12 minute read

Il-Programmi tas-Sibt

NHAR TA’ SIBT

TVM 06:30 07:00

Advertisement

09:30 10:30 11:00 11:30 12:00 12:15 TVAM NEWS LOOP Żiżi Wonder Grove The Adventures of Annie & Ben Taħbil il-moħħ Teeny Break Ċappas Ilsienna Fil-Ġnien ma’ Melo Hygieia News Dine or Dishes

13:15

15:00 15:05 16:15 16:30 17:00 18:00 18:15

19:00 19:35 19:45 20:00

Sibtek – Diversi personalitajiet jinġabru s-Sibt fuq dan ilprogramm. Intervistat fuq Sibtek,il-ġurnalist Liam żvela li bħalissa għaddej b’taħriġ biex issir xandar tal-aħbarijiet. “Il-proċess jinvolvi ħafna taħriġ mhux biss kif tidher imma kif twassal il-messaġġ lin-nies. Forsi minn hawn u ftit xhur oħra tarani naqra l-aħbarijiet” qal Liam lil Ryan ta’ Sibtek. News Update Sibtek…cont Teleshopping Lenti Luxdesign News for the Hearing Impaired Gadgets - Minn mindu faqqgħet il-pandemija, l-programm ħa xejra differenti u l-preżentaturi qed jippreżentaw mill-kumdità tad-dar tagħhom. Biss din is-sena Rachel jidher li daqshekk ser tkun qed tiffilmja fil-kċina, iżda għandha uffiċju ddissinjat apposta. Animal Diaries Kunjomijietna LOTTO News, Sports News, Weather report and Financial News 20:47 21:00 22:00 22:05 22:30 23:00 23:30

TVM 2 06:00 06:45 07:15 07:45 09:00 09:30 10:30 12:30 13:00 16:00 16:30

17:15 17:45 18:15 18:30 19:30 20:00 20:05 20:15 20:45 21:30 22:00 22:30 23:00 23:30 00:30

ONE 07:45 08:00 08:30 09:30 10:00 10:45 11:30 12:30 12:40 12:45 14:45 15:00 15:30 15:45 16:30 17:30 17:45 18:30 19:15 19:30 20:15 20:45 23:30

NET

07:00 Tertuqa Trailers Queens Headline News Home Malti Pur Madagascar News and Sports Update

Euronews Lenti Tertuqa 35 Sports Panorama GFA Roundup Holy Mass ROLEX MIDDLE SEA RACE Raħal Twelidi Sorelle catch up weekend Teleshopping Europa League Magazine Programme Mewta Siekta Rome Reports Aħbar Tajba Holy Mass from Ta’ Pinu Għawdex Illum Subtitled News in English Skritt Knots TVM Sports Champions League Magazine Wirt u Eredi Venere Kieku Kien L-Ispettur Bonnici ® Headline News

ONE News Quddiesa Better Living Dirett (R) #Pajjiżi Popcorn (R) In d house (R) ONE News Teftif Hazzzard Ħabrikt (R) The Local Traveller (R) ONE News Dak li jgħodd (R) Flimkien ma’ Nancy Il-Kelma On d road Pink Panther ONE Sport ONE News Ieqaf 20 minuta Arani Issa ONE News

Net News 07:30 08:50 09:00 10:30 11:30 12:00 12:05 12:30 13:30 14:00 14:30 15:00 15:30 Net Live Missio Tfal Telebejgħ 50 Sena in-Nazzjon Telebejgħ NET News Il-Quddiesa Telebejgħ Flusek Sport Extra Il-Kunsill NET News Dak Żmien Ħelu

16:30 18:00 18:10 19:10 19:30 20:15 20:30 21:45 21:50 23:00 23:30

Rai 1 08:30 09:30 10:30 11:25 11:29 11:30 12:20 14:00 15:00 15:30 16:25 18:45 20:35

