bosta xogħlijiet għall-palazz irjali. Ħafna mill-flus li kien jaqla’ kienu jmorru dritt għand il-foqra tal-pajjiż. Tant kien jagħti milli jkollu li kull min kien ifittex lill-Arġentier, kien jagħraf id-dar tiegħu mill-folla li dejjem kien ikun hemm quddiemha! Ir-Re u ibnu Dagobert saru ħbieb kbar ta’ Eliġju u rregalawlu biċċa art ġmielha biex fuqha jibni monasteru u kunvent. Hu u jibni, il-qaddis induna li kellu ż-żejjed u mar jgħid b’dan lir-Re. Klotarju baqa’ skantat u qallu: ‘‘In-nobbli tiegħi dejjem jaraw kif jisirquli oqsma sħaħ u inti tinkwieta li ma jmurx ikollok xiber art żejda!’’ “Min hu fidil fil-ftit, hu fidil ukoll fil-ħafna, u min hu qarrieq fil-ftit, hu qarrieq ukoll fil-ħafna.” (Lq 16, 10).

Eliżabetta tal-Ungerija Din il-qaddisa ġiet imwiegħda fiżżwieġ dakinhar stess li twieldet! Ta’ erba’ snin kienet diġà qed tgħix fil-palazz ta’ missier dak li kellu jkun żewġha fil-futur. Iżżewġet lil Lwiġi meta hu kellu wieħed u għoxrin sena u hi kienet għadha fl-adolexxenza tagħha. Żewġha kien jaf li martu kienet mogħtija għal ħajja ta’ talb u karità u qatt ma fixkilha.

28  MARZU/APRIL 2012

Peress li l-kastell fejn kienet tgħix kien mibni fuq għolja wieqfa, Eliżabetta ordnat li jinbena sptar in-naħa t’isfel tal-għolja fejn hi setgħet tinżel u tgħin lil kull min kien ikollu bżonn. Kienet tmur hemmhekk regolarment u ddur bilmorda hi stess. Din ir-Reġina kienu jsibuha titma’, tagħmel is-sodod u twettaq kull ħidma li l-morda kienu jeħtieġu. Kuljum kienet toffri ikel lil disa’ mitt persuna fqira!

Il-ħajja tagħha ta’ omm ta’ tlett itfal kienet eżemplari u ġidha qatt ma kien tagħha, imma ta’ kull min kien jersaq lejha fil-bżonn tiegħu. Mhux ta’ b’xejn li jqisuha bħala patruna ta’ min jagħmel karità! ‘‘Alla jħobb lil min jagħti bil-ferħ.’’ (2 Kor 9, 7)


almanakk Fis-17 ta’ Marzu 1861, twieled ir-Renju tal-Italja, immexxi minn Vittorio Emanuele ta’ Savoja. Fl-1870, ingħaqdet marRenju l-belt ta’ Ruma li ġiet ipproklamata belt kapitali.

marzu Fit-12 ta’ Marzu nfakkru lil Giuseppe Ravizza, l-avukat Taljan li ħareġ bl-idea taċ-ċimblu li jikteb, jew aħjar it-tajprajter. Kien jissejjaħ ċimblu għax kien jikkonsisti f’tastiera li tixbah lil dik tal-pjanu. Ittajprajter ħaffef ħafna x-xogħol tal-kitba sa ma waslet il-keyboard tal-kompjuter.

Fit-2 ta’ Marzu 1933 deher għall-ewwel darba fi New York il-film spettakolari. Huwa l-istorja ta’ gurilla misruq minn artu li jsir attrazzjoni fil-belt imma jaħrab u jieħu miegħu tfajla li togħġbu. L-effetti speċjali li kienu użati biex jagħtu ħajja lil din il-kreatura ġganteska kienu innovazzjoni kbira għal żmienhom. Tibqa’ fil-memorja x-xena li fiha King Kong jitla’ malEmpire State Building waqt li jiġi attakkat.

Ċajta Kultant L-intelliġenza tat-tifel Missier: Naħseb li l-intelliġenza li għandu Robert, kollha mingħandi ħadha! Omm: Probabbli, għax tiegħi hemm għadha!

april Fis-16 t’April 1889 twieled il-persunaġġ taċċinema li kellu l-ħila jdaħħak u jbikki u li għadu jiġbidna sal-lum. Charlie Chaplin , il-vagabond biżżarbun imqatta’, kien jitlewwem mal-pulizija, jaqbeż għall-imwarrbin u jiġbed numri kbar ta’ spettaturi kull fejn jidhru l-films tiegħu sa mill1914.

Mitt sena Il-fotografu kien għadu kemm ħa ritratt tax-xwejjaħ li għalaq tmienja u disgħin sena. Fotografu: Nittama li jkolli x-xorti nieħu r-ritratt ta’ meta tagħlaq mitt sena! Xwejjaħ: Għala le? Tidher b’saħħtek biżżejjed!

Fl-awla Avukat lill-ieħor: Inti l-ikbar ħmar li qatt daħal f’din il-Qorti. L-imħallef: Tistgħu tieqfu? Mela nsejtu li hawn jien?

Fit-23 t’April infakkru Jum il-Ktieb. F’dan il-jum, fl-1616, iddinja tilfet żewġ kittieba kbar: William Shakespeare, l-awtur ta’ Romeo u Ġuljetta, fost l-oħrajn, u Miguel de Cervantes, l-awtur ta’ Don Quixote. Għalhekk, l-UNESCO għażlet dan il-jum biex fih infakkru l-importanza tal-ktieb u d-drittijiet tal-awtur. Iċċelebrah billi tfittex u taqra ktieb tajjeb!

Fil-5 t’April 1722, f’Jum l-Għid ilKbir, l-esploratur Olandiż Jakob Roggeveen, sar l-ewwel Ewropew li rifes fuq il-gżira Rapa Nui, li ssemmiet Easter Island b’tifkira ta’ dak il-jum. Din il-gżira hija famuża għall-Moai, dawk l-irjus tal-ġebel monumentali li għadhom sal-lum iqanqlu l-kurżità u l-immaġinazzjoni tagħna. Mill-1995 ’l hawn, din ilgżira saret Patrimonju tal-UNESCO.


fil-침ar치a li jmiss Blockbusters

Leonardo Da Vinci

Fittixna fuq

www.facebook.com/Xehda

Nick Vujicic

ir-ra치el bla idejn u bla saqajn


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.