7 minute read
Tisliba bi premju
from GWIDA NOVEMBER 2020
TISLIBA BIL-PREMJU NOVEMBRU
L-Ewwel Premju
Advertisement
Joseph Falzon, Balzan
€20 Vawċer minn Gold Market It-Tieni Premju
Sebastian Borg, Siggiewi
Ktieb minn Horizons It-Tielet Premju
Godwin Zahra, Rabat, Malta
Ktieb minn Faraxa Ir-Raba’ Premju
Emanuel Micallef, Qormi
Ktieb minn Merlin Library
Mimdudin
1. Annimal felin gustuż jikkaċċja l-ġrieden u l-għasafar (6) 3. Materjal magħmul minn karti ppressati, ġeneralment għall-kaxxi (6) 8. Ġesù msallab fuq is-salib (9) 10 u Dawn in-nazzjonijiet jiffurmaw 21. bejniethom l-Amerika (5,5) 11 u 31. Kjass totali, paniku (5,5) 13. Huma dawn li jirriflettu d-dawl tax-xemx (5) 15. Nofs mija (6) 19. Tagħtas jekk tieħu xi wieħed (3) 20 Għajn, oriġini (4) 21. Ara 10 Mimduda (5,5) 23. Il-kontra ta’ sbuħija (5) 25. Strument mużikali assoċjat mal-anġli (4) 26. Il-ġabra ta’ ittri li jiffurmaw il-kliem (7) 27. Kunjom Alexandre, l-awtur tar-rumanz
29. 30.
31. 32. 33.
1. 2.
4. 5.
6. Il-Konti ta’ Montekristo (5) Għadd maħdum (5) Kappella l-Belt dedikata lill-Madonna tal-Pilastru? (5) Ara 11 Mimduda (5,5) Passatemp (5) Speċi ta’ virga bit-tarf għamla ta’ qanpiena biex titfi x-xemgħat (5)
Weqfin
Qalziet għandu tnejn minn din il-waħda (5) Issibha biex tgħollik mill-art imwaħħla maż-żarbun fuq in-naħa ta’ wara (7) Dokument li juri sħubija f’għaqdiet (7) Tista’ tkun waħda mużikali jew erba’ kelmiet maħżuża (4) Il-kapitali Franċiża (6)
Tisliba Bil-Premju Novembru
Ibgħat is-soluzzjoni lill-GWIDA/ Tisliba Novembru, Content House, Mallia Buildings, 3, Level 2, Triq in-Negozju, Zone 3, Central Business District, Birkirkara, CBD 3010 mhux aktar tard minn nhar l- Erbgħa 18 ta’ Novembru. Isem
Indirizz
Soluzzjoni GWIDA Settembru
Mimdudin 1 Ħabiba; 3 Qartas; 8 Avvanzati; 10 Bewsa; 11 Xotta; 13 Laxka, 15 Qariba; 19 Tut; 20 Assi; 21 Lotta; 23 Setta; 25 Tuta; 26 Gabarrè; 27 Bnadi; 29 Dinja; 30 Żball; 31 Gramm; 32 Unika; 33 Anwar
Weqfin 1 Ħalba; 2 Bravura; 4 Tribali; 5 Sqew; 6 Skjava; 7 Tnax; 9 Volpi; 12 Total; 14 Xita; 16 Rħisa; 17 Bastun; 18 Fastidju; 22 Tqarbin; 24 Tellar; 26 Gidma; 27 Baga; 28 Amar
7.
9. 12. 14.
16. 17. 18.
22. 24. 26. 27.
28. Tip ta’ qafla bis-snien u l-ilsien issibu filqliezet, ġgieget jew dbielet (4) Problema, kull ħaġa li ma tiftehimx ċar (5) Missier il-missier għal uliedu (5) Grupp ta’ nies li fil-Qorti jsibu ħtija jew jeħilsu akkużat (4) Il-belt kapitali Russa (5) Ħolm ikrah (6) Qattiel, ġeneralment imqabbad minn ħaddieor biex jikkommetti omiċidju (8) Vjaġġ, qadja minn post għal ieħor (7) Kull pajjiż għandu tiegħu (6) Brikkun, makakk (5) Il-karattru eċċentriku meta raġel jilbes ta’ mara fil-pantomima (4) Magħrufa għal Grande Grande Grande, din il-kantanta ċelebri Taljana (4)
Mob/Tel
‘WAQQAF IL-VJOLENZA DOMESTIKA, HAWN L-GĦAJNUNA’ Kulħadd jistħoqqlu jgħix f’relazzjoni mimlija rispett u mħabba ikunu fil-mira tal-aggressur bi skop li jeżerċita aktar kontroll
Kull relazzjoni, kemm jekk dik intima u dik li mhix, għandha tkun ibbażata fuq l-imħabba u r-rispett. Jeżistu ċirkostanzi fejn dawn iż-żewġ fatturi jkunu neqsin jew mhux dejjem preżenti u għaldaqstant importanti li wieħed jitkellem dwar is-servizzi ta’ sapport li jeżistu għall-persuni li jkunu qed jesperjenzaw xi forma ta’ vjolenza fir-relazzjonijiet tagħhom.