Italia 1

7:30 8:30 10:00 10:30 11:00 1:05 3:05 4:50 5:25 6:15 9:10 10:00

Family Affair

NET News Jekk Jogħgobkom Imkejjen Storiċi NET News Life & Style The Entertainers Net News The Entertainers NET News Xandiriet għal matul il-lejl

UnoMattina in famiglia TG 1 L.I.S. Buongiorno benessere Gli imperdibili Che tempo fa Passaggio a Nord-Ovest Linea Verde Life - Agrigento Linea Blu - Porto San Giorgio Linea Verde Tour A Sua immagine ItaliaSì! L’Eredità Week End Ballando con le Stelle

La Dolce Vita Inganni () La Dolce Vita Camera Cafe’ Il Mammo Scherzi a Parte Questa è la mia terra Grande Fratello Melaverde Stasera Italia Movie Grande Fratello

IL-BRIMBU TA’ DIVISION 7 “Il-proġetti tiegħi nagħżilhom bi ħsieb... MalBrimbu rbatt qalbi mill-ewwel” – Davide Tucci

Ritratti: Marlon Polidano

F’Ottubru beda t-tmien u l-aħħar staġun mis-serje Division 7, l-aktar drama segwita f’pajjiżna, b’kitba u direzzjoni ta’ Jason Zerafa u Glen Callus. Kif stajtu taraw fl-ewwel episodju, il-Brimbu, il-karattru li jinterpreta Davide Tucci, jispiċċa l-ħabs. Staqsejna lil Davide xi mistoqsijiet fuq dan il-karattru partikolari u kif minn dan il-karattru Division 7 biddel il-lingwaġġ tiegħu!

Kif beda l-karattru l-Brimbu u kif sawwartu sal-lum il-ġurnata?

Il-Brimbu beda xi 4 snin ilu. Kien kellimni Jason iddirettur u offrieli dan il-karattru. Xħin beda jispjegali x’għandu f’moħħu, bdejt inħoss ġibda lejh millewwel. Sa dak iż-żmien qatt ma kont għamilt xi ħaġa simili tal-karattru. Il-karattri li kont għamilt dejjem kienu jinvolvu xi għarusa li jkollu jiġġieled għaliha, iżda dan differenti. Il-Brimbu jaffaxxinani għax inħossni persuna libera bih. Bħala persuna m’iniex it-tip li nitkellem ħażin, inpejjep jew f’xi vizzju, lanqas qatt ma ħadt alkaħol f’ħajti, imma l-Brimbu dawn jagħmilhom kollha.

Tiftakar x’ġara fl-ewwel xena?

Niftakar konna qegħdin fi Ġnien l-Indipendenza ġewwa Tas-Sliema. Kelli xena bil-birra f’idejja madDondon (Ray Sammut). Ray, xħin rani, ma riedx jemmen lil għajnejh; mar fuq id-direttur jistaqsih kinitx deċiżjoni tajba li għażlu lili bħala Brimbu, għax f’għajnejh dejjem kien rani f’partijiet li m’għandhom x’jaqsmu xejn mal-Brimbu. Dakinhar waqt li qed niġbdu l-filmat, għal xi raġuni, waqt id-diskors żidt kelma ħażina bil-Malti. Dak il-ħin id-direttur waqqaf ix-xena, ma kienx jaf jekk nistgħux nitkellmu ħażin fuq it-televiżjoni. Għad għandi x-xena f’moħħi, narah iċempel lid-diriġenti tal-ONE jistaqsihom nistgħux nużaw dik il-kelma. Minn dakinhar mhux talli għidna dik imma għidna ħafna iktar. Division 7 juża lingwaġġ tat-triq, bi skript normali bħalma nitkellmu fil-ġurnata ta’ kuljum. Dakinhar għalija kienet skoperta għax qatt ma bsart li ħa noħroġ biha jien.

Tattoos, xagħrek abjad... Dan kollu parti mill-karattru tiegħek! Tista’ tgħidilna għaliex għamilthom?

