14 minute read

Strada Stretta: Episodju 4/ L-ewwel Staġun: It-Tieni Parti

EPISODJU 4/ L-EWWEL STAĠUN IT-TUFFIEĦA MĦASSRA (It-Tieni Parti)

Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Advertisement

X’ġara s’issa?

L-għarus ta’ Lydia, Guido qabbad investigatur privat biex jiskopri fejn tinsab Lydia. Fl-aħħar Mario qed jemmen lil Luċija li Lydia kienet verament ħarbet minħabba fih u t-tarbija hija tiegħu. Lydia tkun ser tiżvela li hi tqila ma’ Lilly iżda…

Lilly:

Mhu ħa ngħid lil ħadd ta... serraħ rasek. Jiena tlaqt mid-dar għax... (Lydia tkun ser tikxef li hi tqila imma taqleb id-diskors fl-aħħar sekonda) Jien ħrabt Lydia: għax kelli niltaqa’ mal-għarus tiegħi. Veru? U x’ġara?Lilly:

Lydia:

Ma ġiex! Ja bagħal li hu! ...ftehemtu u ma ġiex?Lilly:

Lydia:

Ma riedx jaf bija, ma ltaqax miegħi. Ma kellimtux, ma rajtux iktar minn dakinhar. Kemm hu kelb.Lilly: Lydia tispjega lil Lilly li kienet iltaqgħet ma’ Mario fid-dar tagħhom stess. Mario kien jiġi bil-ħut ibigħ fid-dar tagħhom. Lydia hawnhekk iġġedded il-memorji ta’ meta Luċija fetħet il-bieb u Mario kien rifes l-għatba għall-ewwel darba b’kaxxa ħut f’idejh flimkien ma’ ħuh u missieru. Luċija ggwidathom biex jidħlu bil-ħut fil-kċina tal-palazz. Kien hemm fejn Lydia u oħtha Victoria kienu qed jaqraw ktieb. Lydia b’serqa lemħet lil Mario u t-Tnejn għamlu kuntatt bil-ħarsa. Lilly pronta staqsietha min kien qabad ma’ min l-ewwel. B’ Lydia tgħidilha li ħadd ma kellem lil ħadd imma darba kien ġie ma’ missieru jħalli l-ħut u bħas-soltu mxew wara Luċija. Mario waqaf fil-ġnien fejn kienet Lydia u oħtha qed jilagħbu. Għajnejn Lydia kienu mgħottija b’xalla u pruvat taqbad lil Victoria. Lydia kienet konvinta li ser taqbadha b’Victoria tgħajtilha u tiġri mal-ġnien. Mario baqa’ jħares lejn dawn l-aħwa jilagħbu. Lydia kien ħerqana biex taqbad lil Victoria iżda bdiet issibha diffiċli b’għajnejha mgħottija. Lydia ħasbet li sabet lil oħtha u malajr għajtet “qbadtek” imma indunat li kellha l-persuna ħażina quddiemha. Lydia tibda tħoss l-idejn tal-persuna bil-mod u f’mument tieqaf ħesrem. Kienet qed taqbad lil Mario, b’dan ħa l-opportunità, resaq qrib u prova jbusha. Lydia kienet taħt xokk, neħħiet ix-xalla u tara lil Mario viċin tagħha. Dehret ftit konfuża, għoġbitha l-affari imma ma riditx turih, anzi wrietu bil-kontra! Mario tbissem imma laqqat daqqa ta’ ħarta f’wiċċu. Mario nħasad, deher insultat u telaq ħdejn ħuh u missieru.

Waqt li Lydia baqgħet tirrakkonta lil Lilly, fil-knisja tal-viċin kien hemm Violet li marret tqerr għand Patri Raphel. Violet kienet għadha kemm lestiet mill-qrara bil-patri jagħtiha l-assoluzzjoni. Eżatt xħin lestiet u kienet ħierġa mill-knisja, persuna jiġi minn wara daharha u jħuf warajha. Baqa’ jsegwiha sakemm din Violet indunat u ddur lejh waqt li nfexxet f’għajta. Madonna x’qatgħa tajtni, mela trid toqtolni bil-qatgħa.Violet: Vera saret perikoluża Strada Stretta, imma biex ma tagħrafx ir-raġel ta. (Johnny kien wieħed mill-pulizija fi Johnny: Strada Stetta, waqaf jittanta lil martu waqt li biesha) Kif tridni nagħrfek minn warajja, kont diġà ħa nfajjarlek daqqtejn bil-basket (titbissem) ...Nieżel id-dar dal-Violet: ħin?