Il-vjolenza domestika tista’ sseħħ f’relazzjoni intima jew inkella bejn individwi li jiġu minn xulxin. L-aggressur u l-vittma jistgħu jkunu koppji miżżewġin, għarajjes li ma jgħixux taħt l-istess saqaf, koppja li qiegħda tikkoabita, persuni separati l-imġiba u twemmin abbużiv.
jew inkella koppji li kellhom xi wild flimkien. Jista’ jkun il-każ ukoll li l-aggressur u l-vittma huma nies li jiġu minn xulxin, bħal pereżempju wild jabbuża lil ommu. Ġeneralment f’dawn is-sitwazzjonijiet l-aggressur jeżerċita poter u kontroll fuq il-vittma tiegħu. L-intenzjoni tkun li jħalli impatt fuq il-vittma tiegħu u dan iseħħ permezz ta’ abbuż fiżiku, emozzjonali, psikoloġiku, finanzjarju, sesswali jew spiritwali. Il-kontroll jista’ jseħħ ukoll permezz ta’ fastidju u stalking.
Kull forma ta’ abbuż imsemmi hawn fuq iseħħ b’intenzjoni biex l-aggressur ikompli jeżerċita aktar poter fuq il-vittma tiegħu. M’hemm l-ebda profil li jiddeskrivi aggressur. L-esperjenza u r-riċerka turi li l-aggressur jista’ jkun ta’ kull nazzjonalità, età, klassi soċjali, orjentazzjoni sesswali, etc. L-istess il-vittma. Kulħadd jista’ jkun vittma ta’ vjolenza domestika u din tista’ sseħħ għal raġunijiet differenti. Dawn jinkludu: vjolenza fuq bażi ta’ ġeneru, mentalità patrijarkali; (dik il-mentalità fejn raġel għandu jkun moqdi meta jrid mhux skont il-bżonn; u t-twemmin li r-raġel jingħata superjorità fuq il-mara) u kultura fejn il-vjolenza hija aċċettabbli, fost oħrajn. Fatturi soċjali oħrajn bħal eżempju droga u alkoħol ġeneralment jiggravaw u jintensifikaw l-atti ta’ vjolenza talDawn is-sitwazzjonijiet iħallu effetti fuq il-vittma u għalhekk hija importanti li l-vittma tirċievi s-sapport li għandha bżonn. L-effett tal-vjolenza domestika ma jitħalliex fuq il-vittma biss imma anki fuq it-tfal u qraba tal-vittma. Apparti mill-fatt illi meta tkun xhud ta’ dawn is-sitwazzjonijiet hija esperjenza trawmatika fiha nnifisha. Membri tal-familja jistgħu wkoll fuq il-vittma tiegħu. Irridu niftakru li l-ġenituri huma l-ewwel mudelli fil-ħajja ta’ kull persuna, jiġifieri dak li t-tfal jaraw u jesperjenzaw jista’ jiġi kkuppjat.
Id-Dipartiment tal-Vjolenza Domestika fl-Aġenzija Appoġġ joffri diversi servizzi, fosthom servizzi għall-vittmi ta’ vjolenza domestika u uliedhom, aggressuri rġiel u nisa kif ukoll għall- ġenituri li qegħdin jiġu abbużati minn uliedhom. Il-vittmi jiġu mitkellma u megħjunin biex jifhmu s-sitwazzjoni tagħhom waqt li jiġu provduti appoġġ u tingħata għajnuna biex jinħoloq pjan ta’ sigurtà għalihom u t-tfal tagħhom. Minnaħa l-oħra l-aggressuri jingħataw għajnuna biex jaħdmu fuq aggressur.
Jekk taf lil xi ħadd li għaddej minn din is-sitwazzjoni u tixtieq titlob l-għajnuna biex tressaq lill-persuna għas-servizzi tal-vjolenza domestika, l-assistenza qiegħda hemm għalik ukoll. Dan għaliex il-vjolenza domestika mhix il-problema talindividwu iżda tas-soċjetà kollha.
Min jixtieq xi għajnuna jew aktar informazzjoni dwar isservizzi offruti, għandu jagħmel kuntatt mad-Dipartiment tal-Vjolenza Domestika fl-Aġenzija Appoġġ fuq in-numru tattelefon 2295 9000. Dak li jingħad jibqa’ dejjem kunfidenzjali. F’każi ta’ emerġenza wieħed għandu jagħmel kuntatt massupportline 179.
KEVIN GĦEX ĦAJTU FIT-TRIQ Pulizija joqtollu lil ħuh kiesaħ u biered u jispiċċa waħdu
Addattament Claudia Cini
Meta Kevin, tfajjel Kolumbjan, wasal f’waħda mid-djar talFondazzjoni Hogares Claret imwaqqfa minn Dun Gabrijel Montoya, kien kważi għex ħajtu kollha fit-toroq. It-tfajjel irnexxielu jgħix billi jqalleb fiż-żibel u jbigħ oġġetti li setgħu jiġu riċiklati. Kien jieħu d-droga u spiss kien jidħol f’xi ġlieda. Meta l-ġenituri ta’ Kevin u ħuh akbar minnu mietu, l-aħwa spiċċaw jgħixu waħedhom f’raħal fil-kampanja. Biex jgħixu kien ikollhom jisirqu, iżda jum fost l-oħrajn is-suldat li kien imqabbad jieħu ħsieb ir-raħal fejn kienu jgħixu l-aħwa subien, żar id-dar tagħhom. Qalilhom li s-serq ma kienx permess u qatel lil ħu Kevin kiesaħ u biered, quddiem għajnejh stess. Minn dakinhar ’il quddiem, Kevin dejjem kien waħdu.
Darba, meta spiċċa bla flus, mar fi knisja. Il-qassis qallu Kevin xi flus bil-patt li jmur għand il-pulizija. It-tfajjel hekk għamel, u l-pulizija ħaduh f’waħda mid-djar ta’ Hogares Claret f’Medellin. Għall-bidu Kevin xtaq jitlaq. Ma setax jidra jsegwi diversi regoli li jimxu magħhom l-iscouts, iżda wara xi ġimgħat beda jħossu tajjeb. Hu u sħabu kienu jitgħallmu ħafna affarijiet li kienu ser jiġu bżonn aktar tard f’ħajjithom. Il-ħajja fl-iscouts għenet lil Kevin jirranġa ħajtu. Bħala scouts, is-subien jitgħallmu jkunu responsabbli, isiru mexxejja tajbin u juru simpatija. Kevin u sħabu bdew jaraw lilhom infushom f’dawl ġdid u jsiru konxji ta’ x’jistgħu jagħmlu għalihom infushom waħedhom u bl-għajnuna taloħrajn. Għall-ewwel darba f’ħajtu Kevin sab lil min jifhmu u jgħinu, u ħbieb li jħobbuh u jirrispettawh. Issa seta’ jippjana l-futur tiegħu. Jixtieq ħafna jitgħallem isajjar, iżda l-vera ħolma tiegħu hija li jsir footballer professjonali.
Ħafna huma l-ġuvintur li minkejja li jkunu temmew żmienhom fid-dar, jibqgħu jmorru jgħinu lil subien oħra li darba huma stess kienu fl-istess sitwazzjoni tagħhom. Fosthom hemm ġuvni li jżur id-dar fejn hemm Kevin darba fil-ġimgħa, u jaqta’ x-xagħar ta’ min ikun jixtieq, filwaqt li jgħallem is-sengħa ta’ barbier lil dawk interessati. Dun Gabrijel, li meta kien tifel kien fl-iscouts, iqis il-metodi u r-regoli tal-iscouts bħala parti mit-terapija li tgħin lit-tfal u li ma setax jgħinu, iżda mara li semgħet kollox, tat lil
liż-żgħażagħ li jaslu fid-djar tal-Fondazzjoni Hogares Claret.
Grazzi għal donazzjonijiet ta’ flus li aħna nagħtu, ċkejkna kemm huma ċkejkna, tfal f’sitwazzjonijiet simili madwar id-dinja kollha, jirċievu dak kollu neċessarju biex jgħixu ħajja diċenti. Bis-saħħa ta’ ħafna benefatturi Maltin u Għawdxin, Missio Malta (l-Uffiċċju Missjunarju) fil-Belt u l-Mosta, jibgħat fondi lil diversi komunitajiet fejn hemm il-missjunarji sabiex jgħinu mill-aħjar li jistgħu lill-foqra u abbandunati, fost oħrajn. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq il-websajt www.missio.org.mt, minn ‘Facebook’ jew fuq 2123 6962.