Fil-bidu tas-serje, għamilt xagħri abjad biex nidħol filkarattru. Iżda qatt ma bsart li kont ħa nagħmel erba’ snin ninterpreta l-Brimbu. Xtaqt nagħmlu differenti kemm jista’ jkun, xtaqt ninterpretah viċin dik ilpersuna li rajt meta qrajt l-ewwel linji tiegħu. Waqaft niżba’ xagħri abjad mhux għall-ħsara biss li kont nagħmillu iżda dak iż-żmien kelli auditions barra minn Malta. Meta jkollok xagħrek hekk il-profil tiegħek ikun jgħajjat għal tip ta’ karattri biss u għalhekk kellna nbiddlu l-imaġni tal-Brimbu.

Apparti x-xagħar, il-Brimbu jkollu jagħmel madwar 3 sigħat ta’ makeup qabel jibda. Madwar ġismu għandu ħafna tattoos. Jien m’għandix tattoos, iżda nħobbhom ħafna. It-tattoos tal-Brimbu jsiru ta’ ħabba gozz, fis-saħna tal-mument. Għandu tpenġijiet li ma jagħmlux sens apposta biex jaqblu mal-karattru tiegħu. Apparti minn hekk il-Brimbu jara t-tattoos bħala forma ta’ vendikazzjoni fuqu nnifsu. Jekk tinnotta, għandu ħafna tattoos fuq l-aktar partijiet li jweġgħu. Ried jittestja l-limiti tiegħu nnifsu b’dawn l-affarijiet.

Minn karattru kalm u rilassat spiċċajt fl-aħħar episodju tas-seba’ staġun qtilt lil kulħadd. X’ġara?

Il-pjan oriġinali ta’ minn fejn jibda u minn fejn ser jispiċċa dan il-karattru dejjem hekk kien. Sa millewwel ġurnata, Jason kien qalli li dan il-karattru ser

jibda kummidjant u dak li għandu f’moħħu jgħidu, iżda fir-realtà għandu jispiċċa f’realtà li ma kienx qed jistenna. Spiċċa b’għażla li jew jieħu azzjoni jew imur il-ħabs. L-għażla li għamel spiċċa biex weħel xorta l-ħabs u bħalissa qed jiskonta sentenza.

X’inhu l-ikbar rimors tal-Brimbu issa li qiegħed il-ħabs?

Il-Brimbu jħobb jiġri min-naħa għall-oħra, iħobb ikun liberu. Ċertament din tal-ħabs ma rahiex ġejja. Ġietu appuntu fl-agħar mument ta’ ħajtu. F’mument fejn kellu jieħu ħsieb it-tifla Hayley li jħobb ferm. Kien qiegħed diġà bejn ħaltejn biex jara jħallix id-dinja kriminali li nqabad fiha u jkompli jieħu ħsieb lil din it-tifla. Sfortunatament ma rnexxilux “iċekken iċ-ċirku” bħalma kien iħobb jgħid hu. Lil din in-neputija spiċċa jieħu ħsiebha biex jagħmel ċert li oħtu tgħaddi mill-programm ta’ rijabilitazzjoni fuq droga; kien wasal f’punt fejn beda jħoss ġibda paternali għal din it-tifla. Xtaq jgħinha tikber u ssir mara indipendenti. Ċertament issa li sar ħabsi għandu ħafna rimors. Fis-seba’ staġun ipprova jgħatti kemm jista’ l-problemi li bdew jinqalgħulu, kien kważi rnexxielu jagħlaq it-toqob kollha u xtaq jibda kapitlu ġdid, iżda ma rnexxielux!

X’inhu l-messaġġ li tixtieq twassal b’dan ilkarattru?

Jekk hawn xi nies li jsegwu Division 7 u qed iħossu li ħajjithom qiegħda f’post fejn m’għandhomx għażla u għandhom ħabta jagħżlu azzjonijiet mingħajr ma jaħsbu, infakkarhom li dejjem għandek għażla fil-ħajja. Mhux sabiħ li tispiċċa l-ħabs hi x’inhi s-sitwazzjoni.

Il-Brimbu spiċċa f’sitwazzjoni minħabba l-ebusija ta’ rasu. Dan hu karattru fittizju f’dinja fittizja iżda ċertament li hawn ħafna persuni li qed jaqraw din l-intervsita li qed jgħixu f’realtajiet simili għal dawk tal-Brimbu. Nixtieq li nieħu l-opportunità, grazzi għallGwida, li naqsam ħsieb partikolari. Jekk int qed tagħmel ċertu affarijiet li għalik jistgħu jwassluk f’konsegwenzi koroh jew tagħmel ħsara lil xi ħadd, ftakar dejjem li l-azzjoni li ser tagħmel ser taffettwa mhux lilek biss imma lil dawk ta’ madwarek u l-ambjent li qed tgħix fih. Xi ħaġa li nistgħu nżommu ġo moħħna u għalhekk proġetti bħal dawn huma sbieħ illi nesponu realtajiet differenti. Mhux kulħadd jgħix dawn l-esperjenzi, iżda bis-saħħa ta’ Division 7 nistgħu niltaqgħu ma’ esperjenzi differenti, esperjenzi reali li qed jiġru f’pajjiżna, fit-triq tagħna, maġenbna.

Għal dawk li huma priġunieri ta’ ħajja inġusta, nixtieqkom li tirrealizzaw li f’ħajtek hemm familjari li jieħdu ħsiebek u jagħtu kasek. Kull għażla taffettwa mhux biss lilek imma lil dawk ta’ madwarek li jħobbuk. Dawk ta’ madwarek, minħabba azzjoni tiegħek, ser ikollhom jgħixu r-riperkussjonijiet ukoll minkejja li dawn lanqas biss kienu parti mill-ħsibijiet jew azzjoni tiegħek.

Imma biex tagħżel karattru, irid ikun straordinarju? Il-proġetti tiegħi dejjem nagħżilhom bi ħsieb. Jien ninġibed

lejn il-karattru fuq livell personali, imbagħad naraw affarijiet loġistiċi. Mal-Brimbu rbatt qalbi mill-ewwel. Flimkien mat-tim ta’ Division 7, qed nimxu b’pass tajjeb fejn kulħadd qed jieħu pjaċir bil-karattru tiegħu. Kull attur hu kburi li hu parti minn din is-serje.

Division 7 jintwera kull nhar ta’ Erbgħa fid-9:15pm fuq ONE. Bħalissa qed jintwera t-tmien u l-aħħar staġun ta’ dan is-serje popolari.

CHANEL MONSEIGNEUR Ser tirrapreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision

Chasing Sunsets ser tkun il-kanzunetta li ser tirrapreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision ta' din is-sena. Il-kanzunetta ġiet magħżula minn vot tal-ġurija u vot tal-pubbliku li kien maqsum nofs bin-nofs. Chanel Monseigneur il-kantanta ta' disa' snin ħa tkun qed ittajjar il-bandiera Maltija. Din il-kanzunetta ġiet miktuba minn Emil Calleja Bayliss filwaqt li l-mużika hija ta' Peter Borg, Joe Roscoe u Aleandro Spiteri Monseigneur, tlieta mill-membri ta' Red Electrick.

Chanel ser tirrapreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision waqt xandira diretta fuq TVM fid-29 ta' Novembru.

Kif qed tħossok issa li ser tirrapreżenta lil Malta?

Ferħana ħafna, kultant għadni ma nistax nemmen! U eċitata wkoll.

X’inhu l-pass li jmiss?

