Xehda Għasel

Page 1

NOVDIĊ2013

Fejn hu l-ispirtu veru tal-Milied?

Qalb ir-rigali, it-tiżjin u l-armar jew l-ikliet?

Milied b’differenza!

Ftit inizjattivi li matul il-Milied mhux se jkunu kuntenti li jirċievu biss.

JFK President li ħalla ismu fl-istorja ta’ pajjiżu u tad-dinja


4


Għal darb’oħra rnexxielna noħorġu ħarġa mill-isbaħ tal-magazin favorit tagħkom. Issa li qegħdin fi żmien ta’ festi u mistrieħ tajjeb li jkollna xi ħaġa interessanti x’naqraw, u naħseb li rnexxielna nagħmlu propju dan! L-ewwel nett din il-ħarġa fiha żewġ artikli tajbin ħafna dwar iż-żmien li qegħdin fih – Żmien il-Milied. Għandna wkoll feature mill-aktar interessanti dwar il-film il-ġdid mid-dinja ta’ Tolkien – The Hobbit: The Desolation of Smaug. Mingħajr ħafna spoilers l-awtur se jfakkarna kif ħallejna l-istorja fl-aħħar film u jippreparana għal dak li ġej. Din is-sena kienet sena ta’ anniversarji kbar. Fil-ħarġiet li għaddew kellna ċ-ċans nitkellmu fuq il-Konċilju Vatikan II u fuq Martin Luther King Jr u f’din il-ħarġa se nitkellmu dwar persunaġġ ieħor li ftit ġimgħat ilu ħabat l-anniversarju mill-mewt tiegħu – ilPresident Amerikan John F. Kennedy. Dan kollu barra l-għadd kbir ta’ affarijiet interessanti li kull ħarġa ta’ Xehda Għasel hija magħrufa għalihom. L-aħwa, l-isbaħ xewqat f’dan iż-żmien tant sabiħ talMilied. Il-paċi magħkom.

F’din il-ħarġa: 2

Connected

Fejn hu l-ispirtu veru tal-Milied?

Il-Katidral

8

11

tat-tmien lingwi 20

Milied

b’differenza…

22

Ejjew nibdew

Ewreka: Pedjatrija

26

28 L-Istorja interessanti…

PRODUZZJONI KUMMISSJONI GHALL-FORMAZZJONI TAT-TFAL U L-MAGHZULIN TAS-SOCJETA TAD-DUTTRINA NISRANIJA - M.U.S.E.U.M.

KONTRIBUTURI

JOSEPH BONNICI  ALAN BONELLO  ROBERT ALOISIO  KURT MICELI BERTRAM PORTELLI  REUBEN ELLUL  KAROL DeBONO  CLIFTON SAMMUT MARK CARUANA  WARREN BUSUTTIL  LAWRENCE FENECH DANIEL MICALLEF  ANDREW BORG  NOEL VASSALLO  ADRIAN VELLA FRANKLIN BALZAN  NEIL AQUILINA  DARREL PACE  ROBERT MICALLEF PREZZ: €2

14

15 Poster

UFFICCJU DISTRIBUZZJONI

ABBONAMENTI XEHDA GHASEL, DAR GENERALI TAS-SOCJETA TAD-DUTTRINA NISRANIJA, TRIQ SAN GORG PRECA, IL-MARSA GRAFIKA

WWW.DESIGNEDBYAL.COM

STAMPA

VERITAS PRESS, ZABBAR

www.facebook.com/xehda


FEJN HU L-ISPIRTU VERU TAL-MILIED? IR-RIGAL TA’ VERU! Rigal = lilek nixtieq nagħti oġġett li juri kemm jien tassew inħobbok. Dan is-sentiment irid ikun jinsab f’kull rigal, żgħir kemm hu żgħir, li int bi ħsiebek tagħti. Ma jimpurtax kemm jiswa l-oġġett, għax il-valur tal-imħabba ħadd ma jista’ jiżnu. Jimporta kemm qattajt ħin taħseb liema hu r-rigal addattat għal ommok, għal missierek, għal ħutek, għal ħbiebek. Jimporta l-kliem li ktibtilhom li fih ġbart xi ftit mis-sentimenti ta’ mħabba li inti għandek lejhom.

2 NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2013

Xi uħud jixtru ammont ta’ rigali kollha l-istess, kollha bħal xulxin biex jagħtuhom lil ħbiebhom, bla ma jagħmlu distinzjoni bejn ħabib u ieħor. Iżda forsi b’dan il-mod, l-ispirtu tal-Milied, bliskambju tradizzjonali tar-rigali, inkunu qegħdin intuh bis-sieq.

y robert ALOISIO

Qalb ir-rigali li jiswew ħafna flus, fl-armar u fit-tiżjin u fl-ikliet kbar? Le. Biex niskopruh, ejjew “inħabbtu” fuq il-bieb ta’ darna!

M’għandekx tisforza biex bilfors tkun oriġinali jew taħdem rigal b’idejk stess. Ir-rigal ikun sabiħ meta jkun sinċier u ġej mill-qalb.

jirrakkuntaw stejjer ta’ tfulithom. Approfittaw ruħkom mill-Milied biex tiskopru t-tradizzjonijiet tal-familja: “... darba, meta konn’għadna nsajru bilkuċiniera... meta l-ħelu konna nikluh biss il-Ħadd...” Itolbu linnanniet jirrakkuntaw, u b’rikorder, anke tal-mowbajl, jekk tridu, salvaw dawk it-tifkiriet għal dejjem. Ikun mument ħelu mimli emozzjoni u jiswa iktar minn elf film tal-Milied li tista’ tara!

FI ŻMIENI... Ħafna min-nanniet u mizzijiet l-aktar anzjani jħobbu

ID-DAR-STALLA Bħala l-ewwel dar tiegħu, Ġesù kellu stalla fi grotta – xejn


kumdità, bla mowbajl jew internet, lanqas xi ġakketta li ssaħħan. Ftit ħbieb madwaru (ir-rgħajja li prattikament ma kinux jafuh!). Iżda l-papà u l-mamà, Ġużeppi u Marija, blimħabba tagħhom, biddlu din l-istalla f’palazz! Xi drabi ninsew li d-dar tagħna wkoll qisha dik l-istalla jew grotta, għalkemm mimlija bil-kumditajiet. U mitlufin fit-teknoloġija u fil-gadgets, ma nindunawx li, jekk mid-dar tisparixxi l-familja, xejn ma jibqagħlu sens. Fihiex tlieta jew sitt membri, il-grotta moderna tagħna hija speċjali, iżda rridu nkunu aħna li nagħmluha importanti! DUNDJAN, PANETTONE, IKLA KBIRA? MHUX BISS! Jekk mill-Milied inneħħu l-parties, l-ikliet, l-alkoħol, il-film tal-Milied, u d-dundjan, dan jibqa’ l-ikbar festa tagħna l-Insara? Jekk aljen jinżel fid-dinja tagħna fil-25 ta’ Diċembru u jidħol f’dar tipika Maltija, żgur li jibqa’ mistagħġeb bil-qraba u l-ħbieb imdawra ma’ mejda mimlija sa ruħ ommha bl-ikel! Iżda aħna suppost m’aħniex qegħdin nagħmlu festa lill-ikel. Pjuttost,

huwa l-ferħ li ninsabu ma’ persuni għeżież għalina. F’dan il-jum li fih niftakru fit-twelid ta’ Tifel speċjali, hija okkażjoni mill-aqwa biex niftħu qlubna beraħ u nħallu jidħol fiha lil kull min jgħix madwarna matul is-sena. Dawn jinkludu lill-ġenituri, lil ħutna, lin-nanniet, lill-kuġini ż-żgħar, lillħbieb u lil dawk li nqattgħu ħafna ħin magħhom kuljum. Kemm – il darba matul is-sena għidt

lill-mamà: “Grazzi għal dak li int u għal kemm tagħmel miegħi”; jew lil oħtok: “Inħobbok allavolja tkissirli kollox”? Issa huwa ċ-ċans li tpatti għall-mumenti li fihom insejt! Dan huwa ż-żmien biex tieqaf ftit mill-ġirja tal-ħajja, issib is-silenzju, tgħannaq lil ta’ madwarek. Imbagħad, ilkoll flimkien inżejnu l-Christmas tree u nieklu l-panettone, imma b’iktar ferħ f’qalbna minn qabel! ✖

3


y MARK caruana

4 NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2013


“Smaug ċertament deher li kien rieqed, meta Bilbo ttawwal għal darb’oħra mid-daħla. Kien wasal biex jagħmel pass mal-art meta ntebaħ b’rimja ħamra taħt il-kappell tal-għajnejn xellugija mdendla ta’ Smaug. Kien biss qed jippretendi li rieqed. Kien għassa għad-daħla tal-passaġġ”

Wieħed mill-aktar films mistenni din is-sena, bla dubju, huwa The Hobbit: The Desolation of Smaug. Fuq ix-xwiek biex jarawh m’hemmx biss is-segwaċi devoti ta’ J.R.R. Tolkien, li jkunu ilhom għassa għall-inqas stħarriġ dwar il-film, imma wkoll tfal, żgħażagħ u adulti, li sempliċiment jixtiequ jaraw film tajjeb. Wara kollox, film 3D, b’48 frames per second, li hu bbażat fuq ktieb best-seller, mhux ta’ min jitilfu. The Hobbit: The Desolation of Smaug huwa t-tieni film tat-Triloġija ta’ The Hobbit. L-intenzjoni fil-bidu kienet li The Hobbit jinqasam biss f’żewġ films: An Unexpected Journey u There and Back Again. Iżda aktar tard id-Direttur, Peter Jackson, iddeċieda li jmur pass lil hinn, u jespandi l-istorja fuq tliet rakkonti, billi jinfilsa film ieħor bejniethom. B’hekk għandna The Desolation of Smaug, il-parti ċentrali tal-istorja. Film bħal dan jeħodna mill-ewwel fl-azzjoni tal-istorja, għax m’għandux bżonn introduzzjoni u lanqas konklużjoni, b’kuntrast mażżewġ films l-oħra. Fil-fatt, wisq probabbli, dan se jkun il-favorit ta’ Peter Jackson.

MINN FEJN TLAQNA? Siġar jaqbdu b’nar ivenven, ajkli ġganti jittajru taħt id-dawl tal-qamar, tlugħ ix-xemx fuq il-muntanji… dawn kienu fost l-aħħar xeni spettakulari li rajna f’Diċembru li għadda. L-ewwel parti tat-triloġija għalqet bil-wasla ta’ Bilbo, Gandalf u t-tlettax-il Nanu fuq il-Carrock, blata kbira f’nofs ta’ xmara. Ilkumpanija kienet għadha kemm ġiet salvata minn ħalq l-ilpup – jew aħjar, il-Wargs – u l-Goblins (aka Orcs). Propju fl-aħħarnett, il-film jeħodna titjira lejn ilLonely Mountain, wara għasfur ċkejken, sakemm jasal fejn bieb t’Erebor u jibda jtektek malblat. L-eku tat-tektik idaħħalna lil hinn mill-bieb, ġewwa s-sala enormi, miksija b’baħar ta’ deheb u ħaġar prezzjuż. Però mhux it-teżor l-iskop ta’ din il-mawra, imma dak li hemm moħbi taħt dawk it-tunellati ta’ muniti; sakemm fl-aħħar narawh... l-għajn miftuħa beraħ tad-dragun, Smaug. Xi wħud ħarġu diżappuntati miċ-ċinema, u bosta kienu dawk li ġew fuqi u qaluli: “Sabiħ ħafna, imma jispiċċa bla sens.” Dan għaliex xi wħud li ma qrawx in-novella, jew ma jafux l-istorja, ma kellhomx idea li 5


Minkejja s-suċċess kbir li għamel il-film – fil-fatt daħħal madwar biljun dollaru – The Hobbit: An Unexpected Journey ġie nnominat għal tliet Oscars biss, u ma rebaħ l-ebda wieħed minnhom. Però din kienet xi ħaġa li d-direttur kien qed jistennieha li tiġri, minħabba n-natura mhux daqshekk konvenzjonali ta’ dan il-film. U, wara kollox, Peter Jackson ma tantx tagħmel bih il-kritika. Jaf li ma jistax jogħġob lil kulħadd. U minn banda, imnalla, għax storja bħal din tkun taħt il-lenti ta‘ eluf ta’ appassjonati attenti li jaraw kemm kien leali għallistorja oriġinali!

l-istorja sejra tkompli. Fil-fatt mhux talli mhix ser tispiċċa, imma talli għadha ser tibda. U jekk fl-ewwel film ħallewna naraw xeni qosra ta’ Smaug, ittieni film se jkollu l-plot iddur ma’ dan id-dragun, l-antagonist prinċipali fl-istorja. MIN HU SMAUG? Fid-dinja ta’ Tolkien, id-draguni huma fost l-aktar kreaturi b’saħħithom li jeżistu. Smaug mhux biss huwa dragun, imma huwa wieħed makakk, psikopatiku, maħkum mir-regħba u mill-kilba kbira li għandu għaddeheb. Hekk kif l-aħbar waslet f’widnejh li hemm teżori kbar f’Erebor, territorju ta’ Thror, ir-re tan-Nani u n-nannu ta’ Thorin, Smaug qatagħha li jinvista ftit il-post. Hekk kif wasal, għamel ħerba sħiħa minn Erebor, kif ukoll mill-belt tal-bnedmin, Dale, li tistrieħ għad-dell tal-muntanja. Ħadd ma seta’ jwaqqfu. L-unika għażla li kellhom in-Nani 6 NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2013

kienet li jaħarbu, jew inkella jispiċċaw irmied. Ir-riżultat finali kien dragun jgħum fil-flus li akkwista, u eżodu ta’ Nani, li ġew imkeċċija mis-saltna tagħhom stess, mingħajr tama li qatt kienu ser jerġgħu jarawha. Dan sakemm Thorin, l-eredi tat-tron, twebbel li jerġa’ jieħu s-saltna lura, u rħielha għal dan il-vjaġġ, flimkien mat-tnax-il nanu u l-hobbit, Bilbo.

LIEMA KARATTRI SER NERĠGĦU NARAW? Ċertament li ser naraw ilprotagonist tal-istorja, Bilbo Baggins, hekk kif ser ikompli l-vjaġġ tiegħu, mal-kumpanija tan-Nani, taħt it-tmexxija ta’ Thorin Oakenshield, u blgħajnuna ta’ Gandalf, is-saħħar il-griż. La qed insemmu s-sħaħar, ma nistgħux ma nsemmux lil Radagast, is-saħħar il-kannella.

Biex jagħmel il-leħen ta’ Smaug intagħżel Benedict Cumberbatch, li huwa magħruf għall-vuċi partikulari u pjuttost baxxa li għandu. Min ġieli sema’ bih forsi ġieli rah jaħdem ilparti ta’ Sherlock Holmes, f’serje tat-televixin, flimkien ma’ Martin Freeman (Watson), li f’The Hobbit jaħdimha ta’ Bilbo. Minbarra l-leħen u l-moviment partikolari, id-dragun se jkollu t-tema mużikali speċifikament tiegħu, li ħa ħsieb jikteb ilkompożitur Howard Shore.

Karattru li se jkollna ċans insiru nafu iżjed huwa Thranduil, irre tal-Wood Elves. Mill-forzi l-ħżiena, żgur mhux forsi li ser nerġgħu naħbtu ma’ Azog, il-kap tal-Orcs, li qed ifittex li jivvendika ruħu minn Thorin. Karattru interessanti ferm li se jkompli jiżvolġi ruħu fit-tieni film ta’ The Hobbit huwa dak li jsejħulu n-Necromancer, li jgħix fil-fortizza mudlama, Dol Guldur, fil-foresta ta’ Mirkwood. Aktar ’il quddiem ser niskopru min hu dal-personaġġ:


personaġġ pjuttost familjari għal min ra The Lord of the Rings. HEMM XI KARATTRI ĠODDA LI SER NILTAQGĦU MAGĦHOM? L-ewwel karattru ġdid li ser niltaqgħu miegħu huwa Beorn: Raġel ġgant li mal-lejl jinbidel f’ors aktar ġgant. Huwa jgħix waħdu, imma mdawwar minn diversi annimali li jassistuh, fid-dar tal-injam tiegħu, filpunent tal-foresta Mirkwood, ftit passi bogħod mill-Carrock. Gandalf iħoss li hu imperattiv li l-kumpanija tan-Nani tiltaqa’ ma’ Beorn u titolbu l-għajnuna, qabel ma s-saħħar jkollu jerġa’ jinfired minn magħhom għal xi żmien. Gandalf għad għandu ħafna mistoqsijiet xi jwieġeb, u jibda jissuspetta xi ħaġa tinten fin-nofs, b’rabta ma’ ħażen antik, u dir-riħa ma togħġbu xejn.

jiġifieri jibża’ mill-brimb. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas ser insiru nafu lil persuna importanti ħafna, mir-razza tal-Bnedmin. Xagħru twil, par għajnejn t’ajkla u qaws f’idejh, Bard huwa arċier minn Dale, Belt li tisrieħ taħt il-muntanja, maġenb għadira. Bard huwa kontra l-idea ta’ Thorin li jidħlu

fil-muntanja, u kontra l-missjoni kollha kemm hi, minħabba r-riskju li din se ġġorr magħha, taħt biża’ li d-dragun jista’ jqum u jerġa’ jagħmel ħerba sħiħa minn Dale. Is-sehem li għandu dal-karattru huwa kruċjali fl-istorja ta’ The Hobbit imma ovvjament dan mhux se nikxfuh għalissa għax inkella jkollna wisq spoilers! ✖

Mir-razza tal-Elves, li forsi hija aktar familjari, ser niltaqgħu ma’ Legolas u Tauriel. Minkejja li lil Legolas diġà nafuh xi ftit mhux ħażin, minħabba s-sehem li kellu f’The Lord of the Rings, bħala wieħed mill-membri talKumpanija taċ-Ċurkett, Tauriel, il-ħabiba ta’ Legolas, hija ġdida għalina; fil-fatt ma tissemma mkien fil-kotba. Kif ħafna jafu, l-Elves u n-Nani ma tantx imorru tajjeb flimkien, u f’dal-film ser ninnutaw iżjed kemm it-tnejn li huma ser ikunu ostili għal xulxin. Qabel ma jaħbtu mal-Elves, inNani ser jiltaqgħu ma’ xi ħaġa oħra f’Mirkwood; xi ħaġa li Peter Jackson innifsu jibża’ ħafna minnha... jew aħjar, minnhom. Hekk kif in-Nani u Bilbo jkunu fil-foresta, f’lejl minnhom jiġu assedjati minn qatta’ brimb oħxon u velenuż. Fil-fatt Peter għandu Arachnophobia kbira, 7


Connected

y JOSEPH bonnici

Ingħaqad mal-ħbieb li jissemmew fl-isbaħ ktieb li qatt inkiteb – il-Bibbja.

ISEM Noé

TIFSIRA TAL-ISEM Dak li jfarraġ POST TAT-TWELID Inħawi talMesopotamja DATA TAT-TWELID Eluf ta’ snin qabel Kristu

DAR

Bejn ixxmajjar Tigri u Ewfrate

KTIEB TAL-BIBBJA

Ġenesi 5-10

XORB FAVORIT Inbid

FILM FAVORIT

ISEM MISSIERU

STAT

TFAL

SONG FAVORITA

Life of Pi Lamek Miżżewweġ

Sem Ħam Jafet Singing in the Rain

Profil 8 NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2013

Diskursata bejn il-ħbieb: Fi ktieb li ltqajt miegħu u li jismu ‘God’s Smuggler’ tissemma din il-ġrajja. Ċertu Brother Andrew kellu żjara mingħand Karl de Graaf, membru fi grupp ta’ talb, fejn kienu jqattgħu ħafna ħin fis-skiet, lesti biex jilqgħu l-kelma t’Alla. Brother Andrew jgħid li wara li sellem lil Karl, dan tal-aħħar qallu: ‘Hello, Andy, inti taf issuq?’ Andrew ma kienx jaf u baqa’ mistagħġeb għal din ilmistoqsija. X’kellha x’taqsam mal-grupp ta’ talb ta’ Karl? ‘Ma nafx insuq,’ wieġeb Andrew. ‘Mela aħseb biex titgħallem issuq karozza. Dal-lejl, fit-talb tagħna, Alla uriena li hemm bżonn li inti tkun taf issuq!’ ‘Imma għalfejn? Jien qatt m’jien se nixtri karozza!’ ‘Ma ġejtx biex nargumenta,’ wieġbu Karl.‘ Ġejt biss inwassal il-messaġġ!’ Brother Andrew ġab il-liċenzja u, bil-karozza li kellu, wassal mijiet ta’ kopji tal-Bibbja lill-Insara f’pajjiżi fejn il-kelma t’Alla kienet projbita! Noe kiteb Kemm jixbah lill-ġrajja tiegħek dan! It-tnejn li intom smajtu l-Kelma ta’ Alla li wasslitkom għall-missjoni speċjali, wieħed bil-karozza u l-ieħor fuq l-arka!

Norbert kiteb

Jgħidu li John F Kennedy kellu talba fuq id-desk li tgħid: Il-baħar, Mulej, huwa kbir, u d-dgħajsa tiegħi żgħira, l-ebda ħaġa isbaħ ma tista’ tiġrili ħlief li l-ħniena tiegħek tiftaħ għalija mogħdijiet f’dan il-kobor bla qies! Naomi kitbet


J

ien u marti kellna tlitt itfal subien. It-tradizzjoni tgħid li minnhom ħarġu l-popli tal-art. Kienu popli ġodda li twieldu wara li l-art issaffiet. Għax qabel il-ġrajja avventuruża tiegħi tafu li kien hemm traġedja kbira fil-ħajja tal-bnedmin. M’hemmx għalfejn titkażaw tafux, għax kienu jsiru affarijiet bħalma tagħmlu intom illum! Fil-ġrajja tal-antenati tiegħi, Adam u Eva ssibu li huma m’obdewx lil Alla u ħadu minn dak li ma kellhomx jieħdu. Uliedhom kellhom xi jgħidu u Kajin qatel lil Abel. Kien hemm ukoll il-bini tat-torri ta’ Babel li bih il-bnedmin riedu juru l-kobor tagħhom u spiċċaw tgerfxu bejniethom bla ma jifhmu lil xulxin. Taħwida wara l-oħra! Sakemm il-bnedmin tant tħassru li baqa’ biss jien u familti nagħtu kas tal-kelma t’Alla. Wara d-dilluvju, li tiegħu nstabu anke provi fi żmienkom, komplejna l-ħajja m’Alla. Il-kittieba tal-Bibbja għoġobhom juru li minn familti ġew il-popli kollha. Minn ibni Jafet, isem li jfisser ‘medda art kbira’, ħarġu l-popli tal-Asja Minuri jew it-Turkija, dawk tal-Kawkasu u tal-Medja. Minn ibni Ħam ħarġu l-popli tal-Afrika ta’ Fuq u l-Mediterran, fi kliem ieħor, l-Eġizzjani, il-Feniċi, il-Kangħanin, flimkien ma’ dawk tal-Anatolja u l-Akkadi tal-Mesopotamja. Minn Sem, li tfisser Isem, ħarġu dawk ilpopli li ġew imsejħa b’isimhom, fosthom il-poplu ta’ Israel. Jien u familti kburin li, f’nofs dinja li warrbet lil Alla, bqajna sodi. Żammejna lil Alla bħala l-pedament ta’ ħajjitna u ma ddispjaċiniex!

Min hu?

Messaġġi Nathan: L-istorja tiegħek minn dejjem għoġbitni. Imma naraha ftit esaġerata. Xi tgħid dwar dan? Noè: Il-ġrajja tiegħi ġejja minn tradizzjoni antika ferm li tmur ħafna qabel Kristu. Fil-fatt mhux faċli ngħidilkom fiċ-ċert il-post u ż-żmien meta ġrat. Imma l-messaġġi li twasslilkom huma dak li jixtieq iwasslilkom Alla permezz tiegħi. Dawn nitkellmu fuqhom iktar tard. Nathalie: Fil-profil tiegħek tissemma l-Mesopotamja. Din fejn tiġi? Noè: L-isem Mesopotamja jfisser ‘l-art bejn ix-xmajjar’. Din hi l-art fejn għixt jien, art fertili ħafna li llum intom issejħulha Iraq. Fiha wkoll partijiet mis-Sirja u min-naħa tax-Xlokk tat-Turkija. Kienet medda art bejn ix-xmajjar Tigri u Ewfrate. U għalhekk kienet fertili. Kemm-il darba dawn ix-xmajjar kienu jfuru u l-ħama li jħallu warajhom tagħti wiċċ ġdid lill-għelieqi li, meta jinxef u jinżergħu żrieragħ differenti fih, kien jagħti bosta frott. Nathan: Tista’ tagħtina ftit dettalji dwar l-arka li bnejt?

Xena mis-serje għat-TV ‘The Bible’ tal-History Channel

Noè: Il-kelma li ssibu fil-Bibbja għall-arka tiegħi hija ‘Tebàh’ li tfisser kaxxa. Għalhekk taħsbux li kienet xi vapur sabiħ bħat-Titanic jew il-Costa Concordia. Imma almenu kellha iktar 9


suċċess minnhom! Kienet mibnija mill-injam taċ-ċipress u miksija biż-żift minn barra u minn ġewwa. It-tul tal-arka kien 150 metru. Kienet wiesgħa 25 metru u għolja 15-il metru. Ma kinitx komda wisq meta tqis li konna tmienja min-nies fuqha flimkien ma’ għadd kbir ta’ ħlejjaq oħra! L-iskop tagħha ma kienx li ddum tintuża, imma li ssalvana! Nathalie: Kemm domtu fiha? Noè: L-għarqa li tissemma fil-Bibbja ħadet erbgħin jum. Imma peress li hemm żewġ kitbiet magħqudin fi storja waħda ssib li kienet ta’ mija u ħamsin jum. Dak iż-żmien hekk kienu jagħmlu meta jiktbu l-istejjer: jaqbdu r-rakkonti ta’ nies differenti u jgħaqqduhom f’wieħed. Allura se ssibu li domna erbgħin jew mija u ħamsin jum fl-arka, se ssibu numri ta’ annimali differenti ... qisu kif jagħmlu l-gazzetti tagħkom illum, jgħidu affarijiet differenti fuq l-istess ġrajja! Li hu ċert hu li Alla ried jeħlisna mill-ħażen u l-inkwiet taddinja li kienet tħassret. Il-bnedmin l-oħra ma semgħux il-kelma tiegħu u għalqu qalbhom għalih! Qalbi u qalb marti, uliedi u n-nisa tagħhom kienet miftuħa għall-kelma tiegħu ... u ħelisna!

Għażiż Noè, Kemm ħadt gost naqra l-esperjenzi tiegħek. Inti qegħidt it-tama tiegħek f’Missieri u ħadd u xejn ma rnexxielu jaqtagħlek qalbek! Il-ġrajja tiegħek marbuta mal-ħajja tiegħi fit-talba li tagħmel il-Knisja fit-tberik tal-ilma tal-Magħmudija. Jissemma t-twelid ġdid li ġab miegħu d-dilluvju flimkien mal-ħajja ġdida meħlusa mid-dnub li ġibt jien meta minn sidri ħareġ demm u ilma. Inti għażilt li tisma’ l-Kelma t’Alla f’nofs nies li ma ridux jafu biha. Stajt inġarrejt mill-kurrent tal-ħażen, imma t-tama tiegħek kienet biss f’Alla u hu salvak mill-qerda. Jien ukoll kelli t-tentazzjonijiet tiegħi, imma żammejt sod mal-Kelma t’Alla, għax biha biss jgħix il-bniedem. Dan il-kliem lissintu meta x-Xitan webbilni bil-ħobż fis-sawma li kont qed nagħmel fid-deżert. Int ħallejt lil Alla jmexxik anke meta ma kontx komdu. Ma naħsibx li kont komdu tibni arka fi xjuħitek, imma għamilt ir-rieda t’Alla. Kien ikun aħjar kieku qgħadt tistrieħ, imma bħali rajt li aħjar tagħmel ir-rieda t’Alla milli tiegħek. U bilħaqq, għax kont se ninsa, inti wkoll bdejt trabbi d-dwieli, kif insibu fil-Ġenesi. Mhux biss, imma bdejt ukoll tagħsar l-għeneb u tieħu l-inbid. Tant għoġbok li skirt u wieħed minn uliedek daħak bik. L-inbid huwa l-mod li bih, flimkien mal-ħobż, xtaqt nibqa’ nferraħ lill-bnedmin fl-Ewkaristija! Il-ferħ li ġibt inti bl-għasir tal-għeneb, flimkien mal-ferħ li kellek għax dejjem għamilt ir-rieda t’Alla, inkompli nwasslu jien lill-bnedmin li jirċevuni ġewwa fihom! Insellimlek Noè! Aħna nies ta’ ħajja ġdida mimlija ferħ! Ġesù ta’ Nazaret :)

X’jolqtok l-iktar fil-ġrajja ta’ Noè? Ġieli ħassejtek f’sitwazzjoni tixbah lil tiegħu, f’ambjent fejn Alla mhux maħbub? Noè kellu l-familja tiegħu wkoll fil-grupp ta’ nies li jħobbu lil Alla. Għandek grupp li jgħinek tħobb lil Alla?

Messaġġi 10 NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2013

U int x’taħseb?


Żomm is-silenzju jekk jogħġbok. Dieħel f’post speċjali…f’post sagru. Ħsibtu mużew tal-arti? Le, ta! Din knisja, anzi iktar minn hekk…dan katidral. Jien? Min jien? Heh, mistoqsija tajba. Jiena Ġlormu Cassar, il-perit li ddisinjajt dan il-bini! Tridx indawrek dawra?

ime T Machine

Il-Katidral tat-tmien lingwi

y karol paul DE BONO

Qabel xejn, ħalli ngħidu xi ħaġa dwar l-istorja ta’ dan il-bini. Wara l-Assedju l-Kbir tal-1565, ilKavallieri ta’ San Ġwann iddeċidew li jibnu l-Belt Valletta fuq l-għolja Xebb ir-Ras. Meta bdiet tintuża din il-Belt, huma riedu jibnu knisja li sservi bħala l-post fejn il-Kavallieri jiltaqgħu u jitolbu flimkien, fi kliem ieħor, kif jagħmlu l-patrijiet f’kunvent. Naturalment, din il-knisja kellha tkun iddedikata lill-qaddis protettur tal-Ordni, jiġifieri San Ġwann Battista. Għalhekk, ilGranmastru La Cassiere qabbad lili biex nagħmel pjanta ta’ din il-knisja. Dan il-post dam jinbena 5 snin, bejn l-1573 u l-1578.

Il-faċċata hija pjuttost waħda sempliċi – bieb wieħed kbir, gallerija, u żewġ kampnari. Iżda kif tidħol ġewwa, l-istorja hija differenti. Kif tħares ’il ġewwa bħal donnu tintilef fis-sbuħija tal-iskultura u tal-pittura li żżejjen il-partijiet differenti tal-post. Dan huwa stil imsejjaħ Barokk. Jekk tinnota sew, ilkatidral huwa maqsum fi tmien kappelli. Taf għalfejn? Kull kappella fiha artal iddedikat lill-qaddis patrun ta’ kull pajjiż jew belt li minnhom kienu ġejjin il-Kavallieri tal-Ordni. Dawn huma l-Ingilterra, Provenza, Franza, Italja, Ġermanja, Rodi (illum tintuża bħala kappella tas-Sagrament), Auvergne, Aragona u Kastilja. Naturalment, il-Kavallieri li kienu minn dawn l-ibliet jew pajjiżi kienu jħallsu kemm jifilħu flus biex dejjem isebbħu dawn il-kappelli. Maż-żmien, il-katidral kompla jiġi msebbaħ u mżejjen. Ma nistax ma nsemmilekx il-pitturi tas-saqaf. Dawn huma kollha xogħol Mattia Preti, u juru partijiet mill-ħajja ta’ San Ġwann il-Battista, li lilu huwa ddedikat dan il-Katidral. Jekk tidħol fil-parti magħrufa bħala l-Oratorju tista’ tara pittura oħra, li turi l-qtugħ ir-ras ta’ San Ġwann. Din pinġieha l-artist

famuż Caravaggio. Xogħol ieħor ta’ dan l-artist hija pittura li turi lil San Ġlormu. Nistiednek issa tħares lejn l-art. Jekk tinnota sewwa, l-art hija miksija b’lapidi li jservu ta’ tifkira tal-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann. Huma biċċiet tax-xogħol sbieħ fl-irħam li nista’ ngħidlek huma uniċi fid-dinja! U jekk taħseb li dak hu biżżejjed, kun af li anke taħt l-art hemm biċċiet tal-arti! Hekk hu! Il-knisja għandha kamra mdaqqsa taħt l-art, jgħidulha kripta, li fiha hemm midfunin diversi kavallieri, fosthom il-Gran Mastru Jean de Valette, li kien il-moħħ wara l-bini tal-Belt Valletta. Heh… għandi ħafna iktar xi ngħidlek. Ara, din waħda talaħħar. Ħares ftit wara l-artal prinċipali. Hemmhekk hemm dik l-istatwa kbira tal-irħam, li qed turi l-magħmudija ta’ Ġesù minn Ġwanni l-Battista. Din ukoll hija biċċa xogħol sabiħa li ma ssib bħalha mkien! Il-ħin qisu kontrina, hux veru? Dan il-bini trid ġurnata biex idduru sew, mhux ftit minuti. Mela allura nħeġġek ħafna tasal wasla darb’oħra sabiex toqgħod tapprezza ftit is-sbuħija tal-arti ta’ dan il-katidral, li hu meqjus bħala wieħed mill-isbaħ fl-Ewropa! ✖ 11


minn hawn

u minn hemm

Power Station taħdem bix-xemx

y LAWRENCE fenech

Fid-deżert Mojave fl-Istati Uniti qed tinbena l-akbar power station li taħdem bix-xemx fid-dinja. Meta titlesta se tkun kapaċi tipprovdi elettriku għal aktar minn 140,000 dar! Imma kif taħdem? Fuq art daqs 1,300 grawnd tal-futbol ġew imwaħħla xi 170,000 mera li jduru biex jirriflettu x-xemx fuq tliet torrijiet. Is-sħana konċentrata

tax-xemx f’dawn it-torrijiet tintuża biex issaħħan il-fwar (steam) li jħaddem turbini li jiġġeneraw l-elettriku. Ixxogħol mexa ġmielu u diġà bdew jiġġeneraw l-elettriku fl-ewwel torri. Dan hu proġett li żgur ħa jnaqqas il-ħsara ambjentali li jikkawża l-bniedem meta

Headphones

li jikkanċellaw

l-istorbju

12 NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2013

jinħaraq iż-żejt biex jiġi ġġenerat l-elettriku. Imma mhux kulħadd qabel ma’ dan il-proġett. Hemm speċi ta’ fekruna li tgħix biss f’dan id-deżert u allura kellhom joqogħdu attenti ħafna li jiġu mħarsa dawn l-imberkin fkieren. Skont BrightSource, il-kumpanija li qed tibni dan il-proġett, s’issa kellhom jintefqu xi $22 miljun biex jieħdu ħsieb dawn il-fkieren!

Jeżistu headphones li bihom tgħatti widnejk biex ma tismax l-istorbju ta’ madwarek. Dawn huma utli għal min jaħdem f’ambjent storbjuż jew min ikun irid jorqod matul il-jum u l-ġirien ma jħalluhx kwiet. Dawn jaħdmu billi jgħattulek widnejk biex il-ħsejjes ma jaslux fihom. Imma meta l-istorbju jkun qawwi ħafna, bħal fuq xi ajruplan, jintużaw headphones oħra li kapaċi jikkanċellaw l-istorbju ta’ madwarek. Il-ħoss hu magħmul minn mewġ fl-arja u għalhekk dawn il-headphones jikkreaw ħsejjes bl-istess frekwenza imma bil-kontra tal-istorbju b’tali mod li jikkanċellaw l-istess storbju u b’hekk ma tisimgħux!


y WARREN busuttil

TWO STEPS

FROM HELL Stenna ftit… jekk qed taqra dan l-artiklu int veru nerd! Jien ma naħmilx il-qari u wisq iktar ilMaths. Minn dejjem kont ħażin fih, u fl-eżamijiet kont inġib l-agħar marki. F’kelma waħda jien fl-iskola kont immur brodu u ma kontx naħmel l-istudju. Ommi riditni bilfors immur nitgħallem il-pjanu u, għax sfurzatni, illum nirringrazzjaha. Jekk fl-iskola kont immur ħażin, fil-mużika kont eċċellenti! L-għalliema tiegħi tal-pjanu, kienet mara xiħa għakka, tidher li għandha xi mitejn sena fuqha, kollha tikmix u mgħawġa ganċ. Kont neħodha magħha u mhux l-ewwel darba li kont se nibgħatha d-dinja l-oħra bit-tbaqbiq. Ridt li nagħmel dak li kelli f’moħħi! Jekk hi kienet tgħallimni t-tastiera tal-pjanu, jien kont ġa bdejt nikkomponi f’moħħi l-mużika!

Jien jisimni Thomas Bergerson u twelidt ġewwa n-Norveġja. Nammetti li twelidt f’pajjiż ħażin u dejjem xtaqt li mmur noqgħod l-Amerika. Infatti l-ewwel kelma li ħarġet minn fommi hija propju l-kelma “Amerika”. Nammetti iżda li meta ltqajt ma’ sieħbi Nick, sibt dak li kont ilni naħdem għalih. Nick Pheonix twieled ġewwa Londra u studja l-pjanu minn mindu kien għadu żgħir. Daħal f’diversi bands differenti u sa ftit taż-żmien ilu ħadem id f’id mal-kompożitur ċelebri Hans Zimmer. Fl-2006, jien u Nick bdejna l-kumpanija bl-isem ta’ Two Steps from Hell. Qabel inkompli, l-isem tal-kumpanija tagħna ma jfisser xejn speċjali, huwa sempliċiment isem cool. U jien hekk xtaqtu! Jekk tfittex ftit fuqna fuq l-internet, jew tisma’ xi

ftit mill-mużika tagħna fuq YouTube, tinduna li l-mużika tagħna hija mifruxa ftit mhux ħażin. Ħdimna għal films kbar bħas-serje ta’ Harry Potter, The Dark Knight, Pirates of the Caribbean, Twilight u Inception. Jekk dawn ma rajthomx, żgur li forsi lgħabt il-logħob bħal F1 2013, Assassin’s Creed IV u League of Legends. Fihom issib ukoll il-mużika tagħna. Jekk anke dawn qatt ma lgħabt, ċert li smajt il-mużika tagħna fuq stazzjonijiet tat-televixin f’Malta jew waqt il-logħob tan-nar ta’ xi festa. U bilħaqq, lilek li qed taqra nammirak li wasalt sa hawn għax xi nies jgħiduli li meta nitkellem jien, jarawni ftit antipatku. Skużani imma jien hekk magħmul. Nittama li l-mużika tiegħi u ta’ sieħbi tagħtik idea aħjar tagħna. 13


Maria

Sharapova



minn hawn u minn hemm

Maria Sharapova

y NEIL aquilina

Immaġinak ta’ 17-il sena tirbaħ it-Tournament ta’ Wimbledon… Immaġinak ta’ 18-il sena tkun l-ewwel fid-Dinja fl-isport tiegħek… Immaġinak ta’ 20 sena tweġġa’ spalltek u tagħmel xi 3 snin sakemm tirkupra… Dan kollu għaddiet minnu Maria Sharapova, tennista professjonali Russa, li llum għandha 26 sena. Kienet saret famuża fl-2004, meta ta’ 17il sena biss rebħet lil Serena Williams fil-finali ta’ Wimbledon u minn hemm kellha karriera bi tlajja’ u nżul: daqqa mal-ewwel 3 fid-dinja, daqqa mweġġgħa u ħadd ma jisma’ biha iżjed, xi ftit jew wisq bħal ħajjitna! Sharapova apparti li hi tennista, hija wkoll Ambaxxatriċi tal-Ġnus Magħquda biex twassal messaġġi għall-għajnuna f’pajjiżi inqas żviluppati jew li jkunu milquta minn xi diżastri. Fil-fatt hi żaret diversi postijiet speċjalment dawk milquta mid-diżastru nukleari ta’ Chernobyl (viċin irRussja) u tat donazzjonijet ta’ eluf ta’ dollari biex tfal li qed ibatu konsegwenzi tad-diżastru ta’ Chernobyl ikollhom ħajja aħjar. Fost l-impenji tagħha, hija ltaqgħet ma’ grupp ta’ tfal li qed ibatu l-konsegwenzi ta’ Chernobyl, f’raħal jismu Gomel, fil-Belarus (proprju fejn kienu joqogħdu l-ġenituri tagħha qabel ma twieldet!). Tajjeb ukoll li nagħmlu tagħna sentenza li qalet hi: “Jekk inti tkun kapaċi tgħin lil xi persuni u tnisslilhom tbissima u turihom li l-ħajja hi sabiħa, ikun ta’ pjaċir ikbar milli kieku tixtri xi ħaġa personali.”

16 NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2013


minn hawn u minn hemm

Clooney… George Clooney L-attur famuż George Clooney li, fost l-oħrajn, ħadem fil-film riċenti ‘Gravity’, issa qiegħed jaħdem ta’ spija. Is-sabiħa hi li din id-darba mhux qed jaħdem rwol ta’ spija f’xi film ġdid li ser jidher fih… imma qed jonfoq il-flus li huwa jġib mir-riklami għal Nespresso fuq satellita spija mmirata lejn s-Sudan .

programm magħruf bħala ‘the Satellite Sentinel Project’ qed issir superviżjoni fuq il-fruntiera ta’ bejn is-Sudan tat-Tramuntana u s-Sudan t’Isfel. B’dan il-mod, il-movimenti tal-armata brutali tas-Sudan jkunu jistgħu jiġu segwiti u b’hekk ikun possibbli li nies ċivili jiġu mgħarrfa bilquddiem b’dawn l-attakki.

Clooney spjega li qed jagħmel dan biex id-dinja żżomm għajnejha fuq Omar al-Bashir (dittatur Sudaniż akkużat b’reati tal-gwerra). Permezz ta’ din is-satellita u tal-

Al- Bashir kien riċentement irrappurtat li ħarab lejn inNiġerja f’tentattiv biex jevita li jiġi arrestat fuq reati tal-gwerra u ksur tad-drittijiet tal-bniedem.

Mexxejja tad-drittijiet talbniedem jakkużaw lill- president Sudaniż li wettaq atroċitajiet makabri fir-reġjun tad-Darfur. Tajjeb insemmu wkoll li f’Marzu li għadda Clooney kien arrestat meta mar jipprotesta fl- ambaxxata Sudaniża f’Washington DC. L-attur stess jispjega li l-għan tiegħu huwa li kontinwament jagħmel li jista’ biex iqajjem kuxjenza fuq dan ‘ilgvern li jattakka u joqtol l-irġiel innoċenti tiegħu stess, flimkien ma’ nisa u tfal.”

17


minn hawn u minn hemm

“Here is a game whose visuals are so beautifully realistic that you almost have to stop and try it, regardless of how much you like basketball” – IGN Hekk jibda biex jiddeskrivi din il-logħba, NBA 2K14 ta’ 2K Sports, wieħed kummentatur tal-logħob. U għandu raġun.

timmaniġġja t-tim sħiħ, roster, coaching, riklamar, u trid iżżomm lil kulħadd kuntent, speċjalment lis-sapporters. X’se naqbad ngħid iżjed? Ipprovaha u ara taqbilx :)

Din hija differenti minn NBA Live 14 ta’ EA Sports, mhux biss fil-kumpanija li kkreatha imma anke fil-kwalità talgrafika u fil-kwalità talArtificial Intelligence (AI). Inti u tilgħabha tħossok qisek qed tara logħba reali fuq itTV u mhux tilgħab logħba fuq l-Xbox jew PS. F’NBA 2K14, apparti li tilgħab il-logħba, y kurt MICELI

Kienu qishom ħobz u sikkina. Jekk issib lil wieħed, kont issib lill-ieħor; ħalliha li kienu l-oppost ta’ xulxin. Robbie kien twil u rqajjaq filwaqt li Sammy kien qasir u mbaċċaċ. Robbie kien kwiet u mistħi; Sammy fuq ruħu u moħħu jilħaqlu. Mhux l-ewwel darba li kienu jaqbdu argument bejniethom! “Robbie, int temmen f’kollox!” “U int fejn taf bħalek?” “Ħa naraw, temmen fit-tooth fairy?” “U żgur li le! Ilni snin li ndunajt li dawk huma l-ġenituri li jpoġġu l-flus taħt l-imħadda!” “U x’taħseb dwar Santa Klaws?” “Ħeqq... ħeqq dik storja oħra. Diffiċli ma temminx fih… jaqaw inti le?”

18 NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2013

“U żgur li le, dawk kollha ħmerijiet! Kull rigal li nirċievi jkun mixtri minn xi ħadd tal-familja minn ġewwa ħanut. Tgħdlix li int ktibtlu ittra wkoll...” U hekk l-argument baqa’ sejjer sakemm f’daqqa waħda Sammy waqaf ħesrem u bi stagħġib kbir kompla, “Ma nistax nemmen lil għajnejja! Dak hu!” “Hu min?” “Santa Klaws!” “Ħallina minnek…” Hekk tibda l-istorja ta’ Robbie u Sammy li se teħodhom minn avventura għal oħra biex isalvaw lil Santa Klaws minn grupp ta’ ħallelin li ma jkunux jaħmlu l-Milied!


minn hawn u minn hemm y FRANKLIN balzan

KUNĊERT SPAZJALI! Wieħed m’għandux bżonn ħafna immaġinazzjoni biex jimmaġina lill-kantata avante garde Lady Gaga tagħti xi spettaklu oriġinali jew kontroversjali. Madankollu, forsi wieħed ma tgħaddilux minn moħħu li Lady Gaga bi ħsiebha tkanta mill-ispazju! Għalhekk, ilkantanta rriservat vjaġġ abbord l-iSpaceShipTwo Virgin Galactic għas-sena 2015. Hemm, hi se tirkeb fl-ispazju u tkanta kanzunetta waħda bħala parti minn festival li jiċċelebra Spaceport Amerika fi New Mexico . Għalkemm xi astronawti fil-passat, bħal Chris Hadfield, diġà kantaw fl-spazju u għamluha tidher faċli, fil-verità li wieħed ikanta fl-ispazju huwa aktar diffiċli milli jidher. Lady Gaga ser tgħaddi minn xahar ta ‘ taħriġ vokali serju biex tkun tista’ taġġusta għall-atmosfera abbord il-vettura spazjali. Huwa maħsub ukoll li hi ser ikollha bżonn xi tip ta’ taħriġ ieħor bi preparazzjoni għat-tlugħ tagħha fl-ispazju . U

ovvjament, hi mhux se tkun waħidha f’din l-avventura peress li biex jakkumpanjawha ser ikun hemm in-nies tagħha. SpaceShipTwo huwa proġett ta’ vettura spazjali li ser jibda jipprovdi mill-2014 vjaġġi madwar id-dinja, fl-ispazju sub-orbitali bi skopijiet turistiċi. Aktar kmieni din is-sena, SpaceShipTwo għamlet l-ewwel test tat-titjira tagħha b’suċċess. Jidher li Gaga mhix l-unika ċelebrità li għamlet prenotazzjoni għal passaġġ fuq SpaceShipTwo. Artisti oħra bħal Justin Bieber,

Leonardo Di Caprio u Ashton Kutcher ukoll bi ħsiebhom jagħmlu din il-mawra. Għall-bqija tan-nies komuni bħalna, nistgħu nibbukkjaw biljett fuq il-vettura spazjali għall-prezz ta’ $250,000. Ċelebritajiet oħrajn ukoll iffirmaw għal vjaġġi għall-ispazju. L-attriċi Sarah Brightman tidher li ser tħallas madwar $35,000,000 biex tieħu vaganza ta’ għaxart ijiem fl-Istazzjon Spazjali Internazzjonali (ISS) . Jidher li din il-moda li jittieħdu vaganzi fl-ispazju issa hija magħna… madankollu, ngħid għalija, għalissa l-istilel ser nibqa’ nħares lejhom mid-dinja tagħna.

19


Milied b’differenza… differenza fil-Milied

y REUBEN ellul bertram PORTELLI

Żmien il-Milied huwa żmien li fih nirċievu ħafna rigali. Biss, għal xi nies, il-Milied mhuwiex biss żmien fejn jirċievu xi ħaġa, iżda perjodu fejn jippuvaw jaqsmu ftit minn dak li għandhom mal-oħrajn. F’dan l-artiklu se naraw ftit eżempji ta’ min lest li jagħmel differenza f’ħajjet ħaddieħor fi żmien il-Milied. THE GREAT ORCHESTRA OF CHRISTMAS CHARITY: Il-Great Orchestra of Christmas Charity hija waħda mill-ikbar organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ fil-Polonja. Kull sena jirnexxilha tiġbor miljuni ta’ dollari għall-għaqdiet involuti fil-kura tas-saħħa u għall-isptarijiet speċjalment dawk tat-tfal - li ma jkollhomx fondi biżżejjed biex jaħdmu. Il-qofol tal-attivitajiet ta’ din l-organizzazzjoni (li bdiet fl1993 minn Jerzy Owsiak) jintlaħaq fil-gran final li normalment isir fit-tieni Ħadd ta’ Jannar. F’din il-ġurnata, mijiet ta’ bands imexxu ħafna kunċerti biex jinġabru flus għal din l-għaqda. Numru kbir ta’ voluntiera jduru kważi mal-irħula u l-ibliet kollha tal-Polonja jiġbru l-flus fil-barmil aħmar tradizzjonali ta’ din l-Orkestra u kull min jagħti xi ħaġa tal-karità jingħata sticker forma ta’ qalb. Dan il-proġett tant kiseb importanza fil-Polonja li jekk Pollakk ma jkollux waħda minn dawn l-istickers, din titqies bħala xi ħaġa tal-mistħija.

20 NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2013

Din is-sena, parti mill-flus li se jinġabru se jmorru għal diversi proġetti li jinvolvu tfal u anzjani. Kollox huwa ppjanat li jintemm fit-tmienja ta’ filgħaxija talistess jum b’wirjiet ta’ logħob tan-nar magħrufa bħala ‘Light to Heaven’. ALTERNATIVE GIFT INTERNATIONAL: L-idea wara din l-organizzazzjoni hija li wieħed, minflok jagħti rigal tradizzjonali lil xi ħadd, joffri donazzjoni lil din l-organizzazzjoni li mbagħad jew tqassam il-flus miġbura lil diversi għaqdiet, inkella tuża l-flus miġbura għal xi proġett

filantropiku partikulari. Fost dawn, insibu: - proġetti biex jittaffa l-ġuħ f’pajjiżi bħall-Etjopja u l-Haiti. - għajnuna biex tfal f’pajjiżi bħall-Indja, il-Messiku, il-Kenja u ċ-Ċina jkunu jistgħu jirċievu edukazzjoni li tixirqilhom. - flus li jiġu investiti f’ħidma biex jitwaqqaf it-traffikar tat-tfal (speċjalment f’pajjiżi fl-Asja u flAfrika) u anki biex jiġu mħarsa d-drittijiet tan-nisa. - servizzi u għajnuna medika fil-Kenja, fiż-Żambja, fit-Tibet u fil-Korea ta’ Fuq. L-Alternative Gift International tipprova toħloq ukoll mentalità


li tibża’ għall-ambjent billi tiffinanzja proġetti fuq agrikoltura sostenibbli u tmexxi kampanji fuq l-użu tajjeb tal-ilma. WAITROSE: Il-kumpanija Waitrose tifforma katina ta’ supermarkets flIngilterra. Hija magħrufa minħabba li tipprovdi prodotti talmerċa, inbejjed u xorb ieħor lirReġina Eliżabetta II u lill-Prinċep Karlu. Fil-Milied li għadda, il-kampanja tar-riklami ta’ din il-kumpanija kienet tinkludi biss appell minn żewġ koki magħrufa flIngilterra (Delia Smith u Heston Bluementhal) li appellaw lin-nies biex ikunu ġenerużi ma’ min kien vera fil-bżonn minflok jinqabdu filkurrent tal-infiq żejjed. Il-kapijiet tal-kumpanija kienu ddeċidew li l-flus li jiffrankaw jagħtuhom kollha għall-karità u rnexxielhom jiġbru mal-miljun lira sterlina għal min kien fil-bżonn. Din is-sena, il-kumpanija se tkompli fuq l-istess passi u r-riklam tagħha li se jintuża tul dawn il-festi tal-Milied huwa film ta’ ftit sekondi. F’dan il-film naraw

tifel f’wieħed mis-supermarkets li qed iġib quddiem għajnejh id-diversi għaqdiet ta’ karità li l-Waitrose tgħin matul is-sena bil-flus li tiġbor għall-karità. SUSAN BOYLE: Il-kantanta Susan Boyle kisbet fama dinjija fl-2009 meta ħadet sehem fi Britain’s Got Talent. Minn dakinhar ‘il quddiem, irnexxielha ssaħħar miljuni ta’ nies bil-vuċi tagħha. Din is-sena se tkun l-ewwel kantanta/artista li se titħalla tagħmel ‘dwett’ ma’ Elvis Presley. Dan se jsir billi hija se titħalla tuża d-diski ta’ Elvis biex fuq il-vuċi tiegħu tkanta għanjiet tal-Milied bħal ’O Come All Ye Faithful’ (Ninġabru Insara). Il-qligħ kollu minn din is-single tal-Milied se jmur għal Save the Children, għaqda fl-Ingilterra li twaqqfet fl-1919 biex ittejjeb il-ħajja ta’ diversi tfal permezz ta’ kura medika, bl-għoti ta’ edukazzjoni aħjar u anki billi jiġu mħarsa u promossi d-drittijiet tat-tfal, speċjalment ta’ dawk bi problemi soċjali u ekonomiċi. MARIO BALOTELLI: Mario Balotelli huwa wieħed mill-aqwa plejers preżenti tal-

futbol. Sfortunatament nisimgħu ħafna bin-nuqqasijiet u bl-iżbalji li jagħmel, kemm fil-grawnd u anki barra. Però l-media ftit li xejn issemmi l-pożittiv ta’ dan il-plejer. Pereżempju, Balotelli huwa magħruf li jagħti ħafna flus lil nies li jarahom barra mingħajr dar jew bla ikel u jqatta’ ħafna ħin ma’ tfal bi bżonnijiet speċjali. Darba ltaqa’ ma’ tifel li kien qed jiġi bbuljat u wasslu l-iskola. Mhux talli hekk, talli kellem li min kien imexxi l-iskola biex ikun ċert li t-tifel ma jibqax jgħaddi minn esperjenzi simili. Marbuta mal-Milied, Mario Balotelli għandu wkoll storja partikulari. Darba ltaqa’ ma’ grupp ta’ nies mingħajr dar u peress li kien qrib il-Milied, ħallsilhom biex iqattgħu dawn il-festi fil-lukanda Hilton li kien hemm fil-qrib. Il-Milied jiġi kull sena, iżda huwa f’idejja jekk kull sena naħdimx biex il-Milied jagħmel differenza sabiħa f’ħajti u f’ħajjet ħaddieħor. Jalla, dan iż-żmien għażiż iwassalni biex napprezza aktar lil dawk ta’ madwari u noffri l-għajnuna tiegħi fejn nara l-bżonn. ✖ 21


Ejjew Nibdew

NOEL vassallo y adrian VELLA

JOHN FITZGERALD KENNEDY

22 NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2013

1917, 19 ta’ Mejju – John Fitzgerald Kennedy twieled fi Brookline, Massachusettes. Il-ġenituri tiegħu kienu Joseph Patrick Kennedy Sr. u Rose Elisabeth Fitzgerald. 1917, Settembru – Il-familja Kennedy marret toqgħod ġewwa Riverdale, New York.

1936-1940 – Kennedy attenda kors fl-Affarijiet Internazzjonali fl-Università ta’ Harvard. Fitteżi tiegħu, Kennedy tkellem dwar il-politika barranija talIngilterra qabel it-Tieni Gwerra u ftit wara ġiet ippubblikata bit-titlu Why England Slept, ktieb li biegħ aktar minn 80,000 kopja.


Jista’ jkun hawn aktar ġustizzja fid-dinja?Jista’ xi darba l-faqar isir parti mill-istorja tal-bniedem?Jista’ xi darba l-bniedem jieqaf jiġġieled il-gwerer u jgħix fil-paċi?Jekk wieħed iħares lura lejn l-istorja tal-umanità jkollu jammetti li donnu l-bniedem qatt ma sab soluzzjoni għal dawn ilproblemi kbar. Wieħed mill-aktar diskorsi famużi li qatt saru hu d-diskors inawgurali tal-Presidenza ta’ John F. Kennedy. Fost affarijiet oħra Kennedy jappella biex il-pajjiżi tad-dinja jingħaqdu flimkien sabiex iġibu fittmiem dawk li huwa sejjaħ“l-

1941, Settembru – Kennedy daħal mal-qawwa navali talIstati Uniti. 1941, 7 ta’ Diċembru – ilĠappuniżi attakkaw il-bażi navali f’Pearl Harbour. 1943, 2 ta’ Awwissu – Ilpatrol torpedo boat li kien

għedewwa komuni tal-umanità” jiġifieri t-tirannija, il-faqar, il-mard u l-gwerra. B’riferenza għal dan, fid-diskors tiegħu huwa jgħid dan il-kliem: “Din mhix biċċa xogħol li se nagħmluha f’mitt jum. Lanqas f’elf jum jew sat-tmiem ta’ din l-amministrazzjoni. Probabbli lanqas f’ħajjitna fuq din l-art. Imma ejjew nibdew!” Permezz ta’ dan il-kliem Kennedy jisħaq fuq il-bżonn li kull bniedem ma jibqax passiv u jħalli kollox għaddej qisu xejn mhu xejn imma jħeġġeġ biex kull bniedem jagħti sehmu għallġid tal-umanità. Fil-fatt l-aktar sentenza li baqgħet famuża f’dan id-diskors hija: “Tistaqsux

qed imexxi ġiet milquta mill-Ġappuniżi, finnofsinhar tal-Paċifiku. Bil-għajnuna u l-kuraġġ tiegħu, uħud minn sħabu, fosthom wieħed li kien midrub serjament, salvaw. Kennedy ġie mogħtli n-Navy and Marine Corps Medal.

x’jista’ jagħmel għalikom ilpajjiż, imma staqsu x’tistgħu tagħmlu intom għall-pajjiż.” Dan id-diskors ta’ Kennedy, li sar fl-20 ta’ Jannar 1961, juri biċ-ċar ir-rieda ta’ dan ilPresident li verament xtaq bidla mhux biss f’pajjiżu imma wkoll fid-dinja. Wieħed irid jiftakar li dan id-diskors sar fi żmien meta t-tensjoni bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Sovjetika bdiet tiżdied, f’dik li bdiet tissejjaħ il-Gwerra Bierda. Kien żmien ukoll meta l-Komuniżmu kien refa’ rasu sew u meta numru ta’ dittaturi kienu qed imexxu mingħajr ebda sens ta’ ġustizzja.

1945, 1 ta’ Marzu – Telaq mill-qawwa navali. 1946, Novembru – Ġie elett għall-ewwel darba membru fil-Kamra tar-Rappreżentanti. 1952, 4 ta’ Novembru – Ġie elett għall-ewwel darba fisSenat.

1953, 12 ta’ Settembru – Iżżewweġ lil Jacqueline Lee Bouvier. Huma kellhom tlett itfal – Caroline Bouvier (t. 1957), John Fitzgerald, Jr. (1960-99), u Patrick Bouvier, li miet jumejn biss wara li twieled.

23


1955 – Ħareġ il-ktieb Profiles in Courage, li fih jitkellem dwar l-għamil ta’ kuraġġ u ta’ integrità ta’ tmien Senaturi Amerikani. 1957 – Il-ktieb Profiles in Courage rebaħ il-Premju Pulitzer (premju li jingħata fl-Istati Uniti fl-oqsma tal-

ġurnaliżmu, letteratura u kompożizzjoni mużikali).

l-35 President tal-Istati Uniti tal-Amerika.

1,500 refuġjat minn Kuba, kienet falliment.

1960, 8 ta’ Novembru – Saret l-elezzjoni Presidenzjali flIstati Uniti. Kennedy rebaħ lirRepubblikan, Richard Nixon.

1961, 1 ta’ April – Kennedy awtorizza li ssir l-invażjoni ta’ Kuba, bil-għan li twarrab mill-poter lil Fidel Castro. Din l-invażjoni, li baqgħet magħrufa bħala l-Bay of Pigs Invasion, u li fiha ħadu sehem

1961, Ġunju– John F. Kennedy ltaqa’ malPresident Sovjetiku Nikita Kruschev, f’summit fi Vienna, fejn laħqu ftehim mhux formali dwar testijiet t’armamenti nukleari.

1961, 20 ta’ Jannar – Kennedy ħa l-ġurament tal-ħatra bħala

Kennedy ried stil ġdid ta’ Presidenza. Kien bniedem li jħares lejn il-ħajja b’ottimiżmu u fuq kollox bniedem li ma jħallix l-ostakli jaqtgħulu qalbu anzi kien jibdel ilproblemi f’opportunitajiet ta’ djalogu. Huwa jgħid: “Ejjew qatt ma ninnegozjaw bil-biża’ imma ejjew qatt ma nibżgħu ninnegozjaw. Iż-żewġ naħat għandhom jaħdmu biex jaraw liema problemi jistgħu jgħaqqduna flimkien u mhux inħallu lil dawn il-problemi jifirduna.”

President u l-każ baqa’ mhux magħluq. Ħafna huma n-nies li kellhom interess li jeħilsu millPresident. Minkejja dan, żgur

li l-viżjoni ta’ dan il-bniedem għadha attwali u aħna wkoll nistgħu nkunu parti minnha billi naħdmu għall-ġid tal-oħrajn. ✖

Sfortunatament, il-Presidenza ta’ John F. Kennedy ma kellhiex ittul minħabba li huwa ġie assassinat bi tliet tiri ta’ pistola waqt żjara f’Dallas, Texas. Sallum dan il-qtil għadu misteru kbir għax l-uniku suspettat li kien hemm inqatel tlitt ijiem wara l-assassinju tal-

1962, 14 ta’ Ottubru – Ajruplani spija tal-Istati Uniti, U-2, ġibdu ritratti ta’ missili Sovjetiċi stallati f’Kuba. Hekk bdiet dik magħrufa bħala The Cuban Missile Crisis.

li żżarma l-missili minn Kuba li kienu se jikkawżaw il-bidu ta’ gwerra b’konsegwenzi internazzjonali. Ħafna jsostnu li l-id tal-Papa Ġwanni XXIII kienet strumentali biex iseħħ dan il-ftehim.

1962, 28 ta’ Ottubru – L-Unjoni Sovjetika taċċetta

1963, 15 ta’ Lulju – l-Istati Uniti, ir-Renju Unit u l-Unjoni

24 NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2013

Sovjetika ltaqgħu għal taħditiet dwar testijiet t’armamenti nukleari. 1963, 5 ta’ Awwissu – Rappreżentanti tat-tliet pajjiżi iffirmaw trattat dwar testijiet t’armamenti nukleari. 1963, 22 ta’ Novembru –

John F. Kennedy safa maqtul waqt motorcade, fil-belt ta’ Dallas, Texas. Jakkumpanjawh fil-limousine kien hemm ilmara tiegħu Jacqueline, ilgvernatur ta’ Texas u l-mara tiegħu. Is-suspettat prinċipali kien Lee Harvey Oswald imma dan safa maqtul qabel malinvestigazzjoni għalqet.


“J

ien kont hemm. Qisu kien ilbieraħ! Niftakar dakinhar l-art kienet miksija bis-silġ. Konna qed naħsbu li ma kinux se jagħmlu d-diskors fil-beraħ, minħabba l-maltempata silġ li għamlet, imma sebaħ jum xemxi u ċ-ċerimonja saret kif ippjanat. Għajnejn kulħadd kienu msammrin fuq il-President il-ġdid.

Wara li ħa l-ġurament tal-ħatra għall-ħabta tas-siegħa neqsin għaxra ta’ wara nofsinhar, John F. Kennedy beda d-diskors tiegħu li baqa’ stampat f’moħħi. Ma kienx diskors ta’ rebħa, imma wieħed li jiċċelebra l-libertà – libertà li kien jaf xi tfisser taħdem għaliha għax hu stess kien ra l-mewt ma’ wiċċu fit-Tieni Gwerra Dinjija. Il-fidi tiegħu f’Alla dehret sa mill-bidu ta’ kliemu. Qalilna li l-bniedem għandu f’idejh fl-istess ħin il-qawwa li jeħles kull tip ta’ faqar jew kull tip ta’ ħajja umana, imma d-drittijiet li għandu mhumiex ġejjin minnu, imma mill-id ta’ Alla. Talabna niftakru fil-valuri li bnew in-nazzjon tagħna bir-rispett tiegħu lejn il-libertà ta’ kull bniedem. ‘Ħa jkun jaf kull nazzjon, li aħna lesti li nħallsu kull prezz, inġorru kull toqol, nilqgħu kull tbatija, nissapportjaw lil kull ħabib, neħduha ma’ kull għadu, sabiex nassiguraw il-ħajja u s-suċċess tal-libertà!’ U hawn il-President sellem lill-ħbieb tal-Amerika u wegħidhom il-lealtà ta’ ħbieb tassew. ‘Magħqudin, ftit hemm li ma nistgħux inwettqu. Imma mifrudin, ftit hemm li nistgħu nagħmlu.’ Ma naqasx li jsellem ukoll lil dawk in-nazzjonijiet li kienu għadhom qed imiddu l-ewwel passi fit-toroq tal-libertà. Wissiehom iħarsu l-ħelsien tagħhom li ma jmorrux jgħaddu għal tirannija oħra. Ma talabhomx li dejjem jaqblu magħna, imma li dejjem iħarsu u jgħożżu l-libertà tagħhom. ‘Tinsewx li, fil-passat, dawk li b’nuqqas ta’ għaqal rikbu fuq dahar it-tigra, intemmu f’żaqqha!’ Il-President il-ġdid, imbagħad, dar lejn il-ħafna foqra li jgħixu fuq il-globu, il-popli li jgħixu fl-għerejjex tal-miżerja u wegħidhom li jgħinhom biex iqumu fuq saqajhom u jieħdu ħsieb tagħhom infushom, mhux għall-voti, jew għax ħaddieħor qed jagħmel hekk, imma għax hekk huwa ġust. ‘Jekk soċjetà ħielsa ma tistax tgħin lill-ħafna li huma foqra, lanqas tista’ ssalva lill-ftit li huma sinjuri!’ Wara li wiegħed ukoll is-sapport kollu għall-ħidma tal-Ġnus Magħquda, dar għall-ikbar għadma tad-diskors: l-għedewwa tal-Amerika! Lilhom ma għamlilhomx wegħda, imma talba: li ż-żewġ naħat jaqbdu flimkien tfittxija ġdida għall-paċi, qabel ma l-qawwiet tal-qerda jtemmu lillumanità f’qerda ppjanata jew aċċidentali. Stqarr li l-metodu ċivilizzat mhux sinjal ta’ dgħufija. ‘Ejjew ma ninnegozjawx minħabba l-biża’, imma ejjew ukoll ma nibżgħux ninnegozjaw! Ejjew infittxu l-problemi li jgħaqqduna minflok ma nkabbru l-problemi li jifirduna. Ejjew insejħu l-qawwiet tax-xjenza minflok it-terruri tagħha. Ejjew nesploraw il-kwiekeb, naħkmu d-deżert, neqirdu l-mard, nimirħu f’qiegħ l-oċeani, ninkuraġġixxu l-arti u l-kummerċ. Ejjew nisimgħu mill-kelmiet ta’ Isaija u nħaffu t-toqol tal-batut u neħilsu lill-imjassrin!’ Lejn l-aħħar tad-diskors tiegħu, il-President fakkarna fl-għedewwa l-kbar tal-bniedem: it-tirannija, il-faqar, il-mard u l-gwerra. ‘Nistgħu ningħaqdu kontra dawn l-għedewwa f’għaqda li tiġbor it-Tramuntana u n-Nofsinhar, il-Lvant u l-Punent, u li tista’ toffri ħajja ta’ ġid għall-umanità?’ Quddiem dawn l-isfidi kollha, il-President stqarr li kien lest li jilqa’ b’qalbu kollha din l-isfida li jiddefendi l-libertà tal-bniedem minkejja l-perikli li ġġib magħha. Talab lil kull Amerikan ma jistenniex lil pajjiżu jaħdem għalih, imma jmidd idejh hu. Talab lil kull bniedem ma jistenniex lillAmerika taħdem għalih, imma jaħdem hu għal-libertà tal-umanità. ‘Bil-kuxjenza tajba tagħna bħala premju, bl-istorja bħala mħallef ta’ għemilna, ejjew nimxu ’l quddiem u mmexxu l-art li nħobbu, waqt li nitolbu l-barka u l-għajnuna t’Alla, u nżommu f’moħħna li l-ħidma t’Alla fuq din l-art titwettaq b’idejna.’ U b’dawn l-aħħar kelmiet tad-diskors tiegħu nista’ ngħid li tassew saħħilna qalbna b’ħafna kuraġġ u tama.” 25


y daniel MICALLEF

Jekk ħadt ritratt u l-kuluri ma ġewkx sbieħ kemm tixtieq, jew forsi l-għajnejn spiċċaw b’dabra ħamra daqshiex f’nofshom, bil-kompjuter tirranġa kollox. Jekk għandkom xi dubju, staqsu lid-disinjatur tax-Xehda Għasel u jgħidilkom kemm jirranġa ritratti għal kull ħarġa li tiġi f’idejkom. Bil-kompjuter, hawn min saħansitra jneħħi n-nemex, jibdel xi fattizzi tal-wiċċ jew jipprova jimmaġina kif se jkun jidher la jikber. Dak li l-kompjuter jista’ jibdel fi żmien qasir, fina jinbidel u jiżviluppa bil-mod il-mod aħna u nikbru, ħafna drabi mingħajr ma nkunu nafu.

Pedjatrija

MHUX SEMPLIĊI BĦALL-KOMPJUTER Waqt li bil-kompjuter tista’ tibdel iddehra ta’ barra u timmaġina kif se tidher la tikber, it-tfal li qed jikbru ma jibdlux biss id-dehra ta’ barra imma jiżviluppaw kwalitajiet u ħiliet li ebda kompjuter ma jista’ jżid jew inaqqas. IL-PEDJATRIJA Sa mill-qedem, it-tobba ntebħu li hemm differenzi fil-mod ta’ kif jaħdem il-ġisem tat-tfal li għadhom qed jiżviluppaw u fil-mard li jaffettwahom. L-ispeċjalità li tistudja fuq il-kura tat-tfal tissejjaħ ‘pedjatrija’. Kellhom jgħaddu sal1472 meta fl-Italja ġie ppubblikat l-ewwel ktieb dwar il-mard fit-tfal. Imbagħad, iktar minn tliet mitt sena wara, f’Pariġi, fl-1801 fetaħ l-ewwel sptar tat-tfal fid-dinja u dan għadu jaħdem sal-lum. Ħa post orfanatrofju u kien jilqa’ fih tfal taħt il-ħmistax-il sena għall-kura. L-IŻVILUPP TAT-TFAL Ħadd ma beda jiġri qabel ma tgħallem jimxi… minn mindu nitwieldu, bil-mod il-mod, minn barra nibdew naraw sinjali ta’ żvilupp 26 NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2013


fil-mod ta’ kif inġibu ruħna. Mhux kulħadd jiżviluppa l-istess kwalitajiet fl-istess età, imma bejn wieħed u ieħor nafu meta tarbija tiżviluppa xi kwalitajiet u jekk dawn ma jiżviluppawx, jista’ jkun hemm bżonn iktar testijiet u għajnuna għat-tifel jew għat-tifla u għall-familja tagħhom. Aħna niżviluppaw f’erba’ livelli – A. IL-MOVIMENT TAL-ĠISEM Meta tarbija titwieled, ma tkunx kapaċi tgħolli rasha sewwa qabel tmien ġimgħat. Ta’ sitt xhur, tkun tista’ toqgħod bilqiegħda mingħajr ma jżommha ħadd, waqt li ta’ xi disa’ xhur tibda timxi fuq irkupptejha u jżid xi ftit l-uġigħ ta’ ras ta’ min jieħu ħsiebha meta xahar wara t-tarbija tibda timxi malgħamara bla ma taħsibhom… u forsi għall-bidu taqa’ xi waħda wkoll. Sa sena u nofs imbagħad, ħafna mit-trabi jkunu diġà jimxu sewwa bla għajnuna. B. IL-MOVIMENT FIN Ta’ sitt ġimgħat, tarbija tkun diġà ssegwi oġġett jiċċaqlaq

billi ddawwar rasha. Fl-ewwel sena mbagħad, it-tarbija tiżviluppa bil-mod il-ħila li taqbad l-affarijiet u anki żżomm xi ħaġa bejn is-saba’ l-kbir tal-id u l-werrej sa ma ta’ sena u nofs, ħafna jkunu jistgħu jagħmlu l-marki fuq karta b’xi crayon. Il-ħiliet jiżviluppaw bil-mod biex wieħed jibda jpinġi forom iktar ikkumplikati, minn linja dritta ta’ sentejn għal triangolu ta’ ħames snin. Ċ. IS-SMIGĦ, ID-DISKORS U L-LINGWA Jekk int wieħed minn dawk li tieħu ras l-oħrajn daqs kemm tgħid, żgur li ma kontx hekk mit-twelid. Dak iż-żmien forsi kont teħdilhom rashom tibki sa ma, ta’ xi erba’ xhur, probabbli bdejt issemma’ leħnek bil-vokali “Aaa”. Ta’ xi għaxar xhur, ħafna trabi jkunu kapaċi jduru jħarsu meta jisimgħu xi ħoss u jsejħu lillġenituri billi jtennu: “Papà” u “Mamà”. Sa sena u nofs, il-lingwa tkun limitata għal

inqas minn għaxar kelmiet, imma mbagħad, ħafna jiftħulha sa ma jibdew jitkellmu sentenzi qosra meta jkollhom tliet snin. D. L-IMĠIBA Waħda mill-ewwel kwalitajiet li titgħallem tarbija hi t-tbissim li jkun żviluppa sal-ewwel xahrejn. Imbagħad, tarbija titgħallem tiekol u ta’ sena u nofs tkun taf tuża mgħarfa għall-ikel. Ftit wara, tarbija tibda tilgħab ma’ xi pupu waqt li sa tliet snin, ħafna jkunu bdew jilagħbu ma’ tfal oħra. KIF INT BĦALISSA? Jekk qrajt it-taqsima li għaddiet, stajt tinnota filqosor x’meravilja fih l-iżvilupp ta’ tarbija u forsi apprezzajt ftit kemm dawk l-affarijiet li tagħmel bla ħsieb bħal li titkellem, tilgħab, timxi jew tikteb ħadu ż-żmien tagħhom biex żviluppaw fik. Ikun ta’ min li issa tkompli taħdem ħalli t-talenti ta’ ġo fik tiżviluppahom kemm tista’ għall-ġid tiegħek u tal-oħrajn. ✖

PROBLEMI OĦRA…

It-tfal jistgħu jiltaqgħu ma’ problemi fl-iżvilupp tagħhom bħalma jistgħu jiltaqgħu ma’ diversi mard differenti sew minn tal-kbar. Però, it-tobba tat-tfal, kultant jiltaqgħu ma’ problemi li la jiġu mill-iżvilupp, la mill-mikrobi u lanqas minn kundizzjonijiet strambi. Waqt li l-kbar, ħafna drabi qegħdin hemm biex jgħinu lit-tfal, kultant dawn iġibu xi problemi. Malta mhix meħlusa mill-problema tal-abbuż fuq it-tfal u kull sena jkun hemm iktar minn elf rapport ta’ dan it-tip. Hemm diversi tipi ta’ abbuż li kollha jweġġgħu lit-tfal; tgħajjir, swat, theddid, abbuż sesswali, jew meta tfal ma jingħatawx il-bżonnijiet ta’ kuljum. Jekk inti jew xi ħadd li taf għaddej minn problemi bħal dawn, ftakar li hawn ħafna nies li lesti biex jgħinu bħall-guidance teacher, għalliema oħra jew anki s-supportline. Problemi bħal dawn, terfagħhomx waħdek! 27


intervista mal-qaddisin

L-istorja interessanti ta’ Katerina minn Siena

Illum se niltaqgħu ma’ Katerina, qaddisa li minkejja li għexet biss 33 sena, hija meqjusa bħala għalliema kbira tal-knisja. Hija eżempju ta’ mara żagħżugħa li taf x’qed tagħmel!

kienet ħajja mogħtija lil Alla fittalb, fis-sagrifiċċju u fil-karità, l-iktar mal-foqra u l-morda talbelt. Għixt biss 33 sena, daqs il-Mulej Ġesù, imma nassigurak li kelli ħajja mimlija daqs bajda!

Il-Paċi miegħek Katarina. Tista’ tgħidilna ftit dwarek? Twelidt fi Siena fl-Italja fl-1347. Il-familja tiegħi kienet kbira ħafna u għalhekk ma tantx kbirt f’kumdità. Tista’ taħseb, konna b’kollox tlieta u għoxrin aħwa! Ta’ 16-il sena, fuq ispirazzjoni ta’ San Duminku, dħalt ma’ dak li jissejjaħ itTerz’Ordni Dumnikan, grupp ta’ nisa marbutin mal-Ordni u magħrufin bħala Mantellate.

X’ġara wara li ngħaqadt mal-Mantellate? Minħabba l-ħajja ta’ riflessjoni li kont ngħix, ħafna kienu jfittxuni għall-pariri. Fosthom kien hemm ukoll saċerdoti u papiet. Kelli korrispondenza ma’ diversi nies, minn rejiet sa bdiewa. Għall-ewwel kont nikteb permezz ta’ segretarji, imma mbagħad tgħallimt nikteb jien. Fi żmieni, ma kinitx ħaġa tas-soltu li mara tagħti pariri, imma l-Mulej ried li nagħti pariri spiritwali anke lill-papiet!

Kif kont tgħix bħala parti minn dan il-grupp? Minkejja li kont fl-Ordni Dumnikan, ma kontx soru talkunvent. Imma l-ħajja tiegħi 28 NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2013

Stramba din! U għalfejn ħadu l-pariri l-papiet? Il-Papiet kienu qed jgħixu fi

żmien partikolari. Ma baqgħux Ruma, ħallew il-belt ta’ Pietru u marru joqogħdu f’Avignon, ġewwa Franza. Meta xterdet il-fama tiegħi, ħeġġiġt ħafna lill-Papa Girgor XI biex jirritorna lejn Ruma. Dan sar, imma nqala’ inkwiet ieħor għax kien hemm taħwid fl-għażla tal-Papa ta’ warajh u kien hemm firda fi Knisja b’iktar minn papa wieħed! Ma kontx niddejjaq inwissi lillPapa. Xi ħadd qal fuqi li ‘filwaqt li kont inbus riġlejn il-Papa b’rispett, kont ukoll kapaċi nilwilu idu biex jismagħni’! Ried jgħid li b’ħafna rispett kont kapaċi nwassal kelma qawwija lill-Papa wkoll. Dejjem bqajt tgħix fi Siena? Id-dar tiegħi kienet fi Siena, imma għamilt vjaġġi skont fejn kien hemm bżonn. Meta kien meħtieġ li nħalli belti, ivvjaġġajt lejn Firenze biex


naħdem għall-paċi. Kont qisni l-mibgħuta tal-Papa għall-paċi. Mhux dejjem irnexxieli millewwel u kien hemm darba fejn kważi ġejt maqtula! Mort anke Avignon, fi Franza, biex insolvi kwistjoni mar-re ta’ Franza. Parti kbira minn ħidmieti kienet li nġib is-sliem fejn jibagħtuni. Kien għalhekk li Ġwanni Pawlu II qegħidni patruna tal-Ewropa, biex jidher il-bżonn li dan ilkontinent jgħix fis-sliem li ġej mill-għeruq insara li għandu. Ikun kontinent li tassew jgħix ilVanġelu! Katarina, qatt sibt min itellfek? Tgħid sibt?! Kont naf xi tfisser tbati u anke li ma jifhmukx ta’ madwarek. Tant ma fehmunix li fl-1374, sitt snin qabel mewti, id-Dumnikani bagħtu għalija biex jinterrogawni. Qabbdu lil Rajmondu ta’ Capua, patri għaref u qaddis, biex ikun id-direttur spiritwali tiegħi, ħalli jieħu ħsiebi! Hu sar il-konfessur tiegħi, imma kien iqisni wkoll bħala ‘omm spiritwali’ tiegħu! Tant kellna rispett lejn xulxin! Rajmondu kiteb ukoll il-ħajja tiegħi. Ktibt xi ktieb, minbarra l-ittri tiegħek? Minbarra l-ittri, li kienu ’l fuq minn 400 waħda, ktibt ukoll il-ktieb jismu Djalogu talProvidenza Divina. Ktibtu bi tbatija għax tgħallimt nikteb f’età kbira. Minħabba f’hekk ġejt imsejħa ‘għalliema tal-Knisja’ mill-Papa Pawlu VI. Jgħidu li kellek żwieġ mistiku? Dan xi jfisser? Fit-talb tiegħi deherli li Marija Omm Ġesù ippreżentatli lil binha li tani ċurkett waqt li qalli: Jiena, il-ħallieq u s-salvatur tiegħek,

nitgħarrsek fil-fidi, ħalli tibqa’ safja sa ma tingħaqad miegħi għal dejjem fil-ġenna. Ma kienx ċurkett tad-deheb, imma simbolu ta’ rabta li ma tinħallx bejni u bejn Ġesù. Għalija, Ġesù kien iċ-ċentru ta’ ħajti kollha. Kien l-akbar ġid li kelli. Bħal San Pawl, ma kontx jien li qed ngħix, imma Kristu kien jgħix fija! X’messaġġ għandek għażżgħażagħ ta’ llum? Ħallu lil Ġesù jkun iċ-ċentru ta’ qalbkom. Miegħu tħobbu lil Alla u lil ħutkom, bl-istess imħabba tiegħu. Ħallu lil qalbkom timtela bih bit-talb, bil-Kelma t’Alla u bis-sagramenti, l-iktar l-Ewkaristija. Imbagħad, bħali tkunu tistgħu twasslu lil kulħadd il-kelma tal-verità, mingħajr ma tibżgħu

minn dawk li jisimgħukom! Tkunu kapaċi ‘tbusu riġlejn ħutkom, filwaqt li tilwulhom idejhom ’ ... twissuhom blimħabba ħalli jisimgħukom u jinbidlu! Barra minn dan, kunu persuni li tħossu għal ħutkom. Jien kont nibki meta nara min qed ibati. Tiddejqux tibku u tħossu quddiem it-tbatija, ħalli tiċċaqalqu biex tagħmlu dinja iktar sabiħa! Ħallu lil Ġesù jkun il-pont tagħkom bejn id-dinja u l-ġenna. Tiddejqux jekk tiżbaljaw ... meta tħarsu lejh, issibu biss ħniena! Kunu dak li ġejtu maħluqin biex issiru! Jekk tkunu tassew dak li intom, tħeġġu d-dinja kollha! ✖


varjeta` Novembru

Fl-1 ta’ Novembru 1512 infetħet għallewwel darba għall-pubbliku l-pittura ta’ Michelangelo fil-Kappella Sistina.

Fid-DNA

Fl-1 ta’ Diċembru 1955, Rosa Parks ġiet arrestata f’Montgomery, Alabama, għax ma riditx tqum minn fuq is-sit tal-karozza tal-linja li kien riservat għall-bojod biss. Kien wieħed mill-jiem li baqgħu immarkati fl-istorja tad-drittijiet għal persuni b’ġilda sewda fl-Amerika.

Fit-13 ta’ Novembru 1805, Johann George Lehner, bejjiegħ tal-laħam minn Vjenna, ivvinta l-frankfurter.

Ċajta Kultant

Tifel ġie lura mill-iskola u mar fuq missieru. Tifel: Pà, xi kemm ilek li kont Year Six bħali? Missier: Għoxrin sena. Għalfejn? Tifel: Għax illum l-għalliem qalli li ilu għoxrin sena ma jiltaqa’ ma’ għażżien bħali!

Diċembru

Fit-2 ta’ Novembru 1957 is-satellita Sputnik II kienet imtellgħa fl-ispazju mill-Unjoni Sovjetika. Fiha kien hemm l-ewwel annimal li tela’ fl-ispazju, kelba jisimha Laika.

Deni qawwi

Tabib: Hawn jidher li reġa’ telagħlek id-deni? Pazjent: U ngħid li telagħli! Ħaduh anke talflat ta’ fuqna!

Veterinarju

Mario: Ħadt il-kelb għand il-veterinarju għax spiss jigdem il-kunjata. Jimmy: Xi tlabtu jagħmillu? Mario: Jsaħħaħlu snienu!

Fit-12 ta’ Diċembru 1792, Ludwig van Beethoven, ta’ 22 sena, irċieva l-ewwel lezzjonijiet tal-pjanu mingħand Franz Joseph Haydn. Fl-24 ta’ Diċembru 1818, indaqq għall-ewwel darba Silent Night, b’mużika ta’ Franz Gruber u kliem ta’ Josef Mohr.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.