Kont duty mas-surġent, spiċċajna kmieni minn interrogazzjoni u qalli mmur nieħu kafè miegħu. Għidt aħjar Johnny: ninżel id-dar nieħu kafè miegħek. Jien mhux se ndum imma d-dar ta!Violet:

Sewwa qisek ma tridnix.Johnny: U jaħasra John, moħħok għandi, sejra nġarrab libsa.Violett: Violet kienet diġà miftiehma u ma kinitx ser tħassar il-pjanijiet. B’Johnny jistaqsiha jekk hux ħa ddum u din

EPISODJU 4/ L-EWWEL STAĠUN IT-TUFFIEĦA MĦASSRA (It-Tieni Parti)

Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Johnny:

Violet:

Johnny: Violet:

Julia:

Sylvana: Christopher: Julia:

Christopher:

Julia:

Christopher: Julia:

Sylvana:

Christopher:

Julia:

Christopher:

Lilly:

Lilly: Lydia:

twieġbu li ma kinitx taf xħin ser tasal. Ma jimpurtax, innaqqar xi ħaġa għand ommi filkas ...imbagħad illejla xħin tasal, noqogħdu ftit flimkien xi tgħid. (waqt li qabdilha qaddha u taha ħarsa seduttiva, Violet dehret imbarazzata u neħħietlu jdejh) Iva Johnny! Violet, taf x’qalilna t-tabib ...jekk trid tinqabad... Iva hawn barra titkellem! Issa llejla naraw. Violet titlaq u tħalli lil żewġha ftit iddiżappuntat. Kien diġà għamilha fatta li kien ser iqatta’ ftit ħin ma’ martu iżda din ma wrietx interess.

Fl-2015, l-istorja tad-djarju kienet qed tqanqal ħafna kurżitajiet lil Sylvana u Julia. B’Julia jirnexxilha ssib persuna li jista’ jgħinhom fir-riċerka. Christopher, ġuvni grazzjuż li għamel xi żmien iffissat fuq Julia. Christopher beda jqalleb id-djarju ta’ Lydia waqt li jistagħġeb bis-sbuħija ta’ dawn il-wirt għażiż. Issa fhimtni għala ġġenninna fuqu dan l-imbierek diary? Tista’ forsi tissuġġerilna xi mod kif nistgħu nsibuha? Jekk dejjem għadha ħajja. Ara d-diary jien ma qrajtux....... Lanqas aħna għadna ma qrajnieh kollu. Imma jidher li fih xi partikolari relevanti ħafna ...fejn naf, ibda b’isimha, u isem xi familjari ...tkun tista’ tillinkja ma’ familja partikolari. Id-dati jgħinu immens ukoll. Għidli taf xi nies l-Insinwa wkoll.

Eh iva kieku nkellmilkom ħabib tiegħi jaħdem hemm. Tajjeb. Meta trid nibdew! Ifhem nirringrazzjak, imma aħna bdejna naħsbu mmexxu l-indaġini naqra aħna ...ma naffordjawx inqabbdu lil xi ħadd fhimt ...għidna forsi tagħtina xi pariri kif immexxu. Tinkwetax! Jien ngħinkom, anke senza interessi. (waqt li ħares lejn Julia u din ħarset lejh tifflertja miegħu. Sylvana nħbiet wara tazza te li kellha quddiemha, imbarazzata bl-isparks li kien hemm fuq il-mejda bejniethom) Thanks Chris, vera napprezza. Min-naħa tagħkom komplu aqraw, ħalli jekk taraw xi ħaġa rilevanti li tista’ tgħinna, insibuha. Sylvana wiegħdet kopja lil Christopher ħalli jkun jista’ jaqrah u jfittex ftit. Wiegħdu lil xulxin biex iżommu kuntatt u jinfurmaw lil xulxin ma’ kull informazzjoni ġdida li tista’ tiġi għal idejhom. Tgħid jirnexxilhom isibu aktar fuq Lydia u l-passat tagħha minn dak is-sempliċi djarju? Sadanittant s’issa l-protagonista tagħna kienet mingħajr djarju. Tilfitu. Iżda b’ħanxra daqsiex Lilly ħarġet tgħajjat mill-kċina “SIBTU”. Tridu taraw wiċċ Lydia x’għamel, kif imtliet bil-ferħ. Lilly tgħidilha li sabet id-djarju fl-art ħdejn is-sink ta’ barra. Imma Lydia kienet ċerta li ċċekkjat kullimkien u f’dak il-post ma kinitx ratu! X’tikteb fih għid? Tintilef kultant! Lydia ħadet id-djarju f’idha, qallbet il-paġni biex tara ssibx xi ħaġa li kienet qed tfittex! Anzjuża u ppanikjata Lydia ntebħet li tilfet ir-ritratt li kien hemm mehmuż. Staqsiet lil Lilly jekk ratx ritratt tagħha, b’din tistaqsiha ta’ min kien. Lydia tgħidilha li kellha ritratt ta’ Mario. U int ritratt hekk iżżommu ...dak waqagħlek minn bejn il-paġni. Le, le hawn kien żgur l-aħħar li rajtu. Ħaduli hu żgur!