Qiegħda naħdem ħafna mat-team tiegħi fuq verżjoni ġdida ta' Chasing Sunsets u vokalment mal-vocal coach tiegħi Claire McCartin. Kuljum ikolli lesson, rehearsals, recording jew xi intervista. Ħafna xogħol imma nieħu pjaċir!

Il-kanzunetta tiegħek titratta l-isbuħija tal-għabex. Fejn tħobb l-iżjed tara nżul ix-xemx?

Għajn Tuffieħa jew ximkien fejn il-baħar.

Il-kuġin tiegħek wieħed minn Red Electrick – x’taħseb fuq il-band u liema kanzunetta togħġbok l-iktar tagħhom?

Jogħġbuni ħafna mhux biss għax hemm il-kuġin tieghi Aleandro; dejjem immur narahom fil-kunċerti li jagħmlu

flimkien mal-familja tiegħi. Kollha bravi u nammirahom ħafna ħafna... 'Living in the real world' hija waħda millpreferiti tiegħi u ħadt sehem fiha bħala backing vocal, u togħġobni ħafna GORGEOUS!

Tixtieq kieku tagħmel dwett magħhom fuq din iddiska? Ġieli kantawha miegħek?

Nixtieq kieku nkanta GORGEOUS magħhom :)

Fejn kont meta smajt bl-aħbar li int ser tirrapreżenta lil Malta?

Kont id-dar ma' ħija nilgħab, u f'daqqa waħda l-mummy bdiet tgħajjat u qaltli li rbaħt u bdejna nwerżqu u naqbżu. Ommi bdiet tibki u mbagħad il-mobile ma waqafx! Innanna u n-nannu wkoll ċemplulna jibku!

Kien hemm xi messaġġ li rċivejt minn xi ħadd partikolari li għoġbok?

Irċevejt ħafna messaġġi sbieħ mingħand ħafna ħbieb u kollha qegħdin għal qalbi għax jagħmluli ħafna kuraġġ! Speċjalment messaġġi mingħand parteċipanti Maltin li kkompetew miegħi.

Jekk dħalt l-iskola, x’qalulek sħabek talklassi?

Qed insegwi l-iskola online, però kemm il-kap tal-iskola, għalliema u ħbieb tal-klassi kollha ferħuli u ħadt pjaċir ħafna nisma' mingħandhom.

Liema kantant/a l-iktar li tammira u tixtieq tkanta miegħu/magħha?

Kantanta Maltija ma' Michela Pace; u kantanta barranija ma' Lady Gaga!

Liema kanzunetta l-iktar li togħġbok millJunior Eurovision? Għaliex?

Togħġobni l-iktar tar-Russja għax għandha messaġġ sabiħ – My New Day! Messaġġ ta' tama wara l-Covid! Però hemm ħafna kanzunetti sbieħ u se jkun żgur spettaklu sabiħ!

X’ser inkunu qed naraw fil-prestazzjoni ta’ Novembru?

Dik sorpriża! Issa taraw f'Novembru! Imma naħseb li t-tfal se jieħdu pjaċir jarawha.

Għalissa jkollna nibqgħu bil-kurżità! Awguri millqalb Chanel!

MAXINE AQUILINA Titlef lil ommha u tiddedika ħajjitha biex tferraħ lit-tfal

Ritratt: Albert Camilleri

Waħda mill-ġurija ta’ Malta’s Got Talent, Maxine Aquilina fl-ewwel programm stqarret li kienet tilfet lil ommha. Ommha kienet tfisser ħafna għal din l-artista, iżda t-telfa t’ommha mlietha b’kuraġġ biex tgħin lil tfal morda bilkanċer. Flimkien mal-ħabiba tagħha Angie ħarġu bl-idea ta’ Jays of Sunshine li bis-saħħa ta’ hekk qed igawdu ħafna tfal. Biex insiru nafu aktar dwar dan tkellimna ma’ Maxine.

X’wassalkom biex tagħmlu dan? X’tagħmel f’din l-organizzazzjoni?

Sfortunatament kemm jien u anke l-kollega tiegħi Angie tlifna lil ommijietna bil-kanċer. Ridna li nagħtu xi ħaġa lura lill-komunità u b’hekk ftaħna Jays of Sunshine. Din hi żgħażagħ li bħalissa għaddejjin b’xi trattament tal-kanċer. Lil dawn nagħtuhom ukoll wishlist u nagħmlu mill-aħjar li nistgħu sabiex naqtgħulhom xewqithom u nagħmluielhom realtà.

Ma’ liema stejjer iltqajt? Kif qed tagħmlu differenza f’ħajjiet dawn il-persuni?

Iltqajna ma’ ħafna tfal ħelwin u l-familji tagħhom. Tfal minn kull klassi tas-soċjetà, tfal b’kull storja li ddaħħlek f’qoxortok. Kull darba li nagħmlu ħolma realtà għal dawn iċ-ċkejknin u nagħmlulhom avveniment ta’ pjaċir, aħna nkunu qisna raġġ ta’ dawl f’ġurnata msaħħba. Kulma nagħmlu hu li f’wiċċ imdejjaq naraw tfeġġ tbissima filwaqt li noħolqulhom memorji sbieħ mal-familja tagħhom.

X’inhuma l-isbaħ wishlists li kitbu t-tfal ta’ Rainbow Ward?

fondazzjoni li tagħmel festini u torganizza events lit-tfal u

Waħda li baqgħet ittimbrata f’moħħi kienet ta’ tifel li kien nieqes mid-dawl. Dan it-tifel fil-wishlist kiteb li xtaq pjanu. Dan it-tifel għaġġibni għax illum il-ġurnata jaf idoqq il-pjanu tajjeb ħafna. Naħseb storja bħal din ser tibqa’ tispirani għal ħajti.

X’jgħidulkom it-tfal meta jirċievu s-sorpriża? Tiftakar xi mument partikolari?

Waħda mis-sorpriżi favoriti li għamilna kienet ta’ tifel li kiteb lista sħiħa ta’ annimali ġo żoo. Ovvjament ma stajniex inġibulu l-annimali kollha li xtaq għax f’Malta m’hawnx, għalhekk ħsibna biex nibagħtu lilu u lill-familja tiegħu Londra biex imur iż-żoo għall-Milied. Trid tara kif baqa’ mbellah, ma setax jemmen u baqa’ jgħidilna jekk hux vera sejjer jara dawn l-annimali kollha.

Kif affettwat il-pandemija lil dawn il-pazjenti?

Il-Covid-19 hija sitwazzjoni vera kerha għall-pazjenti tagħna. Kien hemm żmien meta kienu fi kwarantina stretta, imsakkrin ġo kamra fil-ward tagħhom u kulma setgħu jidħlu kienu biss viżitatur wieħed jew ġenitur. Dak iż-żmien qajla qtajna xewqat.

Kellkom xewqa kbira li tmorru Londra. Irnexxielkom?

S’issa għad le imma ilna noħolmu li mmorru Londra sabiex inferrħu lit-tfal li qed jieħdu l-kura hemmhekk u naqtgħulhom ix-xewqiet tagħhom.

Għaliex hu daqshekk għal qalbek ix-xogħol volontarju mat-tfal?

Ngħidlek il-verità minn dejjem kien ta’ pjaċir għalija li naħdem mat-tfal. Wara li rajt kif il-kanċer jista’ jaffettwa lill-persuna u l-familja tagħhom, qisu kont naf li għandi nagħmel differenza fil-ħajjiet ta’ dawn iż-żgħar meta jkunu għaddejjin minn tant żmien trawmatiku għalihom.

Nixtiequ nawguraw lil Maxine u Angie għal din l-idea fantastika li ħafna qed jibbenifikaw minnha. Jekk tixtieq tgħin b’xi mod tista’ tfittex lil Jays of Sunshine fuq Facebook.

This article is from: