Xehda Ghasel

Page 1


Kun tal-magażin favorit tiegħek Idħol fiċ-ċans li tirbaħ l-aħħar album tal-Jars of Clay billi xxerred il-kelma dwar il-magażin Xehda Għasel. Kulma trid tagħmel huwa li tqassam erba’ flyers (ara paġna 18) lil sħabek li mhumiex abbonati u kull darba li xi ħadd minnhom jabbona, ismek flimkien mal-isem talabbonat il-ġdid, jidħol fil-lotterija. Jekk taħseb li erba’ flyers mhumiex biżżejjed, ibagħtilna email fuq xehda@sdcmuseum.org u nibagħtulek kopja ta’ din il-paġna. Kun ambaxxatur tal-magażin favorit tiegħek!

Min huma l-Jars of Clay? Jars of Clay huma rock band ta’ nsara li l-mużika tagħhom titkellem fuq dak kollu li għalihom huwa importanti. Jekk tixtieq issir taf aktar fuqhom żur is-sit tagħhom www.jarsofclay.com.


F’idejkom għandkom l-ewwel ħarġa speċjali tal-magażin Xehda Għasel. U tassew li huwa xieraq li ġrajja bħal dik li ser naraw ftit xhur oħra tiġi ċċelebrata b’ħarġa speċjali. Fi ftit xhur oħra l-Papa Benedittu XVI se jiġbor eluf kbar ta’ żgħażagħ biex jgħidilhom li huma d-dawl tad-dinja, jew aħjar, li intom id-dawl taddinja. Iva, anke inti li qed taqra, inti d-dawl tad-dinja. Meta Ġesù tela’ s-sema ġabar madwaru lil dawk li l-aktar kien jafda, lid-dixxipli tiegħu, b’mod speċjali lit-tnax, u qalilhom li dak li kien beda hu issa kellhom ikompluh huma. U llum, elfejn sena wara, aħna lkoll għandna sehem minn dak li beda hu.

F’din il-Ħarġa: 2

Sajf ta’ taħt fuq Indri, Indri, Indri!

4

The Way 5 WYD2011 Madrid

B’dan il-ħsieb Ġwanni Pawlu II beda l-Jum Dinji taż-żgħażagħ, għax jekk Ġesù ħalla din il-missjoni tant importanti f’idejn ilKnisja, il-ħajja tal-Knisja huma ż-żgħażagħ. Għalhekk nissuġġerilkom li din is-sena ma titilfux din l-okkażjoni sabiħa. L-ewwelnett aqraw id-diversi artikli li l-kontributuri tagħna ppreparaw għalikom f’din il-ħarġa. Fittxu fuq l-internet, b’mod speċjali fis-sit uffiċjali www.madrid11.com u fl-aħħarnett titilfux l-attivitajiet prinċipali li se jidhru fuq it-TV f’Awwissu li ġej.

8

Is-Sagrada Familia 21

24 L-Avventuri   ta’ Corey u Rurk

F’isem it-tim kollu ta’ Xehda Għasel nixtiqilkom sajf mill-isbaħ u jekk Alla jrid nerġgħu niltaqgħu permezz tal-ħarġa ta’ Settembru, li fiha se nkomplu diversi mis-serje li bdejna kif ukoll nibdew xi wħud ġodda. Il-paċi magħkom ✖

Ewreka: Il-Ġilda

24

Bandalori 26 kollha lwien

Paġni ta’ Varjetà:

Produzzjoni Kummissjoni gHall-Formazzjoni tat-Tfal u l-MagHZulin taS-SoCjetA tad-Duttrina Nisranija - M.U.S.E.U.M.

Kontributuri

JOSEPH BONNICI ALAN BONELLO Robert Aloisio  Kurt Miceli George Cassar Reuben Ellul  Karol DeBono  Clifton Sammut Raymond Muscat Matthew Gruppetta Silvan Vella Lawrence Fenech AARON AQUILINA  FRANKLIN BALZAN Daniel Micallef Neil Aquilina Andrew Borg Tazia Hall Noel Vassallo Adrian Vella ROBERT MICALLEF REUBEN SAMMUT UFFICCJU Distribuzzjoni

ABBONAMENTI XEHDA GHASEL, DAR GENERALI TAS-SOCJETA TAD-DUTTRINA NISRANIJA, TRIQ SAN GORG PRECA, MARSA Grafika

www.designedbyal.com

Stampa

Veritas Press, Zabbar

Minn Hawn u minn hemm 14

15

Poster

12


y robert ALOISIO

Ibdel il-mod kif tħares lejn is-sajf

għix it-tliet xhur li ġejjin b’mod ġdid u iktar

Daqshekk il-vaganzi tas-soltu, fejn lanqas tkun taf x’se taqbad tagħmel biex timla l-ħin. Issajf 2011 se jkun sajf don’t forget me, sajf li ma tinsiehx! Itfa’ dawn l-affarijiet fil-baħar: l-għażż, is-sħana, u t-telqa li ġġiegħlek tintefa’ ġurnata sħiħa quddiem it-televixin u tilgħab bil-playstation. Għal darba, biddel il-mod kif taħsibha fuq is-sajf... ta’ taħt fuq! KURŻITÀ U FANTASIJA Minflok ma tistenna l-bajtra taqa’ f’ħalqek, oħroġ inti fittex, qisek esploratur żgħir. M’hemmx għalfejn tmur l-Amazon jew in-North Pole, biżżejjed tħares madwarek! U tiskopri “teżori” li forsi kienu ilhom taħt imnieħrek, u ma ndunajtx bihom. Ngħidu

2  LULJU/AWWISSU 2011

aħna: qatt erġajt irfist l-għatba tal-MUSEUM wara li għamilt il-Griżma? Taf kemm l-oqsma tal-MUSEUM imferrxin f’kull belt u raħal f’Malta jorganizzaw attivitajiet interessanti matul is-sajf? U mhux il-MUSEUM biss. Jeżistu diversi gruppi u għaqdiet oħra li joffru attivitajiet oħra għat-tfal u ż-żgħażagħ. Tajjeb wisq. Mela, wasal iżżmien li tmur tħabbat il-bieb: se tinfetaħ quddiemek dinja ta’ ħbieb u attività. Veru li d-dar tħossok tajjeb, tista’ tagħmel li trid (sa ċertu punt!), imma wara ftit se tibda tiddejjaq sigħat sħaħ waħdek: fi grupp tista’ tkun storja oħra, storja isbaħ. Tilagħbu flimkien, u verament flimkien mhux b’mod virtwali!

divertenti

Tmorru tgħumu flimkien. Tagħmlu xi barbikju flimkien. U ħafna attivitajiet oħra. F’dawn l-għaqdiet, barra dawn l-attivitajiet kollha, tista’ kuljum tisma’ kelma ta’ ġid u tiltaqa’ ma’ persuni li jgħinuk filformazzjoni umana u spiritwali tiegħek. L-istess kurżità tista’ tużaha, jekk għandek kumpanija ta’ ħbieb li tqatta’ ħafna millġurnata magħhom, biex tesperimenta attivitajiet ġodda (iżda mhux perikolużi), mhux biss tiġru bir-rota jew tilagħbu bil-kompjuter. Tista’ ma’ ħbiebek tipprova… tibni speċi ta’ kamp f’xi wied jew xagħri tar-raħal tagħkom... ara ma tweġġax jekk ħa tuża l-ġebel... tistgħu inkella tagħmlu xi nuffar


Kull ġurnata hija ċans biex niltaqa’ ma’ xi ħaġa ġdida

Kull sitwazzjoni għandha lat divertenti, kulma jonqos hu li nsibu

Kull ħabib veru jista’ jilqa’ ħabib ieħor

jew kif inhu magħruf scarecrow; torganizzaw treasure hunt li fiha jieħdu sehem ukoll il-ġenituri u qraba oħra tagħkom - forsi anke n-nanniet jekk għadhom jifilħu! Tistgħu tagħmlu kompetizzjoni tat-tisjir (dejjem bil-permess t’ommok!). Qed tara kemm tista’ tivvinta? Ħalli l-fantasija tiegħek timraħ, u elf okkażjoni tfeġġ quddiemek, biex tidħak, tiddeverti u anke biex titgħallem. Hija dejjem kwistjoni ta’ kurżità, dan huwa s-sigriet: il-Belt u l-Imdina hemm ħafna mużewijiet sbieħ u postijiet ta’ interess. Forsi anke fil-lokalità fejn toqgħod inti, hemm xi mużew sabiħ jew xi kappella antika li kuljum tgħaddi minn quddiemha imma qatt

ma waqaft. Dan is-sajf ara meta jiftħu: idħol, osserva u stagħġeb. Biex tara s-sajf ta’ taħt fuq trid tilbes nuċċali speċjali, li bih “tara” aħjar mit-3D taċċinema. B’dan il-mod jirnexxilek tistagħġeb, u tibda tara kollox bħala sorpriża sabiħa, ukoll jekk fil-bidu ma tantx kont entużjast! KOLLOX SORPRIŻA Jekk għall-vaganzi l-familja tiegħek tmorru villeġġjatura, u dejjem fl-istess post, no problem: taħseb li fl-istess post, barra l-istess ħbieb, u l-istess affarijiet m’intix se tiskopri nies u affarijiet ġodda? Hekk tkun tista’ twessa’ ċ-ċirku tal-ħbieb tiegħek, u tinduna kemm kull persuna taf tkun interessanti u divertenti.

Kull minuta hija rigal ta’ Alla għalija – niftakar iżjed fih u nirringrazzjah Kull persuna li niltaqa’ magħha għandha xi ħaġa x’tgħidli

F’dan is-sajf ta’ taħt fuq anke tmur mal-ġenituri tagħmlu x-xirja mis-supermarkit, jew taħslilhom il-karozza, jista’ jsir very original! Anke ħuk iż-żgħir li inti suppost tieħu ħsiebu, jista’ jsir playmate tajjeb tiegħek: basta ddaħħlu fl-attivitajiet tiegħek u ġġiegħlu jħossu importanti daqsek (ukoll jekk għad għandu tliet snin!). X’jonqos iżjed, biex ikollok sajf tal-ġenn minn issa sal-25 ta’ Settembru? Il-helmet għarrota, xi ktieb sabiħ, xi ħabib jew ħabiba speċjali, quddiesa u tqarbina jekk jista’ jkun kuljum, ftit flus fil-but (m’għandekx bżonn wisq biex verament tiddeverti!), ħafna fantasija, moħħ dejjem attent: għax kull okkażjoni anke ta’ minuta hija tajba biex tistagħġeb kemm il-ħajja hija sabiħa.

3


Time e n i h c a M

Żgur li lkoll kemm intom xi darba jew oħra smajtu l-għanja tant ħelwa li ġġib l-isem tiegħi – “ilBanda t’Indri”. Ħafna jgħidu din l-espressjoni meta jisimgħu lil xi ħadd idoqq mużika stunata. Iżda, fil-verità, il-banda tiegħi ma kinetx hekk! Qabel xejn, jiena Indri Borg, mużiċist u surmast tal-banda. Twelidt ġewwa l-Belt Valletta fl-1818. Ilu ftit mhux ħażin hux?! Meta għalaqt sentejn, kelli inċident sfortunat li ħallieni għama għall-bqija ta’ ħajti. Tistgħu taħsbu kemm inkwetaw ommi u missieri meta ġara dan. Però, jien qatt ma ħallejt din il-ħaġa taqtagħli qalbi għax, kif jgħidu, Alla jagħlaq bieb u jiftaħ mija! Iktar ma bdejt nikber, iktar bdejt niżviluppa l-kapaċità tas-smigħ. Meta kont immur il-knisja malġenituri tiegħi, kont nagħraf l-istrumenti kollha li kienu jindaqqu waqt il-quddies. Minn hemm bdejt nieħu interess speċjali fil-mużika. Il-ġenituri tiegħi bagħtuni nistudja l-mużika għand wieħed mill-aqwa surmastrijiet li kien hawn f’Malta f’dak iż-żmien – Maestro Rull. 4  LULJU/AWWISSU 2011

y karol DE BONO

Dan għallimni ndoqq il-flawt. Iktar tard tgħallimt ukoll indoqq il-klarinett, l-iktar strument li kelli għal qalbi. Ftit taż-żmien wara kont ktibt kitba bil-Malti, imsejħa ‘trattat’, dwar kif tinkiteb il-mużika u d-dettalji li wieħed irid joqgħod attent għalihom meta jagħmel dan. Mhux hekk biss, iżda ktibt ukoll diversi biċċiet ta’ mużika, fosthom marċi, innijiet u anki valzi. Nistħajjilkom tistaqsu, kif kien jirnexxilu jikteb la kien għama? Kont tgħallimt nikteb fuq biċċa njama, imsejħa pentagramm, li fuqha jkollha ħames linji mħaffrin. B’subgħajja, kont inħoss dawn il-linji, imbagħad kont nuża biċċiet taxxemgħa forma ta’ boċċa f’qisien differenti u bihom kont nimmarka n-noti. Wara, kont inqabbad lil xi ħadd jikkupjahom fuq karta. Ħafna jgħidu li din is-sistema li kont ivvintajt tixbah ħafna lillBraille li jintuża llum. Minbarra li kont nikteb il-mużika, ġieli għamilt xogħol ta’ tiswija fuq xi orgnijiet, fosthom dak tal-knisja ta’ San Pawl tal-Belt. Hawn, kont żarmajt il-kanen kollha li għandu (1037 b’kollox!) u, wara li għamilt it-tiswijiet li kien hemm bżonn, erġajt armajtu b’paċenzja kbira.

L-imħabba kbira li kelli lejn ilmużika kompliet tikber. Darba ġieni f’moħħi li nwaqqaf banda li tixbah lill-baned militari. Wara li tgħallimt l-istrumenti kollha tal-banda, ġbart sittaxil żagħżugħ u waqqaft l-ewwel banda f’Ħaż-Żebbuġ. Wara ftit bdejt ukoll banda oħra fir-Rabat. Dawn il-baned komplew jixterdu, u llum tista’ tgħid li kważi f’kull raħal insibu każin tal-banda jew tnejn! Kien ġara, iżda, li ftit taż-żmien wara li bdejt dawn ilbaned jien, feġġew xi mużiċisti ta’ kafkaf li kienu jdoqqu fuq il-laneċ u l-ferroviji. Dawn saru magħrufa bħala l-Banda t’Indri, meta fil-verità, ma kelli x’naqsam magħhom xejn! Iż-żmien tiegħi fuq din l-art intemm fl-1903 u llum ingawdi l-melodija tal-Ġenna, li hi bil-wisq isbaħ minn dik li ktibt jien! Qabel ma nħallikom, ngħaddilkom żewġ pariri. L-ewwel, nitlobkom tibdew tapprezzaw is-sbuħija tal-mużika, b’mod speċjali dik tal-imgħoddi, li fiha preġju kbir. Tiddejqu xejn titgħallmu xi strument sabiħ. Il-mużika żżewwaq il-ħajja tagħkom. U l-aħħar parir – taqtgħu qalbkom minn xejn u minn ħadd. Jien stajt qtajt qalbi għaliex ma kontx nara, u ma kontx nasal fejn wasalt. Ftakru li, kif jgħidu l-Ingliżi, “where there is a will, there is a way!” Awguri!


y ALAN bonello

You don’t choose a life, you live one Ftit xhur oħra, eluf kbar ta’ żgħażagħ se jħallu pajjiżhom biex jiltaqgħu fil-belt ta’ Barċellona għall-Jum Dinji tażŻgħażagħ. Għal din is-sena, il-Papa Benedittu XVI għażel lil Spanja bħala l-pajjiż li se jilqa’ dawn l-eluf ta’ żgħażagħ. Filqalba ta’ dan il-pajjiż modern insibu l-preżenza qawwija talKnisja. Barra l-katidrali millisbaħ u l-għana tal-arti, insibu tradizzjonijiet antiki li juru l-importanza tal-fidi għan-nies ta’ din l-art. Fost dawn insemmu

l-pellegrinaġġ antik fuq il-passi ta’ San Ġakbu – il-Camino ta’ Santiago. Fuq dan il-Camino, din is-sena ntwera film mill-isbaħ dwar missier li tilef lil ibnu u l-vjaġġ li għamel biex isir jafu. Mal-ewwel daqqa t’għajn, Tom Avery jidher li għandu kulma jista’ jixtieq – xogħol li jogħġbu, klijenti mill-aħjar, ħajja komda u ħin biex iqattgħu ma’ sħabu ġewwa l-Country Club jilagħbu l-Golf. Imma dan kollu jinbidel

waqt waħda minn dawn illogħbiet meta, f’ħin minnhom, jinstema’ r-ringtone tal-mobile tiegħu. X’ħin jaqbdu jisma’ aħbar li ma kienx qed jistenna. Fuq innaħa l-oħra tal-linja kien hemm kummissarju tal-pulizija li kien se jagħtih l-ikreh aħbar li seta’ jisma’. Ibnu, Daniel, kien miet waqt vjaġġ li kien qed jagħmel madwar id-dinja. Il-jiem ta’ wara għal Tom ma kinux qishom ta’ veru, kienu qishom ħolma stramba. Wara li pprepara kollox, qabad ajruplan lejn Franza biex hemm imur jiġbor il-ġisem ta’ ibnu mingħand l-awtoritajiet. Fuq it-tren li wasslu sar-raħal żgħir ta’ Jean Pied de Port f’moħħu kienu jidwu l-aħħar kelmiet li qal

5


lil ibnu. Ma kinux kelmiet sbieħ li jagħmlu kuraġġ lil xi ħadd li se jibda fażi ġdida ta’ ħajtu, imma kliem ta’ delużjoni. Daniel, wara snin twal jistudja, kien iddeċieda li jieqaf mid-dottorat tiegħu biex jivvjaġġa u jara b’għajnejh dawk l-affarijiet li kien ilu tant jaqra fuqhom. Missieru ma setax iniżżilha. Kien qed jaħli l-aħjar għaxar snin ta’ ħajtu. Issa li ibnu kien miet, Tom kien qed jinduna bl-iżball kbir tiegħu. Kif wasal Jean Pied de Port sab lill-kummissarju jistennieh u dan ħadu mill-ewwel fil-kamra mortwarja biex jidentifika l-kadavru ta’ ibnu u wara ħadu fl-uffiċċju biex jagħtih l-affarijiet 6  LULJU/AWWISSU 2011

li kienu sabu fuqu. X’ħin tah il-passaport u ra t-timbru tal-Camino, il-kummissarju spjegalu li ibnu Daniel kien beda pellegrinaġġ twil lejn Santiago. Il-kummissarju spjegalu li ħafna huma n-nies li jagħmlu dan il-vjaġġ, x’uħud bħala avventura, waqt li oħrajn bħala esperjenza spiritwali. Dak il-lejl kien twil ħafna għal Tom u ħafna kienu l-ħsibijiet li għaddew minn moħħu f’dik il-kamra ċkejkna tal-lukanda. Imma f’nofs ta’ lejl, Tom ġietu idea. Niżel mill-ewwel għand il-kummissarju u qallu li l-ġisem ta’ ibnu ma kienx se jieħdu lura miegħu fl-Istati


Uniti tal-Amerika imma ried jikkremah. L-għada, wara li kienu kkremaw il-kadavru u ġabru l-irmied tiegħu ġo kaxxa, Tom kien lest biex ikompli l-vjaġġ ta’ ibnu Daniel. Ma kellu l-ebda idea għaliex kien qed jagħmel ilpellegrinaġġ u lanqas kif. Kulma kien jaf kien li fil-qalba tiegħu kien iħoss li din kienet l-aħħar ħaġa li seta’ jagħmel għal ibnu. Matul it-triq Tom jiltaqa’ ma’ tliet karattri interessanti – Joost, Olandiż li qed jagħmel il-vjaġġ biex inaqqas ftit mill-piż, Sarah, mara Kanadiża li għall-ewwel tgħid li qed tagħmel il-vjaġġ biex taqta’ s-sigaretti imma mbagħad insiru nafu bil-ħajja diffiċli li kellha, u Jack, ġurnalist għallmagażin fuq il-vjaġġi li għaddej minn ‘writer’s block’. Għalkemm għall-ewwel Tom jibda jara kif jeħles minnhom, ftit ftit jibda jinduna li, għalkemm mimlijin difetti, kienu se jkunu huma l-ħbieb li se jgħinuh jegħleb ittbatija li kien għaddej minnha bil-mewt ta’ ibnu. Matul il-vjaġġ naraw lil Tom jinbidel u, jekk fil-bidu kien qed jara kif se jsib skuża biex jeħles minnhom, aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar jingħaqdu u jsiru grupp wieħed. Huma diversi l-inċidenti li jiġru matul il-vjaġġ. L-ewwel wieħed jiġri meta Tom ikun

għadu waħdu, u għalhekk kellu jaffrontah waħdu. Wara xi sigħat ta’ mixi, Tom kien qed jistrieħ fuq pont meta waqagħlu l-basket fix-xmara bl-irmied ta’ ibnu b’kollox. Għalkemm l-ilma kien kiesaħ u l-kurrent qawwi Tom ma waqafx iqis il-periklu. Dik il-kaxxa bl-irmied kienet wisq importanti għalih u għalhekk qabeż għaliha. Aktar tard, dak l-istess basket jinsteraq minn tifel ‘gypsy’. Din id-darba Tom ma kienx waħdu u allura naraw il-grupp kollu jagħmel il-parti tiegħu biex iġib lura l-basket. Madankollu ma jirnexxilhomx jilħqu lit-tifel. Imma providenzjalment missieru sema’ kemm kienet importanti dik il-kaxxa u ftit sigħat wara ħa lil ibnu biex jirritorna dak li kien seraq. Hawn l-esperjenza tinbidel għax il-missier jistedinhom għal festa li kienu se jagħmlu fil-kwartier tagħhom bħala rimedju għan-nuqqas ta’ ibnu. Darb’oħra l-grupp jasal f’raħal li l-hostel tagħha jkun vojt. Din ma kinitx soltu imma xorta waħda jiddeċiedu li joqogħdu hemm. Ma damux wisq ma ndunaw li sid il-hostel ma kienx kollox sew. Jack staqsieh għat-toilet u s-sid tah roll toilet paper u bagħtu filġnien. Wara ftit semgħu ħafna għajat u x’ħin telgħu sabu li s-sid

kien qed jitkellem waħdu. Malajr malajr qabdu ħwejjiġhom u ħarbu ‘l barra. Il-kumpanni tiegħu fil-vjaġġ ukoll għandhom il-problemi tagħhom. Joost qed jagħmel dan il-pellegrinaġġ mhux biss biex jonqos għalih imma fuq kollox għax martu kienet qed thedded li tħallih. Anqas Sarah ma kienet hemm biex teħles mis-sigaretti biss imma għax, snin qabel, iżżwieġ tagħha ma’ raġel vjolenti kien wassalha biex tagħmel abort u ma setgħetx taħfer lilha nnifisha. Fl-aħħarnett, Jack, il-ġurnalista li ma jieqaf qatt jitkellem u li jiddikjara li ma jemminx, kien qed ifittex esperjenza li tmisslu qalbu, esperjenza reali. Il-qalba ta’ dan il-film huma dawn l-esperjenzi li l-pellegrin isib matul it-triq. Ma jimpurtax l-iskop li wieħed jaqbad il-passi ta’ San Ġakbu. L-importanti hu li tkun miftuħ għal kulma din it-triq għandha x’toffri. Kultant hostel komdu u kultant wieħed inqas komdu. Kultant bnazzi u kultant maltemp. L-importanti mhux xi issib imma kif tieħu l-affarijiet li ssib matul it-triq u li tkun lest li meta tiltaqa’ ma’ pellegrini oħra taqsam magħhom il-mixja tiegħek. Fuq kollox il-pellegrinaġġ ta’ Santiago huwa xbiha ta’ pellegrinaġġ akbar – ilpellegrinaġġ ta’ ħajjitna.

7


y REUBEN ellul george CASSAR

Ħolma ta’ persuna saret realtà. Mhux biss seħħet imma baqgħet issir kull tliet snin ġewwa bliet kbar madwar id-dinja.

Kien nhar Ħadd il-Palm tal1985, fis-sena internazzjonali ddedikata liż-żgħażagħ, meta l-Papa Ġwanni Pawlu II esprima x-xewqa li gruppi ta’ żgħażagħ minn madwar id-dinja kollha, irrelevanti mirrazza u t-twemmin tagħhom, jifffurmaw pellegrinaġġ lejn belt prominenti. Minn dik issena ‘l hawn dan l-avveniment sar fuq bażi mondjali u dar 8  LULJU/AWWISSU 2011

kull parti tal-globu b’folol kbar ta’ żgħażagħ, xi drabi anki miljuni, jingħaqdu flimkien biex jesprimu l-fidi tagħhom. Hekk kif tliet snin ilu ntemmu ċ-ċelebrazzjonijiet f’Sydney, il-Papa Benedittu XVI ħabbar li l-Jum Dinji taż-Żgħażagħ ta’ tliet snin oħra, jiġifieri ta’ din is-sena, ħa jirritorna fl-Ewropa, preċiżament ġewwa Madrid fi

Spanja. Infatti huwa mistenni li matul ix-xahar ta’ Awwissu jkun hemm moviment mhux ħażin fi Spanja hekk kif xahar sħiħ ta’ attivitajiet se jilħqu l-qofol tagħhom bejn is-16 u l-21 ta’ Awwissu fejn se jsiru ċ-ċelebrazzjonijiet uffiċjali. Il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ – jew kif inhu magħruf aħjar bħala l-World Youth Day


L-Ori©ni tal-Jum Dinji taΩ-Ûg˙aΩag˙ Kollox beda fil-Ìublew tal-1983, eΩattament fil-15 ta’ April, lejlet Óadd il-Palm. Waqt dan il-Ìublew, fost il-˙afna attivitajiet g˙aΩ-Ωg˙aΩag˙ dakinhar ˙abat il-Ìublew Internazzjonali taΩ-Ûg˙aΩag˙ u g˙alih kien hemm 300,000 Ωag˙Ωug˙ u Ωag˙Ωug˙a f’isem iΩ-Ωg˙aΩag˙ tad-dinja kollha. L-ispirtu ta’ dak il-jum kien qawwi u ftit jiem wara l-Papa ta liΩ-Ωg˙aΩag˙ salib kbir tal-injam biex idur id-dinja u jkun sinjal ta’ tama u m˙abba. Fil-31 ta’ Marzu 1985 il-Papa re©a’ laqqa’ liΩΩg˙aΩag˙ fi Pjazza San Pietru u t-twe©iba g˙al darb’o˙ra kienet kbira – il-pjazza kienet mimlija bi 350,000 Ωag˙Ωug˙ u Ωag˙Ωug˙a. Il-Papa seta’ jara l-g˙atx kbir g˙al Alla li kellhom dawn iΩ-Ωg˙aΩag˙ u g˙alhekk ftit xhur wara waqqaf il-Jum Dinji taΩ-Ûg˙aΩag˙ – l-ewwel wa˙da f’Ruma stess fit-23 ta’ Mejju 1986.

(WYD) jiġi ċċelebrat kull sena fuq livell ta’ djoċesi waqt li jsir kull sentejn jew tlieta fuq livell internazzjonali f’pajjiżi differenti. Tul is-snin bdew diversi drawwiet marbutin ma’ dawn iċ-ċelebrazzjonijiet. Waħda minn dawn kienet li nies minn pajjiżi u kulturi differenti jpartu oġġetti marbutin kemm mar-reliġjon kif ukoll mal-istess kultura tagħhom ma’ nies oħra. Din id-drawwa tgħin biex temfasizza l-għaqda fid-diversità bejn nies differenti fi ħdan ilKnisja. Għall-WYD mhux l-insara biss huma mistiedna li jipparteċipaw imma ż-żgħażagħ kollha, anki dawk li mhumiex Kattoliċi. L-ewwel żewġ edizzjonijiet tal-WYD saru fil-Vatikan stess, imma mill-1987 dawn il-laqgħat bdew isiru f’pajjiżi oħra, anki ‘l barra mill-Ewropa. Kull edizzjoni tal-WYD ikollha tema partikolari marbuta magħha. It-tema magħżula għall-2011 kienet “Għeruqna u mibnija fi Kristu, imwettqin fil-fidi” (Kol 2, 7). Permezz ta’ din il-kwotazzjoni mill-ittra ta’ San Pawl, il-Papa jrid jagħmel emfasi fuq il-ħbiberija tagħna kemm ma’ Alla kif ukoll mal-membri l-oħra filKnisja. L-idea tas-siġra hija waħda li kien uża Ġesu’ stess fil-parabboli tiegħu. Bil-kliem ‘imwettqin fil-fidi’, il-Papa qed jistieden liż-żgħażagħ kollha biex jitilqu dak kollu li mhuwiex ta’ Kristu, għax la għandhom lilu ma jonqoshom xejn iżjed.

Minn dakinhar ’il quddiem il-Jum Dinji taΩ-Ûg˙aΩag˙ baqa’ jsir kull sena fiddjoçesijiet kollha tad-dinja f’Óadd il-Palm. Barra minn hekk, kull tliet snin, flok issir fil-pajjiΩi differenti ti©i organizzata wa˙da internazzjonali f’xi belt kbira. Din is-sena jmiss lil Madrid li torganizza l-Jum Dinji taΩ-Ûg˙aΩag˙ u eluf kbar ta‘ Ωg˙aΩag˙ ilhom jippreparaw ˙afna g˙al din l-attività.

9


1984

1985

it-tnejn saru ġewwa l-Vatikan u kien hemm 300, 000 ruħ

Minbarra t-tema, id-diska uffiċjali u drawwiet oħra, l-organizzaturi tal-edizzjoni tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ ta’ din is-sena għażlu wkoll lista ta’ qaddisin patruni għal din l-attività. Dawn ġew imħabbra fl-4 ta’ Mejju tal-2010 u jiġbru bejniethom l-istorja tal-Knisja Spanjola. Fosthom insibu lil San Isidore u Santa Maria – 10  LULJU/AWWISSU 2011

1987

1989

1991

1993

Buenos Aires Arġentina 1, 000, 000

Santiago de Compostela Spanja 400, 000

Czȩstochowa Polonja 1, 600, 000

Denver Stati Uniti tal-Amerika 500, 000

l-ewwel qaddisin Spanjoli, lil Santa Tereża u lil Sant’Injazju ta’ Loyola – fundaturi ta’ Ordnijiet reliġjużi – u lil San Rafel Arnaiz li ġie kkanonizzat reċentament. Wara l-attivitajiet li jsiru f’kull djoċesi fi Spanja u li fihom ikunu nvoluti b’mod attiv iżżgħażagħ, l-attivitajiet uffiċjali

jibdew fis-16 ta’ Awwissu fejn fit-8.00 ta’ filgħodu se ssir quddiesa ġo Cibeles Square f’Madrid. Il-quddiesa se tkun iċċelebrata mill-Arċisqof ta’ Madrid u kkonċelebrata minn isqfijiet oħra li se jipparteċipaw fil-WYD. Fil-ġranet ta’ wara se jkun hemm sessjonijiet ta’ katekiżmu għal dawk preżenti. Nhar it-18 ta’ Awwissu huwa


1995

1997

2000

2002

2005

2008

Manila Filippini 5, 000, 000

Pariġi Franza 1, 200, 000

Belt tal-Vatikan Ruma 2, 000, 000

Toronto Kanada 800, 000

Cologne Ġermanja 1, 200, 000

Sydney Awstralja 400, 000

mistenni li jasal il-Papa flajruport ta’ Barajas. Huwa jibqa’ sejjer Madrid u fis7.30 ta’ filgħaxija jmexxi ċelebrazzjoni f’Cibeles u jagħmel id-dawra tradizzjonali tiegħu bil-Popemobile. Il-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet jintlaħqu nhar il-Ħadd 21 ta’ Awwissu fejn il-Papa jmexxi quddiesa fi Cuarto Vientos li tibda fid-9.30

ta’ filgħodu. Huwa mistenni li wara din il-quddiesa jħabbar ilpost li jmissu jmexxi l-edizzjoni li jmiss tal-Jum Dinji tażŻgħażagħ.

www.madrid11.com

11


minn hawn y RAYMOND muscat

u minn hemm

Protezzjoni

Spazjali

In-naħa ta’ fuq tal-libsa spazjali hija msejħa Extravehicular Visor Assembly (EVA). l-għan tagħha hu li l-astronawta jkun jista’ jara sew madwaru filwaqt li tipproteġih minn xi daqqiet u mir-raġġi tax-xemx. Fiha wkoll saff ta’ karbon iebes (jixbah lid-djamant) biex ma tingirifx. Il-visor fiha żewġ partijiet. Il-parti ta’ ġewwa ma tittappanx u għandha wkoll saff ta’ plastik li, għalkemm trasparenti, jirrifletti s-sħana lura lejn il-ġisem talastronawta. Il-parti ta’ barra hija miksija b’saff irqiq ta’ deheb li jirrifletti r-raġġi qawwija tax-xemx. L-atmosfera tad-dinja tipproteġina mix-xemx iżda fl-ispazju r-raġġi tax-xemx jistgħu jagħmlu ħafna ħsara lill-għajnejn. Tant hu skur dan is-saff li l-parti ta’ barra tal- visor ma tintużax meta l-astronawta jkun qiegħed fid-dell.

L-Aktar Annimal Perikoluż L-apparenza tista’ tqarraq bina meta nfittxu l-aktar annimal perikoluż. Annimali żgħar bħal żrinġijiet, sriep u bram kapaċi jkollhom velenu biżżejjed biex joqtlu diversi bnedmin. U l-ippopotamu, għalkemm naħsbuh qisu teddy bear, hu annimal feroċi li żgur li ma tridx xi wieħed jiġri warajk. Imma l-aktar annimal li joqtol nies fid-dinja hu n-nemusa! Iva, in-nemusa, li bilkemm taraha, iġġorr ilmard u skont il-World Health Organisation imutu aktar minn miljun ruħ fis-sena minħabba fiha. L-aktar marda qerrieda li ġġorr in-nemusa hi l-malarja – din ilmarda hi mifruxa l-aktar fl-Afrika minħabba n-nuqqas ta’ ilma nadif u kura medika. 12  LULJU/AWWISSU 2011

y lawrence FENECH


Blender

y CLIFTON sammut

Kemm jogħġbuni l-cartoons!! Xi kultant nibda nimmaġina li nista’ noħloq jien stess dawn il-karattri animati. Hawnhekk huwa fejn jista’ jgħinek il-programm b’xejn bl-isem Blender. Minbarra l-ammont kbir ta’ affarijiet li tista’ toħloq, fis-sit issib ukoll istruzzjonijiet biex jgħinuk tagħmel dak li jkollok f’moħħok. Allura jekk inti bħali tixtieq li din ilkreattività tiegħek tagħmilha realtà b’mod li tkun tista’ taqsamha maloħrajn, ibda esperimenta u tella’ l-films tiegħek fuq l-internet!

www.blender.org

Mużika

Għalkemm forsi ftit huma dawk li jagħtu kas, ħafna drabi tkun il-mużika li tinfluwenza l-emozzjonijiet waqt xi film jew dramm. Biex inkomplu malanimazzjoni qed nissuġġerixxu żewġ programmi oħra b’xejn biex wieħed jirranġa l-mużika. Għalkemm ħafna forsi ġieli semgħu bil-programm tal-Adobe, Auditon, l-Audacity huwa programm simili biex tirranġa u ttejjeb il-kwalità tal-audio tiegħek. Hemm ukoll Ardour li għandu xi faċilitajiet differenti b’interface iktar modern iżda jintuża biss fuq sistemi ta’ Linux jew Mac. L-għażla f’idejk!

http://audacity.sourceforge.net http://ardour.org

karozza ttir

Le, din mhix f’ xi storja ta’ Harry Potter imma fir-realtà! Kumpanija Amerikana qed tiżviluppa karozza li meta tagħfsilha buttuna tarma par ġwienaħ u tixgħel skrun fuq wara u tkun tista’ ttir bħal ajruplan. It-Terrafugia Transition kapaċi ttir xi 787 kilometru – qisu minn Malta sa Ruma – imbagħad, meta tillandja, titwi l-ġwienaħ u tista’ ssuqha bħal karozza normali!




minn hawn u minn hemm Tûranor Planetsolar

X’inhu dan l-isem stramb? Hu l-isem ta’ yacht li taħdem biss bl-enerġija tax-xemx u li qed tintuża għall-ewwel vjaġġ tagħha madwar id-dinja. Planetsolar hi yacht twila xi 31 metru u hi miksija b’500 metru kwadru ta’ solar panels li bihom tħaddem ilmuturi li jmexxuha. F’Settembru tas-sena 2010 bdiet il-vjaġġ tagħha biex iddur dawra sħiħa madwar id-dinja u qed tieqaf f’diversi portijiet biex tħeġġeġ għall-użu ta’ teknoloġiji ġodda li jħarsu l-ambjent. Jekk tidħol fis-sajt www.planetsolar.org issib ħafna informazzjoni dwarha, fosthom anke minn fejn għaddiet ġurnata b’ġurnata. Tgħid tieqaf xi ftit Malta?

y silvan VELLA

Il-ktieb preferit tiegħu huwa l-Bibbja, li huwa wkoll parti mill-qari tiegħu ta’ kuljum. Kull suċċess, kull gowl, kull pass, kull ferħa jattribwiha lil Ġesù u lil Alla. F’kull intervista jirringrazzja lil Alla tat-talent li tah. Dan huwa Edison Roberto Cavani, il-plejer Urugwajan ta’ SSC Napoli f’dan l-ewwel staġun tiegħu mindu ngħaqad magħhom mingħand Palermo.

TUG OF WAR

Dakinhar tal-preżentazzjoni tiegħu ġewwa Napoli, f’konferenza stampa quddiem ħafna ġurnalisti ta’ medja differenti, iddikjara “Is-suċċess tiegħi huwa dovut lil Alla. Wasalt sa hawn bis-saħħa ta’ Alla. U Alla jgħinni f’din l-isfida l-ġdida.” Il-matador (hekk kif inhu msejjaħ ġewwa Napoli) sar popolari u huwa meqjus wieħed mill-attakkanti prolifiċi wara t-tliet gowls li skorja kontra Juventus ġewwa s-San Paolo ta’ Napoli f’Jannar li għadda.

16  LULJU/AWWISSU 2011

Il-kelma ‘tug’ oriġinat millkelma qadima Skandinava ‘toga’ li tfisser ‘iġbed’ filwaqt li ‘war’ ġejja millingwa antika Ġermaniza ‘werra’ li tfisser ġlied. F’dan l-isport ir-regola ġenerali hija sempliċi: tim jiġbed lill-ieħor distanza miftehma minn qabel. Ikun hemm bżonn uffiċjal jara li r-regoli jiġu mħarsa,

fosthom : it-tul tal-ħabel, id-distanza li tim irid jiġbed lill-ieħor, innumru ta’ parteċipanti ma jkunx aktar minn tmienja, li l-atleti ma jilbsux xi tip ta’ ingwanti jew protezzjoni li jgħattu l-pala tal-id, li l-ebda parteċipant ma jista’ joqgħod jitkaxkar jew bilqiegħda mal-art.

Għalkemm din id-dixxiplina kienet tagħmel parti middixxiplini Olimpiċi, fl-1920 il-kumitat iddeċieda li jnaqqas xi dixxiplini, fosthom it-Tug of War. Madanakollu din id-dixxiplina ma spiċċatx. Anzi ftit żmien wara ġiet imwaqqfa l-Federazzjoni tatTug of War (TWIF) li tiġbor 59 pajjiż fosthom Malta.



KUN AMBAXXATUR

KUN AMBAXXATUR

TAL-MAGAŻIN FAVORIT TIEGĦEK

TAL-MAGAŻIN FAVORIT TIEGĦEK

ISEM

ISEM

INDIRIZZ

INDIRIZZ

ABBONAMENT BL-IDEJN (€9) Jinġabar mill-iskola jew mill-MUSEUM

ABBONAMENT BIL-POSTA (€11) Tirċevih id-dar skont l-indirizz msemmi hawn fuq

ABBONAMENT BL-IDEJN (€9) Jinġabar mill-iskola jew mill-MUSEUM

ABBONAMENT BIL-POSTA (€11) Tirċevih id-dar skont l-indirizz msemmi hawn fuq

MIN ĦAJJREK TABBONA?

ISEM

ISEM

LOKALITÀ

LOKALITÀ

Idħol fiċ-ċans li tirbaħ l-aħħar album tal-Jars of Clay billi xxerred il-kelma dwar il-magażin Xehda Għasel. Kulma trid tagħmel huwa li tqassam dawn l-erba’ flyers lil sħabek li mhumiex abbonati u kull darba li xi ħadd minnhom jabbona ismek, flimkien mal-isem tal-abbonat il-ġdid, jidħol fil-lotterija. Jekk taħseb li erba’ flyers mhux biżżejjed ibagħtilna email fuq xehda@sdcmuseum.org u nibagħtulek kopja ta’ din il-paġna. Kun ambaxxatur tal-magażin favorit tiegħek :)

Idħol fiċ-ċans li tirbaħ l-aħħar album tal-Jars of Clay billi xxerred il-kelma dwar il-magażin Xehda Għasel. Kulma trid tagħmel huwa li tqassam dawn l-erba’ flyers lil sħabek li mhumiex abbonati u kull darba li xi ħadd minnhom jabbona ismek, flimkien mal-isem tal-abbonat il-ġdid, jidħol fil-lotterija. Jekk taħseb li erba’ flyers mhux biżżejjed ibagħtilna email fuq xehda@sdcmuseum.org u nibagħtulek kopja ta’ din il-paġna. Kun ambaxxatur tal-magażin favorit tiegħek :)

KUN AMBAXXATUR

KUN AMBAXXATUR

TAL-MAGAŻIN FAVORIT TIEGĦEK

TAL-MAGAŻIN FAVORIT TIEGĦEK

ISEM

ISEM

INDIRIZZ

INDIRIZZ

ABBONAMENT BL-IDEJN (€9) Jinġabar mill-iskola jew mill-MUSEUM

AQTA’ HAWN

MIN ĦAJJREK TABBONA?

ABBONAMENT BIL-POSTA (€11) Tirċevih id-dar skont l-indirizz msemmi hawn fuq

ABBONAMENT BL-IDEJN (€9) Jinġabar mill-iskola jew mill-MUSEUM

ABBONAMENT BIL-POSTA (€11) Tirċevih id-dar skont l-indirizz msemmi hawn fuq

MIN ĦAJJREK TABBONA?

MIN ĦAJJREK TABBONA?

ISEM

ISEM

LOKALITÀ

LOKALITÀ

Idħol fiċ-ċans li tirbaħ l-aħħar album tal-Jars of Clay billi xxerred il-kelma dwar il-magażin Xehda Għasel. Kulma trid tagħmel huwa li tqassam dawn l-erba’ flyers lil sħabek li mhumiex abbonati u kull darba li xi ħadd minnhom jabbona ismek, flimkien mal-isem tal-abbonat il-ġdid, jidħol fil-lotterija. Jekk taħseb li erba’ flyers mhux biżżejjed ibagħtilna email fuq xehda@sdcmuseum.org u nibagħtulek kopja ta’ din il-paġna. Kun ambaxxatur tal-magażin favorit tiegħek :)

Idħol fiċ-ċans li tirbaħ l-aħħar album tal-Jars of Clay billi xxerred il-kelma dwar il-magażin Xehda Għasel. Kulma trid tagħmel huwa li tqassam dawn l-erba’ flyers lil sħabek li mhumiex abbonati u kull darba li xi ħadd minnhom jabbona ismek, flimkien mal-isem tal-abbonat il-ġdid, jidħol fil-lotterija. Jekk taħseb li erba’ flyers mhux biżżejjed ibagħtilna email fuq xehda@sdcmuseum.org u nibagħtulek kopja ta’ din il-paġna. Kun ambaxxatur tal-magażin favorit tiegħek :)

y MATTHEW gruppetta


almanakk

y kurt MICELI

Il-każ kważi kollu tal-aħwa

De Molizz Jekk issa li spiċċajtu l-iskola għadkom ma ddeċidejtux fejn ser tqattgħu l-vaganzi, ippermettuli li nintroduċikom għall-belt ta’ Frulli Frilli. Immaġinaw ftit sema bla sħab, xemx titbissem mingħajr ma tħammrek u baħar ċar u kalm. Ġonna mżewqa bil-fjuri u karozzi ftit li xejn ... xi trid iktar!? Iżda, minbarra s-sbuħija talpost, din il-belt għandha xi ħaġa oħra speċjali. Fil-fatt in-nies jirnexxilhom jgħixu flimkien f’armonija totali mingħajr tgergir! Saħansitra t-tfal iqumu kmieni biex jieħdu kolazzjon sustanzjuż u jaslu l-iskola fil-ħin bil-homework komplut. U bir-raġun meta tara l-ambjent tal-iskola. Dan għaliex l-iskejjel għadhom ġodda fjamanti, bil-klassijiet pupilla u l-imwejjed bla ebda girfa, chewing gum jew sadid. U mhux talli huma l-isbaħ imma talli anki l-għalliema huma intelliġenti u qalbhom tajba. Surmast antipatiku jew Madam kattiva ma jeżistux! Fi ftit kliem, kulħadd jieħu gost jitgħallem! Kif jista’ jkun?! Insomma forsi mhux kulħadd kulħadd. Għax minbarra t-tewmin, Mandy u Wendy, li ma jieħdu gost b’xejn ħlief li jiktbu t-taqbiliet, hemm biss l-aħwa De Molizz li jobogħdu l-iskola. Dawn tal-aħħar kienu ħadu f’idejhom il-FATRAS; Fondazzjoni Annetto għatTwaqqigħ u r-Renovar tal-Ambjent Skolastiku - ma nafx jekk tagħmilx parti mill-FTS - u minn dakinhar ‘il quddiem il-ħajja fil-belt ta’ Frulli Frilli nbidlet ta’ taħt fuq! U x’ġara? Issa dak aqrawh intom! Biss, tajjeb tkunu tafu li fil-ktieb issibu l-applikazzjoni tal-FATRAS biex tiġi rranġata l-iskola tagħkom. Mela tħallux għall-aħħar biex tapplikaw!

lulju Fis-7 ta’ Lulju 1881, flItalja kien ippublikat il-ktieb L-Avventuri ta’ Pinokkju ta’ Carlo Collodi, wara li kien ħareġ f’sensiela fuq ġurnal tat-tfal.

Bejn id-29 ta’ Lulju u s-7 t’Awwissu, flIsvezja, se jsir it-22 Jamboree Mondjali tal-Iskawts, li fih jiltaqgħu mijiet ta’ eluf ta’ skawts bejn l-14 u s-17-il sena mid-dinja kollha.

Fil-11 ta’ Lulju 1921, il-Mongolia ħadet l-indipendenza miċ-Ċina.

Il-Kmandamenti It-Turist Il-katekist kien qiegħed jispjega l-kmandamenti. “Għiduli, tfal, liema kmandament jitkellem dwar kif inġibu ruħna mal-ġenituri?” “ Weġġah lil missierek u lil ommok.” “ Bravi! Hemm xi wieħed li jitkellem dwar kif inġibu ruħna ma’ ħutna?” “ Iva! La toqtolx!”

awwissu

Turist kien qed iżur monasteru antik imwarrab fil-muntanji. Parti mit-tour kienet tieħu fejn kienu jgħixu xi eremiti ġewwa għerien fil-quċċata ta’ rdum. It-turist tela’ ma’ patri ieħor ġo qoffa kbira u bdew itellgħuhom l-eremiti permezz ta’ ħabel. Ir-raġel twerwer hu u tiela’ ma’ dak il-preċipizzju u iktar beża’ meta ra l-ħabel imżarrad li kien qed itellagħhom! “Meta tibdluh il-ħabel?” staqsa t-turist lill-patri. “Kull darba li jinqata’!”

Fl-4 t’Awwissu 1961 twieled Barack Obama, il-President attwali tal-Istati Uniti, ġewwa Honolulu fil-Hawaii. Huwa l-ewwel President Amerikan ta’ ġilda skura.

Fit-13 t’Awwissu 1961 il-Ġermanja tal-Lvant infirdet minn dik tal-Punent permezz tal-Ħajt ta’ Berlin. Il-Punent waqa’ taħt in-NATO u l-Lvant taħt il-Blokk Sovjetiku. Dan il-ħajt, li kien jaqsam ukoll il-belt ta’ Berlin, twaqqa’ fid-9 ta’ Novembru tal-1989.

Bejn l-10 t’Awwissu u l-14 t’Awwissu, is-smewwiet joffrulna spettaklu magħruf bħala d-Dmugħ ta’ San Lawrenz, jew aħjar, kwiekeb ġerrejja kkawżati mill-mogħdija tal-Kometa SwiftTuttle.

19


minn hawn u minn hemm

TERMINATOR L-id tal-metall li ħalla warajh Terminator resqet lejn ir-realtà. Riċerkaturi Ġermaniżi bnew id robotika li tixbah l-id tal-bniedem anke fil-movimenti tagħha. Biex jaraw kemm hi b’saħħitha, waqt li kienet qed taħdem tawha daqqiet b’martell u b’ħadida. Tista’ wkoll tkun varjata s-saħħa fis-swaba’ biex l-id tkun tista’ taqbad kemm affarijiet tqal kif ukoll oġġetti fraġli.

www.dvice.com/archives/2011/01/terminator-robo.php

Operation Pedestal

L-istaġun tal-festi jinsab magħna. Imma fost y matthew GRUPPETTA l-għexieren ta’ festi li niċċelebraw żgur li l-festa l-aktar popolari hija l-festa hekk speċjali? Disgħa u sittin tat-Tlugħ is-Sema ta’ Marija, sena ilu, Malta kienet fl-eqqel magħrufa fostna bħala l-festa tat-tieni Gwerra Dinjija. Il-pajjiż ta’ Santa Marija. Biżżejjed kien ilu għal xhur nieqes millngħidu li din il-festa tiġi proviżjonijiet meħtieġa fosthom ċċelebrata f’disa’ parroċċi ikel u fuel. Malta kien fadlilha f’Malta u tnejn f’Għawdex. ftit ġranet biss qabel iċċedi. Tmien parroċċi (Ħ’Attard, Birkirkara, il-Gudja, Ħal Kien fil-bidu t’Awwissu talGħaxaq, il-Mosta, l-Imqabba, 1942 li mill-Ingilterra telqu il-Qrendi u Victoria-Għawdex) numru kbir ta’ vapuri b’ħafna jiċċelebraw din il-festa filproviżjonijiet għal pajjiżna ġurnata propja: nhar il-15 f’operazzjoni msejħa ‘Pedestal’. t’Awwissu, waqt li tlieta Fost dawn il-vapuri (li flimkien oħra (Ħad-Dingli, l-Imġarr jissejħu ‘konvoj’) kien hemm u ż-Żebbuġ-Għawdex) erbatax–il vapur tal-merkanzija jiċċelebrawha l-Ħadd ta’ wara. mimlijin fuel u ikel tant meħtieġa għal pajjiżna, erba’ Imma għaliex hija tant ‘aircraft carriers’ u numru importanti din il-festa għalina ieħor ta’ vapuri tal-gwerra. l-Maltin? X’jagħmel din il-festa Fi triqithom lejn Malta sabu 20  LULJU/AWWISSU 2011

reżistenza kbira tant li numru minnhom ġew mgħarrqin f’nofs ta’ baħar. Il-Madonna riedet li nhar il-festa tagħha, ħamsa minn dawk il-vapuri talmerkanzija jaslu f’pajjiżna. Fost dawn kien hemm it-tanker ‘Ohio’ bi provista kbira ta’ fuel. Kien eżattament fid-disgħa u nofs ta’ filgħodu tal-ħmistax t’Awwissu li t-tanker ‘Ohio’ irnexxielu jasal fil-port b’miraklu. Il-Maltin, li f’dan iż-żmien ma waqfux jitolbu lil Marija għall-għajnuna, laqqmu dan il-konvoj bħala l-‘Konvoj ta’ Santa Marija’ għax kienu ċerti li kienet Marija li wasslitu f’pajjiżna.


y adrian VELLA NOEL vassallo

Fis-7 ta’ Novembru 2010, waqt iż-żjara tiegħu fi Spanja, ilPapa Benedittu XVI ikkonsagra, u pproklama bażilika minuri, il-knisja tas-Sagrada Familia, f’Barċellona, xogħol tal-arkitett Antoní Gaudí. Ix-xogħol tal-bini ta’ din il-bażilika għadu mhux lest; hu mistenni li jintemm fissena 2026, iċ-ċentinarju millmewt tiegħu. Ix-xogħol fuq il-knisja beda f’Marzu tal-1882, taħt l-arkitett Francisco de Paula del Villar fuq l-istil neo-Gotiku. F’Marzu tas-sena ta’ wara, huwa warrab mill-proġett, u hawnhekk Gaudí assuma r-responsabbiltà, ħaġa li wettaq b’dedikazzjoni kbira sa mewtu. L-aħħar xhur ta’ ħajtu, Gaudí kien jorqod maġenb il-ħanut tax-xogħol tiegħu. Gaudí bidel il-pjanti tal-knisja b’mod radikali. F’dan ix-xogħol, l-arkitett iwaħħad l-istili neo-Gotiku u Art Nouveau (New Art), flimkien ma’ elementi mil-Lvant. Ta’ min igħid li huwa ma qagħadx biss fuq il-pjanti u d-disinni imma ħoloq ukoll mudelli. Sfortunatament fi żmien il-Gwerra Ċivili ta’ Spanja (1936-1939), il-pjanti u d-disinni oriġinali, flimkien ma’ xi mudelli, ġew meqruda. Dan barra li anke partijiet mill-knisja ġarrbu ħsarat mill-anarkisti Katalani.

Il-faċċata tan-Natività Din il-faċċata, waħda mit-tnejn tal-ġnub, hi l-ewwel waħda li nbniet u l-unika waħda li Gaudí laħaq lesta f’ħajtu. Din il-faċċata tħares fuq in-naħa tal-Lvant, iddirezzjoni li minnha titla’ x-xemx. Hija msejħa tan-Natività għax turi t-twelid u t-tfulija ta’ Kristu. Jiddominaw fuq din il-faċċata, erba’ kampnari, iddedikati lil San Barnaba, lil San Xmun, lil San Ġuda u lil San Mattija. Il-faċċata tal-Glorja Meta tkun lesta, din se tkun il-faċċata prinċipali tal-bażilika. Din il-faċċata hija ddedikata għall-Glorja ta’ Ġesù, u se tkun turi t-triq lejn Alla, jiġifieri l-mewt, il-ġudizzju u l-glorja. Taraġ kbir se jkun qed iwassal għall-portiku, u hekk se jkun qed jinħoloq passaġġ taħt l-art li ser jirrappreżenta l-infern u l-vizzji. F’din il-faċċata, il-

purgatorju se jkun rappreżentat ukoll. Il-faċċata tal-Glorja tħares fuq in-nofsinhar, f’liema direzzjoni x-xemx taħkem għal parti sostanzjali mill-ġurnata. Jiddominaw fuq din il-faċċata se jkun hemm erba’ kampnari oħra – ta’ Sant’ Andrija, ta’ San Pietru, ta’ San Pawl u ta’ San Ġakbu l-Kbir. Il-faċċata tat-Tbatija Tirrappreżenta l-passjoni ta’ Kristu u tħares fuq in-naħa talpunent, id-direzzjoni li minnha tinżel ix-xemx. Jiddominaw din il-faċċata huma t-torrijiet

21


Xi tfisser? Neo-Gotiku: Stil artistiku li beda fis-seklu dsatax. F’dan l-istil reġgħu tqajmu forom li kienu jintużaw filGotiku, bħal arkati ppuntati u soqfa bil-ħnejjiet. Art Nouveau: Stil ta’ arti dekorattiva, arkitettura u disinn mibni fuq linji u kurvaturi meħuda minn forom naturali. Kien popolari fi tmiem id-dsatax-il seklu u fil-bidu tas-seklu għoxrin. Navi: Il-partijiet fil-knisja jew katidral fejn joqogħdu n-nies. Freġju: faxx ta’ skultura jew dekorazzjoni madwar il-quċċata ta’ ħajt jew bini Kjostru: Passaġġ mgħotti f’kunvent jew knisja li jkollu ħajt fuq naħa minnhom u sensiela ta’ kolonni li jagħtu għal fuq ġnien jew bitħa fuq in-naħa l-oħra.

iddedikati lil San Ġakbu ż-Żgħir, lil San Bartilmew, lil San Tumas u lil San Filippu. Kull waħda minn dawn it-tliet faċċati għandha tliet entraturi, li jissimbolizzaw il-virtujiet teologali – il-fidi, it-tama u l-imħabba. Barra dawn it-tnax-il torri li semmejna, se jkun hemm grupp ta’ sitta oħra. Erbgħa minnhom huma ddedikati lill-evanġelisti San Mattew, San Mark, San Luqa u San Ġwann. Fil-quċċata tagħhom se jkun hemm issimboli tagħhom, jiġifieri l-anġlu, l-iljun, il-barri u l-ajkla rispettivament. It-tnejn l-oħra se jkunu ddedikati lill- Madonna,

22  LULJU/AWWISSU 2011

b’kuruna li tirrapreżentaha fuq ilquċċata; u l-ieħor lil Ġesu, b’salib għoli 15-il metru fuq il-quċċata. Meta t-tmintax-il torri jkunu lesti, din il-knisja ssir l-ogħla waħda fid-dinja. Il-knisja tas-Sagrada Familia għandha l-għamla ta’ salib Latin. Il-korsija hi maqsuma f’ħames navi – dik prinċipali tan-nofs u tnejn f’kull ġenb; filwaqt li t-traversa, il-passaġġ li jgħaqqad il-faċċati tal-ġnub, hi maqsuma fi tlieta. Ġewwa l-knisja tħossok tinsab f’xi foresta; bil-kolonni fl-għamla ta’ siġar, biz-zokk prinċipali, bil-friegħi u bil-weraq. B’din l-għamla ta’ kolonnar u anke bit-tip ta’ arkata li ħoloq, Gaudí rnexxielu jmur pass iktar mill-Gotiku. Hu seta’ jevita ċerti limitazzjonijiet li dan l-istil kien joffri, fir-rigward ta’ piż u ċerti elementi meħtieġa biex joffru stabbilità.

Ta’ min wieħed jgħid li Antoní Gaudí kien influwenzat milloġġetti naturali u għalhekk, kemm fl-arkitettura u kemm fid-dekorazzjoni ta’ din l-istess knisja, naraw diversi pjanti u annimali rappreżentati – bħal xi fekruna bħala bażi ta’ kolonna. Hu kien jinnota fl-oġġetti naturali l-għamliet ġeometriċi u dettalji oħra. Arah jagħmillek xi taraġ għat-tond li jfakkrek f’bebbuxu tal-art. Arah jinnota dawk iz-zkuk irqaq ikarkru mal-art, li diversi pjanti jkollhom, u jimmaġinahom disinni dekorattivi fuq xi freġju. Anki minn sempliċi organiżmu tal-baħar, Gaudí tnebbaħ biex idaħħal xi elementi fit-twieqi talkjostru. Kristu l-Alfa u l-Omega, il-Bidu u t-Tmiem. Dan hu wieħed missimboli ta’ Kristu li hemm f’din il-knisja. Il-knisja tas-Sagrada Familia hi tempju xieraq għal Dak li aħna nqimu, Dak li għallappostli kien kollox f’ħajjithom, Dak li l-evanġelisti kitbu dwaru, Dak li fih, kollox, anke n-natura, isib il-qofol tiegħu.


Kont taf li…

Il-Bażilika tas-Sagra Familja bdiet tinbena fl1882 u x-xogħol fuqha għadu għaddej sal-lum. Hu maħsub li x-xogħol jintemm fl-2026. Antoní Gaudí ddedika aktar minn 40 sena minn ħajtu jaħdem fuq dan il-proġett. Meta l-bini tal-bażilika jitlesta se jkun fih 18-il torri u l-ikbar wieħed minnhom se jkun twil 95 metru u wiesa’ 60 metru. Fid-19 ta’ April 2011, it-turisti u l-ħaddiema kellhom jiġu evakwati wara li raġel daħal fissagristija u qabbad in-nar. Il-kittieb Ingliż George Orwell, kontra l-idea ta’ ħafna nies, iddeskriva lil din il-knisja bħala waħda mill-ikreh binjiet fid-dinja. Il-bażilika se jkollha tliet faċċati: il-faċċata tan-Natività, il-faċċata tal-Passjoni u l-faċċata tal-Glorja. Flimkien ma’ sitt binjiet oħra ta’ Gaudi f’Barċellona, il-Bażilika tas-Sagra Familja hi fil-lista tal-Wirt Dinji tal-UNESCO. Fis-7 ta’ Novembru 2010, il-Papa Benedittu XVI ikkonsagra din il-bażilika quddiem 6,500 ruħ li kienu preżenti fil-knisja. Il-Papa Benedittu XVI mistenni jerġa’ jżur din il-bażilika f’Awwissu 2011 waqt il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.

Antoní Gaudí Sens qawwi ta’ kreattività b’disinji ġeometriċi elaborati ispirati min-natura jikkaratterizzaw ix-xogħlijiet talarkitett Spanjol Antoní Gaudí. Bla dubju ta’ xejn jibqa’ magħruf l-aktar bħala arkitett iżda huwa ddisinja wkoll għamara u oġġetti dekorattivi. Ħadem ukoll fuq bosta proġetti ta’ tisbiħ f’postijiet pubbliċi. Iżda min kien tassew dan il-ġenju artistiku? Gaudí twieled f’Baix Camp, raħal fil-kampanja Katalana, fil25 ta’ Ġunju 1852 u kien mgħammed l-għada fil-knisja ta’ San Pietru f’Reus. Sa minn mindu kien żgħir kien ibati birrewmatiżmu. Għal din ir-raġuni ma tantx kien jilgħab ma’ sħabu billi kien ikollu uġigħ kbir f’saqajh. Xi drabi l-uġigħ kien ikun tant kbir li kienu jġorruh minn post għal ieħor permezz ta’ ħmara. Minħabba din il-marda, Gaudí spiss kien ifalli l-iskola. Meta ma kienx imur l-iskola kien jgħaddi l-ħin josserva l-annimali, il-pjanti u l-ġebel. Huwa baqa’ jbati b’din il-marda ħajtu kollha u t-tobba kienu qalulu biex jiekol ħafna ħaxix u kultant jagħmel xi mixja żgħira. Sa minn mindu kien għadu żgħir, Gaudí kien juri ħila kbira fit-tpinġija u kien ukoll iġib marki tajbin ħafna f’diversi suġġetti. Huwa kellu fih sens reliġjuż qawwi, tant li spiss kien isib xi post għall-kwiet biex joqgħod jitlob. Hu stess kien qal li ġieli kien joqgħod jaħseb fuq il-pjan tas-salvazzjoni u kien jibqa’ msaħħar fuq il-kobor ta’ Alla li sar bniedem. Meta kellu madwar sittax-il sena, mar Barċellona biex jistudja l-arkitettura fl-Università. Fl-1878 Gaudí ingħata t-titlu ta’ arkitett mir-rettur tal-Università. Gaudí kienu influwenzat minn bosta fatturi. Huwa kien jaqra kotba medjevali dwar l-arti gotika. Kien ukoll jaffaxxina ruħu minn strutturi tal-orjent u kellu wkoll sens ta’ osservazzjoni lejn l-elementi tan-natura. Dawn l-elementi kollha ħallew influwenza qawwija fuq ixxogħlijiet ta’ Antoní Gaudí. Huwa ħadem fuq bosta proġetti kbar iżda baqa’ magħruf l-aktar għad-disinn tal-Bażilika tas-Sagra Familja f’Barċellona. F’dan il-kapolavur Gaudí wera bl-aħjar mod il-ħiliet artistiċi tiegħu. Permezz ta’ ħafna simboliżmu huwa ried jesprimi l-fidi kattolika fl-arkitettura tiegħu. Meta wieħed iżur din il-knisja żgur li jibqa’ mmeraviljat bilkobor, bil-ġmiel u fuq kollox bl-oriġinalità ta’ dan il-bini. Gaudí miet fl-10 Ġunju 1926, fl-età ta’ tlieta u sebgħin sena. Huwa miet b’mod traġiku fuq tramm u llum jinsab midfun fil-kripta tal-Bażilika tas-Sagra Familja. 23


y aaron AQUILINA

L-Inċident ma kif x għal Rurk. Im en ki a m u ek ki li ħol ma li issa dar li l-ballun kien jid ħabib tiegħu, im en ki Corey kien ċert b se ħa li tu kasu. Bħalissa m li spir kienu ser jagħtu ax seta` jispjegalho għ lun x hu M l? art wara li l-bal lliflu l-goa li kien mixħut fl, kontrih, kien te ie nn Ro a` m dawwar kulħadd kien im iċċu. u spiċċa f’nofs w a st -la al m t ba ħa meta en qed jiġri, iżda ki x’ ` ta s ka q is ti w ħdejh. Il-ballun konfuż biex jagħ qlaq, ħaffef għal Corey kien wisq ċa jiċ d ħe eg qi stordieh waħda as kien eħru u, barra li ni ra li Ronnie lanq m ` ta a nt po kienu geġwiġija u fuq ilw. It-tfal l-oħra se kien jidher li laqt m m de ` ta t tagħmel ħsejjes eġ ammon madwarhom u os tajba, kien ħier qm to nduna d qe et rġina kien f x’se jagħmel u ja x en ki a M ħ. madwaru, u Ġo sa ejh, bla bil-ġuħ. Corey ke than ġie jiġri ħd na Jo . rk Ru ` ta donnha xi qattus ni kollu fl-intenzjo li dak li ġara kien nifs, u qallu: a, ejja, tal-first aid? Mel s or l-k al għ ek sl stess kien li ħalla “Mhux missierek sa!” is u in għ ur nta… m ħa toqgħod tiska massa xagħar u -qalba ta` dik ilfil li a xi pizza un nd u sieħbu jaqsam il-ħin u ss bi x hu m li st Corey ħares lejn , le l-ġid ta` m ħabib ta` veru el dak li hu għal m għ ja ġu eġ tferfix kien hem jħ hu Ronnie. wkoll li jikkritika ri għal maġenb miegħu, imma jiġ q la te u , llu zzi”, qa ħaddieħor. “Gra rti ratba ie… agħfas il-pa nn Ro , a’ m Is ! ja a ar fel! Hekk, ersqu, tuh naqr mhux ’il fuq, ’l is , Le l. fe is ’l “Orrajt, ersqu, la mej żomm rasek im ? Grazzi.” ta` mnieħrek, u ba jekk jogħġbok rr xa m a ċċ bi b ġi iġ n, ri tajjeb. Kate

24  LULJU/AWWISSU 2011


da dieħel għmżilhom li be te t ie bd x m xe li issa kien ent għadda u xm ma’ Ronnie, ho id eħ w Wara li l-eċitam om ħh u Corey sabu ru il-ħin, Jonathan ħafna aħjar. ħajfa. ie bi tbissima dg nn Ro llu qa ” y… re “Grazzi ħafna, Co very much, ħidlu ‘thank-you “G . an th na Jo ż ` Elvis Presley. tgħidlu!” qabe xejn perfetta ta ni jo zz “Mhux hekk trid ita im b’ nna Jonathan Corey’, hekk,” te let dik il-frażi a minn fejn weħ un nd da aħ w iċċu għax f’daqqa Corey qarras w ta` missieru. mal-vokabolarju an. “Għoġbitni k li qallu Jonath da a et ep rr li t mm għentni.” Ronnie, filwaq zzjament ta` ke ra ng ri a “Orrajt,” daħaq al bħ t ħa nixtrilek ġela din! Ejja Corey mx għalfejn.” dt ngħid – m’hem ri ie nn Ro , aw `… “Le, le orrajt pa nixtrilu ’l ibni, x ġelat wieħed hu m u ek Ki `! wwa papa` diġa “Ħaħa, kieku se imma mija!” ta` wieħed jaf Jonathan b’arja sa aq st ?” w je ħu mis-sema “Eh, u l-flus jaqg sew lid-dinja. rey ftakar qallu Ronnie. Co i,” er si is m n in li kien bniedem a jien nieħu m qa`. Kien jidher lta a m “Naf, naf… imm tt qa u n kollu biex nnu li miegħ en jaħdem il-ħi ki i er si fir-ritratti tan-na is “M . ta qra. U issima mċarr ħin iġemma` na ss te is florrajt, u kellu tb u da ej ` tibqa` kuljum fuq il-m kinitx tkun tista a m i m tfal jipprovdi l-ikel om a… ħin kollu ħalli tara li… ħallien ka u naħdem ilin st mn’alla. Kieku w ni – d ri ir a. Jien hekk tibgħatni l-iskol in.” li, ikunu ferħan tiegħi, jekk ikol lil missieru. kemmxejn iktar m he jif da be y l-iskola u ma y siktu. Core jiġi d-dar wara en ki li Jonathan u Core a aġ l-ħ u kien hemm idur it imwarrab, issa li kien jaf x’ a m Im Dejjem ħassu ft it. ft x hu eb, li missieru et iddejqu m r. X’kien qed jaħs ja aħ jsib lil ħadd kien m m ke m u għal ommu u, ħassu kem st? Mhux għalih go ħu jie f’moħħ missier ax għ l ħin ix-xogħo jqatta’ daqshekk mel? li kien qed jagħ waħedhom eb sabu ruħhom bi iħ ġt w że żu kellu jitlaq, k kollu li ġara… Wara ftit Ronnie lil Jonathan b’da l qa y re Co li. quddiem il-band mlu Corey?”

“Issa x’ħa nagħ “Iss

ra d-dar.”

m, “immorru lu

minn warajho a”, tenniet vuċi

25


Kont taf li Il-ġilda ta’ bniedem tiżen xi 4 kilogrammi u fiha madwar 2 metri kwadri. Insibu xi 3 miljun ċellola, 10 xagħriet, 15-il glandola taż-żejt, metru capillaries u mitt glandola tal-għaraq kull ċentimetru kwadru ġilda!

y daniel MICALLEF

il-ġilda XAGĦRA EPIDERMIS

GLANDOLA TAŻ-ZEJT

DERMIS

NERVITURI XAĦAM

BASLA TAX-XAGĦRA ĊELLOLA TAX-XAĦAM

FERGĦA TA’ ARTERJA

FERGĦA TA’ VINA

GLANDOLA TAL-GĦARAQ

Għalkemm hi l-iktar parti li tidher fost dak kollu li jagħmel parti minn ġisimna, faċli naħsbu li l-ġilda hi biss parti kwieta li tgħatti kull m’hemm ġo ġisimna u tagħmilna nidhru “suret innies”. Imma l-ġilda tagħmel ferm iktar minn hekk: toffri kisja lil ġisimna biex ma ninxfux, ma tħallix li jidħlu sustanzi żejda 26  LULJU/AWWISSU 2011

jew mikrobi f’ġisimna, tgħin biex tikkontrolla t-temperatura, tagħtina l-vitamina D u anke s-sens tal-mess. Trifle Il-ġilda tagħna hi rranġata fi tliet saffi, bħal trifle: L-epidermis: Dan hu s-saff ta’ fuq. Iċ-ċelloli tiegħu dejjem

jinbidlu għax jibdew it-triq millqiegħ forma ta’ kaxxa u sa ma jaslu fuq isiru ċatti. Meta jaslu fuqnett, iċ-ċelloli jkunu mietu, imma jkunu miksija bi proteina li jgħidulha keratin. Din tiflaħ għall-ilma u toffri barriera biex dak li hemm barra jibqa’ barra, u dak li hemm ġewwa jibqa’ ġewwa. Il-mixja ta’ ċellola b’mod


Daqsxejn kulur

Fil-qiegħ tal-epidermis, fost iċ-ċelloli l-oħra, hemm ċelloli li jagħtu l-kulur lill-ġilda billi jipproduċu sustanza msejħa melanin. Persuna b’ġilda bajda għandha ċelloli tal-melanin daqs wieħed li għandu ġilda ta’ kulur skura. Id-differenza hi li, f’ġilda skura, iċ-ċelloli jagħmlu iktar melanin li jkun imxerred mal-epidermis kollu. Il-melanin jgħin biex jipproteġina mill-effetti ħżiena tar-raġġi ultravjola tax-xemx. Meta wieħed joqgħod ħafna fix-xemx, speċjalment jekk għandu ġilda ċara u ma jużax sunscreen, il-ġilda għal ftit żmien

normali tieħu madwar 30 jum, jiġifieri fl-epidermis tiegħek ma fadal xejn minn dak li kellek xahar ilu! Id-dermis: Id-dermis hu saff ikbar, mimli ċelloli ħajjin imdawra b’sustanzi li jagħtu s-saħħa lill-ġilda. Fiha nsibu wkoll ix-xagħar, il-glandoli tażżejt, il-glandoli tal-għaraq u t-tmiem tan-nervituri li nħossu bihom. Ix-xaħam: Proprjament, dan jiġi taħt il-ġilda u minbarra li hu ħażna ta’ enerġija, jgħin biex iżomm is-sħana f’ġisimna – għalhekk min ikun irqaq u allura jkollu inqas xaħam, hemm ċans li jħoss iktar bard.

tieħu kulur aħmar. Dan hu l-mod kif turina li tkun inħarqet, tant li tinħass taħraq, u mbagħad titqaxxar u tinbidel. Tassew li l-ġilda li tikber tista’ tkun ftit aktar skura, imma meta wieħed joqgħod fix-xemx ikun iżid ir-riskju li l-ġilda titkemmex iktar u fuqha jikbru tbajja’ koroh. L-iktar serji fost it-tbajja’ huma l-melanomas li huma forom ta’ kanċer tal-ġilda li jistgħu jaffettwaw lil min ikun għadu żgħir.

Ġilda ħoxna, ġilda rqiqa M’hemmx għalfejn mikroskopju biex nindunaw li l-ġilda tal-pali tal-idejn u s-saqajn hi differenti. Fuqha ma jikbirx xagħar u l-epidermis tagħha hu xi erba’ darbiet eħxen mill-ġilda tal-bqija ta’ ġisimna. Barra minn hekk, il-ġilda ħoxna tista’ tħalli l-marki tas-swaba’. Dawn jiġu meta parti mid-dermis u l-epidermis tkun ’il fuq mill-kumplament tal-ġilda. Minbarra li huma uniċi għal kull persuna fid-dinja u ma jinbidlux matul ħajjitna, huma jgħinuna nħossu aħjar u naqbdu oġġetti b’saħħa ikbar. Is-sens tal-mess Mal-ġilda kollha, imma l-iktar fisswaba’ ta’ idejna, insibu ħafna truf ta’ nervituri li bihom inħossu oġġetti,

Għalhekk importanti li jekk naraw xi tebgħa fil-ġilda, li qed tikber, tibdel il-kulur jew għandha t-truf irregolari, inkellmu lit-tabib ħalli nkunu ċerti li m’hemm xejn serju… Jekk ikun hemm xi ħaġa serja, l-aħbar tajba hi li tista’ titfejjaq għal kollox jekk tintlaħaq kmieni. Minkejja dan, l-aħjar ħaġa mhix li tfejjaq marda, imma li tipproteġi lilek innifsek. Għalhekk, dan is-sajf, evita li toqgħod fix-xemx qawwija u uża sunscreen ħalli l-ġilda tibqa’ sabiħa u b’saħħitha.

vibrazzjoni, temperatura u wġigħ. Dawn it-truf jinġabru f’nervituri ikbar sakemm jaslu sas-sinsla li twassal il-messaġġ lejn il-moħħ. L-għaraq Minkejja li aħna nużaw id-deodorants u l-fwejjaħ biex inneħħu l-għaraq u r-riħa tiegħu, fost l-annimali kollha, il-glandoli tal-għaraq jilħqu l-qofol tagħhom fina l-bnedmin! Dan nifhmuh malajr meta naraw li fost l-annimali, aħna l-inqas li għandna xagħar ma’ ġisimna. Għalhekk, l-għaraq iktar jista’ jevapora malajr u jneħħi s-sħana minn ġisimna. Ġisimna kapaċi jitlef iktar minn tliet litri għaraq fis-siegħa biex ma jisħonx wisq – għalhekk importanti li nixorbu ħafna ilma, speċjalment meta nkunu nieħdu sehem f’xi sport u fis-sajf. 27


Kont qed nistenna l-purċissjoni ta’ Kristu Rxoxt dieħla fil-knisja, meta ġie wieħed fuqi jbigħ il-biljetti. Staqsejtu jekk jagħmlilniex intervista għal fuq il-magażin Xehda Għasel u bid-daħka qalli: “Bil-qalb kollha, basta teħodli 7 biljetti tal-lotterija.” Kelli naċċetta u dak li neffaqni €2, ma kien ħadd ħlief Redrian Micallef, żagħżugħ miżżewweġ… inħalli f’idejkom biex tkomplu taqraw l-intervista!

Għażiż Redrian, xi tgħidilna ftit fuq il-ħajja tiegħek in ġenerali? Mela, jien għandi 31 sena u noqgħod Raħal Ġdid u miżżewweġ lil Abigail. Lil Raħal Ġdid minn dejjem kont u bqajt inħobbu bħala raħal twelidi. Naħdem bħala pustier mal-Maltapost. Inħobb ħafna l-futbol u l-iktar żewġ timijiet favoriti tiegħi huma l-Hibernians (it-tim minn Raħal Ġdid) u l-Inter. Għandi karattru ċajtier ħafna u dejjem bit-tbissima fuq wiċċi u nivvinta xi ċajta ‘l hawn u ‘l hemm. Jien minn dejjem niftakrek akkanit għall-festa u minn dejjem kont turi xeħta lejn ilbnadar u l-pavaljuni. X’ħajrek tibda dan id-delizzju? 28  LULJU/AWWISSU 2011

Rigward x’ħajjarni għal dan id-delizzju, kif għidt tajjeb inti, jien minn dejjem kont akkanit għall-festi speċjalment ta’ Kristu Re. L-armar minn dejjem kien jaffaxxinani u minn dejjem kont nuri xewqa li xi darba nagħmel xi ħaġa tiegħi. Kont nieħu gost, għallinqas inżejjen id-dar tiegħi minn fejn jgħaddi l-marċ. Bdejt nattendi fil-Każin tal-Banda DePaule u għall-festa ta’ dik issena kont għamilt bandiera (bla ħsieb ta’ xejn) għall-marċ. Kienet l-ewwel biċċa xogħol tiegħi imma ħafna kienu dawk li qaluli biex ma naqtax qalbi għax raw potenzjal fija u minn hemm ma ħaristx lura u bdejt dejjem nirfina. Bdejt nagħmel biċċa xogħol wara oħra, l-ewwel

għall-każin tagħna u mbagħad anki bdew iqabbduni xogħol minn barra r-raħal u sal-lum dan it-tip ta’ xogħol għadu dieħel. X’jirrikjedi meta tiġi biex tagħmel xi bandiera jew pavaljun? Il-proċess biex tagħmel dan it-tip ta’ xogħol huwa kemmxejn twil, imma dejjem jibda l-istess. Meta jiġi l-klijent fuqek u jgħidlek xi jrid, trid toħloq disinn bħala mudell u tara li jkun jogħġbu. Meta l-klijent ikun sodisfatt, id-disinn jiġi mkabbar id-daqs proprju (grandiment). Minn hemm ngħaddi d-disinn għand il-ħajjat biex iħit id-drapp. Meta jlesti d-drapp jerġa’ jiġi għandi għall-isfumar (dak


y NEIL aquilina

kollha lwien l-isfar fuq id-drapp) u għall-pittura. Ix-xogħol taż-żebgħa jrid isir b’dedikazzjoni kbira għax mhux lakemm taqbad u tpitter. Ma tistax tieħu ħafna żbalji minħabba li tagħmel ħsara lid-drapp. Imma kif jgħidu li mill-iżbalji titgħallem u tista’ tgħid, kif jixhed ix-xogħol tiegħi, li kulma jmur dejjem sejjer għall-aħjar. Nimmaġina li għandek xi xogħol milli għamilt għal qalbek iktar minn oħrajn! Bla tlaqliq ta’ xejn nista ngħidlek li l-iktar biċċa xogħol għal qalbi huwa l-armar li għamilt għall-faċċata

tal-każin DePaule, biċċa xogħol li ħaditli ħafna ħin, żmien u sagrifiċċji imma li hija ta’ sodisfazzjon kbira għalija għax tat ir-riżultati mixtieqa. Xhieda ta’ dan huwa l-ammont kbir ta’ nies li ħonqu l-pjazza dakinhar li inawgurajnieha. Kif jgħidu, “No Pain, No Gain!!” Biċċa xogħol oħra li hija ħafna għal qalbi hija l-bandiera li għamilt għall-istess każin madwar tliet snin ilu. Bħal kull ħaġa dan id-delizzju jew xogħol, sejjaħlu li trid, għandu t-tbatijiet u s-sagrifiċċji tiegħu imma jekk tagħmlu mill-qalb, bħalma nagħmlu jien, iħallilek sodisfazzjon kbir.

Inti għamilt żmien mhux ħażin tattendi l-Museum ta’ Raħal Ġdid fejn anke kont Kandidat. Xi tgħidilna fuq l-esperjenza tiegħek fil-Museum? Tista’ tgħid li jien domt nattendi l-Museum sakemm kelli sittax-il sena. Fil-Museum kelli esperjenzi sbieħ ħafna u ma jiddispjaċinix li kont nattendi għal żmien twil f’ħajti fil-Museum. Kienet esperjenza li fiha tgħallimt napprezza iktar il-ħajja li tana Alla u forsi għalhekk li ħriġt napprezza iktar l-arti. FilMuseum konna grupp ta’ ħbieb li konna ningwalawha ħafna flimkien peress li konna tampar xulxin u ħafna minna għadna niltaqgħu flimkien sal-lum stess.



Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.