EPISODJU 4/ L-EWWEL STAĠUN IT-TUFFIEĦA MĦASSRA (It-Tieni Parti)

Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Lilly: Lydia: Lilly: Lydia: Lilly: Lydia: Lilly:

Mario:

Wiġi: Mario:

Wiġi: Mario:

Wiġi: Mario:

Wiġi:

Mario:

Wiġi: Mario:

Wiġi: Mario:

Wiġi:

Wiġi:

Min?

Alvio! Anke l-ktieb għandu kien! U le jaħasra, tibdiex tiffissa. X’jambih Alvio? Ma nafx ...imma hu ħadu, qrah ...u anke r-ritratt ħadli. Iva stenna qabel tibda tqatta’ xagħrek, id-djarju ma sibniehx ...insibu r-ritratt ukoll. Ikkalma! Le ma nikkalmax, qed iħawwad fl-affarijiet tiegħi. Kif kien dar-ritratt ...kbir? Żgħir? Lydia turiha d-daqs tar-ritratt u tgħid lil Lilly li fih kien hemm Mario u hi. Lilly tipprova tmur tfittex minn fejn sabet id-djarju waqt li Lydia tkun ser tinfaqa’ f’bikja sħiħa għax tkun tilfet ritratt għażiż ferm għaliha. Sadanittant Mario mar ħdejn il-palazz jistenna lil Wiġi. Wiġi kien l-unika persuna li qara l-ittra ta’ Lydia apparti ommha Marie għalhekk kien jaf fejn setgħet ħarbet. Fil-pront għajjat lil Wiġi iżda dan ma kienx jaf min jaħbat. Xħin sar jaf min kien, bl-herra wieġbu li ma kellux xi jgħidlu u keċċieh lil hemm ma jmurx tarah is-sinjura. Is-sinjura ħalliha f’idi jekk toħroġ għas-sodisfazzjon. Qed naħdem sieħbi m’intix tara.

Tini ċans, lanqas taf x’ħa nsaqsik. Ma nafx u lanqas ma rrid inkun naf (Wiġi baqa’ mgħaddas f’xogħlu, iħott il-kaxxi minn ġol-vann) Int qrajtha l-ittra ta’ Lydia. Fejn kellha tistennieni? Jekk din xogħol Luċija, illejla noqtolha lil dik il-mara! Ma tafx ma tindaħalx! Ma nafx x’għandha x’taqsam Luċija ...Min qalli, ma tafux. Serraħ moħħok! (Wiġi mxebba’ b’Mario quddiemu, deffes idejh fil-but u joħroġ sikkina u ppuntaha lejn Mario) Itlaq ’il barra. Hawn proprjetà privata u s-sinjura tiegħi ma tiħux gost tirċievi mistiedna li jiġu minn jeddhom. (Jaqbad lil Wiġi minn għonqu u jniżżlu fl-art. B’ras Wiġi jħabbathielu mat-trakk u s-sikkina tiġri fl-art) Jien mhux lis-sinjura tiegħek ġejt nara imma lilek. Issa rrispondini ...fejn kellha tiltaqa’ miegħi? Wiġi beda jokrob bl-uġigħ imma aktar ma beda jgħajjat bl-uġigħ, iktar Mario beda jagħfaslu rasu mat-trakk. Wiġi ma kellux triq oħra ħlief li jgħid lil Mario bil-kontenut tal-ittra. Il-Belt ...ħdejn xi ħanut tal-bjankerija, ma nafx x’jismu ...ħallini qed tweġġagħni! X’iktar kien hemm fl-ittra?

Ma niftakarx kollox issa ...ajma ...mhux li ħa tistenniek hemm ...ajma! X’iktar?

Ajma idi ...U fuq il-baby, biex taħarbu, tiżżewġu u trabbu l-baby ...ma nafx iktar. Ħallini mhux biċċa tiegħi din. Mario issa kien ħa li ried u għalhekk ħalla lil Wiġi jqum, b’dan jonfoħ għax kien qed jaqta’ nifsu. Mario ħarab minn fuq il-post. Ajma Madonna! Il-pulizija nirrappurtak fhimtni ...Aħrab għax nirrappurtak! Fil-Belt, Oscar kien ħiereġ barra mill-iskola tal-arti ma’ sħabu. Kollha kienu qegħdin jidħqu waqt li jinbxu lil xulxin, fil-pront Angela tkun qiegħda fuq in-naħa l-oħra tat-triq, Oscar innotaha u sellem lil sħabu biex jingħaqad magħha. Angela dehret anzjuża imma kienet taf li għandha bżonn tkellmu għalhekk resqitu lejha. Ħsibtni mhux se nerġa’ narak!

EPISODJU 4/ L-EWWEL STAĠUN IT-TUFFIEĦA MĦASSRA (It-Tieni Parti)

Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Angela: Oscar:

Angela: Oscar:

Angela: Oscar:

Angela: Oscar:

Angela: Oscar:

Angela: Oscar:

Angela: Oscar:

Angela:

Violet:

Marie:

Violet:

Marie:

Naf. Mhux jien għidtlek! Jien ma ġejtx infittxek għax ħsibt li nġibek fl-inkwiet. Imma għad għandek bżonni hux? ...Biex tpinġini! Mela! Meta trid.

Tajjeb għax ...jekk trid inkomplu illejla ...iIlejla jien nista’. Kieku tajjeb. Li tieħu ħsieb ...mhux se ttik inkwiet hux? Le, ma’ Iris irranġajt. Jekk tkun trid niltaqgħu ħinijiet oħra u nagħtik xi ħaġa f’idejk dirett. Le mhux problema ...aħjar ix-xogħol. Inti taf, għax l-aħħar darba ħtaftni. Sorry! (Angela tħares lejn l-arloġġ ta’ Oscar u dan jintebaħ) Dan aħjar ineħħih hux għax jekk tarah dik... Le ...dik xiħa, taf tinduna. Żommu hemm. Nirranġa jien ...għandek xi ħaġa biex tħallas, xi ħaġa oħra? Ma nafx, għandi xi ħaġa żgħira fil-but. Tajjeb, tajjeb ...għandek kemm għandek.Tiġi issa miegħi? Nibdew. Oscar jinduna li ma kellux affarijiet biex jaħdem allura jaħrab lejn l-iskola, jitla’ t-taraġ sitta sitta u jmur fil-klassi biex iġib lapes u karta u jistieden lil Angela biex imorru dak il-ħin stess. Ma kienx ser jirrifjuta opportunità bħal dik. F’dik il-lejla Violet waslet fid-destinazzjoni li kellha! Fil-palazz tas-sinjura Marie. Marie kienet il-klijenta tagħha għax kienet ser tħitilha l-libsa tat-tieġ ta’ bintha. Luċija ddaħħal lil Violet ħdejn Marie biex tipprovalha l-libsa. Violet tippreżentalha libsa sabiħa addattata għal tieġ fir-rebbiegħa u Marie marret tilbisha biex tipprovaha. Violet spiċċat waħidha tħuf fid-dar u nnutat rittatt ta’ Lydia ma’ oħtha Victoria, għolliet il-frame biex tħares lejhom sew. Il-bieb infetaħ u Marie ġiet bil-libsa tagħha. Prosit x’żewġ tfajliet sbieħ. Żgur ma kinitx diffiċli biex issib għarus. Liema waħda l-għarusa? Lis-sinjura tiegħek inħallasha biex tlestili libsa. Tridni nibgħat ngħidilha li n-nies li għandha magħha tħallashom biex jiġu jtaqtqu flok jagħmlu xogħolhom? Violet kienet taħt xokk b’dan il-kumment, poġġiet il-frame postu u kompliet bil-libsa. Marie avżatha li l-labar kienu jdejquha u biex toqgħod attenta li ma tniggiżhiex. Violet isserrħilha rasha li kienet ser tagħmel mill-aħjar. Kien hawn li Marie qabdet konversazzjoni biex issir taf fuq din Violet. Skopriet li miżżewġa u m’għandhiex tfal. Iżda dan suġġett kien wisq debboli għal Violet, tfixklet u laqtet lil Marie. L-oħra werżqet xħin niggżitha. Violet skużat ruħha u stednitha biex titla’ fuq banketta biex tkun tista’ taħdem sew iżda Marie ma riditx.

Imma ma rridx nagħmillek xogħol ħażin. Ippermettili biss inġib banketta. (Violet tqum minn għarkupptejha biex iġġib banketta imma Marie taqbadha minn idejha) Għalxejn iġġib banketta. Waħda minn saqajja hi iqsar mill-oħra. Fhimt issa!

SAĦĦITNA Ħames Fatti, jew Għajdut?

Minn Dr. Georgiana Farrugia Bonnici BSc (Hons). Rad, M.D. MSc FM

Għeżież qarrejja,

Illum nixtieq naqsam magħkom ħames fatti dwar saħħitna, li wħud minnhom huma vera, però oħrajn jitqiesu iktar bħala għajdut… iżda li xorta għad nisimgħu ċerti nies jaħsbu li huma vera.

L-obeżità: ‘jekk inti persuna obeża, tista’ twaħħal fil-ġenetika!’

Minħabba li l-obeżità żdiedet b’rata mgħaġġla f’dawn l-aħħar diċenji, ċerti riċerkaturi barranin għamlu diversi studji dwar ir-relazzjoni tal-obeżità ma’ fatturi ġenetiċi. Però, mill-1980 sal-2014, ir-rati tal-obeżità fl-ewropa qwaddrupplaw, allura, dawn ir-riċerkaturi sostnew li dan seħħ b’rata wisq mgħaġġla sabiex fatturi ġenetiċi jkunu involuti biex wieħed jiħxien iżżejjed. Għalhekk, huwa importanti li wieħed jagħmel eżerċizzju fiżiku regolari, filwaqt li jiekol ikel bnin bil-qies.

It-telf ta’ piż: ‘it-tnaqqir huwa dejjem idea ħażina!’

Fil-verità, wieħed m’għandux għalfejn isum biex jitlef il-piż. Infatti, li wieħed jieħu diversi snacks bnini, u spissi fil-ġurnata, jgħin sabiex tiżdied ir-rata tal-metaboliżmu tal-ġisem, u b’hekk wieħed ikun jista’ jaħraq iktar kaloriji. Dan l-aġir jaf jgħin ukoll biex wieħed ikollu inqas ġuħ sa ma jasal il-ħin tal-pranzu, u naturalment, wieħed jispiċċa jiekol inqas. Infatti, ħafna esperti tad-dieta u nutrizzjoni, jirrakomandaw li wieħed jiekol ftit u spiss, minflok ċena waħda kbira. Dan jista’ jwassal għal telf ta’ piż.

It-tipjip: ‘jekk ilek tpejjep għal ħafna snin, ma tistax tnaqqas ir-riskju ta’ mard kardjovaskulari, anke jekk tiddeċiedi li tieqaf!’

Huwa fatt magħruf illi r-rata tal-qalb tiġi għan-normal sa kwarta biss wara li wieħed ikun pejjep l-aħħar sigarett. Nafu wkoll li sena biss wara li wieħed jieqaf ipejjep, ir-riskju li jaqbdu attakk tal-qalb, jonqos bin-nofs. Madanakollu, huwa meta jkunu għaddew 10 snin mill-waqfien tattipjip illi wieħed inaqqas totalment ir-riskju ta’ mard kardjovaskulari… jiġifieri, qisu qatt ma kien pejjep f’ħajtu. Qatt mhu tard biex tieqaf tpejjep!

Id-dimensja: ‘din il-kundizzjoni tista’ taqbad lillanzjani biss!’

Filwaqt li l-età hija fattur importanti li żżid ir-riskju li wieħed taqbdu dimensja, ċerti nies jibdew juru sintomi ta’ dimensja minn ħafna snin qabel ma jixjieħu, bħal ngħidu aħna, meta jkunu għad għandhom biss bejn l-40 u l-50 sena. Huwa dejjem importanti li wieħed jirrikorri għallgħajnuna għand it-tabib tiegħu, jekk hu jew qraba jkunu qed jinnotaw sintomi ta’ dimensja, bħal li wieħed jinsa, ipoġġi affarijiet mhux f’posthom, jew jintilef spiss. Jekk iddimensja tiġi trattata fi stadju bikri, dan iwassal biex wieħed jiggrava inqas ’il quddiem.

L-istress: ‘dejjem huwa assoċċjat ma’ negattività!’

Filwaqt li l-istress żejjed fil-ħajja ta’ kuljum jista’ jwassal għal ansjetà, għejja jew anke dipressjoni, li wieħed isib bilanċ flammont ta’ stress hekk imsejjaħ pożittiv, li għandu f’ħajtu, jgħin ukoll biex wieħed ikun produttiv. Huwa fatt magħruf, illi bis-saħħa ta’ daqsxejn stress f’ħajjitna, aħna nkunu nistgħu nibqgħu għaddejjin bil-pjanijiet ta’ kuljum.

Ingredjenti

P 300g għaġina sfiljurata P 2 mgħaref żejt taż-żebbuġa P 2 basliet imqattgħa fin P sinna tewm imqatta’ fin P kuċċarina sagħtar frisk imqatta’ P mgħarfa zokkor ismar P mgħarfa ħall balsamiku P melħ u bżar P 2 lanġasiet P mazz żgħir asparagi P 6 biċċiet parma ham P 200g ġobon caciotta P 150ml krema P ftit weraq tal-insalata biex isservi

TART BIL-BASAL, LANĠAS U ASPARAGI MA’ ZALZA TALĠOBON CACIOTTA RiĊetta ta’ Manuel Xuereb

Direzzjoni

Iftaħ l-għaġina f’rettangolu kbir u taqqab bil-furketta. Ħalliha toqgħod għal 10 minuti. Poġġi fuq folja tal-ħami miksija bil-karta tal-ħami u aħmi 200° C għal 1520 minuta. Ħejji l-basal karamellizzat billi ssaħħan mgħarfa żejt taż-żebbuġa ġo kazzola, żid il-basla u t-tewm u sajjar għal 3 minuti. Żid is-sagħtar, zokkor ismar, ħall balsamiku u melħ u bżar. Sajjar għal 10-12-il minuta. Saħħan iż-żejt tażżebbuġa li jifdal f’taġen u malajr iggrilja l-flieli tal-lanġas u l-asparagi min-naħat kollha. Imbagħad aqbad il-ġobon u poġġi ġo kazzola żgħira bil-krema. Dewweb flimkien fuq nar baxx sakemm jitħalltu sew. Fl-aħħar iksi l-għaġina bil-basla kkaramelizzata. Irranġa fuqha ftit weraq tal-insalata, imbagħad poġġi fuqhom l-asparagi, il-flieli tal-lanġas, il-ġewż u l-parma ham. Servi fuq platti ma’ ftit zalza tal-ġobon caciotta.

Ingredjenti

P 450g spagetti P 250g qarabagħli P 500g spinaċi FRISKA P 200g spinaċi TAL-FRIŻA P pesto P ħabaq imqatta’ P żejt taż-żebbuġa P ġobon maħkuk... l-aħjar li tuża

Parmiġġan jew Grana Padano SPAGETTI BIL-PESTO KLASSIKU RiĊetta ta’ Anton B Dougall

Direzzjoni

1. Poġġi borma kbira mimlija bl-ilma fuq in-nar, żid ftit melħ malli l-ilma jiftaħ jagħli u għalli l-għaġin. 2. Meta l-għaġin ikun sar, saffih u għaddih mill-ilma kiesaħ biex l-għaġin ma jibqax isir. Ħalli l-għaġin fil-passatur sakemm joqtor tajjeb. 3. Aħsel tajjeb il-qarabagħli u qattgħu f’roti ftit ħoxnin. 4. Aħsel tajjeb l-ispinaċi. Neħħilha z-zkuk, għalliha għal 3 minuti, neħħiha millborma u poġġiha ġo passatur. Jekk se tuża spinaċi tal-friża, oħroġha ftit tal-ħin qabel issajjarha biex il-friża tilħaq tinżel. 5. Saħħan iż-żejt f’taġen kbir u qalli l-qarabagħli. Ħawwad ta’ spiss. 6. Saħħan il-pesto f’taġen kbir u bil-galbu ħawwad l-ispagetti miegħu. 7. Qiegħed l-ispagetti ġo platt u żejnu bil-qarabagħli, spinaċi u ħabaq. 8. Roxx il-ġobon maħkuk fil-wiċċ u servi.

This article is from: